KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        1
KAPITOLU 16
KODIĊI ĊIVILI
Biex jemenda u jikkonsolida l-Liġijiet dwar il-Persuni u l-Liġijiet dwar il-jeddijet fuq il-
Beni u l-manjieri differenti li bihom jistgħu jiġu akkwistati u ittrasferuti dawn il-jeddijiet.
Dan il-Kodiċi jikkonsolida dan li ġej:
11 ta’ Frar, 1870
22 ta’ Jannar, 1874
L-ORDINANZA VII ta’ l-1868 (kif emendata bl-Ordinanzi: I ta’ l-1870, IV ta’ l-1907, XIV
ta’ l-1913, II u V ta’ l-1920; bl-Atti: III ta’ l-1930, XLII ta’ l-1933; bl-Ordinanzi: XL ta’ l-
1935, XIX ta’ l-1937, III ta’ l-1938, XXXIX ta’ l-1939 u XXV ta’ l-1940); l-ORDINANZA I ta’
l-1873 (kif emendata bl-Ordinanzi: I ta’ l-1908, XIII ta’ l-1932; bl-Att XXI ta’ l-1933; bl-
Ordinanzi: XX ta’ l-1934, XVIII ta’ l-1938 u XXII ta’ l-1939); l-Artikolu 1 ta’ l-ORDINANZA
VI ta’ l-1895 u l-Artikoli 2, 4, 5, 6, 7 (l) u 9 ta’ l-ORDINANZA XIII ta’ l-1895.
Dan il-Kodiċi ġie sussegwentement emendat bl-Ordinanzi: II u VII ta’ l-1944; bl-Atti:
XXVIII ta’ l-1948, XI ta’ l-1952; bl-Ordinanzi: IV u XXXIX ta’ l-1961, XXI u XXV ta’ l-1962;
bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Att XXVIII ta’ l-1963; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti
XXXI ta’ l-1965, II u XXXI ta’ l-1966, XVI ta’ l-1967, VI ta’ l-1968, VI u XXXVIII ta’ l-1972,
XI u XXV ta’ l-1973; bl-Avviż Legali 54 ta’ l-1973; bl-Atti: XLVI ta’ l-1973, I u LIV ta’ l-
1974, XXXVII ta’ l-1975; bl-Avviż Legali 93 ta’ l-1975; bl-Att LVIII ta’ l-1975; bl-Avviż
Legali 148 ta’ l-1975; bl-Att LV ta’ l-1975; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1976; bl-Atti: XXII, XXVII
u XXXIX ta’ l-1976; bl-Avviż Legali 43 ta’ l-1977; bl-Atti: VII u XI ta’ l-1977, XXII u XXX ta’
l-1979, XXX, XLIX u L ta’ l-1981, VII u IX ta’ l-1982, VI u XIII ta’ l-1983, XX ta’ l-1984, VII
ta’ l-1985, XII u XXXI ta’ l-1986; bl-Avviż Legali 161 ta’ l-1989; bl-Atti: VIII ta’ l-1990, XVII
ta’ l-1991, IX ta’ l-1992, V u XXI u’ l-1993; III u XXVIII ta’ l-1994, u IV, XXIV u XXX ta’ l-
1995, u II ta’ l-1996; bl-Avviż Legali 212 ta’ l-1997; u bl-Atti IX u XXII ta’ l-2000, u XX u
XXXI ta’ l-2002.
  2      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
TAQSIM TAL-KODIĊI
       Artikoli
Titolu fil-qosor    1
L-EWWEL KTIEB
FUQ IL-PERSUNI
Titolu I.   Fuq il-Jeddijiet u d-Dmirijiet li Jitnisslu miż-Żwieġ  2-66
  Sub-titolu I.  Fuq il-Jeddijiet u d-Dmirijiet tar-Raġel u l-Mara 
lejn xulxin  2-6A
  Sub-titolu II .  Fuq il-Jeddijiet u d-Dmirijiet bejn Axxendenti, 
Dixxendenti u Aħwa    7-34
  Sub-titolu III.  Fuq il-Firda Personali   35-36
Titolu II. Fuq il-Filjazzjoni  67-112
Sub-titolu I.  Fuq il-Filjazzjoni ta’ l-Ulied imnissla jew imwielda 
matul iż-Żwieġ  67-77
Sub-titolu II.  Fuq il-Provi tal-Filjazzjoni ta’ l-Ulied Leġittimi  78-85
Sub-titolu III. Fuq il-Filjazzjoni ta’ l-Ulied Illeġittimi u fuq   
il-Leġittimazzjoni  86-112
     §I  Fuq il-Filjazzjoni ta’ l-Ulied Illeġittimi   86-100A
§II  Fuq il-Leġittimazzjoni  101-112
Titolu III. Fuq l-Adozzjoni  113-130
Titolu IV. Fuq is-Setgħta tal-Ġenituri   131-156
Sub-titolu I . Fuq l-Effetti  tas-Setgħa tal-Ġenituri fuq l-Ulied 
Taħt  l-Età    132-149
Sub-titolu II.  Fuq kif Tispiċċa s-Setgħa tal-Ġenituri  150-156
Titolu V. Fuq l-Istat ta’ Taħt  l-Età  u  t-Tutela   157-187
Sub-titolu I.  Fuq l-Istat ta’ Taħt  l-Età   157
Sub-titolu II . Fuq it-Tutela   158-187
     §I  Fuq il-Ħatra u t-Tneħħija ta’ Tuturi   159-171
§II  Fuq l-Amministrazzjoni tat-Tutur   172-187
Titolu VI. Fuq l-Età  Maġġuri, l-Interdizzjoni  u  l-Inabilitazzjoni   188-192
Sub-titolu I.  Fuq l-Età  Maġġuri   188
Sub-titolu II.  Fuq l-Interdizzjoni u  l-Inabilitazzjoni   189-192
Titolu VII. Fuq il-Persuni Assenti   193-233
Sub-titolu I.  Fuq il-Kurazija ta’ l-Assenti  194-204
Sub-titolu II.  Fuq il-Pussess Provviżorju ta’ Ħwejjeġ l-Assenti 205-222
Sub-titolu III. Fuq il-Pussess Assolut ta’ Ħwejjeġ l-Assenti 223-228
Sub-titolu IV.  Fuq l-Effetti ta’ l-Assenza dwar Jeddijiet li jistgħu 
jmissu lill-Assenti 229-232
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        3
Artikoli
Sub-titolu V.  Fuq il-Kurazija tat-Tfal Minuri ta’ l-Assenti 233
Titolu VIII. Fuq l-Atti ta’ l-Istat  Ċivili 234-306
Sub-titolu I.  Disposizzjonijiet  Ġenerali 234-271
Sub-titolu II.  Fuq l-Atti tat-Twelid 272-292
Sub-titolu III.  Fuq l-Atti taż-Żwieġ 293-295
Sub-titolu IV.  Fuq  l-Atti  tal-Mewt 296-306
IT-TIENI KTIEB
FUQ IL-BENI
TAQSIMA 1
Fuq il-Jeddijiet fuq il-Beni
Titolu I. Fuq il-Beni u x-Xorta tagħhom 307-319
Sub-titolu I.  Fuq il-Beni Immobbli 308-311
Sub-titolu II.  Fuq il-Beni Mobbli 312-319
Titolu II. Fuq il-Proprjetà 320-327
Titolu III. Fuq il-Jeddijiet ta’ Użufrutt, ta’ Użu u ta’ Abitazzjoni 328-399
Sub-titolu I.  Fuq l-Użufrutt 328-388
     §I  Fuq il-Jeddijiet ta’ l-Użufruttwarju 332-348
     §II  Fuq l-Obbligi ta’ l-Użufruttwarju 349-377
     §III  Fuq kif Jispiċċa l-Użufrutt 378-388
Sub-titolu II.  Fuq l-Użu u l-Abitazzjoni 389-399
Titolu IV. Fuq is-Servitujiet Predjali 400-488
Disposizzjonijiet Ġenerali 400-401
Sub-titolu I.  Fuq is-Servitujiet maħluqa mil-Liġi 402-453
     §I  F uq is-Servitujiet li jiġu mill-Posizzjoni tal-Lok 403-406
     §II  Fuq il-Ħitan u Fossijiet li jifirdu Fond minn ieħor 
ta’ ma’ ġenbu 407-433
     §III  Fuq il-Bogħod li għandu jinżamm f’xi każijiet  434-444
     §IV  Fuq l-Istilliċidju 445
     §V  Fuq il-Jedd ta’ Mogħdija u ta’ Akwedott 446-453
Sub-titolu II.  Fuq is-Servitujiet imnissla mill-Fatt tal-Bniedem  454-488
     §I  Fuq ix-Xorta ta’ Servitujiet li jistgħu jiġu mnissla
mill-Fatt tal-Bniedem, u fuq kif dawn is-
Servitujiet Jitnisslu 454-469
     §II  Fuq kif jiġu Eżerċitati s-Servitujiet  470-478
     §III  Fuq kif Jispiċċaw is-Servitujiet 479-488
Titolu V. Fuq il-Komunjoni tal-Beni 489-523
  4      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Artikoli
Sub-titolu I.  Fuq in-Natura tal-Komunjoni tal-Beni u l-Jeddijiet 
tal-Komproprjetarji matul il-Komunjoni 489-495
Sub-titolu II.  Fuq il-Qasma tal-Beni in Komun 496-514
Sub-titolu III.  Fuq il-Bejgħ b’Liċitazzjoni 515-523
Titolu VI. Fuq il-Pussess 524-559
Sub-titolu I. X’inhu l-Pussess 524-533
Sub-titolu II. Fuq il-Jeddijiet tal-Pussessur f’każ ta’ Molestja 534-539
Sub-titolu III.  Fuq il-Jeddijiet u Obbligi bejn il-Pussessur u s-Sid  540-559
     §I  F uq il-Frottijiet tal-Ħaġa li wieħed jippossjedi,  fuq 
l-Ispejjeż li jagħmel fiha u fuq il-Jedd ta’ 
Ritenzjoni 540-550
     §II  Fuq l-Obbligi tal-Pussessur dwar ir-Radd tal-Ħaġa  551-557
     §III  Fuq l-Effetti Partikolari tal-Pussess ta’ Ħwejjeġ 
Mobbli 558-559
TAQSIMA II
Fuq kif wieħed jista’ jakkwista u jittrasferixxi l-
Proprjetà  u Jeddijiet oħra fuq il-Beni jew li 
għandhom x’jaqsmu mal-Beni
Disposizzjonijiet Ġenerali 560
Titolu I. Fuq l-Okkupazzjoni 561-565
Titolu II. Fuq l-Aċċessjoni 566-584
Sub-titolu I.  Fuq il-Jedd ta’ Aċċessjoni fuq dak li l-Ħaġa tagħti 567
Sub-titolu II. Fuq il-Jedd ta’ Aċċessjoni dwar Ħwejjeġ Immobbli 568-571
Sub-titolu III.  Fuq il-Jedd ta’ Aċċessjoni dwar Ħwejjeġ Mobbli  572-584
Titolu III. Fuq is-Suċċessjoni 585-958
Disposizzjonijiet  Ġenerali 585-587
Sub-titolu I.  Fuq is-Suċċessjoni b’Testment 588-787
     §I  Fuq it-Testmenti 588-595
     §II  Fuq min jista’ Jiddisponi jew Jirċievi b’Testment 596-613
     §III  Fuq il-Beni li wieħed jista’ jiddisponi minnhom 
b’Testment 614-653
Fuq il-Leġittima u d-Diżeredazzjoni 615-630
Fuq il-Jeddijiet tar-Raġel jew tal-Mara u tat-Tfal 
Illeġittimi 631-646
Fuq ir-Riduzzjoni tad-Disposizzjonijiet ta’ 
Testment li jaqbżu s-Sehem li t-Testatur seta’ 
jiddisponi minnu 647-653
     §IV Fuq il-Forma tat-Testmenti 654-682
Fuq it-Testmenti Ordinarji 654-672
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        5
Artikoli
Fuq it-Testmenti Privileġġati 673-682
     §V  Fuq  l-lstituzzjoni  ta’  Werrieta,  il-Legati  u  l-Jedd  
ta’ Akkrexximent 683-750
Fuq l-lstituzzjoni tal-Werriet u fuq il-Legati 683-685
Fuq il-Persuni u l-Ħwejjeġ li huma  l-oġġett ta’ 
Disposizzjoni 686-709
Fuq id-Disposizzjonijiet taħt Kondizzjoni jew bi 
Żmien 710-720
Fuq l-Effetti tal-Legati u l-Ħlas tagħhom 721-736
Fuq il-Jedd ta’ Akkrexximent 737-742
Fuq it-Tħassir  ta’ Disposizzjonijiet ta’ Testment 
u fuq id-Disposizzjoniet ta’ Testment li Jibqgħu 
Mingħajr Effetti 743-750
     §VI  Fuq is-Sostituzzjoni u l-Fedekommessi 751-761
     §VII  Fuq l-Esekuturi Testamentarji 762-778
     §VIII  Fuq il-Ftuħ u Pubblikazzjoni tat-Testmenti 779-780
     §IX  Fuq it-Tħassir ta’ Testmenti 781-787
Sub-titolu II.  Fuq is-Suċċessjoni ab intestato 788-830
Disposizzjonijiet  Ġenerali 788-795
Fuq il-Persuni Kapaċi li Jirtu 796-800
Fuq il-Jedd ta’ Rappreżentazzjoni 801-807
     §I  Fuq is-Suċċessjonijiet Regolari 808-816
Fuq is-Suċċessjoni tad-Dixxendenti Leġittimi 808-809
Fuq is-Suċċessjoni ta’ l-Axxendenti Leġittimi 810-813
Fuq is-Suċċessjoni tal-Qraba Kollaterali Leġittimi 814-816
     §II  Fuq is-Suċċessjonijiet Irregolari 817-830
Fuq il-Jeddijiet tat-Tfal Illeġittimi fuq Ħwejjeġ 
il-Ġenituri tagħhom, u fuq is-Suċċessjoni tat-Tfal 
Illeġittimi li jmutu mingħajr ulied 817-824
Fuq il-Jeddijiet ta’ min fost ir-Raġel u l-Mara jibqa’ 
Ħaj  825-829
Fuq il-Jeddijiet tal-Gvern 830
Sub-titolu III. Disposizzjonijiet li jgħoddu sew għas-Suċċessjoni 
b’Testment kemm għas-Suċċessjoni ab intestato 831-958
     §I  Fuq il-Ftuħ tas-Suċċessjoni, fuq li l-Pussess Jissokta 
fil-persuna tal-Werriet, u fuq il-Preskrizzjoni 
ta’ xi Azzjonijiet  831-845
     §II  Fuq l-Aċċettazzjoni u r-Rinunzja ta’ Wirt  846-905
Fuq l-Aċċettazzjoni ta’ Wirt  846-859
Fuq ir-Rinunzja ta’ Wirt  860-876
Fuq il-Benefiċċju ta’ l-Inventarju  877-902
  6      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Artikoli
Fuq il-Wirt Battal  903-905
     §III  Fuq il-Qasma  906-912
     §IV  Fuq il-Kollazzjoni  913-938
     §V  Fuq il-Ħlas ta’ Djun  939-945
     §VI  Fuq l-Effetti tal-Qasma u l-Garanzija ta’ l-Ishma  946-952
     §VII  Fuq il-Qasma magħmula mill-Missier, jew l-Omm, 
jew minn Axxendenti oħra, bejn id-Dixxendenti 
tagħhom  953-958
Titolu IV. Fuq l-Obbligazzjonijiet in ġenerali  959-1235
Sub-titolu I.  Fuq il-Kuntratti  960-1011
     §I  Fuq ir-Rekwiżiti tal-Kuntratti  966-991
Fuq il-Kapaċità  tal-Partijiet li Jikkuntrattaw  967-973
Fuq il-Kunsens  974-981
Fuq l-Oġġett tal-Kuntratti  982-986
Fuq il-Kawża tal-Kuntratti  987-991     
     §II  Fuq l-Effetti tal-Kuntratti  992-1001
     §III  Fuq l-Interpretazzjoni tal-Kuntratti 1002-1011
Sub-titolu II.  Fuq il-Kważi-kuntratti, Delitti u Kważi-delitti  1012-1051
     §I  Fuq il-Kważi-kuntratti 1012-1028
     §II  Fuq id-Delitti u Kważi-delitti 1029-1051
Sub-titolu III. Fuq Xorta u Oħra ta’ Obbligazzjonijiet  1052-1124
     §I  Fuq l-Obbligazzjonijiet Kondizzjonali 1052-1069
Fuq il-Kondizzjoni in ġenerali u fuq ix-Xorta u 
Oħra tagħha  1052-1062
Fuq il-Kondizzjoni Suspensiva 1063-1065
Fuq il-Kondizzjoni Riżoluttiva 1066-1069
     §II  Fuq l-Obbligazzjonijiet bi żmien  1070-1079
     §III  Fuq l-Obbligazzjonijiet Alternattivi u Fakultattivi  1080-1088
 §IV  Fuq l-Obbligazzjonijiet in solidum 1089-1109 
Fuq l-Obbligazzjoni in solidum kwantu 
għall-Kredituri  1090-1093
Fuq l-Obbligazzjoni in solidum kwantu għad-Debituri 1094-1109
     §V  Fuq l-Obbligazzjonijiet Diviżibbli u Indiviżibbli  1110-1117
Fuq l-Obbligazzjonijiet Diviżibbli  1113-1114
Fuq l-Obbligazzjonijiet Indiviżibbli  1115-1117
     §VI  Fuq l-Obbligazzjonijiet bi Klawsoli Penali  1118-1124
Sub-titolu IV.  Fuq l-Effetti ta’ l-Obbligazzjonijiet 1125-1144
Sub-titolu V.  Fuq il-Mod li bih Jispiċċaw l-Obbligazzjonijiet 1145-1231
     §I  Fuq il-Ħlas 1146-1178
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        7
Artikoli
Fuq il-Ħlas in Ġenerali 1146-1163
Fuq il-Ħlas b’Surroga 1164-1167
Fuq l-Imputazzjoni tal-Ħlas 1168-1172
Fuq l-Offerta ta’ Ħlas u fuq id-Depożitu 1173-1178
     §II  Fuq in-Novazzjoni 1179-1189
     §III  Fuq il-Maħfra tad-Dejn 1190-1195
     §IV  Fuq it-Tpaċija 1196-1204
     §V  Fuq il-Konfużjoni 1205-1206
     §VI  Fuq it-Telfa tal-Ħaġa 1207-1208
     §VII  Fuq ir-Rexxissjoni 1209-1231
Sub-titolu VI.  Fuq il-Prova ta’ l-Obbligazzjonijiet u tat-Tmiem 
tagħhom  1232-1235
Titolu V. Fuq il-Kitbiet taż-żwieġ 1236-1345
Sub-titolu I.  Istituzzjonijiet tad-Dota u Dotarju 1248
     §I  Fuq il-Kostituzzjoni tad-Dota* 1249-1258
     §II  Fuq il-Jeddijiet tar-Raġel fuq id-Dota* 1259-1267
     §III  Fuq li d-Dota ma tistax tiġi ttrasferita jew Obbligata* 1268-1299
     §IV  Fuq ir-Radd tad-Dota* 1300-1312
Sub-titolu II. Fuq id-Dotarju* 1313-1315
Sub-titolu III.  Fuq il-Komunjoni ta’ l-Akkwisti# 1316-1333
Sub-titolu IV.  Fuq il-Beni Parafernali 1334-1337
Sub-titolu V.  Fuq il-Komunjoni ta’ Residwu taħt Amministrazzjoni 
Separata  1338-1345
Titolu VI. Fuq il-Bejgħ 1346-1484
Sub-titolu I.  Fuq il-Kuntratt ta’ Bejgħ 1346-1364
Sub-titolu II.  Persuni li jistgħu Jixtru jew Ibigħu 1365-1369
Sub-titolu III.  Ħwejjeġ li jistgħu Jinbiegħu 1370-1377
Sub-titolu IV.  Fuq l-Obbligi tal-Bejjiegħ 1378-1432
     §I  Fuq il-Kunsinna 1379-1407
     §II  Fuq il-Garanzija 1408-1432
Fuq il-Garanzija tal-Pussess Paċifiku tal-Ħaġa 
mibjugħa 1409-1423
Fuq  il-Garanzija  għad-Difetti  li  ma  Jidhrux  
tal-Ħaġa mibjugħa 1424-1432
Sub-titolu V.  Fuq l-Obbligi tax-Xerrej 1433-1439
Sub-titolu VI.  Fuq il-Ħall u r-Rexxissjoni tal-Bejgħ 1440-1468
*Imħassar bl-Att XXI ta’ l-1993.
#Sostitwit bl-Att XXI ta’ l-1993.
  8      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Artikoli
Fuq l-Irkupru 1441-1468
Sub-titolu VII. Fuq iċ-ċessjoni ta’ Krediti u Jeddijiet oħra 1469-1484
Titolu VII. Fuq it-Tpartit 1485-1493
Titolu VIII. Fuq l-Enfitewsi 1494-152
Titolu IX. Fuq il-Kuntratt ta’ Kiri 1525-1643
Disposizzjoni Ġenerali 1525
Sub-titolu I.  Fuq il-Kiri tal-Ħaġa 1526-1622
     §I  Fuq il-Jeddijiet u l-Obbligi ta’ Sid il-Kera 1539-1553
     §II  Fuq il-Jeddijiet u l-Obbligi tal-Kerrej 1554-1565
     §III  Kif Jinħall il-Kiri 1566-1576D
     §IV  Regoli Speċjali dwar il-Kiri ta’ Raba’ li jagħti 
Frottijiet 1577-1589
     §V  Fuq il-Jedd ta’ Preferenza fil-Kiri ta’ Ħaġa 1590-1612
     §VI  Fuq is-Sullokazzjoni 1613-1622
Sub-titolu II.  Fuq il-Kiri ta’ Xogħol u ta’ Industrja 1623-1627
     §I  Fuq il-Vetturali bl-Art jew bil-Baħar 1628-1632
     §II  Fuq l-Appalti 1633-1643
Titolu X. Fuq il-Kuntratt ta’ Soċjetà 1644-1688
Disposizzjonijiet  Ġenerali 1644-1647
Sub-titolu I.  Fuq id-Diversi Xorta ta’ Soċjetà 1648-1652
Sub-titolu II.  Fuq l-Obbligazzjonijiet tas-Soċji bejniethom 1653-1675
Sub-titolu III. Fuq l-Obbligazzjonijiet tas-Soċji lejn it-Terzi 1676-1678
Sub-titolu IV.  Fuq kif Tispiċċa s-Soċjetà 1679-1688
Titolu XI. Fuq il-Kostituzzjoni ta’ Renta 1689-1712
Sub-titolu I.  Fuq ir-Renta Perpetwa 1694-1701
Sub-titolu II.  Fuq il-Vitalizju 1702-1712
Titolu XII. Fuq il-Logħob u l-Imħatri 1713-1717A
Titolu XIII. Fuq it-Transazzjoni 1718-1736
Titolu XIV. Fuq id-Donazzjoni 1737-1823
Disposizzjonijiet  Ġenerali 1737-1742
Sub-titolu I.  Fuq min jista’ jagħmel jew jirċievi Donazzjoni 1743-1752
Sub-titolu II. Fuq il-Forma u l-Effetti tad-Donazzjoni 1753-1784
Sub-titolu III.  Fuq l-Eċċezzjonijiet għar-Regola dwar li 
d-Donazzjonijiet ma jistgħux Jitħassru 1785-1792
Sub-titolu IV.  Fuq id-Donazzjonijiet magħmulin b’Kontem-
plazzjoni ta’ Żwieġ 1793-1803
Sub-titolu V. Fuq id-Donazzjonijiet bejn il-Għarajjes jew ir-Raġel 
u l-Mara fil-Kitba taż-żwieġ jew matul iż-żwieġ 1804-1812
Sub-titolu VI.  Fuq it-Tnaqqis tad-Donazzjonijiet 1813-1823
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        9
Artikoli
Titolu XV. Fuq is-Self għall-Użu jew Kommodat 1824-1838
Titolu XVI. Fuq il-Prekarju 1839-1841
Titolu XVII. Self għall-Konsum jew Mutwu 1842-1855A
Titolu XVIII. Fuq il-Mandat 1856-1890
Sub-titolu I.  Xorta u Forma tal-Mandat 1856-1872
Sub-titolu II.  Fuq l-Obbligi tal-Mandatarju 1873-1879
Sub-titolu III.  Fuq l-Obbligi tal-Mandant 1880-1885
Sub-titolu IV. Kif Jispiċċa l-Mandat 1886-1890
Titolu XIX. Fuq id-Depożitu 1891-1924
Sub-titolu I.  Fuq id-Depożitu hekk proprjament imsejjaħ 1892-1921
     §I  Fuq id-Depożitu Volontarju 1896-1919
Fuq l-Obbligi tad-Depożitarju 1899-1917
Fuq l-Obbligi tad-Depożitant 1918-1919
     §II  Fuq id-Depożitu Neċessarju 1920-1921
Sub-titolu II.  Fuq is-Sekwestru Konvenzjonali. 1922-1924
Titolu XX. Fuq il-Garanzija 1925-1963
Sub-titolu I.  X’inhi u sa fejn tgħodd il-Garanzija 1925-1933
Sub-titolu II.  Fuq l-Effetti tal-Garanzija 1934-1950
     §I  Fuq l-Effetti tal-Garanzija bejn il-Kreditur u 
l-Garanti  1934-1941
     §II  Fuq l-Effetti tal-Garanzija bejn id-Debitur u 
l-Garanti  1942-1948
     §III  Fuq l-Effetti tal-Garanzija bejn il-Garanti 1949-1950
Sub-titolu III.  Fuq il-Garanzija Legali u Ġudizzjarja 1951-1955
Sub-titolu IV.  Kif Tispiċċa l-Garanzija 1956-1963
Titolu XXI. Fuq il-Kuntratt ta’ Rahan 1964-1986
Titolu XXII. Fuq l-Antikresi 1987-1993
Titolu XXIII. Fuq il-Privileġġi u l-Ipoteki 1994-2095
Sub-titolu I.  Fuq il-Privileġġi 1999-2010
     §I  Fuq il-Privileġġi Ġenerali 2003-2008
     §II  Fuq il-Privileġġi Speċjali 2009-2010
Fuq il-Privileġġi fuq Ħwejjeġ Mobbli Partikolari 2009
Fuq il-Privileġġi fuq Immobbli 2010
Sub-titolu II.  Fuq l-Ipoteki 2011-2028
     §I  Fuq l-lpoteka Legali 2017-2022
     §II  Fuq l-Ipoteka Ġudizzjali 2023
     §III  Fuq l-Ipoteka Konvenzjonali 2024-2028
Sub-titolu III.  Fuq kif Jinżammu l-Privileġġi u l-Ipoteki 2029-2052
  10      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Artikoli
Sub-titolu IV.  Fuq li-Tiġdid ta’ l-Iskrizzjonijiet 2053-2058
Sub-titolu V.  Fuq it-Tnaqqis u t-Tħassir ta’ l-Iskrizzjonijiet 2059-2068
Sub-titolu VI.  Fuq l-Effett tal-Privileġġi u ta’ Ipoteki kontra 
t-Terzi Pussessuri 2069-2083
Sub-titolu VII.  Fuq kif jispiċċaw il-Privileġgi u l-Ipoteki 2084-2087
Sub-titolu VIII.Fuq l-Ordni bejn il-Privileġġi u l-Ipoteki 2088-2095
Titolu XXIV. Fuq il-Benefiċċju tal-Firda tal-Patrimonji 2096-2106
Titolu XXV. Fuq il-Preskrizzjoni 2017-2160
Disposizzjonijiet  Ġenerali 2107-2117
Sub-titolu I.  Fuq il-Kawżi li Jimpedixxu l-Preskrizzjoni 2118-2121
Sub-titolu II.  Fuq il-Kawżi li Jissospendu l-Preskrizzjoni 2122-2126
Sub-titolu III.  Fuq il-Kawżi li Jiksru l-Preskrizzjoni 2127-2136
Sub-titolu IV. Fuq iż-żmien meħtieġ għall-Preskrizzjoni  2137-2160
     §I  Fuq il-Preskrizzjoni ta’ Għaxar Snin, Tletin u 
Erbgħin Sena  2140-2146
     §II  Fuq xi Preskrizzjonijiet Partikolari 2147-2160
SKEDA
Taqsima I Drittijiet
Taqsima II Formuli
Taqsima III  Partikolaritajiet dwar ċerti korrezzjonijiet fl-Atti ta’ 
l-Istat Ċivili
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        11
Titolu.
L-EWWEL KTIEB
FUQ IL-PERSUNI
Titolu I
FUQ IL-JEDDIJIET U D-DMIRIJET LI JITNISSLU MIŻ-ŻWIEĠ
Sub-titolu I
FUQ IL-JEDDIJIET U D-DMIRIJIET TAR-RAĠEL U L-MARA LEJN 
XULXIN
Dmirijiet tal-
miżżewġin lejn 
xulxin. 
Sostitwit: 
XXI.1993.3. 
2.  (1) Il-liġi tippromwovi l-għaqda u l-istabbilità  tal-familja.
(2) Il-miżżewġin għandhom jeddijiet indaqs u jerfgħu
responsabbiltajiet indaqs matul iż-żwieġ tagħhom. Għandhom id-
dmir li jkunu fidili lejn xulxin u li jieqfu ma’ xulxin kemm
moralment kif ukoll materjalment.
Dmir għal 
kontribuzzjoni 
għall-ħtiġiet tal-
familja. 
Emendat: 
XLVI.1973.2. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.3.
3. Il-partijiet fiż-żwieġ għandhom l-obbligu, kull waħda
minnhom skond il-mezzi u l-ħila tagħhom, li jaħdmu kemm jekk
fid-dar kif ukoll barra mid-dar kif jinħtieġu l-interessi tal-familja, li
jmantnu lil xulxin u li jikkontribwixxu għall-ħtiġiet tal-familja.
Id-dar taż-żwieġ. 
Miżjud: 
XXI. 1993.3.
3A. (1) Id-dar taż-żwieġ għandha tkun stabbilita f’lok li
jintagħzel bi qbil bejn il-miżzewġin skond il-ħtiġiet tal-miżżewġin
u l-interess ewlieni tal-familja nnifisha.
(2) Meta d-dar taż-żwieġ, kollha kemm hi jew sehem minnha,
tkun tappartjeni fi proprjetà  jew b’xi titolu ieħor, lil parti waħda
mill-miżżewġin, dik il-parti tista’ biss tittrasferixxi b’titolu inter
vivos is-sehem tagħha fuq id-dar taż-żwieġ:
(a) bil-kunsens tal-parti l-oħra; jew
(b) meta dak il-kunsens ma jingħatax mingħajr raġuni
xierqa, bl-awtorità  tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni
volontarja; jew
(ċ) b’irkant f’bejgħ ġudizzjarju fuq talba ta’ xi kreditur ta’
dik il-parti.
(3) Il-parti li ma tkunx tat il-kunsens tagħha għal trasferiment
tista’ ġġib azzjoni għall-annullament ta’ trasferiment li ma jkunx
sar skond is-subartikolu (2), f’għeluq sena minn meta t-trasferiment
ikun ġie reġistrat.
  12      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Dmir tal-
miżżewġin lejn l-
ulied. 
Miżjud: 
XXI.1993.3.
3B. Iż-żwieġ jimponi fuq il-miżżewġin l-obbligu li jieħdu
ħsieb, imantnu, jgħallmu u jedukaw lill-ulied li jiġu miż-żwieġ
skond il-ħila, xeħtiet naturali u aspirazzjonijiet ta’ l-ulied.
Kunjom li jintuża 
mill-miżżewġin u 
mill-ulied tal-
familja. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.3.
Kap. 255.
4. (l) Il-miżżewġin għandhom maż-żwieġ jieħdu l-kunjom
tar-raġel u martu tista’ żżid kunjom xbubitha miegħu.
(2) Il-mara tista’, minflok, tagħżel li żżomm kunjom xbubitha
li warajh tista’ żżid kunjom żewġha.
(3) Ulied iż-żwieġ jieħdu kunjom missierhom, li warajh jistgħu
jżidu kunjom xbubit ommhom.
(4) Jekk il-mara jkollha l-ħsieb li żżomm kunjom xbubitha
wara ż-żwieġ hija għandha, qabel iż-żwieġ, hekk tiddikjara l-ħsieb
tagħha qabel il-pubblikażzjoni tad-tnidijiet skond l-Att dwar iż-
Żwieġ u għandha tissottoskrivi d-dikjarazzjoni relattiva fl-att taż-
żwieġ. Dik id-dikjarazzjoni tkun irrevokabbli.
*(5) Is-subartikolu (1) għandu japplika għal mara li tkun
iżżewġet qabel l-1 ta’ Diċembru, 1993, kemm-il darba u sakemm
ma tikkonsenjax jew tieħu ħsieb li tikkonsenja lill-Uffiċċju tar-
Reġistratur Pubbliku, il-Formula Q li tinsab fit-Taqsima II ta’ l-
Iskeda li tinsab ma’ dan il-Kodiċi fejn turi li tagħżel li terġa’ tieħu
kunjom xbubitha. Dik in-nota ma tkunx tista’ ssir wara li jgħaddu
sitt xhur mill-1 ta’ Diċembru, 1993 u meta tkun konsenjata fl-
Uffiċċju tar-Reġistratur Pubbliku id-Direttur għandu jirreġistraha fi
ktieb miżmum għal hekk, li għalih għandu jżomm indiċi taħt
kunjom xbubit il-mara u kunjom ir-raġel tagħha.
Manteniment. 5. (1) Għall-manteniment, ir-raġel jew il-mara jiġu qabel l-
omm u l-missier jew axxendenti oħra.
(2) Meta sew l-ulied kemm ir-raġel jew il-mara jitolbu l-
manteniment, ilkoll għandhom jedd daqsinsew.
(3) Ir-raġel u l-mara, sakemm jistgħu jieħdu l-manteniment
mingħand xulxin, ma jistgħux jitolbuh mingħand uliedhom jew
dixxendenti oħra jew mingħand l-axxendenti tagħhom.
Meta jintemm id-
dmir għall-
manteniment. 
Emendat: 
XLVI. 1973.4. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.4.
6. Id-dmir ta’ manteniment ta’ parti fiż-żwieġ lejn il-parti l-
oħra jintemm jekk il-parti l-oħra, wara li tkun telqet mid-dar taż-
żwieġ, bla raġuni xierqa ma tkunx trid tmur lura fid-dar.
Nuqqas ta’ qbil 
bejn il-miżżewġin. 
Miżjud: 
XXI. 1993.4.
6A. (1) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-miżżewġin kull parti
tista’ tirreferi l-kwistjoni għall-għajnuna tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni
volontarja u l-imħallef li jippresjedi għandu, wara li jisma’ lill-
miżżewġin u jekk jidhirlu xieraq lil kull wild ’il fuq mill-età  ta’
erbatax-il sena li jkunu joqogħdu mal-miżżewġin, jipprova jwassal
għal ftehim bi qbil dwar dik il-kwistjoni.
*Dan is-subartikolu ġie miżjud taħt is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni tal-
Liġijiet permezz ta’ l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji. Dan
is-subartikolu sostanzjalment jirriproduċi s-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 89 ta’ l-
Att XXI ta’ l-1993.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        13
(2) Meta dak il-ftehim bi qbil ma jintlaħaqx u l-kwistjoni tkun
dwar fejn tkun id-dar taż-żwieġ jew il-bdil tagħha jew dwar
kwistjonijiet oħra ta’ importanza fondamentali, l-imħallef li
jippresjedi għandu, jekk hekk mitlub espressament miż-żewġ
partijiet fiż-żwieġ flimkien, jiddeċiedi l-kwistjoni hu nnifsu billi
jipprovdi soluzzjoni li fil-fehma tiegħu tkun l-aħjar fl-interessi tal-
familja u tal-ħajja tal-familja.
(3) Ma jkunx hemm appell mid-deċizjoni ta’ l-imħallef li
jippresjedi f’dan il-każ.
Sub-titolu II
Emendat: 
XXI. 1993.5.
FUQ IL-JEDDIJIET U D-DMIRIJLET BEJN AXXENDENTI, 
DIXXENDENTI U AĦWA
Dmiriiet tal-
ġenituri lejn 
uliedhom. 
Emendat: 
XXI. 1993.6.
7. (1) Il-ġenituri għandhom l-obbligu li jieħdu ħsieb,
imantnu, igħallmu u jedukaw lil uliedhom bil-mod stabbilit fl-
artikolu 3B.
(2) Meta ma hemmx il-ġenituri, jew jekk dawn ma jkollhomx
mezzi biżżejjed, id-dmir tal-manteniment u ta’ l-edukazzjoni ta’ l-
ulied jaqa’ fuq l-axxendenti l-oħra.
Dmirijiet ta’ l-ulied 
lejn il-ġenituri.
8. L-ulied għandhom id-dmir li jagħtu l-manteniment lill-
ġenituri tagħhom jew axxendenti oħra, li jkunu fil-bżonn.
Dmirijiet tal-
miżzewġin lejn 
xulxin fl-għoti ta’ 
manteniment. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.7.
9. Parti fiż-żwieġ ma tistax ma tagħtix l-appoġġ morali
tagħha lill-parti l-oħra fit-twettiq ta’ kull obbligu li dik il-parti l-
oħra jkollha lejn id-dixxendenti jew l-axxendenti tagħha.
Meta żewġ l-bint 
m’għandhiex dan 
id-dmir lejn 
missier u omm il-
mara.
10. Imħassar: XXI. 1993.7.
Effetti tal-mewt 
tar-raġel u tal-mara 
li minnhom tnisslet 
il-qrubija u tat-tfal 
taż-żwieġ li nissel 
il-qrubija.
11. Imħassar: XXI. 1993.7.
Ordni li fih 
jitqiegħdu l-
persuni taħt dmir 
ta’ manteniment. 
Emendat: 
XXI. 1993.8.
12. Meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-sub-
titolu, ikun hemm aktar minn persuna waħda obbligata għall-
manteniment, dawn il-persuni jkunu obbligati fl-ordni li ġej:
(a) l-ulied jew dixxendenti tal-persuna li titlob il-
manteniment, fl-ordni kif huma mil-liġi msejha għall-
wirt tagħha;
(b) il-ġenituri;
(ċ) l-axxendenti l-oħra, fl-ordni kif huma mil-liġi msejħa
għall-wirt ta’ dik il-persuna.
Obbligu in 
solidum.
13. (1) L-obbligu ta’ dawk illi, fl-ordni miġjub fl-aħħar
artikolu qabel dan, huma mqegħdin fl-istess grad, huwa in solidum.
  14      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Obbligu in 
subsidium.
(2) Iżda dawk li, skond l-ordni ta’ hawn fuq, huma mqegħdin fi
grad iżjed fil-bogħod, huma obbligati biss in subsidium, meta l-
manteniment ma jkunx jista’ jittieħed mingħand persuni fi grad
eqreb.
Setgħa tal-qorti 
f’każ li ma jridx 
dewmien.
(3) Madankollu, il-qorti tista’ meta l-każ ma jkunx irid
dewmien, tikkundanna lil waħda mill-persuni li huma obbligati
għall-manteniment, tkun f’liema grad tkun, għall-għoti tal-
manteniment, u żżomm lil din il-persuna l-jedd li ddur għall-ħlas
kontra dawk il-persuni l-oħra li, skond l-ordni ta’ hawn fuq, kienu
obbligati jagħtu dak il-manteniment.
Manteniment 
mitlub minn iżjed 
minn persuna 
waħda. 
Emendat: 
XXI. 1993.9.
14. (1) Meta żewġ persuni jew aktar jitolbu l-manteniment
mingħand min m’għandux imnejn jagħtih lilhom ilkoll, fil-
preferenza li tingħata lill-waħda fuq l-oħra, għandu jiġi mħares l-
ordni miġjub fl-artikolu 12.
(2) Madankollu, il-qorti tista’ titbiegħed mir-regola miġjuba
fis-subartikolu (1) f’każijiet ta’ urġenza kbira, billi tqis l-istat tas-
saħħa, l-età  jew ċirkostanzi oħra tal-persuni li jitolbu l-
manteniment.
Aħwa bniet u 
subien.
15. (1) L-aħwa bniet u subien, sew jekk aħwa mill-missier u l-
omm, kemm jekk mill-missier jew mill-omm biss, għandhom ukoll
l-obbligu tal-manteniment lejn xulxin, iżda biss meta ma jkunx
hemm persuni oħra obbligati.
(2) L-obbligu ta’ l-aħwa bniet u subien, meta hemm dan l-
obbligu, huwa wkoll in solidum.
(3) Il-persuni msemmijin fl-artikolu 12 għandhom dejjem
preferenza fuq l-aħwa subien u bniet, barra minn fil-każijiet ta’
urġenza kbira, billi jittieħed qies ta’ l-età , ta’ l-istat tas-saħħa u ta’
ċirkostanzi oħra.
Obbligu tal-
manteniment 
minħabba qrubija 
mid-demm jew bi 
żwieġ. 
Emendat: 
XXI. 1993.10.
16. (1) L-obbligu tal-manteniment, minħabba l-qrubija mid-
demm, iseħħ biss bejn il-persuni u fil-każijiet imsemmijin fl-
artikoli ta’ qabel ta’ dan is-sub-titolu.
(2) Dan l-obbligu lanqas ma jibqa’ jseħħ favur il-persuni hawn
fuq imsemmija jekk min jitlob il-manteniment ikun ġie fil-bżonn bi
ħtija tiegħu:
Iżda dan ma jgħoddx meta dawk li jitolbu l-manteniment
huma l-ġenituri, jew axxendent ieħor.
Meta jista’ jintalab 
lura dak li jingħata 
bħala 
manteniment. 
Emendat: 
XXI. 1993.11.
17. (1) Jekk l-aħwa, bniet jew subien, ikunu ħadu l-
manteniment, u fi żmien għaxar snin mill-aħħar darba li lilhom
ikun ingħata l-manteniment isiru jistgħu jħallsu lura dak li rċevew,
għandhom iroddu dak l-ammont lil min ikun tahom dak il-
manteniment, basta li l-talba għar-radd issir f’dak iż-żmien.
(2) F’ebda każ ieħor, jekk ma jkunx hemm ftehim xort’ oħra,
ma jista’ jintalab ir-radd tal-ħlas tal-manteniment mogħti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        15
Meta l-obbligu ta’ 
manteniment 
igħaddi għall-
werrieta.
18. Imħassar: XXI. 1993.12.
X’ifisser “il-
manteniment”.  
Emendat: 
XXI. 1993.13.
19. (1) Fil-manteniment jidħlu l-ikel, l-ilbies, is-saħħa u l-
abitazzjoni.
(2) Fil-manteniment li għandu jingħata lill-ulied u dixxendenti
oħra, jidħlu wkoll l-ispejjeż meħtieġa għas-saħħa u għall-
edukazzjoni tagħhom.
Kif jitqies il-
manteniment.
20. (1) Il-manteniment għandu jingħata skond il-bżonn ta’
min jitolbu u l-mezzi ta’ min għandu jagħtih.
(2) Fl-istħarriġa sabiex jinsab jekk min jitlob il-manteniment
jistax jaqalgħu xort’oħra, għandu jittieħed qies ukoll tal-ħila tiegħu
fl-eżerċizzju ta’ xi professjoni, arti jew sengħa.
(3) Meta jinqiesu l-mezzi ta’ min hu obbligat għall-
manteniment, għandu jingħadd biss il-qligħ tiegħu mix-xogħol tal-
professjoni, arti jew sengħa, is-salarju jew il-pensjoni tiegħu
mogħtija mill-Gvern jew minn ħaddieħor, u ta’ l-utili tal-beni, sew
mobbli kemm immobbli.
(4) Ma jitqiesx li għandu mezzi biżżejjed biex jagħti l-
manteniment min ma jistax jagħtih ħlief billi jilqa’ f’daru l-persuna
li titlob dak il-manteniment, jekk din il-persuna ma tkunx
axxendent jew dixxendent.
(5) Meta jinqiesu l-mezzi ta’ min jitlob il-manteniment, għandu
jittieħed qies ukoll ta’ kemm jiswew il-beni tiegħu mobbli jew
immobbli.
Meta min jagħti l- 
manteniment jasal 
fi stat li ma jistax 
jagħtih iżjed.
21. (1) Meta min jagħti l-manteniment jiġi fi stat li ma jkunx
jista’ jagħti aktar il-manteniment kollu jew biċċa minnu, hu jista’
jitlob li jkun meħlus mill-obbligu tiegħu jew li tkun imnaqqsa s-
somma tal-manteniment, skond ma jkun il-każ.
(2) Dan igħodd ukoll jekk il-bżonn ta’ min ikun jirċievi l-
manteniment jispiċċa għal kollox jew f’parti.
Radd tal-ħlas tal-
manteniment.
22. (1) Min ikun ta l-manteniment m’għandux jedd jitlob ir-
radd ta’ dak il-manteniment li jkun ta wara li tkun spiċċat ir-raġuni
li għaliha kien obbligat għall-manteniment.
(2) Ma tistax lanqas il-persuna li lilha kellu jingħata l-
manteniment titlob mingħand id-debitur li jkun sar jista’ jagħti dak
il-manteniment, is-somma tal-manteniment għaż-żmien li fih l-
istess debitur ma kienx tah minħabba nuqqas ta’ mezzi.
Il-manteniment 
jista’ jingħta in 
natura.
23. (1) Min hu fid-dmir li jagħti l-manteniment ma jistax,
mingħajr raġuni tajba, ikun imġiegħel iħallas somma ta’ flus għall-
manteniment, kemm-il darba hu joffri ruħu li jilqa’ f’daru u jmantni
lil min ikollu l-jedd għall-manteniment minn għandu.
(2) Meta l-manteniment għandu jingħata barra mid-dar tal-
persuna li għandha tagħtih, din tista’, għal raġuni tajba, tagħti l-
manteniment in natura minflok ma tħallas flus.
  16      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Id-donatarju huwa 
fid-dmir qabel il-
qraba. 
Emendat: 
XXI.1993.14.
24. Ħadd ma jista’ jitlob il-manteniment mingħand il-persuni
obbligati minħabba li jkunu qraba mid-demm, meta min jitlob il-
manteniment ikun jista’, bħala donatur, jieħdu mingħand id-
donatarju bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1773.
Manteniment 
pendente lite.
25. (1) Meta jkun hemm talba għall-manteniment, il-qorti
tista’, waqt li tkun għadha miexja l-kawża, tikkundanna lill-
konvenut biex jagħti lill-attur il-manteniment provviżorju f’somma
li tkun biżżejjed għall-ħwejjeġ l-aktar meħtieġa għall-ħajja, iżda
dan kemm-il darba l-konvenut ikun biċ-ċar wieħed minn dawk illi,
jekk ikollhom minn fejn, huma mil-liġi fid-dmir li jagħtu l-
manteniment lill-attur.
(2) Jekk f’dan il-każ it-talba għall-manteniment tiġi miċħuda,
il-konvenut ikollu l-jedd jitlob mingħand l-attur innifsu, jew
mingħand il-persuna li jkollha d-dmir tagħti l-manteniment lil dak
l-attur, ir-radd bl-imgħax ta’ kull somma li jkun ħallas.
L-iben m’għandux 
azzjoni kontra l-
ġenituri biex 
jagħmlulu 
assenjament f’każ 
ta’ żwieġ, eċċ.
26. Imħassar: XXI. 1993.15.
Il-jedd għall-
manteniment 
jispiċċa f’xi 
każijiet. 
Emendat: 
XXI. 1993.16.
27. (1) L-obbligu ta’ kull persuna lejn oħra għall-manteniment
jispiċċa jekk il-persuna, li favur tagħha dak l-obbligu huwa
stabbilit, tizżewweġ kontra r-rieda tal-persuna li jkollha dak l-
obbligu, iżda dan kemm-il darba din l-opposizzjoni tkun saret għal
raġunijiet tajba, u t-talba għall-ħelsien mill-obbligu hawn fuq
imsemmi, issir mill-persuna li tagħmel dik l-opposizzjoni fi żmien
sitt xhur mit-tieġ.
(2) Dik l-opposizzjoni jkollha effett biss jekk issir b’att
ġudizzjarju, li għandu jiġi nnotifikat lil kull waħda mill-persuni li
jkollhom il-ħsieb li jiżżewġu, u ppreżentat fir-reġistru tal-qorti
ċivili tal-gżira li fiha jkun joqgħod l-opponent, jew ta’ dik tal-gzira
fejn tkun toqgħod waħda mill-partijiet hawn fuq imsemmija.
Raġunijiet tajba ta’ 
opposizzjoni għal 
żwieġ. Emendat: 
XLVI. 1973.6.
28. Għall-finijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, in-nuqqas tal-
mezzi meħtieġa għall-ħajja, skond il-kondizzjoni tal-persuna li
kontra tagħha ssir l-opposizzjoni, inkella l-kondotta ħażina tal-parti
l-oħra, huma magħduda raġunijiet tajba ta’ opposizzjoni għaż-
żwieġ.
Meta ż-żwieġ isir 
bla ma qabel isiru 
t-tnidijiet. 
Emendat: 
XXI. 1993.17.    
29. Meta ż-żwieġ isir bid-dispensa tat-tnidijiet kollha jew ta’
biċċa minnhom, u ma jiġix ippruvat li l-persuna suġġetta għall-
obbligu msemmi fl-artikolu 27 kienet taf, mill-anqas ħmistax-il
ġurnata qabel ma sar iż-żwieġ, li dan iż-żwieġ kellu jsir, hija tista’,
ukoll jekk ma jkunx hemm l-opposizzjoni msemmija f’dak l-
artikolu, titlob, fis-sitt xhur ta’ wara ż-żwieġ, il-ħelsien tagħha
minn dak l-obbligu, għal kull raġuni li għaliha l-opposizzjoni fuq
imsemmija kien jista’ jkollha dak l-effett.
Żwieġ li jsir 
mingħajr is-
solennitajiet u 
formalitajiet ta’ 
qabel iż-żwieġ.
30. Imħassar: XXI. 1993.18.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        17
Meta l-obbligu tal-
manteniment 
jispiċċa lejn ir-
raġel jew il-mara 
jew l-ulied tal-
persuna qariba 
mid-demm. 
Emendat: 
XLVI.1973.7. 
31. Imħassar: XXI. 1993.18.
Raġunijiet li 
għalihom il-
ġenituri jistgħu 
jiċħdu 
manteniment ta’ 
wliedhom. 
Emendat: 
XLVI. 1973.8. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.19.
32. Minbarra r-raġuni msemmija fl-artikolu 27, ġenituri jew
axxendenti oħra jistgħu jiċħdu l-manteniment lit-tfal jew
dixxendenti oħra għal kull waħda mir-raġunijiet li għalihom
dixxendent jista’ jiġi diżeredat minn axxendent.
Meta jista’ 
jinċaħad il-
manteniment għal 
offiża gravi. 
Emendat: 
XXI. 1993.20.
33. Kull persuna tista’ tiċħad il-manteniment lil ħuha jew lil
oħtha, minħabba offiża gravi magħmula minnhom kontra tagħha,
jew kontra l-mara jew ir-raġel tagħha, jew kontra qarib tagħha sal-
grad ta’ ziju jew zija, jew kontra neputi jew neputija tagħha.
Eċċezzjoni.
żewġ artikoli qabel dan, ma jista’ jinċaħad il-manteniment, meta l-
offiża, jew raġuni oħra ta’ ċħid ta’ manteniment hemm imsemmija,
jkunu saru wisq żmien qabel minn meta ssir it-talba għall-
manteniment.
Sub-titolu III
Sostitwit: 
XXI. 1993.21.
FUQ IL-FIRDA PERSONALI
L-obbligu tal-
għajxien flimkien 
jispiċċa mal-firda. 
Emendat: 
XXI. 1993.22.
35. (1) Bil-firda personali, mogħtija b’sentenza, jew li għaliha
tingħata s-setgħa b’digriet tal-qorti ċivili kompetenti, jispiċċa,
għall-effetti kollha ċivili, l-obbligu ta’ bejniethom li jgħixu
fiimkien.
(2) Il-firda mogħtija minn kull qorti oħra ma ġġibx effetti
ċivili.
Kif wieħed jista’ 
jikseb il-firda. 
Emendat: 
XX1. 1993.23.
36. Il-firda personali ma tistax issir ħlief b’talba ta’ waħda
mill-persuni miżżewġa flimkien kontra l-oħra, u għal xi waħda mir-
raġunijiet miġjubin fl-artikoli li ġejjin, jew bil-kunsens ta’ xulxin,
kif hemm fl-artikolu 59.
Separazzjoni 
personali. 
Emendat: 
XXI. 1993.24.
Sostitwit:
XXXI. 2002.210.
37. (1) Il-kawżi kollha għal separazzjoni personali għandhom
jinġiebu quddiem is-sezzjoni xierqa tal-Qorti Ċivili kif jiġi stabbilit
b’regolamenti magħmulin mill-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja:
Iżda qabel jinbdew il-proċedimenti, tista’ ssir talba sabiex
jiġi stabbilit l-ammont tas-somma għall-manteniment fil-waqt li l-
proċedimenti jkunu pendenti u għall-għoti ta’ digriet li jordna l-
ħlas ta’ dik is-somma jew talba lill-qorti biex b’digriet tistabbilixxi
liema waħda mill-partijiet fiż-żwieġ, jekk ikun il-każ, għandha
  18      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
matul il-proċedimenti tibqa’ tgħix fid-dar matrimonjali.
(2) Ir-rikors li jkun fih it-talba msemmija fil-proviso tas-
subartikolu (1) għandu jiġi appuntat għas-smigħ f’data viċina,
f’kull każ mhux iktar tard minn sitt ijiem tax-xogħol mid-data tal-
preżentata tiegħu u għandu jiġi notifikat lill- intimat mingħajr
dewmien flimkien ma’ l-avviż ta’ dak l- appuntament.
(3) Il-qorti għandha tisma’ lir-rikorrent u lill-intimat
sommarjament u mbagħad għandha, b’digriet, tiddeċiedi fuq ir-
rikors:
Iżda l-qorti tista’ tiddeċiedi fuq it-talba meta r-rikorrent jew
l-intimat jew kemm ir-rikorrent kif ukoll l-intimat jonqsu li jidhru
fil-jum tas-smigħ.
Kap. 12.
(4) Id-digriet imsemmi fis-subartikolu (3) ikun titolu eżekuttiv
meqjus bħala inkluż fost id-digrieti msemmija fl-artikolu 253(a)
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jkun
eżegwibbli bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet kif jiġu
eżegwiti atti bħal dan.
(5) Id-digriet imsemmi fis-subartikolu (3) ma jibqax
eżegwibbli jekk l-azzjoni għas-separazzjoni li għaliha jingħata
permess ma tinbedix fi żmien xahrejn mid-data tad-digriet jew
f’dak iż-żmien itwal li tista’ tagħti l-qorti fl-istess digriet jew
f’digriet ieħor wara.
Kap. 12. (6) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 381(3) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li bis-saħħa tagħhom il-qorti ta’
ġurisdizzjoni kontenzjuża tista’ tagħmel il-mandat hemm speċifikat
għandhom japplikaw, mutatis mutandis , daqslikieku r-riferenza
għall-qorti f’dak is-subartikolu, kienet riferenza għas-sezzjoni
xierqa tal-Qorti Ċivili li quddiemha tkun saret it-talba msemmija
fil-proviso   għas- subartikolu (1).
(7) Id-digriet u l-ordni msemmija f’dan l-artikolu jistgħu biss
jiġu riveduti, mibdula jew revokati fuq rikors magħmul mill-parti li
titlob dik ir-reviżjoni, dak it-tibdil jew dik ir-revoka.
(8) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 39 tal-
Kostituzzjoni, regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu għas-smigħ ta’ kawżi bil-magħluq.
Adulterju. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.25.
38. Kull parti miżżewġa tista’ titlob il-firda minħabba l-
adulterju tal-parti l-oħra.
Adulterju tar-raġel. 39. Imħassar: XXI. 1993.25.
Eċċessi, moħqrija, 
eċċ. 
Sostitwit: 
XXX. 1981.2.
40. Kull waħda mill-persuni miżżewġin flimkien tista’ titlob
il-firda minħabba eċċessi, moħqrija, theddid jew offiżi gravi tal-
parti l-oħra kontra l-attur, jew kontra xi wieħed jew ieħor mit-tfal
tiegħu, jew minħabba li l-ħajja flimkien ma tkunx għadha possibbli
għax iż-żwieġ ikun tkisser irremedjabilment:
Iżda ma tistax tintalab firda minħabba li l-ħajja flimkien ma
tkunx għadha possibbli għax iż-żwieġ ikun tkisser
irremedjabilment qabel ma jgħaddu erba’ snin mid-data taż-żwieġ,
u iżda wkoll, il-qorti tista’ tiddikjara l-firda għal dik ir-raġuni
minkejja li, sew qabel jew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu*
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        19
ebda waħda mill-persuni miżżewġin flimkien ma tkun għamlet it-
talba għal dik ir-raġuni.
Abbandun. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.26.
41. Kull waħda mill-partijiet miżżewġa tista’ wkoll titlob il-
firda jekk, għal sentejn jew iżjed, tkun abbandunata mill-oħra,
mingħajr raġuni tajba.
Rikonċiljazzjoni.
rikonċiljazzjoni bejn ir-raġel u l-mara.
(2) Iżda, jekk wara tinħoloq raġuni ġdida ta’ firda, l-attur jista’,
sabiex issaħħaħ it-talba tiegħu, iġib ukoll ir-raġunijiet ta’ qabel.
Mewt ta’ waħda 
mill-persuni 
miżżewġa 
flimkien.
43. Bil-mewt tar-raġel jew tal-mara, ħlief fil-każ li fih is-
sentenza tal-firda jista’ jkollha l-effetti msemmijin fl-artikoli 48 sa
52 inklużivament, tispiċċa l-azzjoni tal-firda, ukoll jekk il-mewt
tiġri wara li tkun saret it-talba.
Meta sew ir-raġel 
kemm l-mara 
jistgħu jitolbu l-
firda.
44. Il-fatt li jkun hemm raġunijiet li għalihom sew ir-raġel
kemm il-mara jistgħu jitolbu l-firda, mhux ta’ xkiel għall-wieħed
jew għall-oħra li jitolbu l-firda kontra xulxin.
Diskrezzjoni tal-
qorti meta jkun 
hemm raġunijiet li 
għalihom il-
konvenut jista’ 
wkoll jitlob il-
firda.
45. Iżda, meta jiġi ppruvat xi fatt li minħabba fih il-konvenut
seta’ wkoll kieku ried jitlob il-firda, il-qorti tista’ tieħu qies ta’ dak
il-fatt għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 52.
Dar taż-żwieġ 
pendente lite. 
Emendat: 
XLVI. 1973.9. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.28.
46. Fiż-żmien li tkun miexja l-kawża tal-firda, kull waħda
mill-partijiet, sew jekk attriċi jew konvenuta, tista’ titlaq mid-dar
taż-żwieġ u tista’, sew jekk tkun telqet mid-dar taż-żwieġ u sew
jekk le, titlob lill-qorti biex tiddeċiedi liema waħda mill-partijiet
għandha toqgħod fid-dar taż-żwieġ sakemm tkun miexja dik il-
kawża.
Manteniment 
pendente lite. 
Miżjud: 
XXI. 1993.28.
46A. Fiż-żmien li tkun miexja l-kawża tal-firda, kull waħda
mill-partijiet, sew jekk attriċi jew konvenuta, tista’ titlob mingħand
il-parti l-oħra somma għall-manteniment skond il-bżonnijiet tagħha
u skond il-mezzi tal-parti l-oħra, u meta jitqiesu wkoll iċ-
ċirkostanzi l-oħra kollha tal-partijiet.
Ħsieb ta’ l-ulied. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.10; 
XXI. 1993.28.
47. Fiż-żmien li tkun miexja l-kawża l-qorti għandha tagħti
dawk l-ordnijiet dwar min jieħu ħsieb it-tfal kif jidhrilha xieraq, u
meta tkun qed tagħmel hekk għandha tqis bħala l-iktar
konsiderazzjoni importanti l-ġid ta’ l-ulied.
Konsegwenzi għal 
min mir-raġel jew 
il-mara jagħti 1ok 
għall-firda. 
Emendat: 
XXI. 1993.29.
48. (1) Il-parti, ir-raġel jew il-mara, illi tkun il-ħtija tal-firda
għal waħda mir-raġunijiet imsemmijin fl-artikoli 38 u 41 titlef - 
(a) il-jeddijiet imsemmijin fl-artikoli 631, 633, 633A, 825,
826 u 827;
(b) dak kollu li tkun kisbet mill-parti l-oħra b’donazzjoni
bi ħsieb taż-żwieġ, jew waqt iż-żwieġ, jew taħt titolu
ieħor gratuwitu;
(ċ) kull jedd ta’ parti miż-żwieġ għan-nofs ta’ l-akkwisti
*Dan l-artikolu kif sostitwit bl-Att XXX ta’ l-1981 ġie fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju,
1981.
  20      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
illi jkunu saru l-aktar bil-ħidma tal-parti l-oħra wara
data stabbilita mill-qorti bħala d-data meta l-parti
għandha tkun kunsidrata li minnha tkun ħatja tal-firda.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu biex jiġi determinat
jekk akkwist ikunx sar l-aktar bil-ħidma ta’ waħda
mill-partijiet fiż-żwieġ, għandhom jitqiesu l-kontributi
b’kull mod taż-żewġ partijiet skond l-artikolu 3;
(d) il-jedd li iġġiegħel lill-parti l-oħra, f’kull każ, li
tagħtiha l-manteniment bis-saħħa ta’ l-obbligu li
jitnissel miż-żwieġ.
(2) Il-ħwejjeġ imsemmijin fis-subartikolu (1)(b) jerġgħu
jmorru għand il-parti l-oħra, u l-akkwisti msemmijin fil-paragrafu
(ċ) ta’ dak is-subartikolu jibqgħu kollha għal din il-parti, bla ħsara
tal-jeddijiet li l-ulied jew terzi persuni oħra jkunu kisbu fuq dawk l-
istess ħwejjeġ qabel ma s-sentenza tal-firda tkun ġiet imniżżla fir-
Reġistru Pubbliku.
Jekk il-ħtija tkun 
tal-mara. 
Emendat: 
XLVI. 1973.11.
49. Imħassar: XXI. 1993.30.
Jekk il-ħtija tkun 
tar-raġel. 
Emendat: 
LVIII. 1975.2.
50. Imħassar: XXI. 1993.30.
Setgħa tal-qorti 
f’xi każijiet. 
Emendat: 
XXl. 1993.31.
51. Il-firda li ssir minħabba xi waħda mir-raġunijiet
imsemmijin fl-artikolu 40, tista’ jkollha l-effetti msemmijin fl-
artikolu 48, meta l-qorti jidhrilha li, taħt iċ-ċirkostanzi tal-każ,
għandhom igħoddu, f’kollox jew f’biċċa, id-disposizzjonijiet ta’
dak l-artikolu. 
Diskrezzjoni tal-
qorti f’xi każijiet.
Emendat: 
XXI.1993.31.
52. Hu mħolli wkoll f’idejn il-qorti li tiddeċidi, skond iċ-
ċirkostanzi, jekk id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48 għandhomx
igħoddu, f’kollox jew f’biċċa, għar-raġel u għall-mara, jew għal
wieħed jew għall-oħra biss, inkella, m’għandhomx igħoddu għal
ħadd minnhom, jekk il-wieħed u l-oħra jkunu ħtija ta’ egħmil li
jagħti lok għall-firda.
Żamm ta’ jeddijiet 
jew vantaġġi 
miksuba bil-firda.
53. ll-parti li tkun qalgħat il-firda, iżżomm kull jedd jew
vantaġġ li tkun kisbet mill-parti l-oħra, għad illi dak il-jedd jew
vantaġġ ikun ġie mogħti lilha taħt il-patt ta’ għoti ta’ jedd jew ta’
vantaġġ ieħor lill-parti l-oħra, u dan il-patt ma jseħħx.
Obbligu tal-
manteniment. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.32.
54. (1) Il-parti li kontra tagħha tinqata’ l-firda mhix meħlusa,
minħabba dik il-firda, mill-obbligu tal-manteniment tal-parti l-
oħra, meta dan il-manteniment ikollu jingħata skond id-
disposizzjonijiet tas-Sub-titolu I ta’ dan it-Titolu.
(2) L-ammont ta’ dak il-manteniment jiġi stabbilit billi jitqiesu
l-mezzi tal-parti li tkun obbligata li tagħti manteniment u l-
bżonnijiet tal-parti l-oħra, wara li jitqiesu wkoll iċ-ċirkostanzi l-
oħra kollha tal-partijiet.
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-Kodiċi, meta tiġi
deċiża l-firda, il-qorti tista’, jekk hekk jidhrilha xieraq fiċ-
ċirkostanzi, tordna lill-parti responsabbli għall-manteniment li
tħallas lill-parti l-oħra, minflok dak il-manteniment kollu jew parti
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        21
minnu, somma globali, li fil-fehma tal-qorti tkun biżżejjed sabiex
il-parti li jkollha tirċievi l-manteniment tkun finanzjarjament
indipendenti jew inqas dipendenti mill-parti l-oħra, skond il-każ.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (3), il-qorti għandha, fost iċ-
ċirkostanzi, tqis il-possibilità  li l-persuna li lilha għandu jitħallas
manteniment tkunx tista’ tirċievi taħriġ jew taħriġ mill-ġdid fi
professjoni, arti, sengħa jew ħidma oħra, jew biex tibda jew
tkompli ħidma li toħloq dħul ta’ flus, u tordna l-ħlas ta’ somma
globali għal dak l-iskop.
(5) Il-qorti tista’ tordna, skond iċ-ċirkostanzi, li l-ħlas tas-
somma globali msemmija fis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
jsir f’għadd ta’ skadenzi ndaqs jew mhux indaqs mifruxa fuq
perijodu ta’ żmien xieraq.
(6) Il-qorti tista’ wkoll tordna li, minflok dik is-somma globali,
imsemmija fis-subartikolu (3), kollha jew parti minnha, il-parti li
jkollha tħallasha tagħti lill-parti l-oħra proprjetà  b’titolu ta’
proprjetà  jew użufrutt, jew għall-użu jew abitazzjoni.
(7) Meta jkun hemm tibdil li jiġri wara fil-mezzi tal-parti
responsabbli għall-manteniment jew il-bżonnijiet tal-parti l-oħra,
il-qorti tista’, fuq it-talba ta’ kull waħda mill-partijiet, tordna li dak
il-manteniment jinbidel jew jitwaqqaf skond il-każ. Iżda, meta tkun
tħallset somma globali jew tkun ingħatat proprjetà  b’sodisfazzjon
totali ta’ l-obbligu ta’ parti li tħallas manteniment lill-parti l-oħra,
ir-responsabbiltà  kollha ta’ l-ewwel parti għall-manteniment tat-
tieni parti tieqaf. Iżda meta s-somma globali tkun tħallset jew il-
proprjetà  tkun ingħatat bħala parti biss mill-imsemmi obbligu, il-
qorti għandha, meta tordna l-ħlas tas-somma globali jew l-għoti tal-
proprjetà , fl-istess ħin tistabbilixxi l-parti tal-manteniment li tkun
hekk sodisfatta u kull tibdil li jiġri wara għandu f’dan il-każ ikun
japplika biss għal dik il-parti li ma tkunx sodisfatta u fl-istess
proporzjon għaliha.
Meta tieqaf il-
komunjoni ta’ l-
akkwisti u l-
komunjoni l-oħra 
taħt 
amministrazzjoni 
separata. 
Sostitwit: 
XXI.1993.32.
55. (1) Meta tagħti s-sentenza tal-firda, il-qorti għandha
tordna li l-komunjoni ta’ l-akkwisti jew il-komunjoni ta’ residwu
taħt amministrazzjoni separata li jkun hemm bejn il-partijiet
tispiċċa mill-jum li fih is-sentenza tkun finali u konklużiva.
(2) Il-qorti tista’ iżda, meta fil-fehma tagħha ċ-ċirkostanzi hekk
jehtieġu, tordna li beni li jkunu parti mill-komunjoni ma jinqasmux
qabel ma jgħaddi dak iż-żmien wara li tispiċċa l-komunjoni li tista’
fl-ordni tistabbilixxi.
(3) Kull ordni mogħti mill-qorti skond is-subartikolu (2), jista’,
għal raġuni tajba, jinbidel jew ikun revokat mill-qorti.
Id-dar taż-żwieġ. 
Miżjud: 
XXI. 1993.32.
55A. (1) Meta tagħti s-sentenza tal-firda, il-qorti għandha, fuq
it-talba ta’ xi waħda mill-partijiet, tiddeċiedi skond iċ-ċirkostanzi
jekk xi parti minnhom għandhiex toqgħod fid-dar taż-żwieġ. 
(2) Il-qorti tista’, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet f’kull
żmien, tibdel dik id-deċiżjoni jekk ikun hemm tibdil sostanzjali fiċ-
ċirkostanzi.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3A(2) ma japplikax fir-
  22      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
rigward ta’ miżżewġin li jkunu legalment separati, sakemm il-
kuntrarju ma jkunx ġie miftiehem mill-miżżewġin jew ordnat mill-
qorti li għandha l-ġurisdizzjoni li tagħti s-separazzjoni personali; u
dak il-ftehim jew ordni ma jkollux seħħ kontra terzi ħlief mill-waqt
li dak il-ftehim jew ordni jkun ġie mniżżel fir-Reġistru Pubbliku.
Ħsieb ta’ l-ulied 
wara l-firda. 
Sostitwit: 
XXl. 1993.32.
56. (1) Meta tagħti s-sentenza tal-firda, il-qorti għandha
tordna wkoll lil liema waħda mill-partijiet għandha tiġi fdata l-
kustodja tat-tfal u l-konsiderazzjoni ewlenija tkun il-ġid ta’ l-ulied.
(2) Il-qorti tista’, jekk tqis li dawk il-miżuri jkunu tassew
meħtieġa, u wara li tqis iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, tordna li l-
ulied jitqiegħdu taħt il-kustodja ta’ terzi jew f’xorta oħra ta’ kura.
(3) Il-qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet fis-sentenza tal-firda,
għalkemm fl-azzjoni għaliha ma tkun saret ebda talba, dwar il-
kustodja ta’ l-ulied.
(4) Il-qorti tista’, f’kull żmien, tirrevoka jew tibdel dawk l-
ordnijiet dwar l-ulied, meta l-interessi ta’ l-ulied hekk jitolbu.
(5) Il-qorti tista’ barra dan, meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu,
tistabbilixxi li xi ħadd mill-ġenituri jew it-tnejn ikunu miċħuda
mill-jeddijiet ta’ l-awtorità  tal-ġenituri għal kollox jew f’parti. 
Jedd tal-missier u 
ta’ l-omm li jaraw 
li kollox qiegħed 
isir sewwa għal 
dak li hu 
manteniment tat-
tfal. 
Emendat:
XXI. 1993.33.
57. (1) Tkun min tkun il-persuna li f’idejha jiġu fdati t-tfal, il-
missier u l-omm jibqgħu fil-jedd li jaraw li kollox qiegħed isir
sewwa għal dak li hu manteniment u edukazzjoni, u jibqgħu
obbligati li joħorġu s-sehem li jmisshom għall-manteniment u l-
edukazzjoni, skond il-liġi.
(2) Hu mħolli fid-dehen tal-qorti li tistabbilixxi, skond iċ-
ċirkostanzi, iż-żmien, il-lok, u l-mod li fihom il-missier jew l-omm
ikunu jistgħu jaraw lit-tfal.
(3) Il-qorti tista’ tipprojbixxi għal kollox lill-missier jew lill-
omm li jaraw it-tfal, meta dan jista’ jkun ta’ ħsara għall-ġid tat-tfal. 
Setgħa tal-qorti li 
twaqqaf il-kawża 
tal-firda.
58. (1) ll-qorti tista’, meta jidhrilha li hu xieraq għall-ġid tal-
mara u tar-raġel u tat-tfal, tordna s-sospensjoni tal-kawża tal-firda
għal dak iż-żmien li jidhrilha sewwa, u tagħti dawk il-
provvedimenti provviżorji li jkunu meħtieġa miċ-ċirkostanzi.
(2) Mid-digriet li jordna s-sospensjoni tal-kawża, jew li jagħti
dawk il-provvedimenti provviżorji, jista’ jsir appell.
Firda bil-kunsens 
tat-tnejn. 
Emendat: 
XXI. 1993.34.
59. (1) Il-firda personali tista’, bis-setgħa tal-qorti, issir bil-
kunsens tat-tnejn, b’att pubbliku.
(2) Il-qorti għandha, qabel ma tagħti din is-setgħa, twissi lill-
partijiet dwar dak li ġġib magħha l-firda, u tfittex li
tirrikonċiljahom.
Ordni tal-qorti 
dwar f’idejn min 
għandhom 
jingħataw it-tfal.
Emendat: 
XXX. 1981.3.
60. (1) Il-qorti, meta tagħti s-setgħa għall-firda, tordna, fid-
digriet, f’idejn min għandhom jiġu mogħtija t-tfal.
(2) Il-qorti tista’, f’kull żmien, għall-aħjar tat-tfal, tħassar jew
tbiddel l-ordnijiet li tkun tat dwarhom.
Rinunzja ta’ wirt. (3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra kull waħda
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        23
mill-persuni miżżewġin tista’ f’att pubbliku ta’ separazzjoni,
tirrinunzja għas-suċċessjoni tal-parti l-oħra.
Ftehim tal-mara u 
r-raġel dwar il-
kustodja tat-tfal. 
Emendat: 
XLVI. 1973.13.
61. (1) Kull ftehim bejn il-mara u r-raġel dwar il-kustodja tat-
tfal jista’, f’kull żmien, fuq talba tal-mara jew tar-raġel, jew ta’ xi
qarib ta’ xi ħadd minnhom, jiġi annullat mill-qorti kompetenti,
meta hekk ikun meħtieġ għall-ġid tat-tfal.
(2) F’dak il-każ, il-qorti għandha tiddeċidi f’idejn min
għandhom jiġu mogħtijin it-tfal, u kif għandhom jitmantnew u jiġu
edukati.
Kunjom il-mara 
wara s-
separazajoni. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.35.
62. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(4), il-mara
tista’ wara s-separazzjoni tagħżel li tirreverti għal kunjom
xbubitha. F’każ ta’ separazzjoni konsenswali, għandha ssir
dikjarazzjoni dwar dik l-għażla fl-att pubbliku ta’ separazzjoni, u
f’każ ta’ separazzjoni ġudizzjarja, il-mara għandha tagħmel dik id-
dikjarazzjoni b’nota ppreżentata fl-atti tal-kawża qabel is-sentenza.
(2) Il-qorti tista’ wkoll, fuq talba tar-raġel, li tista’ ssir f’kull
żmien qabel is-sentenza, tipprojbixxi lill-mara milli tkompli tuża
kunjom żewġha wara s-separazzjoni, meta dak l-użu jista’ jkun ta’
preġudizzju gravi lir-raġel.
Effetti kwantu 
għat-terzi tas-
separazzjoni 
personali. 
Miżjud: 
XXI.1993.35.
62A. Is-separazzjoni personali ma għandha ebda effett kontra t-
terzi ħlief minn dak in-nhar li s-sentenza jew il-kuntratt, skond il-
każ, jiġu mniżżla fir-Reġistru Pubbliku. Kull reġistrazzjoni bħal
dik għandha tinkludi riferenza għal kull dikjarazzjoni jew
projbizzjoni dwar il-kunjom tal-mara wara s-separazzjoni.
Il-partijiet jistgħu 
jneħħu l-effetti tal-
firda.
63. Ir-raġel u l-mara mifrudin, b’sentenza jew bil-kunsens ta’
xulxin, jistgħu f’kull żmien jerġgħu jmorru flimkien, u b’hekk
ineħħu l-effetti tal-firda, kollha jew biċċa minnhom, iżda dan bla
ħsara tal-jeddijiet li t-terzi jkunu ġa akkwistaw.
Ir-raġel u l-mara li 
jmorru jgħammru 
flimkien minn 
rajhom jitqiesu li 
reġġħu ngħaqdu. 
Emendat: 
XXI. 1993.36.
64. (1) Jekk ir-raġel u l-mara mifrudin imorru minn rajhom
igħammru flimkien, iġib il-għaqda tagħhom mill-ġdid, u jġedded l-
obbligu, li ġej miż-żwieġ, tal-għajxien flimkien u tal-manteniment. 
Effetti oħra jistgħu 
jispiċċaw b’att 
pubbliku.
(2) Iżda, kull effett ieħor tal-firda ma jispiċċax ħlief bis-saħħa
ta’ att pubbliku.
L-att jista’ jsir 
wara li r-raġel u l-
mara jerġgħu 
jmorru jgħammru 
flimkien.
65. Dak l-att jista’ jsir ukoll wara li r-raġel u l-mara jerġgħu
jmorru jgħammru flimkien, iżda, f’dak il-każ, l-att ma jiswiex jekk
ma jsirx bl-awtorizzazzjoni tal-qorti.
Meta l-effetti tal-
firda jispiċċaw 
dwar it-terzi. 
66. F’kull każ, l-effetti tal-firda ma jispiċċawx dwar it-terzi,
ħlief minn dak in-nhar li l-att jiġi mniżżel fir-Reġistru Pubbliku. 
  24      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Titolu II
FUQ IL-FILJAZZJONI 
Sub-titolu I
FUQ IL-FILJAZZJONI TA’ L-ULIED IMNISSLA JEW IMWIELDA 
MATUL IŻ-ŻWIEĠ 
L-iben imwieled 
matul iż-żwieġ.
67. L-iben imnissel matul iż-żwieġ jitqies li hu bin żewġ
ommu.
Meta jingħadd li t-
tnissil sar matul iż-
żwieġ.
68. L-iben imwieled mhux qabel mija u tmenin ġurnata miż-
żwieġ u lanqas wara tliet mitt ġurnata minn dak in-nhar li ż-żwieġ
jiġi maħlul jew annullat, jingħadd li tnissel matul iż-żwieġ.
Meta r-raġel ma 
jistax jiċħad li 
jagħraf it-tifel.
69. Ir-raġel ma jistax jiċħad li jagħraf bħala ibnu lit-tifel
imwieled qabel ma jkunu għaddew mija u tmenin ġurnata wara ż-
żwieġ f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:
(a) meta hu kien jaf, minn qabel iż-żwieġ, bit-tqala;
(b) meta huwa nnifsu jkun għamel id-dikjarazzjoni
meħtieġa biex isir l-att tat-twelid, u għaraf lilu nnifsu
bħala missier it-tifel;
(ċ) meta l-wild ikun iddikjarat mhux tal-ħajja.
Meta raġel jista’ 
jiċħad li jagħraf it-
tifel. 
Sostitwit: 
XXI.1993.37.
70. (1) Ir-raġel jista’ jiċħad li jagħraf it-tifel imnissel matul
iż-żwieġ - 
(a) jekk jipprova illi, fiż-żmien bejn it-tliet mitt jum u l-
mija u tmenin jum qabel it-twelid tat-tifel, hu kien fl-
impossibbiltà  fiżika li jgħammar ma’ martu minħabba
li kien bogħod minnha, jew minħabba xi aċċident
ieħor; jew
(b) jekk, fiż-żmien hawn fuq imsemmi, kien mifrud de
facto jew legalment minn martu:
Iżda ma jistax jiċħad lit-tifel jekk matul dak iż-
żmien ikun reġa’ ngħaqad ma’ martu, ukoll jekk
temporanjament; jew
(ċ) jekk jipprova li fiż-żmien hawn fuq imsemmi kien
milqut b’impotenza, ukoll jekk dik l-impotenza kienet
waħda fit-tnissil; jew
(d) jekk jipprova li fiż-żmien hawn fuq imsemmi martu
kienet għamlet adulterju jew kienet ħbiet it-tqala u t-
twelid tat-tarbija, u barra minn hekk jipprova xi fatt
ieħor (li jista’ wkoll ikun testijiet u provi ġenetiċi u
xjentifiċi) li x’aktarx jeskludu dik il-paternità .
(2) Id-dikjarazzjoni biss ta’ l-omm fis-sens li żewġha mhux
missier it-tifel ma tkunx biżżejjed biex teskludi l-paternità  tar-
raġel.
(3) Il-qorti tista f’kawża għaċ-ċaħda ta’ l-għarfien tat-tarbija,
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        25
tistieden lill-partijiet kollha jew xi waħda minnhom, kif ukoll lill-
wild li l-filjazzjoni tiegħu tkun fid-dubju, sabiex joqogħdu għall-
eżamijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita kull prova ġenetika li jkollha
x’taqsam mal-każ. Il-qorti jkollha l-jedd li tasal għal dawk il-
konklużjonijiet li jistgħu jkunu ġustifikati jekk parti ma tkunx trid
tagħmel dawk l-eżamijiet. Meta t-tifel li dwar il-filjazzjoni tiegħu
jkun hemm kwistjoni jkun minuri, il-qorti stess għandha
tistabbilixxi jekk it-tifel jagħmilx l-eżamijiet.
Impotenza.
Adulterju.
Żmien għall 
azzjoni għaċ-ċħid 
ta’ tifel. 
Emendat: 
XXI.1993.38.
73. Fil-każijiet illi r-raġel jista’ jagħmel kawża sabiex jiċħad li
jagħraf tifel bħala ibnu, hu għandu jagħmel l-azzjoni:
(a) fi żmien sitt xhur mit-twelid, jekk huwa f’dak iż-żmien
kien jinsab f’Malta;
(b) fi żmien sitt xhur minn dak in-nhar li jiġi lura f’Malta,
jekk fiż-żmien tat-twelid hu kien nieqes minn Malta;
(ċ) fi żmien sitt xhur minn dak in-nhar li jikxef il-qerq,
jekk it-twelid kien ġie lilu moħbi.
Mewt tar-raġel 
qabel it-tmexxija 
ta’ l-azzjoni għaċ-
ċħid tat-tifel. 
Emendat: 
XXI.1993.39.
74. Jekk ir-raġel imut mingħajr ma jkun għamel l-azzjoni taċ-
ċħid tat-tifel, iżda qabel ma jkun għalaq iż-żmien skond il-liġi, il-
werrieta jistgħu jmexxu dik l-azzjoni fi żmien sitt xhur li jibdew
mill-ġurnata li fiha l-beni tal-mejjet igħaddu fil-pussess tat-tifel,
jew mill-ġurnata li fiha l-werrieta jiġu immolestati mit-tifel fil-
pussess ta’ dawk il-beni.
Kontra min 
titmexxa l-azzjoni.
75. (1) L-azzjoni sabiex tinċaħad il-paternità  għandha
titmexxa -
(a) kontra t-tifel jekk ikun ta’ l-età ; jew
(b) jekk ma jkunx ta’ l-età  jew għal raġuni oħra ma jkunx
tajjeb biex joqgħod f’kawża, kontra kuratur maħtur
mill-qorti li quddiemha tinġieb il-kawża:
Iżda l-qorti tista’ taħtar it-tutur li t-tifel ġa jkollu.
(2) F’kull każ, l-omm għandha tiġi msejħa fil-kawża.
Tifel imwieled tliet 
mitt ġurnata wara li 
jinħall iż-żwieġ.
76. Il-legittimità  ta’ tifel imwieled tliet mitt ġurnata wara li ż-
żwieġ jiġi maħlul jew annullat tista’ tkun attakkata minn kull min
ikollu interess.
Impossibbiltà  
fiżika ta’ raġel li 
jgħammar 
ma’martu. 
Emendat: 
XXI. 1993.40.
77. Il-legittimità  ta’ tifel imwieled matul iż-żwieġ tista’ tiġi
attakkata wkoll minn kull min ikollu interess, jekk jipprova illi, fiż-
żmien bejn it-tliet mitt ġurnata u l-mija u tmenin ġurnata qabel it-
twelid tat-tifel, ir-raġel kien fl-impossibbiltà  fiżika li jgħammar
ma’ martu minħabba li kien bogħod minnha.
  26      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Sub-titolu II
FUQ IL-PROVI TAL-FILJAZZJONI TA’ L-ULIED LEĠITTIMI
Reġistrazzjoni tat-
twelid.
78. (1) Il-filjazzjoni ta’ l-ulied leġittimi tiġi ppruvata bl-att
tat-twelid imniżżel fir-Reġistru Pubbliku.
(2) Tista’ tkun ippruvata wkoll bir-reġistri tal-paroċċa.
L-istat ta’ iben 
leġittimu.
79. Fin-nuqqas tal-provi msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan,
hu biżżejjed il-pussess kontinwu ta’ l-istat ta’ iben leġittimu. 
L-istat ta’ iben 
leġittimu hu 
magħmul minn 
ġabra ta’ fatti.
80. (1) Il-pussess ta’ l-istat ta’ iben leġittimu jiġi stabbilit
minn ġabra ta’ fatti li, meħudin flimkien, jiswew biex juru r-rabta
ta’ filjazzjoni u ta’ demm bejn it-tifel u l-familja li hu jgħid li hi l-
familja tiegħu.
(2) L-ewlenin fost dawn il-fatti huma:
(a) illi t-tifel ikun ġieb dejjem il-kunjom tal-missier li
tiegħu hu jgħid li huwa l-iben;
(b) illi l-missier ikun ittrattah bħala ibnu, u, f’dik il-
kwalità , ħaseb għall-manteniment u edukazzjoni
tiegħu, u sabiex jikkollokah;
(ċ) illi t-tifel ikun ġie dejjem magħruf bħala tali man-nies;
(d) illi huwa jkun ġie magħruf bħala tali mill-familja.
Ħadd ma jista’ 
jitlob stat kuntrarju 
għal dak li jagħtih 
l-att tat-twelid.
81. (1) Ħadd ma jista’ jitlob stat kuntrarju għal dak li jagħtuh
l-att tat-twelid bħala iben leġittimu u l-pussess ta’ stat li jaqbel ma’
dak l-att.
(2) Hekk ukoll, ħadd ma jista’ jattakka l-istat ta’ iben leġittimu
ta’ tifel li jkollu l-pussess ta’ stat li jaqbel ma’ l-att tat-twelid
tiegħu.
Meta ma jkunx 
hemm l-att tat-
twelid jew il-
pussess ta’ stat.
82. Fin-nuqqas ta’ l-att tat-twelid u tal-pussess ta’ stat, inkella,
jekk it-tifel ikun ġie rreġistrat taħt isem falz, jew bħala mwieled
minn ġenituri mhux magħrufa, jew fil-każ ta’ supposizzjoni jew ta’
bdil ta’ tarbija, ukoll jekk f’dawn l-aħħar żewġ każijiet ikun hemm
att tat-twelid li jaqbel mal-pussess ta’ l-istat tat-tifel, il-prova tal-
filjazzjoni tista’ ssir b’xiehda oħra li tista’ tinġieb skond il-liġi.
Prova kontrarja. 83. Il-prova kuntrarja tista’ ssir b’xiehda li turi illi min jitlob l-
istat mhux bin il-mara illi hu jgħid li hija ommu, inkella, meta hija
ippruvata l-maternità , illi hu mhux bin żewġ ommu.
Ma hemmx 
preskrizzjoni għall-
azzjoni.
84. Ma hemmx preskrizzjoni għall-azzjoni tat-tifel sabiex
jitlob l-istat ta’ iben leġittimu.
Meta l-azzjoni 
tista’ titmexxa 
mill-werrieta tat-
tifel.
85. (1) Iżda, jekk it-tifel ma jkunx mexxa l-azzjoni hawn fuq
imsemmija, din ma tistax tinġieb ’l quddiem mill-werrieta  jew mid-
dixxendenti tiegħu, ħlief fil-każ illi hu jkun miet meta kien taħt l-
età  jew fil-ħames snin wara li kien sar ta’ l-età .
(2) Jekk it-tifel ikun mexxa l-azzjoni u jmut fiż-żmien li tkun
miexja l-kawża, din tkun tista’ titkompla mill-werrieta jew mid-
dixxendenti tiegħu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        27
Sub-titolu III
FUQ IL-FILIAZZIONI TA’ L-ULIED ILLEĠITTIMI U FUQ IL-
LEĠITTIMAZZJONI
§I . FUQ IL-FILJAZZJONI TA’ L-ULIED ILLEĠITTIMI
Tagħrif b’iben ta’ 
tifel illeġittimu.
86. It-tifel illeġittimu jista’ jiġi magħruf mill-missier u mill-
omm, sew mit-tnejn flimkien kemm ukoll separatament:
Iżda meta l-persuna li tagħraf ruħha bħala missier it-tifel
hija minuri, it-tagħrif li tagħmel din il-persuna huwa null.
Kif isir.
twelid, jew b’att ieħor pubbliku, qabel jew wara t-twelid.
(2) Kull dikjarazzjoni ta’ paternità  jew maternità  magħmula
xort’oħra minn wieħed mill-ġenituri, jew mit-tnejn, tista’ biss
tinġieb bħala prova tal-filjazzjoni f’kawża ta’ filjazzjoni.
Effetti.
għandu effett biss għal dak li jagħmlu, u ma jagħti ebda jedd lit-
tifel hekk magħruf kontra l-ġenitur l-ieħor.
Tifel illeġittimu ta’ 
wieħed mill-
miżżewġin 
imwieled qabel iż-
żwieġ.
89. It-tifel illeġittimu ta’ waħda mill-persuni miżżewġin
flimkien, imwieled qabel iż-żwieġ, u magħruf matul iż-żwieġ, ma
jistax jinġieb fid-dar taż-żwieġ, ħlief bil-kunsens tal-persuna l-
oħra, kemm-il darba din ma tkunx ġà  tat il-kunsens tagħha sabiex
it-tifel jiġi magħruf.
Setgħa tal-ġenturi 
fuq tfal illeġittimi. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.16. 
Emendat: 
XXI.1993.2, 41.
90. (1) Il-ġenitur li jkun għaraf b’ibnu tifel illeġittimu għandu
dwaru d-drittijiet kollha tas-setgħa tal-ġenituri minbarra l-użufrutt
legali.
(2) Jekk l-interessi tat-tifel hekk jeħtieġu, il-qorti tista’ tordna
li wieħed jew waħda biss mill-ġenituri jeżerċita jew teżerċita d-
drittijiet tas-setgħa tal-missier; il-qorti tista’ wkoll tillimita l-
eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet u, f’każijiet serji, teskludi liż-żewġ
ġenituri mill-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat.
Ħatra ta’ tutur mill-
qorti. 
Emendat: 
XLVI. 1973.18; 
XXI. 1993.2.
91. Meta ma jkunx hemm setgħa tal-ġenituri, il-ħatra ta’ tutur
għat-tifel illeġittimu ssir mill-qorti.
Il-kunjom ta’ tifel 
illeġitttmu. 
Sostitwit: 
XXXI. 1965.2. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXX. 1979.2; XXX. 
1981.4; 
XII.1986.2; 
VIII. 1990.3; 
XXI. 1993.42.
92. (1) Tifel illeġittimu, jekk ikun ġie magħruf b’ibnu mill-
missier, jieħu l-kunjom tal-missier, li miegħu jista’ jżid il-kunjom
ta’ l-omm, diversament, jieħu l-kunjom ta’ l-omm.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw- 
(a) għal dawk il-persuni li jkunu magħrufa jew twieldu fl-
1 ta’ Jannar, 1966, jew wara; u
(b) dwar it-teħid tal-kunjom tal-missier, għal dawk il-
persuni, magħrufa mill-missier qabel l-1 ta’ Jannar,
1966, li jiġu dikjarati mill-qorti li kienu dejjem iġibu l-
kunjom tal-missier:
  28      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Iżda din id-dikjarazzjoni tista’ tingħata biss
f’kawża, miġjuba permezz ta’ ċitazzjoni quddiem il-
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili jew quddiem il-Qorti tal-
Magistrati (Għawdex) skond il-każ, kontra d-Direttur
tar-Reġistru Pubbliku (għal liema kawża jkunu
japplikaw mutatis mutandis id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 254 u 255) u l-qorti li tagħmel din id-
dikjarazzjoni għandha tordna li tiġi reġistrata fir-
Reġistru Pubbliku permezz ta’ nota fil-marġini tar-
reġistrazzjoni relattiva fir-reġistru ta’ l-atti tat-twelid.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu dikjarazzjoni ta’ paternità
b’sentenza tal-qorti għandu jkollha l-istess effett bħal tagħrif.
(4) Tifel illeġittimu li ma jkunx magħruf mill-missier bħala
ibnu, jew dixxendenti ta’ dak it-tifel, jistgħu jżommu l-kunjom - li
jkun kunjom barra dak ta’ l-omm - li dak it-tifel ikun ħa u li jiġi
dikjarat mill-qorti li kien dejjem ġieb, u l-proviso tas-subartikolu
(2)(b) għandu japplika għal dik id-dikjarazzjoni.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), tifel
naturali mwieled u li jkun ġie magħruf b’ibnu mill-missier qabel l-
ewwel ta’ Jannar, 1966, u li la hu magħruf bil-kunjom ta’ l-omm u
l-anqas ma jkun ħa kunjom missieru bis-saħħa tas-subartikolu
(2)(b), jew id-dixxendenti ta’ dak it-tifel, jistgħu jżommu l-kunjom,
li ma jkunx il-kunjom la ta’ l-omm u lanqas tal-missier, li dak it-
tifel ikun ħa u li jiġi dikjarat mill-qorti li kien dejjem ġieb, u l-
proviso tas-subartikolu (2)(b) għandu japplika għal dik id-
dikjarazzjoni.
Dmirijtet tal-
missier lejn it-tifel 
illeġittimu. 
Emendat: 
XXXI. 1965.3; 
XXI. 1993.43.
93. (1) Il-missier għandu l-obbligu li jmantni u jeduka, skond
il-mezzi tiegħu, it-tifel jew tifla illeġittimi magħrufin minnu
b’uliedu, u li jagħtihom, ukoll fiż-żmien ta’ wara, il-manteniment,
fil-każ ta’ bżonn, kemm-il darba ma jkollhomx lil żewġhom jew lil
marthom jew dixxendenti li jistgħu jagħtuhom dan il-manteniment.
(2) L-istess obbligu għandu l-missier lejn id-dixxendenti
leġittimi ta’ iben jew bint illeġittimi li jmutu qablu, jekk il-ġenitur
tagħhom li jibqa’ ħaj jew l-axxendenti leġittimi tagħhom ma jkunux
fi stat li jistgħu jagħtu l-manteniment.
Meta l-paternità  
tkun dikjarata 
b’sentenza tal-
qorti. 
Sostitwit: 
XXXI. 1965.4.
94. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 93 għandhom japplikaw
għal min ma jkunx għaraf b’ibnu lit-tifel, iżda li jkun ġie dikjarat
b’sentenza tal-qorti bħala missier.
L-obbligi ta’ l-
omm. 
Emendat: 
XXXI. 1965.5.
95. L-omm, għalkemm ma tkunx għarfet lit-tifel bħala binha,
għandha l-istess obbligi u l-istess jeddijiet li għandu l-missier li
jkun għaraf lit-tifel b’ibnu.
Jedd tal-ġenitur li 
jiċħad il-
manteniment meta 
t-tifel ma joqgħodx 
għat-treġija tiegħu. 
Emendat: 
XXXI. 1965.6; 
XXI. 1993.44.
96. Il-ġenitur, sew jekk ikun għaraf kemm jekk ma jkunx
għaraf it-tifel b’ibnu, jista’ jiċħad il-manteniment jekk it-tifel ma
jkunx irid, mingħajr raġuni tajba, joqgħod għat-treġija tal-ġenitur
għal dik li hija mġieba u edukazzjoni.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        29
Jedd tal-ġenitur li 
jiċħad il-
manteniment jekk 
it-tifel ma jkunx 
irid joqgħod fid-
dar magħżula mill-
ġenitur. 
Emendat: 
XXXI. 1965.7; 
XXI. 1993.45.
97. Il-ġenitur jista’ wkoll, sew jekk ikun għaraf kemm jekk ma
jkunx għaraf it-tifel b’ibnu, jiċħad il-manteniment lit-tifel, jekk it-
tifel ma jkunx irid joqgħod fid-dar li dak il-ġenitur, għal raġuni
tajba, u bl-approvazzjoni tal-qorti, ikun għażillu biex joqgħod fiha,
kif ukoll f’kull każ ieħor li fih, skond il-liġi, il-ġenitur jista’ jiċħad
il-manteniment lit-tifel leġittimu.
Dmirijiet tat-tifel 
illeġittimu dwar il-
manteniment.
98. It-tifel illeġittimu għandu l-obbligu tal-manteniment lejn
missieru u ommu, jekk dawn ma jkollhomx żewġhom jew marthom,
inkella axxendenti jew dixxendenti leġittimi, li minn għandhom
skond il-liġi jistgħu jieħdu dak il-manteniment.
It-tagħrif b’iben 
jista’ jiġi attakkat 
mit-tifel.
99. L-att li bih jiġi magħruf tifel jista’ jiġi attakkat mit-tifel kif
ukoll minn kull min ikollu interess.
Kull min ikollu 
interess jista’ jmur 
kontra t-talba 
għad-dikjarazzjoni 
tal-paternità .
100. It-talba ġudizzjarja għad-dikjarazzjoni ta’ paternità  jew
maternità  tista’ tiġi attakkata wkoll minn kull min ikollu interess. 
Prova ġenetika. 
Miżjud: 
XXI. 1993.46.
100A.  F’kawżi li għalihom jagħmel riferenza l-artikolu ta’
qabel dan, il-qorti tista’, bla preġudizzju għal kull prova li jistgħu
jġibu l-partijiet skond il-liġi, tistieden lill-partijiet biex
jissottomettu għal eżamijiet kif imsemmija fl-artikolu 70(3), u bl-
istess mod u fl-istess ċirkostanzi tkun tista’, f’każ ta’ rifjut, tasal
għal dawk il-konklużjonijiet kif imsemmija fl-istess subartikolu. 
§ II.  FUQ IL-LEĠITTIMAZZJONI
Kif issir il-
leġittimazzjoni.
101. Il-leġittimazzjoni ta’ tifel imwieled barra miż-żwieġ tista’
ssir jew biż-żwieġ li jsir wara bejn missieru u ommu, jew b’digriet
tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja.
Kondizzjonijiet 
għal-
leġittimazzjoni.
102. Il-leġittimazzjoni bi żwieġ wara ma ssirx ħlief meta t-tfal
ikunu ġew magħrufa mill-missier u mill-omm b’dikjarazzjoni fl-att
taż-żwieġ, jew xort’oħra kif hemm imsemmi fl-artikolu 87(1),
inkella meta l-paternità  u l-maternità  jkunu ġew iddikjarati
b’sentenza tal-qorti.
Effetti tal-
leġittimazzjoni bi 
żwieġ wara.
103. L-ulied leġittimati bi żwieġ wara jieħdu l-jeddijiet ta’ tfal
leġittimi minn dak in-nhar taż-żwieġ bejn il-ġenituri tagħhom, jekk
ikunu ġew magħrufa dak in-nhar jew qabel, inkella jekk ikunu ġew
iddikjarati bħala wliedhom b’sentenza tal-qorti qabel iż-żwieġ.
Jekk it-tagħrif jew 
dikjarazzjoni jsiru 
wara ż-żwieġ.
104. Jekk it-tagħrif b’iben jew id-dikjarazzjoni ġudizzjarja jsiru
wara ż-żwieġ, it-tfal ma jieħdux il-jeddijiet ta’ tfal leġittimi ħlief
minn dak in-nhar li jiġu magħrufa jew minn dak in-nhar tad-
dikjarazzjoni ġudizzjarja.
Dixxendenti ta’ tfal 
leġittimati bi żwieġ 
wara.
105. Biż-żwieġ ta’ l-omm u l-missier tiġri wkoll leġittimazzjoni
tat-tfal tagħhom li jkunu mietu qabel iż-żwieġ, favur id-dixxendenti
ta’ dawna, leġittimi jew leġittimità  bi żwieġ wara, kemm-il darba t-
tfal mejta qabel iż-żwieġ ikunu ġew magħrufa kif hemm provdut fl-
artikolu 102, jew il-paternità  u l-maternità  tagħhom tkun ġiet
  30      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
iddikjarata b’sentenza tal-qorti.
Leġittimazzjoni 
b’digriet tal-qorti 
ta’ ġurisdizzjoni 
volontarja.
106. Il-leġittimazzjoni b’digriet tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni
volontarja tiġri bis-saħħa tad-digriet stess, u ebda att ieħor ma hu
meħtieġ.
Kondizzjonijtet 
sabiex tingħata 
leġittimazzjoni 
b’digriet tal-qorti 
ta’ ġurisdizzjoni 
volontarja.
107. Il-leġittimazzjoni msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan
tista’ tingħata biss -
(a) jekk tiġi mitluba mill-ġenitur li jkun irid jilleġittima l-
ibnu; u
(b) jekk, meta dan il-ġenitur hu marbut bi żwieġ, jiġi
ppruvat li l-mara tiegħu jew ir-raġel tagħha taw il-
kunsens tagħhom għaldaqshekk; u
(ċ) jekk jiġi ppruvat, meta t-tifel hu ta’ l-età , l-kunsens
tiegħu, jew, meta hu taħt l-età , illi l-leġittimazzjoni
hija għall-ġid tiegħu.
Setgħa tal-qorti li 
tiċħad il-
leġittimazzjoni.
108. Il-qorti għandha s-setgħa, skond iċ-ċirkostanzi, li tiċħad li
tagħti l-leġittimazzjoni, jekk min jagħmel it-talba jista’ jilleġittima
’l ibnu bi żwieġ wara, jew ikollu tfal, leġittimi jew leġittimati bi
żwieġ wara, jew dixxendenti minnhom.
Ir-reġistratur tal-
qrati jieħu ħsieb li 
tiġi rreġistrata l-
legittimazzjoni.
109. Il-leġittimazzjoni għandha, fuq talba tar-reġistratur tal-
qorti hawn fuq imsemmija, tiġi mniżżla fir-Reġistru Pubbliku, kif
hemm provdut fl-artikoli 290 u 291, fi żmien ħmistax-il ġurnata
mid-data tad-digriet, kemm-il darba ma tkunx ġa ġiet imniżżla fuq
talba ta’ ħaddieħor.
Il-kunjom li jieħu 
t-tifel leġittimat 
b’digriet tal-qorti. 
Emendat: 
XXI.1993.47.
110. (1) Tifel leġittimat b’digriet tal-qorti jieħu l-kunjom tal-
ġenitur li fuq talba tiegħu jkun ġie leġittimat.
(2) Jekk il-leġittimazzjoni ssir fuq talba tal-missier u ta’ l-
omm, it-tifel jieħu l-kunjom tal-missier li miegħu jista’ jiżdied il-
kunjom ta’ l-omm.
Effetti tal-
leġittimazzjoni 
b’digriet tal-qorti 
bejn it-tifel u l-
ġenitur.
111. (1) Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-Kodiċi
dwar is-suċċessjoni, il-missier jew l-omm u t-tifel leġittimat huma,
mid-data tad-digriet, għal bejniethom, fl-istess kondizzjoni ta’
missier jew omm u tifel leġittimu.
(2) Dak it-tifel ma jikseb ebda jedd ieħor li jiġi minn qrubija ta’
demm.
It-tifel jista’ jitlob 
il-leġittimazzjoni 
wara l-mewt tal-
ġenitur.
112. Kemm-il darba wieħed mill-ġenituri, f’testment, jew f’att
ieħor pubbliku, ikun fisser ix-xewqa li jilleġittima t-tifel, dak it-
tifel jista’, wara l-mewt ta’ dak il-ġenitur, jagħmel talba għal-
leġittimazzjoni, bla ħsara tas-setgħa tal-qorti kif provdut fl-artikolu
108, fil-każ li l-mejjet ikun ħalla tfal leġittimi jew leġittimati bi
żwieġ wara.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        31
Titolu III
Sostitwit:
XXI. 1962.2.
FUQ L-ADOZZJONI
Tifsir.
Emendat:
XLVI. 1973.21.
113. (1) Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu u ta’ kull regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu persuna għandha titqies li tagħmel jew
tipparteċipa f’arranġament għall-adozzjoni ta’ persuna jew għat-
tqegħid ta’ minuri fil-kura jew pussess ta’ xi persuna jekk (skond
il-każ) -
(a) tidħol fi jew tagħmel xi ftehim jew arranġament għal,
jew għal faċilitar, ta’ l-adozzjoni ta’ persuna minn xi
persuna oħra; jew
(b) tidħol fi jew tagħmel xi ftehim jew arranġament għal,
jew tiffaċilita, it-tqegħid ta’ minuri fil-kura jew
pussess ta’ persuna oħra.
(2) F’dan il-Kodiċi u f’kull liġi oħra, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma tfissirx xort’oħra -
(a) kull riferenza għal persuna jew persuni li jkunu qraba
ta’ persuna oħra f’kull linja jew grad għandha, dwar
adottant jew persuna addottata jew fit-tnissil ta’ l-istat
ta’ qrubija għaddejja minn addottant jew persuna
adottata, tiftiehem bħala riferenza għall-persuna jew
persuni li kienu jkunu qraba tagħha kieku l-persuna
adottata kienet bin l-adottat imwieled minnu jew
minnha fiż-żwieġ u ma kienet bin ebda persuna oħra, u
bla ħsara għall-generalità  ta’ din id-disposizzjoni, kull
riferenza għall-isem, ismijiet jew kunjom tal-missier
jew l-omm jew tal-missier u l-omm ta’ persuna
adottata għandha tiftiehem bħala riferenza għall-isem,
ismijiet jew kunjom tal-missier jew l-omm jew tal-
missier u l-omm adottivi;
(b) "adozzjoni" tfisser adozzjoni magħmula skond dan il-
Kodiċi u, suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet u
disposizzjonijiet l-oħra, u b’seħħ minn dik id-data,
jekk ikun hemm, li tista’ tinsab f’ordni magħmul mill-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja skond dan is-
subartikolu, tinkludi adozzjoni barranija; u tibdil
grammatikali tagħha jew kliem li ġejjin minnha
għandhom jiftehmu f’dan is-sens;
(ċ) "tfal illeġittimi" tfisser tfal illeġittimi li ma jkunux
ġew adottati;
(d) "addozzjoni barranija" tfisser adozzjoni ta’ dik ix-
xorta jew deskrizzjoni u magħmula skond il-liġi ta’
dak il-pajjiż barra minn Malta, kif il-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’ordni jispeċifika.
Setgħa ta’ għoti ta’  
digrieti ta’ 
adozzjoni.
114. (1) L-adozzjoni tista’ ssir biss bis-setgħa tal-qorti ta’
ġurisdizzjoni volontarja (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan it-
Titolu msejħa bħala "il-qorti") mogħtija b’digriet (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejjah bħala "digriet ta’ adozzjoni") mogħti fuq
rikors ta’ persuna tas-sess il-wieħed jew l-ieħor.
  32      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) Digriet ta’ adozzjoni jista’ jingħata fuq ir-rikors tar-raġel u
l-mara, li jkunu ilhom miżżewġin għal żmien ta’ mhux anqas minn
ħames snin u jkunu jgħixu flimkien, u jawtorizzhom flimkien biex
jadottaw persuna u ma jistax jingħata fuq rikors tar-raġel jew tal-
mara biss:
Iżda meta l-persuna li tkun ser tigi adottata tkun il-wild
naturali tar-raġel jew tal-mara, f’dak il-każ, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 115(3)(ċ), id-digriet ta’ adozzjoni
jista’ jingħata minkejja li r-rikors isir biss mill-missier jew l-omm
naturali tal-persuna li tkun se tiġi adottata u li r-raġel u l-mara
jkunu ilhom miżżewġin għal anqas minn ħames snin.
(3) Ħlief fil-każ ta’ raġel u mara miżżewġin li jkunu jgħixu
flimkien, ma jingħatax digriet ta’ adozzjoni li jagħti setgħa lil aktar
minn rikorrent wieħed biex jadotta persuna.
(4) Jista’ jingħata digriet ta’ adozzjoni dwar persuna li jkun ġa
ġie mogħti dwarha digriet ieħor ta’ adozzjoni skond dan it-Titolu; u
dwar rikors għal digriet ta’ adozzjoni dwar persuna bħal dik, l-
adottant jew adottanti skond id-digriet ta’ adozzjoni ta’ qabel jew l-
aħħar wieħed ta’ qabel għandhom jitqiesu li jkunu l-missier jew l-
omm, jew il-missier u l-omm ta’ dik il-persuna għall-finijiet kollha
ta’ dan it-Titolu.
Restrizzjonijiet fl-
għoti ta’ digrieti 
ta’adozzjoni. 
Sostitwit: 
VII.1977.2.
115. (1) Digriet ta’ adozzjoni ma jingħatax ħlief jekk ir-
rikorrent jew, fil-każ ta’ rikors minn aktar minn persuna waħda
flimkien, wieħed mir-rikorrenti - 
(a) ikun laħaq l-età  ta’ tletin sena iżda mhux l-età  ta’ sittin
sena u jkollu mill-anqas wieħed u għoxrin sena iżjed
mill-persuna li tkun se tiġi adottata; jew
(b) ikun l-omm jew il-missier tal-persuna li tkun se tiġi
adottata u jkun laħaq l-età  maġġuri.
(2) Digriet ta’ adozzjoni ma jingħatax -
(a) dwar persuna li tkun laħqet l-età  ta’ tmintax-il sena
ħlief favur rikorrent waħdieni li jkun l-omm jew il-
missier tal-persuna li tkun se tiġi adottata; jew
(b) dwar persuna ta’ sess femminil favur rikorrent
waħdieni li jkun ta’ sess maskil, kemm-il darba l-qorti
ma tkunx sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi speċjali
li jiġġustifikaw bħala miżura eċċezzjonali l-għoti ta’
digriet ta’ adozzjoni; jew
(ċ) favur persuna li tkun ħadet l-ordni sagri jew li tkun
marbuta bil-voti solenni ta’ professjoni reliġjuża; jew
(d) favur tutur dwar il-persuna li tkun jew kienet taħt it-
tutela tiegħu, ħlief wara li jkun ta kont ta’ l-
amministrazzjoni tiegħu jew ta garanzija xierqa ta’ l-
għoti ta’ dak il-kont.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 117, ma
jingħatax digriet ta’ adozzjoni wkoll - 
(a) f’kull każ, barra minn fil-każ ta’ persuna illeġittima,
ħlief bil-kunsens ta’ kull wieħed mill-ġenituri tal-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        33
persuna li tkun se tiġi adottata u li jkun ħaj;
(b) fil-każ ta’ persuna illeġittima, ħlief bil-kunsens ta’ l-
omm jekk din tkun ħajja;
(ċ) fuq rikors magħmul mir-raġel jew mill-mara skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 114(2), ħlief bil-
kunsens tal-miżżewweġ l-ieħor;
(d) meta l-persuna li tkun se tiġi adottata tkun għalqet l-
erbatax-il sena, ħlief bil-kunsens tagħha.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 117, qabel
ma tagħti digriet ta’ adozzjoni l-qorti għandha -
(a) fil-każ ta’ persuna illeġittima, tisma’ lill-missier
naturali jekk dan ikun għaraf b’ibnu lill-persuna li
tkun se tiġi adottata jew jekk il-qorti tkun sodisfatta li
jkun ikkontribbwixxa għall-manteniment tagħha jew
ikun wera interess ġenwin u kontinwu fiha;
(b) meta l-persuna li tkun se tiġi adottata tkun taħt tutela
jew tkun qed tgħix ma’ persuna li ma tkunx l-omm jew
il-missier tagħha, iżda li jkollha fil-fatt il-kura u
kustodja tagħha, tisma’ lit-tutur jew lill-persuna li
jkollha fil-fatt dik il-kura u kustodja, skond il-każ.
Kura u pussess ta’ 
persuni li jkunu se 
jiġu adottati qabel 
adozzjoni.
Sostitwit:
VII. 1977.3.
116. (1) Ħlief meta r-rikorrent jew wieħed mir-rikorrenti jkun
l-omm jew il-missier tal-persuna li tkun se tiġi adottata, ma
jingħatax digriet ta’ adozzjoni jekk il-persuna li tkun se tiġi
adottata ma kinitx kontinwament fil-kura u l-pussess tar-rikorrent
għal mill-inqas tliet xhur konsekuttivi minnufih qabel id-data tad-
digriet ta’ adozzjoni, bla ma jingħadd ebda żmien qabel id-data li
tidher lill-qorti li tkun id-data li fiha l-persuna li tkun se tiġi
adottata tkun għalqet l-età  ta’ sitt ġimgħat.
(2) Ħlief meta r-rikorrent jew wieħed mir-rikorrenti jkun l-
omm jew il-missier tal-persuna li tkun se tiġi adottata, ma jingħatax
digriet ta’ adozzjoni dwar persuna li waqt is-smigħ tar-rikors tkun
taħt l-ogħla limiti ta’ l-età  ta’ tagħlim obbligatorju kemm-il darba
r-rikorrent, mill-inqas tliet xhur qabel dak id-digriet, ma jkunx ta
avviż bil-miktub lill-awtorità  preskritta dwar il-ħsieb tiegħu li
jitlob digriet ta’ adozzjoni dwar dik il-persuna.
(3) Waqt li rikors għal adozzjoni jkun pendenti quddiem xi
qorti, l-omm jew il-missier tal-persuna li tkun se tiġi adottata li
jkun ta l-kunsens tiegħu għall-għoti ta’ digriet ta’ adozzjoni wara r-
rikors u kull tutur ma jkollux dritt, ħlief bil-permess tal-qorti, li
jneħħi lill-persuna li tkun se tiġi adottata mill-kura u pussess tar-
rikorrent; u meta tqis jekk tagħtix jew tiċħadx il-permess il-qorti
għandha tieħu qies tal-ġid tal-persuna li tkun se tiġi adottata.
Setgħa li jeħles 
mill-kunsens. 
Emendat: 
XXXVIII. 1972.2; 
L. 1981.2.
117. (1) Il-qorti tista’ teħles minn kull kunsens jew minn kull
smigħ meħtieġ mill-artikolu 115 jekk tkun sodisfatta - 
(a) fil-każ ta’ ħelsien minn xi kunsens bħal dak, illi l-
persuna li tkun meħtieġa tagħti l-kunsens tagħha ma
tkunx tista’ tagħti dak il-kunsens jew, fil-każ tal-
missier jew ta’ l-omm, illi ma tkunx tista tinstab jew
  34      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
tkun abbandunat, ittraskurat jew persistentement
ittrattat ħażin, jew tkun persistentement jew ittraskurat
jew ċaħdet li tgħin għall-manteniment ta’, il-persuna li
tkun se tiġi adottata jew tkun talbet jew ippruvat tikseb
xi ħlas jew kumpens ieħor għal jew minħabba l-għoti
tal-kunsens meħtieġ dwar l-adozzjoni; jew
(b) fil-każ ta’ ħelsien minn xi smigħ bħal dak, illi l-
persuna li tkun meħtieġa li tiġi mismugħa ma tkunx
tista’ tinstab jew ma tkunx tista’ turi l-fehmiet tagħha;
jew
(ċ) illi minħabba raġunijiet speċjali u eċċezzjonali u wara
li tqis l-interessi tal-persuni kollha konċernati, ikun
xieraq li hi teħles minn kull smigħ u kunsens bħal
dawk.
(2) Il-qorti tista’ teħles mill-kunsens tar-raġel jew tal-mara ta’
rikorrent għal digriet ta’ adozzjoni jekk tkun sodisfatta illi l-
persuna li l-kunsens tagħha jkun qiegħed jiġi meħlus ma tkunx
tista’ tinstab jew ma tkunx tista’ tagħti l-kunsens, jew illi r-raġel u
l-mara jkunu separati u qed igħixu mhux flimkien u li s-
separazzjoni aktarx tkun permanenti.
(3) Il-kunsens ta’ xi persuna skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 115(3)(a) għall-għoti ta’ digriet ta’ adozzjoni wara rikors
jista’ jingħata (bla ħsara tal-kondizzjonijiet dwar it-twemmin
reliġjuż li fih għandha tiġi mrobbija l-persuna li tkun se tiġi
adottata) mingħajr ma tkun taf l-identità  tar-rikorrent għad-digriet.
Prova tal-kunsens. 
Emendat:
XXVIII. 1963.2; 
XXXVIII. 1972.3; 
VI1.1977.4.
118. (1) Meta xi omm jew missier jew il-persuna li sejra tkun
adottata ma jattendix fil-proċeduri fuq rikors għal digriet ta’
adozzjoni sabiex jagħti l-kunsens tiegħu għall-għoti tad-digriet
f’dak il-każ, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u
(3), dokument li juri l-kunsens tiegħu għall-għoti ta’ digriet bħal
dak u li jkun jifhem ix-xorta u l-effett ta’ digriet bħal dak għandu,
jekk il-persuna li favur tagħha d-digriet ikun se jingħata tkun
imsemmija fid-dokument jew (meta l-identità  ta’ dik il-persuna ma
tkunx magħrufa minn min ikun se jagħti l-kunsens) tkun
divrenzjata fih fil-mod preskritt, ikun prova biżżejjed ta’ dak il-
kunsens u tal-fehma tiegħu dwar ix-xorta u l-effett tad-digriet, sew
jekk id-dokument ikun sar qabel sew jekk wara l-bidu tal-
proċeduri; u meta xi dokument bħal dak ikun awtentikat kif jingħad
fis-subartikolu (2)(b), ikun prova biżżejjed kif jingħad qabel bla
ebda prova oħra dwar il-firma tal-persuna li minnha jkun sar id-
dokument.
(2) Dokument li juri l-kunsens ta’ l-omm ta’ persuna li tkun se
tiġi adottata ma jkunx prova biżżejjed skond dan l-artikolu kemm-il
darba -
(a) il-persuna li tkun se tiġi adottata ma tkunx għall-anqas
ta’ l-età  ta’ sitt ġimgħat fid-data li fiha jsir id-
dokument; u
(b) id-dokument ma jkunx awtentikat f’dik id-data minn
Kummissarju b’setgħa li jagħti ġurament jew avukat
jew nutar jew, jekk ikun sar barra minn Malta, minn
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        35
persuna ta’ xi klassi bħal dik kif tista’ tkun preskritta.
(3) Dokument li juri l-kunsens tal-persuna li tkun se tiġi
adottata ma jkunx prova biżżejjed skond dan l-artikolu kemm-il
darba il-persuna li favur tagħha jkun se jsir id-digriet ma tkunx
imsemmija fid-dokument.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, dokument li jidher li jkun
awtentikat kif jingħad fis-subartikolu (2)(b) għandu jitqies li jkun
hekk awtentikat, u li jkun sar u ġie awtentikat fid-data u fil-post
imsemmi fih, sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju.
Funzjoni tal-qorti 
dwar digrieti ta’ 
adozzjoni.
119. (1) Il-qorti qabel ma tagħti digriet ta’ adozzjoni għandha
tkun sodisfatta -
(a) illi kull persuna li l-kunsens tagħha jkun meħtieġ
għall-għoti tad-digriet ta’ adozzjoni u li l-kunsens
tagħha ma jkunx meħlus, tkun tat il-kunsens tagħha u
tkun tifhem ix-xorta u l-effett tad-digriet ta’ adozzjoni
li jkun sar rikors għalih; u b’mod partikolari fil-każ ta’
l-omm jew il-missier illi jkun jifhem illi l-effett tad-
digriet ta’ adozzjoni jkun li jneħħilha jew ineħħilu
permanentement id-drittijiet tagħha jew tiegħu dwar il-
persuna li tkun se tiġi adottata;
(b) illi d-digriet, jekk jingħata, ikun għall-gid tal-persuna
li tkun se tiġi adottata;
(ċ) illi r-rikorrent ma jkunx irċieva jew ftiehem li jirċievi,
u illi ebda persuna ma tkun għamlet jew tat jew
ftehmet li tagħmel jew tagħti lir-rikorrent, xi ħlas jew
kumpens ieħor minħabba fl-adozzjoni ħlief dak li l-
qorti tista’ tapprova.
(2) Biex tiddeċidi jekk digriet ta’ adozzjoni jekk jiġi mogħti
jkunx għall-ġid tal-persuna li tkun se tiġi adottata, il-qorti għandha
tieħu qies (fost ħwejjeġ oħra) tas-saħħa tar-rikorrent, kif pruvata,
f’dawk il-każijiet kif jistgħu jiġu preskritti, biċ-ċertifikat ta’ tabib
reġistrat, u għandha tieħu kont xieraq tax-xewqat tal-persuna li
tkun se tiġi adottata, wara li tqis l-età  u l-ħila li tifhem dik il-
persuna u t-twemmin reliġjuż ta’ dik il-persuna u ta’ ommha u
missierha.
(3) Il-qorti f’digriet ta’ adozzjoni tista’ timponi dawk il-
pattijiet u kondizzjonijiet kif il-qorti jista’ jidhrilha xieraq u b’mod
partikolari tista’ teħtieġ lill-adottant li jagħmel għall-persuna li
tkun se tiġi adottata dak il-provvediment (jekk ikun hemm) li fil-
fehma tal-qorti jkun sewwa u xieraq.
Kuratur. 
Emendat: 
VII.1977.5.
120. Wara rikors għal digriet ta’ adozzjoni ta’ persuna li tkun se
tiġi adottata, il-qorti għandha taħtar dik il-persuna skond ma jkun
preskritt biex taġixxi bħala kuratur speċjali tal-persuna li tkun se
tiġi adottata bid-dmir li tħares l-interessi tal-persuna li tkun se tiġi
adottata quddiem il-qorti.
Drittijiet u 
dmirijiet. 
Emendat: 
XLVI.1973.20; 
XXI. I993.48.
121. Wara li jingħata digriet ta’ adozzjoni -
(a) il-persuna li dwarha jingħata d-digriet ta’ adozzjoni
għandha titqies dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-qraba
  36      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
wieħed lejn l-ieħor, bħala bin l-adottant jew l-adottanti
imwieled minnu, minnha jew minnhom miż-żwieġ u
bħala bin ebda persuna jew persuni oħra, billi l-qrubija
tgħaddi permezz ta’ l-adottant jew adottanti;
(b) il-qraba tal-persuna li dwarha jingħata d-digriet ta’
adozzjoni għandhom jitilfu d-drittijiet kollha u jiġu
meħlusa mill-obbligi kollha dwar dik il-persuna;
(ċ) it-tutur, jekk il-persuna li dwarha jingħata d-digriet ta’
adozzjoni tkun taħt tutela, għandu jtemm l-
amministrazzjoni tiegħu u, egħluq tliet xhur mid-data
tad-digriet ta’ adozzjoni, jagħti kont ta’ hekk lill-
adottant.
Sentenzi, digrieti 
jew ordnijiet għal 
ħlas ta’ 
manteniment. 
Emendat: 
VII. 1977.6.
122. (1) Meta jingħata digriet ta’ adozzjoni dwar persuna li
tkun illeġittima, f’dak il-każ, kemm-il darba l-adottant ma jkunx
ommha u l-omm tkun mara mhix miżżewġa, kull sentenza, digriet
jew ordni għall-ħlas tal-manteniment fis-seħħ dwar dik il-persuna,
u kull ftehim li bih il-missier ta’ dik il-persuna jkun intrabat li
jagħmel ħlasijiet speċifikatament għal benefiċċju tagħha, itemmu
milli jkollhom seħħ, iżda bla ħsara għall-ġbir ta’ kull arretrati li
jkunu dovuti skond is-sentenza, digriet, ordni jew ftehim fid-data
tad-digriet ta’ adozzjoni.
(2) Wara li jingħata digriet ta’ adozzjoni dwar persuna li tkun
illeġittima, ebda sentenza, digriet jew ordni għall-ħlas ta’
manteniment ma għandu jingħata dwar dik il-persuna kemm-il
darba d-digriet ta’ adozzjoni ma jkunx ġie mogħti fuq ir-rikors ta’
l-omm ta’ dik il-persuna biss.
Drittijiet ta’ 
proprjetà .
123. (1) Meta, f’xi żmien wara l-għoti ta’ digriet ta’ adozzjoni,
l-adottant jew il-persuna adottata jew xi persuna oħra tmut intestata
dwar xi proprjetà , dik il-proprjetà  għandha tgħaddi għal kollox
bħallikieku l-persuna adottata kienet bin l-adottant imwieled fiż-
żwieġ u ma kienet bin ebda persuna oħra.
(2) F’kull disponiment ta’ proprjetà  magħmul, kemm b’att inter
vivos kemm b’testment, wara d-data ta’ digriet ta’ adozzjoni -
(a) kull riferenza (sew espressa sew miftehma) għal bin
jew ulied l-adottant għandha, kemm-il darba ma tkunx
tidher il-fehma kuntrarja tiftiehem bħala, jew bħala li
tinkludi, riferenza għall-persuna adottata;
(b) kull riferenza (sew espressa sew miftehma) għal bin
jew ulied tal-missier u omm naturali tal-persuna
adottata jew wieħed minnhom għandha, kemm-il darba
ma tkunx tidher il-fehma kuntrarja, tiftiehem bħala li
ma tkunx, jew li ma tinkludix, riferenza għall-persuna
adottata; u
(ċ) kull riferenza (sew espressa sew miftehma) għal
persuna jew persuni li tkun qarib tal-persuna adottata
f’xi linja jew grad għandha, kemm-il darba ma tkunx
tidher il-fehma kuntrarja, tiftiehem bħala riferenza
għall-persuna jew persuni li tkun qarib tagħha f’dik il-
linja jew grad kieku kienet bin l-adottant imwieled fiż-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        37
żwieġ u ma kienet bin ebda persuna oħra.
(3) Għall-finijiet ta’ passaġġi ta’ xi proprjetà  skond dan l-
artikolu u għall-finijiet ta’ tifsir ta’ xi disponiment li għalih igħodd
is-subartikolu (2), persuna adottata għandha titqies li tkun qarib ta’
kull persuna oħra li tkun it-tifel adottat ta’ l-adottant bħala ħu jew
oħt.
(4) Meta jingħata digriet ta’ adozzjoni dwar persuna li tkun ġiet
adottata qabel, l-adozzjoni ta’ qabel m’għandux jittieħed kont
tagħha għall-finijiet ta’ dan l-artikolu dwar il-passaġġ ta’ xi
proprjetà  mal-mewt ta’ persuna li tmut intestata wara d-data tad-
digriet ta’ adozzjoni ta’ wara, u dwar kull disponiment ta’ proprjetà
magħmul, jew li jieħu seħħ fid-data li fiha tmut persuna, wara dik
id-data.
Persuna adottata 
tieħu l-kunjom ta’ 
l-adottant. 
Sostitwit: 
XXX. 1981.5.
124. Ma’ l-għoti ta’ digriet ta’ adozzjoni, il-persuna li dwarha
jingħata d-digriet ta’ adozzjoni għandha tieħu l-kunjom ta’ l-
adottant:
Iżda meta l-persuna li tkun se tiġi adottata ma tkunx għalqet
l-erba’ snin, l-adottant jista’, bl-approvazzjoni tal-qorti, jagħti lil
dak it-tifel isem ġdid.
Reġistrazzjoni ta’ 
adozzjonijiet. 
Emendat: 
XXXI. 1965.8,9;
III.1994.2;
XXIV. 1995.362.
125. (1) Kull digriet ta’ adozzjoni għandu jkollu ordni lid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku li jniżżel fir-Reġistru tal-Persuni
Adottati (imwaqqaf bl-artikolu 269) reġistrazzjoni skond il-
Formola H murija fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan il-
Kodiċi u (bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu li jaħbat
minnufih wara dan) jispeċifika l-partikolaritajiet li għandhom
jitniżżlu taħt l-intestaturi fil-kolonni 2 sa 7 ta’ dik il-Formula.
(2) Għall-finijiet ta’ tħaris tal-ħtiġijiet ta’ l-aħħar subartikolu
qabel dan -
(a) meta d-data eżatta tat-twelid tal-persuna li tkun se tiġi
adottata ma tiġix pruvata għas-sodisfazzjon tal-qorti,
il-qorti għandha tistabbilixxi d-data probabbli tat-
twelid tagħha u d-data hekk stabbilita għandha tiġi
speċifikata fid-digriet bħala d-data tat-twelid tagħha;
(b) meta l-pajjiż u l-post tat-twelid tal-persuna li tkun se
tiġi adottata ma jiġux pruvati għas-sodisfazzjon tal-
qorti, f’dak il-każ, jekk ikun jidher probabbli li dik il-
persuna kienet twieldet f’Malta, għandha titqies bħala
li twieldet f’Malta, u f’kull każ ieħor il-
partikolaritajiet tal-pajjiż tat-twelid jistgħu ma
jissemmewx fid-digriet u fir-reġistrazzjoni fir-Reġistru
tal-Persuni Adottati,
u l-kunjom li għandu jkun speċifikat fid-digriet bħala l-kunjom tal-
persuna li tkun se tiġi adottata jkun il-kunjom tar-rikorrent.
(3) Meta fuq rikors għal digriet ta’ adozzjoni tiġi pruvata għas-
sodisfazzjon tal-qorti l-identità  tal-persuna li tkun se tiġi adottata
ma’ persuna li għaliha tirriferixxi reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ l-
atti tat-twelid (imwaqqaf bl-artikolu 238), kull digriet ta’ adozzjoni
mogħti skond ir-rikors għandu jkollu ordni lid-Direttur tar-Reġistru
  38      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Pubbliku biex jara li r-reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ l-atti tat-twelid
tiġi mmarkata bil-kelma "Adottat".
(4) Meta jingħata digriet ta’ adozzjoni dwar persuna li qabel
kien ingħata dwarha digriet ta’ adozzjoni skond dan it-Titolu, id-
digriet għandu jkollu ordni lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku biex
jara li r-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Persuni Adottati tiġi
mmarkata bil-kliem "Adottat mill-ġdid".
(5) Wara li jingħata digriet ta’ adozzjoni, ir-Reġistratur tal-
Qrati għandu jara li d-digriet jiġi komunikat 1id-Direttur tar-
Reġistru Pubbliku egħluq ħmistax-il ġurnata mill-għoti ta’ dak id-
digriet u d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu, egħluq ħmistax-
il ġurnata milli jirċievi dik il-komunika, jara li jsir tħaris ta’ l-
ordnijiet li jkun hemm fid-digriet kemm dwar l-immarkar ta’ xi
reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ l-atti tat-twelid bil-kelma "Adottat" u
kemm dwar l-egħmil tar-reġistrazzjoni jew reġistrazzjonijiet xierqa
fir-Reġistru tal-Persuni Adottati, u għandu fuq kull digriet bħal dak
jikteb id-data ta’ meta jkun irċevih u jiffirma ismu fuqu.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 238(2), ta’ l-artikolu
245(1), ta’ l-artikoli 248, 249, 252, 260 u 261 u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 269, l-artikolu 251 għandhom
mutatis mutandis igħoddu għar-Reġistru tal-Persuni Adottati u
reġistrazzjonijiet fih, għal estratti minnu u għal ċertifikati u
dokumenti oħra dwaru jew li għandhom x’jaqsmu miegħu.
Leġittimazzjoni: 
revoka ta’ digrieti 
ta’ adozzjoni u 
tħassir fir-reġistru.
Emendat:
XXIV.1995.362.
126. (1) Meta xi persuna adottata minn missierha jew ommha
biss tkun wara dan saret persuna leġittimata maż-żwieġ ta’
missierha u ommha, il-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja tista’, fuq
rikors ta’ xi waħda mill-partijiet ikkonċernati, tirrevoka dak id-
digriet.
(2) Meta digriet ta’ adozzjoni jiġi revokat skond dan l-artikolu,
ir-Reġistratur tal-Qrati għandu jara 1i r-revoka tiġi komunikata lid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku li għandu jara li titħassar - 
(a) ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Persuni Adottati dwar
il-persuna adottata; u
(b) l-immarkar bil-kelma "Adottat" kull reġistrazzjoni
dwarha fir-reġistru ta’ l-atti tat-twelid,
u kopja awtentikata ta’ kull reġistrazzjoni bħal dik imsemmija fil-
paragrafu (b) għandha titqies 1i tkun kopja eżatta biss jekk kemm l-
immarkar kif ukoll it-tħassir ma jkunux jidhru fiha.
Emenda tad-digriet 
u korrezzjoni tar-
reġistri.
Emendat:
XXIV.1995.362.
127. (1) Il-qorti li minnha jkun ġie mogħti digriet ta’
adozzjoni tista’, fuq rikors ta’ l-adottant jew tal-persuna adottata,
temenda d-digriet billi jiġi korrett xi żball fil-partikolaritajiet li
jkun hemm fih u tista’, jekk tkun sodisfatta fuq ir-rikors ta’ xi
persuna ikkonċernata illi ordni għall-egħmil ta’ reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ l-atti tat-twelid jew fir-Reġistru tal-Persuni Adottati li
kien inkluż fid-digriet skond l-artikolu 125(3) jew (4) kien hekk
inkluż b’mod hażin, tirrevoka dak l-ordni; u meta digriet ta’
adozzjoni jkun hekk emendat jew ordni hekk imħassar, ir-
Reġistratur tal-Qrati għandu jara li l-emenda tiġi komunikata lid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku egħluq ħmistax-il ġurnata mill-għoti
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        39
ta’ dak id-digriet; u kull korrezzjoni jew żieda fir-Reġistru tal-
Persuni Adottati jew tħassir ta’ l-immarkar ta’ reġistrazzjoni fir-
reġistru ta’ l-atti tat-twelid jew fir-Reġistru tal-Persuni Adottati li
tkun meħtieġa għandha ssir skond hekk.
(2) Meta digriet ta’ adozzjoni jkun ġie emendat kull kopja
awtentikata tar-reġistrazzjoni relattiva fir-Reġistru tal-Persuni
Adottati li tista’ tinħareġ bis-saħħa ta’ l-artikolu 269(5) għandha
tkun kopja tar-reġistrazzjoni kif emendata, mingħajr ir-
riproduzzjoni ta’ xi nota jew markar dwar l-emenda jew ta’ xi ħaga
mħassra bis-saħħa ta’ hekk; u kopja awtentikata ta’ reġistrazzjoni
f’xi reġistru, li tkun reġistrazzjoni li l-immarkar tagħha jkun ġie
mħassar, għandha titqies li tkun kopja eżatta biss jekk kemm l-
immarkar kif ukoll it-tħassir ma jkunux jidhru fiha.
Projbizzjoni ta’ 
ċerti ħlasijiet. 
Emendat: 
XXVIII.1963.3; 
VIII.1990.3.
128. (1) Ebda persuna m’għandha tagħmel jew tagħti jew
tiftiehem li tagħmel jew tagħti, jew tirċievi jew tiftiehem 1i tirċievi
jew tittanta 1i tikseb xi ħlas jew kumpens ieħor għal jew minħabba
fi -
(a) l-adozzjoni minn dik il-persuna ta’ xi persuna oħra;
(b) l-għoti minn dik il-persuna ta’ xi kunsens meħtieġ
dwar l-adozzjoni ta’ persuna;
(ċ) it-trasferiment minn dik il-persuna tal-kura u pussess
tal-persuna li tkun se tiġi adottata bil-ħsieb ta’ l-
adozzjoni tagħha;
(d) l-egħmil minn dik il-persuna ta’ xi arranġamenti għall-
adozzjoni ta’ persuna.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jkun
ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati,
priġunerija għal perijodu ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa
ta’ mhux iżjed minn mitt 1ira jew it-tnejn flimkien, u l-qorti tista’
tordna li minuri li dwaru jkun sar ir-reat jiġi meħud f’post ta’
sigurtà  sakemm ikun jista’ jiġi mogħti lura lil missieru u lil ommu
jew lit-tutur tiegħu jew sakemm ikunu jistgħu jsiru arranġamenti
oħra għalih.
(3) Dan l-artikolu, safejn jirriferixxi għall-egħmil ta’ xi
arranġamenti għall-adozzjoni ta’ persuna, ma jgħoddx għal -
(a) ħlasijiet magħmula għall-manteniment ta’ dik il-
persuna; u
(b) kumpens ta’ l-avukati, tan-nutara, tal-prokuraturi
legali jew tat-tobba għal servizzi professjonali.
(4) Kull dikjarazzjoni ta’ ħtija skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) għandha tiġi notifikata mir-reġistratur tal-qorti li
tkun għamlet id-dikjarazzjoni ta’ ħtija lill-qorti ta’ ġurisdizzjoni
volontarja, u din il-qorti ta’ l-aħħar għandha wara hekk tieħu dawk
il-miżuri li tqies xierqa fl-aħjar interessi tal-persuna adottata jew 1i
tkun se tiġi adottata magħduda, jekk jidhrilha xieraq, ir-revoka tad-
digriet ta’ adozzjoni.
  40      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXl. 1966.2.
129. Il-Ministru responsabbli għall-gustizzja jista’ jagħmel
regolamenti - 
(a) biex jippreskrivu kull ħaġa li b’dan it-Titolu hija
awtorizzata jew meħtieġa li tkun preskritta;
(b) għall-protezzjoni, sorveljanza u kontroll ta’ minuri li
jkunu mqiegħda fil-kura u pussess ta’ dawk il-persuni
li jistgħu jkunu preskritti;
(ċ) biex jirregolaw l-egħmil ta’ jew il-parteċipazzjoni
f’arranġamenti għall-adozzjoni ta’ persuna jew għat-
tqegħid ta’ minuri fil-kura jew pussess ta’ persuna
oħra;
(d) għar-reġistrazzjoni, sorveljanza u kontroll ta’
soċjetajiet ta’ adozzjoni u għat-tħassir ta’ dik ir-
reġistrazzjoni;
(e) għal kull ħaġa inċidentali u supplementarja li dwarha
l-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jaħseb 1i jkun
xieraq għall-finijiet tar-regolamenti li jipprovdi,
magħduda b’mod partikolari d-dħul u l-ispezzjon ta’
postijiet li għalihom jirriferixxu r-regolamenti minn
persuni awtorizzati għal hekk mill-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja sabiex jiġi żgurat it-tħaris
tar-regolamenti;
(f) biex jistabbilixxu l-pieni li jkun jista’ jeħel kull minn
jikser xi wieħed mir-regolamenti, liema pieni ma
jkunux iżjed minn priġunerija għal perijodu ta’ sitt
xhur.
Adozzjonijiet 
barranin. 
Miżjud: 
XLVI. 1973.22.
130. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2), meta adozzjoni
barranija għandha titqies bħala adozzjoni skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 113, l-ordni (ikun kif ikun imsemmi) ta’ l-awtorità
barra minn Malta, li bih issir dik l-adozzjoni, għandu jseħħ
daqslikieku kien digriet ta’ adozzjoni magħmul mill-qorti f’Malta;
u d-disposizzjonijiet  u ta’ kull liġi oħra għandhom japplikaw f’dan
is-sens b’dawk l-adattamenti u tibdil 1i jkunu xierqa fiċ-
ċirkostanzi.
(2) Is-subartikolu (1) japplika suġgett għal kull reviżjoni,
revoka jew annullament minn qorti jew awtorità  oħra kompetenti
ta’ l-ordni li bih tkun saret l-adozzjoni barranija u għal kull
deċiżjoni jew ordni dwaru.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
relattivament għal adozzjoni barranija l-qorti jkollha -
(a) is-setgħa li tiddeċidi jekk dik l-adozzjoni barranija
għandhiex tiġi meqjusa bħala adozzjoni skond l-
artikolu 113;
(b) is-setgħa li tordna li ssir ir-reġistrazzjoni xierqa jew li
jsir l-immarkar xieraq dwar l-adozzjoni barranija, fir-
reġistru u fl-atti msemmija f’dan it-Titolu u li ssir kull
korrezzjoni jew tħassir tagħhom;
(ċ) is-setgħa li tiddeċiedi jekk reviżjoni, revoka jew
annullament ta’ adozzjoni bħal dik għandux ikollhom,
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        41
jew safejn għandu jkollhom, seħħ f’Malta;
(d) is-setgħa li tordna li adozzjoni barranija tispiċċa mis-
seħħ bħala adozzjoni, jew li tibqa’ valida, f’Malta
għar-raġuni 1i l-adozzjoni tkun kontra l-ordni
pubbliku jew li l-awtorità  li tidher 1i tkun awtorizzat l-
adozzjoni ma kenitx kompetenti; u
(e) b’mod ġenerali dawk is-setgħat kollha li għandha dwar
adozzjoni skond dan il-Kodiċi,
u tista’ teżerċita dawk is-setgħat fuq rikors għal hekk jew fl-
eżerċizzju tas-setgħat tagħha skond dan l-artikolu.
Titolu IV
Emendat: 
XXI. 1993.2.
FUQ IS-SETGĦA TAL-ĠENITURI
L-iben suġgett 
għas-setgħa tal-
ġenituri. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.23; 
XXI. 1993.49.
131. (1) L-iben huwa suġġett għas-setgħa tal-ġenituri tiegħu
għall-effetti kollha kif stabbiliti bil-liġi.
(2) Ħlief f’dawk il-każijiet stabbiliti bil-liġi, din is-setgħa tkun
eżerċitata bi ftehim bejn iż-żewġ ġenituri. Wara l-mewt ta’ wieħed
mill-ġenituri, din tkun eżerċitata mill-ġenitur 1i jibqa’ ħaj.
(3) F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri dwar ħwejjeġ ta’
importanza partikolari, kull wieħed mill-ġenituri jista’ jirrikorri
għall-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja fejn juri dawk id-
direzzjonijiet li fil-fehma tiegħu jidhirlu xierqa fiċ-ċirkostanzi.
(4) Il-qorti, wara li tkun semgħet lill-ġenituri u lit-tifel jekk
dan ikun laħaq l-età  ta’ erbatax-il sena, għandha tagħmel dawk is-
suġġerimenti li jidhrilha l-aħjar fl-interess tat-tifel u l-għaqda tal-
familja. Jekk ikompli n-nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri, il-qorti
għandha tawtorizza lill-ġenitur li fil-fehma tagħha jkun l-iktar
xieraq li jħares l-interess tat-tifel fil-każ partikolari, li jiddeċiedi l-
kwistjoni, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 149.
(5) Fil-każ ta’ periklu imminenti jew preġudizzju serju għat-
tifel kull wieħed mill-ġenituri jista’ jieħu dawk il-miżuri li huma
urġenti u li ma jistgħux jistennew.
(6) Dwar terzi persuni in bona fide, kull waħda mill-partijiet
fiż-żwieġ għandha titqies li għemilha kien bil-kunsens tal-parti l-
oħra meta teżerċita għemil dwar awtorità  tal-ġenituri dwar il-
persuna tat-tifel.
  42      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Sub-titolu I
Emendat. 
XXI. 1993.2.
FUQ L-EFFETTI TAS-SETGĦA TAL-ĠENITURI 
FUQ L-ULIED TAĦT L-ETÀ
L-iben għandu 
jobdi ’l missieru u 
ma jistax jitlaq 
mid-dar tal-
ġenituri.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXI. 1993.50.
132. (1) L-iben għandu jobdi lill-ġenituri tiegħu f’dak kollu li
hu permess mil-liġi.
(2) Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra tal-liġi dwar l-ingaġġ
f’xi forza dixxiplinata, l-iben ma jistax, mingħajr il-kunsens tal-
ġenituri, jitlaq mid-dar tal-ġenituri, jew mid-dar li l-ġenituri tiegħu
jkunu għażlulu.
(3) Meta l-iben jitlaq mid-dar mingħajr dan il-kunsens, il-
ġenituri għandhom jedd isejħulu lura, u jekk ikun meħtieġ jitolbu l-
għajnuna tal-Pulizija.
Il-qorti tista’ 
tawtorizza lit-tifel 
li jitlaq mid-dar tal-
ġenituri.
133. (1) Ma’ dan kollu, il-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja
tista’, għal raġuni tajba, u mingħajr ma ssemmi din ir-raġuni,
tawtorizza lit-tifel li jitlaq mid-dar tal-ġenituri.
(2) Jekk id-dewmien jista’ jkun ta’ ħsara, kull maġistrat jista’
jagħti l-ordni meħtieġ, u jagħmel rapport ta’ dan, m’hux aktar tard
mill-ewwel ġurnata ta’ wara ta’ nhar ta’ xogħol, lill-qorti hawn fuq
imsemmija, illi tista’ twettaq, tħassar jew tbiddel dak l-ordni.
Setgħa tal-qorti li 
tawtorizza li tifel 
jitqiegħed taħt 
ħarsien alternattiv. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.51.
134. (1) Ġenituri 1i ma jirnexxilhomx irażżnu lil binhom
jistgħu jneħħuh mill-familja, u jagħtuh, skond il-mezzi tal-ġenituri,
dak il-manteniment 1i wieħed ma jistax jgħaddi mingħajru.
(2) F’kull każ bħal dan, il-ġenituri jistgħu wkoll, jekk ikun
meħtieġ u malli jiksbu 1-awtorizzazzjoni tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni
volontarja, iqiegħdu lit-tifel, għaż-żmien imsemmi fid-digriet, f’xi
forma oħra ta’ ħarsien, li l-qorti fiċ-ċirkostanzi jidhrilha xierqa
sabiex huwa, bi spejjeż tal-ġenituri, jitħares u jinżamm b’dak il-
mod li fil-fehma tal-qorti jkun iwassa1 għad-dixxiplina u għall-
edukazzjoni tat-tifel.
(3) It-talba għal din is-setgħa tista’ wkoll issir bil-fomm; u l-
qorti għandha tagħti l-ordni meħtieġ għaldaqshekk mingħajr ebda
formalità  ta’ proċeduri, u mingħajr ma tagħti raġunijiet għal dak l-
ordni.
Il-ġenituri jidhru 
għall-ulied. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.51.
135. Il-ġenituri jidhru għall-uliedhom, imwielda jew 1e, fl-atti
kollha tal-ħajja ċivili.
Setgħa tal-ġenituri 
biex jamministraw. 
Emendat: 
XXX. 1981.6. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.51.
136. (1) Il-ġenituri flimkien jamministraw il-proprjetà  ta’
uliedhom, imwielda jew 1e, ħlief dik il-proprjetà  li tiġi għand l-
ulied bil-kondizzjoni li tkun amministrata biss minn wieħed mill-
ġenituri jew minn terzi.
(2) Atti ta’ amministrazzjoni ordinarja jistgħu, iżda, jitwettqu
minn kull wieħed mill-ġenituri mingħajr l-intervent ta’ l-ieħor. 
(3) L-atti ta’ amministrazzjoni straordinarja li għandhom
jitwettqu miż-żewġ ġenituri flimkien jinkludu -
(a) it-trasferiment ta’ mobbli minnhom infushom, inkluż
vetturi bil-mutur, sabiex il-prezz tagħhom ikun
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        43
impjegat bi qligħ;
(b) il-ġbid ta’ kapitali 1i jkunu għalqu;
(ċ) l-għoti ta’ jeddijiet personali għat-tgawdija minn
proprjetà  immobbli;
(d) l-aċċettazzjoni ta’ wirt, legat jew donazzjoni f’isem it-
tifel;
(e) il-qsim ta’ ħwejjeġ mobbli minnhom infushom;
(f) atti 1i jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-qorti skond is-
subartikolu (4).
(4) Il-ġenituri ma jistgħux jittrasferixxu ħwejjeġ immobbli jew
ħwejjeġ mobbli għax hekk tqishom il-liġi u li jkunu proprjetà  tat-
tifel lanqas ma jistgħu jissellfu jew jagħmlu dejn ieħor f’ismu,
jipotekaw jew iwiegħdu l-proprjetà  tiegħu, jagħtuha b’garanzija,
jidħlu f’xi kompromess, jew jissottomettu kwistjoni għal arbitraġġ,
ħlief f’każ ta’ bżonn, jew ta’ ħtieġa ċara u bis-setgħa tal-qorti u
f’kull każ bħal dan, il-qorti tista’, fuq talba tal-ġenituri, tawtorizza
lil wieħed mill-ġenituri biex jidher għat-tifel fuq l-att relattiv.
(5) Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 131.
Aċċettazzjoni ta’ 
wirt.
Emendat: 
XLVI. 1973.24; 
XXX. 1981.7;
XXI. 1993.52.
137. (1) Il-ġenituri għandhom jaċċettaw bil-benefiċċju ta’ l-
inventarju kull wirt li jmiss lit-tfal, kemm-il darba l-qorti ma
tagħtix il-ħelsien mill-inventarju.
(2) Jekk wieħed mill-ġenituri ma jkunx jista’ jew ma jkunx irid
jaċċetta dak il-wirt, il-wirt jista’ jiġi aċċettat mill-ġenitur l-ieħor
bis-setgħa tal-qorti. Jekk iż-żewġ ġenituri ma jkunux jistgħu jew
ma jkunux iridu jaċċettaw dak il-wirt, il-qorti tista’, fuq talba tat-
tifel jew ta’ xi ħadd minn qrabatu, tagħti s-setgħa għall-
aċċettazzjoni tal-wirt jew lit-tifel innifsu, jekk ikun għalaq l-
erbatax-il sena, jew xort’oħra lil kuratur speċjali li jinħatar mill-
qorti.
Kap. 239.
(3) Meta r-raġel jew il-mara, skond min jibqa’ ħaj minnhom,
ikun ippreżenta denunzja dwar proprjetà  inkluża fi trasferiment
taxxabbli skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa tal-
Mewt u tad-Donazzjoni*, dak 1i jibqa’ ħaj minnhom jitqies, għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu, li jkun aċċetta l-wirt li jmiss lill-minuri
bil-benefiċċju ta’ l-inventarju dwar il-proprjetà  iddikjarata fl-istess
denunzja, liema inventarju jitqies li ġie regolarment magħmul u
ppubblikat skond l-imsemmija denunzja, mingħajr ma jkun hemm
ħtieġa ta’ xi formalità  jew awtorizzazzjoni oħra stabbilita b’xi liġi.
In-nullità  ta’ l-atti 
tista’ tintalab biss 
mill-missier, eċċ. 
Emendat: 
XXI. 1993.53.
138. Jekk xi att isir bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’
qabel dan, in-nullità  tiegħu ma tistax tinġieb ’l quddiem ħlief minn
kull wieħed mill-ġenituri jew mit-tifel jew mill-werrieta tiegħu jew
minn dawk li l-jeddijiet tagħhom ikunu ġejjin minnu.
*Imħassra bl-Att XVI ta’ l-1993.
  44      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
F’każ li l-interessi 
ta’ xulxin ma 
jaqblux. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.54.
139. Fil-każ li l-interessi tat-tfal ma jkunux jaqblu ma’ xulxin,
jew ma’ ta’ xi wieħed mill-ġenituri tagħhom, il-qorti kompetenti
għandha, skond iċ-ċirkostanzi, taħtar kuratur speċjali wieħed jew
aktar:
Iżda kull wieħed mill-ġenituri jista’ jirrifjuta li jidher għal
wieħed mit-tfal kontra l-ieħor jew kontra l-ġenitur l-ieħor.
Il-genituri jagħtu 
kont ta’ l-
amministrazzjoni. 
Sostitwit:
XXI. 1993.54.
140. (1) Il-ġenituri għandhom jagħtu lit-tifel, meta dan isir ta’
l-età , kont tal-proprjetà  u ta’ l-utili ta’ dawk il-beni li tagħhom ma
jkollhomx użufrutt; u tal-proprjetà  biss u ta’ l-amministrazzjoni
tagħha, tal-beni li tagħhom il-ġenituri jkollhom l-użufrutt legali. 
(2) Jekk is-setgħa tal-ġenituri tispiċċa qabel ma t-tifel isir ta’ l-
età , il-ġenituri għandhom jagħtu dan il-kont dak inhar 1i tispiċċa
din is-setgħa.
(3) Bla ħsara għal kull responsabbiltà  tal-ġenitur, kull wieħed
mill-ġenituri jista’ jagħti dak il-kont ukoll f’isem il-ġenitur l-ieħor.
Beni li tagħhom il-
ġenituri għandhom 
l-użufrutt. 
Emendat: 
XXI. 1993.55.
141. (1) Il-ġenituri għandhom l-użufrutt tal-beni li jgħaddu
għal ibnu b’wirt, b’donazzjoni, jew b’xi titolu ieħor gratuwitu,
fosthom dawk 1i jiġu għandu bis-saħħa ta’ fedekommess.
(2) Huma jżommu dak l-użufrutt sakemm it-tifel isir ta’ l-età ,
kemm-il darba dan ma jmutx qabel dak iż-żmien.
Beni li ma jaqgħux 
taħt l-użufrutt 
legali.
Emendat: 
XXI. 1993.56.
142. M’humiex suġġetti għall-użufrutt legali -
(a) il-beni mħollija jew mogħtija lit-tifel bil-kondizzjoni li
l-ġenituri jew wieħed minnhom ma jkollhomx użufrutt
tagħhom:
Iżda din il-kondizzjoni ma tiswix dwar dawk il-
beni li jmissu lit-tifel bħala 1eġittima:
Iżda wkoll, meta l-beni jitħallew jew jingħataw
lit-tifel bil-kondizzjoni 1i wieħed biss mill-ġenituri ma
jkollux l-użufrutt ta’ dawk il-beni, dawk il-beni jkunu
suġġetti għall-użufrutt tal-ġenitur l-ieħor, b’dan illi
f’kull każ bħal dan, l-utili ta’ dawk il-beni
m’għandhomx jidħlu f’komunjoni ta’ l-akkwisti 1i
jista’ jkun hemm bejn il-ġenitur 1i jkun igawdi l-
użufrutt u l-ġenitur li jkun eskluż minn dak l-użufrutt;
(b) il-beni mogħtija lit-tifel biex jaqbad karriera, sengħa,
jew professjoni;
(ċ) il-beni 1i jgħaddu għand it-tifel b’wirt, b’legat jew
b’donazzjoni, meta dak il-wirt, legat jew donazzjoni
jkunu aċċettati fl-interess tat-tifel kontra r-rieda tal-
ġenituri:
Iżda meta dawk il-beni jkunu aċċettati f’isem it-
tifel minn ġenitur wieħed kontra r-rieda tal-ġenitur l-
ieħor, dawk il-beni jkunu biss suġġetti għall-użufrutt
ta’ dak il-wieħed mill-ġenituri li jkun aċċetta; b’dan
illi f’kull każ bħal dan, l-utili ta’ dawk il-beni
m’għandhomx jidħlu f’komunjoni ta’ l-akkwisti li
jista’ jkun hemm bejn il-ġenitur li jkun aċċetta dak il-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        45
wirt, legat jew donazzjoni kif intqal qabel, u l-ġenitur
l-ieħor 1i ma jkunx hekk aċċetta;
(d) il-beni li t-tifel jikseb b’xogħlu jew bil-ħidma tiegħu
għal rasu.
Obbligi li 
għalihom hu 
suġġett l-użufrutt 
tal-ġenituri. 
Emendat: 
XXI. 1993.57.
143. L-użufrutt li jmiss lill-ġenituri hu suġġett għall-obbligi li
ġejjin:
(a) l-obbligi kollha illi għalihom huma suġġetti
użufruttwarji, barra mill-obbligu tal-garanzija; 
(b) il-ħlas ta’ kull annwalità  jew ta’ l-imgħaxijiet fuq
kapitali magħluqa qabel il-bidu ta’ l-użufrutt;
(ċ) il-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-funerali u ta’ dawk ta’ l-aħħar
marda tal-persuna li mingħandha l-beni jkunu ġew
għand it-tifel, meta, li kieku ma kienx hekk, dawk l-
ispejjeż kien ikollu jbatihom it-tifel;
(d) l-ispejjeż tal-manteniment u ta’ l-edukazzjoni tat-tifel.
Tmiem ta’ l-
użufrutt. 
Emendat: 
XXI.1962.3; 
XXI.1993.2, 58.
144. (1) L-użufrutt tal-ġenituri jispiċċa bil-mewt tat-tifel jew
billi l-ġenituri jew il-ġenituri adottivi skond il-każ, jiżżewġu jew
jerġgħu jiżżewġu.
(2) Jispiċċa wkoll għal kull raġuni oħra li għaliha tispiċċa s-
setgħa tal-ġenituri fuq l-iben.
(3) Meta l-użufrutt jintemm dwar biss wieħed mill-ġenituri, l-
utili tal-beni suġġetti għal dak l-użufrutt m’għandhomx jidħlu
f’komunjoni ta’ l-akkwisti bejn il-ġenitur 1i dwaru l-użufrutt ma
jkunx intemm u l-ġenitur li dwaru dan ikun intemm.
Meta ġenituri 
jkomplu jgawdu 
beni meta jintemm 
l-użufrutt. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.59.
145. Jekk jintemm l-użufrutt, u l-ġenituri, jew xi wieħed
minnhom, ikomplu jew ikompli jgawdu l-beni tat-tifel li jkun
joqgħod mal-ġenituri jew ma’ xi wieħed minnhom mingħajr setgħa
iżda mingħajr oppożizzjoni min-naħa tat-tifel, inkella bis-setgħa
iżda mingħajr il-kondizzjoni espressa li jingħata l-kont ta’ l-utili,
dawk il-ġenituri jew ġenitur jew il-werrieta ta’ dawk il-ġenituri jew
dak il-ġenitur, skond il-każ, ma jkollhomx ħlief li jgħaddu l-utili li
jkun hemm fiż-żmien tat-talba, mingħajr l-obb1igu li jagħtu kont
ta’ dawk l-utili li sa dak iż-żmien setgħu kienu kkunsmati.
Mewt, eċċ., ta’ 
wieħed mill-
ġenituri. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.25; 
XXI. 1993.59.
146. (1) Jekk wieħed mill-ġenituri jmut, is-setgħa tal-ġenituri
tgħaddi biss għand il-ġenitur li jibqa’ ħaj dwar it-tfal tiegħu u l-
beni tagħhom, magħduda beni li jgħaddu għand it-tfal mill-beni tal-
ġenitur mejjet u minn kull kawża oħra wara li jkun miet l-ewwel
ġenitur.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw ukoll meta wieħed mill-ġenituri jkun tilef jew tneħħitlu
s-setgħa ta’ ġenitur, jew ma jkunx jista’, minħabba li jkun nieqes
jew minħabba impediment ieħor, jeżerċita l-jeddijiet tas-setgħa ta’
ġenitur.
(3) Jekk wieħed mill-ġenituri jkun tneħħielu biss il-jedd ta’ l-
użufrutt, dak il-jedd jgħaddi għand il-ġenitur l-ieħor waħdu.
(4) Meta wieħed mill-ġenituri jitneħħielu l-użufrutt, l-utili ta’
  46      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
dak l-użufrutt m’għandux jidħol f’xi komunjoni ta’ l-akkwisti li
jkun hemm bejn dak il-ġenitur u l-ġenitur l-ieħor li ma jkunx
tneħħielu l-użufrutt.
Meta ġenitur jerga’ 
jiżżewweġ u 
jkompli 
jamministra l-
proprjetà .
Sostitwit: 
XLVI. 1973.26; 
XXI. 1993.59.
147. (1) Jekk wieħed mill-ġenituri, meta jerġa’ jiżżewweġ,
ikompli jamministra l-proprjetà  ta’ uliedu, sew jekk ikompli
jeżerċita l-jedd tas-setgħa tal-ġenitur u sew jekk le, żewġ jew mart
il-ġenitur ikun responsabbli in solidum għall-amministrazzjoni
kemm ta’ qabel kif ukoll ta’ wara.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw għal
ġenitur adottiv meta jiżżewweġ jew meta jerġa jiżżewweġ.
Applikabbiltà  ta’ 
disposizzionijiet 
meta l-omm 
tingħata s-setgħa 
tal-missier. 
Sostitwit:
XLVI. 1973.27.
148. Imħassar: XXI. 1993.59.
Setgħa tal-qorti li 
tagħti ordnijiet 
minkejia 
disposizzonijiet 
oħra.
Sostitwit: 
XLVI. 1973.28.
149. B’dak kollu li jinsab f’kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-
Kodiċi, il-qorti tista’, jekk tiġi murija raġuni tajba, tagħti dawk l-
ordnijiet dwar il-persuna jew il-proprjetà  ta’ persuna li tkun taħt l-
età  kif jidhrilha xieraq fl-aħjar interessi tat-tifel.
Sub-titolu II
Emendat: 
XXI.1993.2.
FUQ KIF TISPIĊĊA S-SETGĦA TAL-ĠENITURI
Meta s-setgħa tal-
ġenituri tispiċċa 
ipso jure. 
Emendat: 
XXI. 1962.4; 
XLVI. 1973.30; 
XXI. 1993.2. 60.
150. Is-setgħa tal-ġenituri tispiċċa ipso jure, f’kull wieħed mill-
każijiet li ġejjin:
(a) bil-mewt taż-żewġ ġenituri jew tat-tifel;
(b) meta t-tifel jagħlaq tmintax-il sena;
(ċ) biż-żwieġ tat-tifel;
(d) jekk it-tifel, bil-kunsens tal-ġenituri, jitlaq mid-dar tal-
ġenituri u jmur jgħix għal rasu;
(e) jekk il-ġenituri jonqsu li jagħmlu, favur it-tifel ir-
reġistrazzjonijiet imsemmijin fl-artikoli 2038 u 2039;
hekk iżda meta wieħed biss mill-ġenituri jkun naqas li
jagħmel dik ir-reġistrazzjoni, is-setgħa tal-ġenituri ma
tispiċċax dwar il-ġenitur li ma jkunx hekk naqas;
(f) jekk il-ġenitur li jibqa’ ħaj jerġa jiżżewweġ jew, fil-
każ ta’ ġenitur adottiv, jekk wara l-adozzjoni
jiżżewweġ jew jerġa’ jiżżewweġ, mingħajr qabel ma
jkun għamel inventarju tal-proprjetà  ta’ l-ulied u kiseb
mill-qorti l-permess meħtieġ biex ikompli jeżerċita d-
drittijiet tas-setgħa tal-ġenituri.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        47
Meta l-qorti tista’ 
terġa’ tqiegħed il-
ġenitur fis-setgħa 
tal-ġenituri. 
Emendat: 
XXI. 1993.2,61.
151. F’kull wieħed mil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi (e) u
(f) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, il-qorti tista’, jekk jidhrilha li hu
sewwa għall-ġid tat-tifel, terġa’ tagħti lill-ġenitur is-setgħa tal-
ġenituri, kollha jew parti minnha, jekk jagħmel dak li minħabba li
ma kienx għamel huwa kien tilef dik is-setgħa.
Il-qorti tista’ teħles 
lill-ġenitur mill-
inventarju. 
Emendat: 
XXI. 1993.62.
152. Il-qorti tista’, għal raġuni tajba, teħles lill-ġenitur mill-
inventarju meħtieġ taħt l-artikolu 150(f), u tordna li floku ssir
deskrizzjoni biss tal-beni, imwettqa bil-ġurament mill-ġenitur.
Setgħa tal-qorti 
jekk il-ġenitur, 
qabel jew wara li 
jarġa’ jiżżewweġ, 
jitlob biex jissokta 
fl-eżerċizzju tal-
jeddijiet tas-setgħa 
tal-ġenituri. 
Emendat: 
XXI.1962.5; 
XXI. 1993.2, 63.
153. Il-qorti tista’ wkoll, fuq talba magħmula mill-ġenitur, sew
qabel jew wara li jarġa’ jiżżewweġ jew, fil-każ ta’ ġenitur adottiv,
iż-żwieġ jew żwieġ mill-ġdid tiegħu, sabiex jingħata lilu li jissokta
fl-eżerċizzju tal-jeddijiet tas-setgħa tal-ġenituri, tagħtih biss dawk
il-jeddijiet li għandhom x’jaqsmu mal-persuna tat-tifel, u taħtar
kuratur sabiex jamministra ħwejjeġ it-tifel, inkella tagħti f’idejn il-
ġenitur l-amministrazzjoni ta’ ħwejjeġ it-tifel, u taħtar tutur għall-
persuna tat-tifel.
Meta l-ġenitur 
jista’ jitlef is-
setgħa tal-ġenituri. 
Emendat: 
XXI. 1993.2,64.
154. (1) Bla ħsara ta’ kull piena oħra li għaliha jista’ jkun
suġġett skond il-liġi, il-ġenitur jista’ jiġi mneħħi mill-qorti hawn
fuq imsemmija, mill-jeddijiet kollha ta’ setgħa tal-ġenituri, jew
minn biċċa minnhom, f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) jekk il-ġenitur, billi jagħti kastig barra mill-qies,
jaħqar lit-tifel, jew jittraskura l-edukazzjoni tiegħu;
(b) jekk l-imġieba tal-ġenitur tista’ tagħmel ħsara lit-
trobbija tat-tifel;
Kap. 12.
(ċ) jekk il-ġenitur huwa interdett, jew inabilitat li jagħmel
xi atti, kif jingħad fl-artikoli 520 sal-527
inklużivament tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili u fl-artikoli 189 u 190;
(d) jekk il-ġenitur jamministra ħażin ħwejjeġ it-tifel;
(e) jekk il-ġenitur jonqos li jaqdi xi wieħed mill-obbligi
msemmija fl-artikolu 3B favur it-tifel.
(2) Madankollu, il-qorti tista’, ukoll fil-każijiet imsemmijin
fis-subartikolu (1), terġa’ tqiegħed lill-ġenitur fl-eżerċizzju tal-
jeddijiet li tkun tellfitu, jekk ma tibqax ir-raġuni li għaliha tkun
tellfitu dawk il-jeddijiet.
L-użufrutt tal-beni 
tat-tifel jispiċċa 
bit-telfa tal-
jeddijiet tas-setgħa 
tal-ġenituri. 
Emendat. 
XX1. 1993.2.
155. L-użufrutt fuq ħwejjeġ it-tifel jispiċċa bit-telfa ta’ wieħed
mill-jeddijiet tas-setgħa tal-ġenituri, u ma jarġax jibda jseħħ ħlief
meta terġa’ tingħata għal kollox is-setgħa tal-ġenituri.
Meta it-tifel taħt l-
età  hu fil-
kummerċ. 
Emendat: 
XLVI.1973.32; 
XXI. 1993.2.
Kap. 13.
156. (1) Jekk it-tifel ta’ taħt l-età , li jkun għalaq sittax-il sena,
ikun ġie mogħti s-setgħa, taħt l-artikolu 9 tal-Kodiċi tal-Kummerċ,
li jikkummerċja, jew, jekk ma jkunx kummerċjant, li jagħmel xi atti
tal-kummerċ, dan it-tifel ta’ taħt l-età  għandu, dwar dak kollu li
jidħol fil-kummerċ tiegħu, jew dwar dawk l-atti, jitqies li hu ta’ l-
età .
(2) Xejn f’dan il-Kodiċi ma jħassar id-disposizzjonijiet l-oħra
  48      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
kollha tal-Kodiċi tal-Kummerċ dwar it-tfal ta’ taħt l-età  u dwar it-
tfal taħt is-setgħa tal-ġenituri.
Titolu V
FUQ L-ISTAT TA’ TAĦT L-ETÀ  U T-TUTELA
Sub-titolu I
FUQ L-ISTAT TA’ TAĦT L-ETÀ
Stat ta’ tfal taħt l-
età .
157. Ħija taħt l-età  persuna tas-sess il-wieħed jew l-ieħor li tkun
għad ma għalqetx tmintax-il sena.
Sub-titolu II
FUQ IT-TUTELA
Meta wieħed ta’ 
taħt l-età  għandu 
jkun taħt tutela. 
Sostitwit: 
XLV1.1973.33. 
Emendat: 
XXI. 1993.2.
158. Tifel ta’ taħt l-età , li l-ġenituri tiegħu jkunu mietu jew
ikunu tilfu s-setgħa tal-ġenituri u li ma jkunx iżżewweġ, jista’ jiġi
mqiegħed taħt tutela sakemm isir ta’ l-età  jew sakemm jiżżewweġ.
§  I. FUQ IL-ĦATRA U T-TNEĦĦIJA TA’ TUTURI
Ħatra ta’ tutur. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.34.
159. (1) Tutur jiġi maħtur mill-qorti fuq il-talba ta’
kwalunkwe persuna.
(2) Fil-ħatra ta’ tutur il-qorti għandha tikkonsidra kull
disposizzjoni li tkun tinsab fit-testment ta’ kull wieħed mill-
ġenituri tat-tifel dwar il-ħatra ta’ tutur.
Persuni li jistgħu 
jkunu tuturi. 
Emendat: 
XXI. 1962.6; 
XLVI.1973.36.
160. Meta fost il-qraba tat-tifel ta’ taħt l-età  jkun hemm persuni
tajba għal tuturi, il-qorti għandha taħtar waħda minn dawn il-
persuni, u, fost dawn, dejjem skond l-aħjar interessi tat-tifel, lill-
eqreb qarib mid-demm.
Meta jiġu maħtura 
aktar minn tutur 
wieħed. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.37.
161. (1) Il-qorti tista’ taħtar aktar minn tutur wieħed.
(2) Meta jkunu ġew maħtura aktar minn tutur wieħed il-qorti
tista’ f’kull żmien, jew minn jeddha jew fuq talba ta’ wieħed mit-
tuturi, tispeċifika d-dmirijiet rispettivi tagħhom; u, sakemm jiġu
mogħtija d-dmirijiet partikolari lil kull wieħed minnhom, kull
wieħed mit-tuturi jkollu s-setgħat u d-dmirijiet kollha ta’ tutur, u
huma jkunu kollha responsabbli in solidum għall-egħmil ta’ kull
wieħed minnhom.
(3) Meta xi wieħed mit-tuturi jmut jew xort’oħra jispiċċa minn
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
tutur, it-tutela tiġi eżerċitata mit-tutur l-ieħor jew mit-tuturi l-oħra
kemm-il darba, il-qorti, jew minn jeddha jew fuq it-talba ta’ xi
Meta l-interessi tat-
tfal taħt l-et  u tat-
tuturi ma jaqblux.
Jekk jiġri li l-interessi tat-tfal ta’ taħt l-età
istess tuturi ma jkunux jaqblu l-wieħed ma’ l-ieħor jew ma’ l-
interessi tat-tuturi, igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 139. 
jistgħux ikunu 
tuturi. 
XLVI. 1973.39; 
Xl. 1977.2; 
163. Il-persuni hawn taħt imsemmija ma jistgħux jiġu maħtura
(a dawk li ma jkunux saru ta’ l-età
(b dawk li ma jkollhomx f’idejhom l-amministrazzjoni
libera ta’ ħwejjiġhom, jew li huma magħrufa bħala
(ċ dawk li għandhom, jew sejrin ikollhom, jew dawk li r-
raġel jew il-mara tagħhom jew qrabathom mid-demm
sejrin ikollhom, mat-tifel ta’ taħt l-età
jkunu fil-periklu l-istat ta’ dan it-tifel, jew xi biċċa
kbira minn ħwejġu;
d)
(e dawk li jkunu kkundannati għall-piena tal-priġunerija
għal żmien ta’ aktar minn sena, jew għal kull piena,
familja, jew fuq delitt ta’ frodi;
( ) dawk li huma magħrufa bħala nies ta’ kondotta ħażina,
traskurati.
Imħallfin u 
jistgħux ikunu 
tuturi. 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
(1) L-imħallfin u l-maġistrati ma jistgħux ikunu tuturi,
sal-grad ta’ kuġin fil-linja kollaterali.
( ) It-tutela ta’ persuni oħra, barra minn tal-qraba hawn fuq
maġistrat.
Persuni li jistgħu 
ħatra ta’ tutur. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XLVI.1973.40; 
1975.
165. Il-persuni hawn taħt imsemmija għandhom jedd li
jigu meħlusa milli jaċċettaw il-kariga ta’ tutur jew milli jissuktaw
(a il-membri tal-Kamra tad-Deputati;
( ) il-kapijiet tad-dipartimenti pubbliċi, u kull uffiċjal
partikolari tas-servizz pubbliku;
( ) il-persuni fil-forzi armati ta’ Malta, sakemm ikunu fis-
(d dawk li jkunu għalqu sittin sena, jew li jkunu morda
b’marda kronika li tagħmilhom mhux tajba biex jaqdu
għalihom;
( ) kull persuna li hija missier jew omm ta’ ħames ulied
  50      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
ħajjin;
(f) dawk li ġa għandhom f’idejhom tuteli;
(g) kull min ma jkunx qarib tat-tifel ta’ taħt l-età , jew ikun
qarib fil-bogħod, meta jkun hemm qarib f’Malta, jew,
skond il-każ, qarib eqreb, li jkun tajjeb biex jieħu t-
tutela, u ma jkunx ġie meħlus minnha:
Iżda meta tispiċċa r-raġuni li għaliha l-qarib jew
il-qarib eqreb ma kienx tajjeb għal tutur, jew li għaliha
kien ġie meħlus, il-barrani jew il-qarib fil-bogħod,
skond il-każ, jista’ jitlob li jiġi meħlus mit-tutela.
Setgħa tal-qorti li 
teħles tuturi.
166. Il-qorti tista’ wkoll, għal xi waħda mir-raġunijiet
imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan jew għal xi raġuni tajba
oħra, teħles, għal kollox jew għal xi żmien, tutur milli jissokta fit-
tutela tiegħu.
lnventarju li 
għandu jsir mit-
tutur. 
Emendat: 
XLVI. 1973.41.
167. (1) Il-qorti, qabel taħtar persuna bħala tutur, tordna lil dik
il-persuna li tagħmel inventarju ta’ ħwejjeġ il-minuri jew, skond iċ-
ċirkostanzi, li tagħmel deskrizzjoni ta’ dawk il-ħwejjeġ, imwettqa
bil-ġurament minn dik il-persuna, u li tobbliga ruħha, b’ipoteka ta’
ħwejjiġha sas-somma li tiġi stabbilita, li tamministra sewwa u bil-
ħaqq il-ġid tal-minuri, u li tagħti, meta tispiċċa t-tutela, kont sewwa
u fidil ta’ l-amministrazzjoni tagħha.
(2) Il-qorti tista’ tordna illi l-inventarju jew id-deskrizzjoni
hawn fuq imsemmija, jiġu magħmula minn persuna oħra li ma
tkunx dik li tkun sejra tiġi maħtura għal dik it-tutela.
Setgħa tal-qorti 
dwar it-tutur. 
Emendat: 
XLVI. 1973.43; 
XI. 1977.2.
168. (1) Il-qorti tista’, meta jidhrilha li hu meħtieġ, fid-digriet
li bih taħtar lit-tutur, tagħmillu l-obbligu li jippreżenta fir-reġistru
tal-qorti, kull sena, jew f’kull żmien ieħor kif jiġi stabbilit mill-
qorti, kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħu.
(2) Il-qorti tista’ wkoll tordna lil dak li joffri ruħu biex jidħol
għat-tulela, li jagħti garanzija, u, f’dan il-każ, l-obbligazzjoni tal-
garanti, bħal dik tat-tutur, għandha ssir qabel ma t-tutur jiġi
maħtur.
Sospensjoni jew 
tneħħija ta’ tutur.
Kap. 12.
169. (1) Il-qorti tista’ tissospendi jew tneħħi mill-kariga
tiegħu, lil kull tutur jew kuratur, għal xi waħda mir-raġunijiet
imsemmijin fl-artikolu 163(b), (ċ), (d), (e) u (f), jew minħabba li
jonqos milli jagħti kont meta jmissu, jew minħabba li l-kont mogħti
ma jkunx sewwa, jew għal raġuni oħra xierqa, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’  l-artikolu 35 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
(2) F’kull każ, il-qorti għandha fuq kollox tħares lejn l-
interessi tal-minuri.
Kuratur ad 
ventrem.
170. (1) Jekk, meta r-raġel imut mingħajr tfal, il-mara
tiddikjara li hija tqila, il-qorti tista’, fuq talba ta’ kull min ikollu
interess, taħtar kuratur ad ventrem, sabiex ma jkunx hemm dubju
fuq it-twelid tat-tarbija, jew li din tinbidel, u biex jigu amministrati
l-beni sa dak in-nhar tat-twelid, taħt dawk il-provvedimenti li l-
qorti jidhrilha li għandha tagħti.
  ġ 51
( ) Il-qorti tista’ taħtar mara bħala kuratriċi, u tagħti f’idejn
Ħlas lit-tutur.
imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, ħlas kif jixraq.
§ 
Dmirijiet tat-tutur.
għandu jidher għalih fl-atti ċivili kollha, u għandu jamministralu
ħwejġu bħal missier tajjeb tal-familja.
għat-trobbija tal-
minuri. 
XLVI. 1973.44.
173.
minuri għandu jiġi mrobbi, l-edukazzjoni li tgħodd għalih, u l-
ispiża li għandha tintefaq għall-manteniment u edukazzjoni tiegħu.
każ ta’ mġieba 
ħażina tal-minuri.
(1) Jekk it-tutur ikollu raġunijiet gravi biex jilmenta mill-
(2 L-ispiża meħtiega tmur akkont tal-minuri.
Dmirijiet tal-
permess mil-liġi.
( ) Jekk it-tutur jabbuża mis-setgħa tiegħu, jew jittraskura d-
jġibu l-ilment quddiem il-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja; u l-
qorti twissi lit-tutur jew tagħti kull provvediment ieħor li jkun
Atti li ma jridux 
dewmien.
Il-qorti tista’, għalkemm ikunu għadhom ma sarux l-atti
meħtieġa fl-artikolu 167, tagħti s-setgħa lill-persuna li tkun
dawk l-atti li ma jkunux iridu dewmien.
X’għandu jsir mill-
Emendat: 
XLVI. 1973.45.
(1) It-tutur għandu, żmien tliet xhur minn dak in-nhar li
tkunx tagħtu s-setgħa li jżomm għandu.
( ) Jekk il-qorti ma tagħtix is-setgħa li jsir xort’oħra, il-bejgħ
(3 Il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha skond iċ-ċirkostanzi,
ittawwal iż-żmien imsemmi fis-subartikolu  . 
Oġġetti prezzjużi, 
jkun ġie mogħti s-setgħa li jżomm, jiġu merfugħa fil-lok maħtur
għad-depożiti ġudizzjarji ta’ oġġetti bħal dawk, jew f’xi lok ieħor
(2 Dan igħodd ukoll għall-flus jew għat-titoli għall-purtatur li
jkunu jinsabu fl-assi tal-minuri.
3)
dawn l-oġġetti, flus, jew titoli.
  52      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Stabbilimenti ta’ 
kummerċ. 
Emendat: 
XLVI. 1973.46.
179. (1) L-istabbilimenti ta’ kummerċ jew ta’ industrja li jkun
hemm fl-assi tal-minuri għandhom jiġu mibjugħa u illikwidati mit-
tutur bil-mod li tordna l-qorti.
(2) Iżda, il-qorti tista’ tagħti li n-negozju jibqa’ jitmexxa jekk
dik il-tmexxija x’aktarx tista’ tkun ta’ l-akbar ġid għall-minuri.
Ħwejjeġ li t-tutur 
ma jistax jagħmel. 
Emendat: 
I.1908.1; 
XLVI.1973.47.
180. (1) It-tutur, mingħajr ma jkollu s-setgħa mill-qorti, ma
jistax idaħħal jew jittrasferixxi kapitali tal-minuri, jissellef flus
ħlief għal xi bżonn li ma jkunx irid dewmien, jaċċetta jew
jirrinunzja wirt, jaċċetta donazzjonijiet jew legati suġġetti għal
piżijiet, iġib kwistjonijiet f’arbitraġġ jew jagħmel transazzjonijiet,
jew jittrasferixxi, jipoteka jew jagħti b’ċens ħwejjeġ immobbli, jew
jagħti b’kiri għal aktar minn tmien snin, f’każ ta’ raba’, jew għal
aktar minn erba’ snin, f’każ ta’ bini, jew għal aktar miż-żmien soltu
skond l-użu, f’każ ta’ ħwejjeġ mobbli.
(2) Fuq talba għas-setgħa sabiex jaċċetta wirt, il-qorti tista’,
skond iċ-ċirkostanzi, tagħti lil-tutur li jġib, minflok l-inventarju
msemmi fl-artikolu 848, nota li turi l-proprjetà  li tinsab fil-wirt,
imwettqa bil-ġurament tiegħu.
(3) Jekk tingħata xi ħaġa b’kiri għal żmien itwal minn dak
imsemmi fis-subartikolu (1), dan iż-żmien jiġi mqassar għaż-żmien
imsemmi hawn fuq, skond ma jkun il-każ, u jibda jgħodd minn dak
in-nhar tal-kuntratt.
(4) Il-qorti tista’, fl-att li bih taħtar lit-tutur, jew b’digriet ta’
wara, tagħti lil dak it-tutur setgħa ġenerali għall-atti kollha, jew
għal xi wħud mill-atti hawn fuq imsemmija.
Impieg ta’ flus bi 
qligħ.
181. (1) It-tutur għandu, wara li jaqta’ l-ispejjeż meħtieġa
għall-minuri, jimpjega bi qligħ ir-renti jew flus oħra li jdaħħal,
meta s-somma tagħhom tkun tiskorri ħamsin lira.
(2) Jekk it-tutur jonqos li jagħmel dak l-impieg ta’ flus, hu
jeħel il-ħlas ta’ l-imgħax, kemm-il darba ma jippruvax li għalkemm
għamel ħiltu kif imiss ma rnexxilux iħaddimhom bi qligħ u fiż-
żgur.
(3) It-tutur iwieġeb għal kull telf li jsir minħabba li fl-impieg
tal-flus ma jkunx mexa b’dak il-għaqal li kieku jimxi bih missier
tajjeb tal-familja.
Amministrazzjoni. 182. (1) It-tutur għandu għall-anqas iżomm ktieb li fih iniżżel
id-dħul u l-ħruġ.
(2) Huwa għandu mal-kontijiet tiegħu jġib l-irċevuti ta’ kull
spiża ta’ somom mhux żgħar.
(3) Il-ktieb hawn fuq imsemmi, jekk imwettaq bil-ġurament
tal-tutur, huwa biżżejjed biex jagħti prova ta’ l-ispejjeż ta’ somom
żgħar.
(4) It-tutur jiġi akkreditat biss bl-ispejjeż li jinsabu li kienu
utili, jew, skond il-kondizzjoni u l-ġid tal-minuri, bl-ispejjeż soliti.
Għoti ta’ kontijiet, 183. (1) Meta l-amministrazzjoni tispiċċa, għal raġuni oħra
minn dik imsemmija fl-artikolu 158, it-tutur għandu jagħti l-kont
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        53
tiegħu lil dak li jidħol floku fit-tutela.
(2) Jekk il-minuri jmut fiż-żmien tat-tutela, il-kont għandu
jingħata lill-werrieta tiegħu.
lill-persuna taħt 
tutela.
184. Jekk it-tutela tispiċċa għal xi raġuni msemmija fl-artikolu
158, il-kont għandu jingħata lill-persuna li kienet taħt dik it-tutela. 
Imgħaxijiet.
imgħax ipso jure minn dak in-nhar tat-tmiem tat-tutela.
(2) L-imgħax fuq kull somma li l-minuri jkollu jagħti lit-tutur
igħaddi biss minn dak in-nhar li dan jitlob il-ħlas, b’att ġudizzjarju,
wara li tispiċċa t-tutela.
Preskrizzjoni.
tal-minuri kontra t-tutur, jew tat-tutur kontra l-minuri, dwar it-
tutela, taqa’ bil-preskrizzjoni ta’ ħames snin li jibdew igħaddu
minn dak in-nhar li l-minuri jsir ta’ l-età , jew li jmut.
Nullità  ta’ atti 
magħmulin mit-
tutur.
187. (1) In-nullità  ta’  l-atti magħmulin bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, li jolqtu l-interessi tal-minuri,
tista’ tiġi opposta biss mill-minuri jew mill-werrieta tiegħu jew
minn dawk li l-jeddijiet tagħhom ġejjin minnu.
(2) Ebda att tat-tutur ma jista’ jiġi attakkat minħabba biss li t-
tutur ikun ġie maħtur bi ksur tad-disposizzjoni ta’ l-artikolu 163.
Titolu VI
FUQ L-ETÀ  MAĠĠURI, L-INTERDIZZJONI U L-INABILITAZZJONI
Sub-titolu I
FUQ L-ETÀ  MAĠĠURI
Età  maġġuri.
(2) Kull min hu ta’ l-età  jista’ jagħmel l-atti kollha tal-ħajja
ċivili, min barra dawk imsemmijin f’disposizzjonijiet oħra speċjali
tal-liġi.
Sub-titolu II
FUQ L-INTERDIZZJONI U L-INABILITAZZJONI
Persuni suġġetti 
għall-interdizzjoni. 
Kap. 12.
189. (1) Persuna ta’ l-età  li tkun imbeċilli jew xort’oħra
moħħha marid, jew ħalja, tista’ tiġi interdetta jew inabilitata milli
tagħmel xi atti, kif jingħad fl-artikoli 520 sal-527 inklużivament
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
  54      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) Dan igħodd ukoll għall-minuri msemmi fl-artikolu 156.
(3) It-talba għall-interdizzjoni jew inabilitazzjoni tista’ ssir
mhux biss mill-persuni msemmijin fl-artikolu 521 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, iżda wkoll mill-qarib bi żwieġ
li, taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi, jista’ jkun imġiegħel
jagħti l-manteniment lill-persuna fi stat ta’ bluha jew ta’ mard tal-
moħħ, jew ħalja.
Trux-u-mutu jew 
għama.
Kap. 12.
190. ll-qorti tista’ wkoll tagħmel igħoddu d-disposizzjonijiet
fuq imsemmija tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
għat-trux-u-mutu jew għama mit-twelid, u f’kull każ bħal dan ma
tkun tinħtieġ ebda prova oħra dwar l-inkapaċità  ta’ dik il-persuna li
tieħu ħsieb ħwejjiġha.
Interdizzjoni ta’ 
minuri.
191. (1) Minuri taħt tutela jista’ jiġi interdett jew inabilitat fl-
aħħar sena li jkun għadu taħt l-età ; u f’kull każ bħal dan il-qorti
tista’ taħtar bħala kuratur sew lit-tutur kemm xi persuna oħra. 
(2) Dan il-kuratur ma jistax jibda jamministra l-beni ħlief minn
dak in-nhar li tispiċċa t-tutela.
Nullità  ta’ atti 
magħmulin mill-
interdett.
192. In-nullità  ta’ l-atti magħmulin mill-interdett jew inabilitat
wara l-interdizzjoni jew l-inabilitazzjoni ma tistax tiġi opposta
ħlief mill-kuratur, jew mill-interdett jew inabilitat, jew mill-
werrieta tiegħu jew minn dawk li l-jeddijiet tagħhom ġejjin minnu. 
Titolu VII
FUQ IL-PERSUNI ASSENTI
Tifsira ta’ 
"assenti".
193. Dak illi ma baqax jidher f’Malta, mingħajr ma jkun hemm
ebda aħbar tiegħu, jitqies assenti għall-finijiet tad-disposizzjonijiet
ta’ dan it-Titolu.
Sub-titolu I
FUQ IL-KURAZIJA TA’ L-ASSENTI
Talba għal-ħatra 
ta’ kuratur. 
194. Il-werrieta preżuntivi ta’ assenti, jew kull persuna oħra li
jkollha interess, jistgħu, b’rikors lill-qorti ta’ ġurisdizzjoni
volontarja tal-gżira li fiha kien joqgħod l-aħħar l-assenti, jitolbu l-
ħatra ta’ kuratur sabiex jamministra l-beni tiegħu, u dawk il-
provvedimenti l-oħra meħtieġa sabiex tiġi mħarsa l-proprjetà
tiegħu.
Editt. 
Emendat:
XXXI. 1965.8.
195. Fuq kull talba bħal din, il-qorti għandha tordna illi editt,
magħmul skond il-Formula A fit-Taqsima II ta’ l-iskeda li hawn
ma’ dan il-Kodiċi, jiġi, għal darbtejn, b’intervall ta’ mill-anqas
xahar bejn darba u oħra, pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, u
mwaħħal fid-daħla ta’ l-edifizzju li fih il-qorti toqgħod, u f’kull lok
ieħor illi l-qorti jidhrilha sewwa, u bih isejjaħ lil kull persuna li
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
jkollha aħbar fuq l-assenti sabiex tagħti dik l-aħbar lill-qorti, bil-
mezz tar-reġistratur.
assenti.
196. Kull aħbar dwar l-assenti tista’ tingħata sew bil-
miktub, f’kull għamla li tkun, kemm bil-fomm.
2)
jniżżel nota tagħha fit-tarf jew fil-ġenb tar-rikors, jew, meta dan ma
jistax isir, f’folja għaliha li tiġi merfugħa ma’ dak ir-rikors.
3)
ma turix isimha, jew li ma tkunx magħrufa u li ma ssemix il-lok li
fih tista’ tinsab.
197. Kemm-il darba, meta jagħlaq iż-żmien imsemmi fit-tieni
jekk l-assenti għadux ħaj, jew dwar fejn jinsab, hija taħtar persuna
sabiex tagħmel, fiż-żmien li jiġi mogħti mill-istess qorti, inventarju
dawk il-ħwejjeġ, li għandha tiġi mwettqa bil-ġurament ta’ dik il-
persuna:
li jsir tiftix ieħor, il-qorti tista’ wkoll, qabel ma tagħmel dik il-
ħatra, tordna li jsir dak it-tiftix ieħor.
dewmien.
198.
artikolu 194, tagħti s-setgħa lil persuna kompetenti li tagħmel,
f’isem l-assenti, dawk l-atti li ma jkunux iridu dewmien.
kuratur.
199. Wara li jsir l-inventarju jew id-deskrizzjoni, il-qorti,
qabel ma tilqa’ t-talba, tordna lill-persuna li hija tkun sejra taħtar
somma biss illi tiġi stabbilita, li tamministra bis-sewwa u bil-ħaqq
il-ġid ta’ l-assenti, u li tagħti, fit-tmiem tal-kurazija, kont veru u
(2 Meta l-qorti jidhrilha xieraq illi l-persuna li tkun sejra tiġi
maħtura bħala kuratur għandha ġġib garanzija, l-obbligazzjoni tal-
Persuni li ma 
jistgħux jiġu 
Emendat: 
XLVI. 1973.49.
(1) Il-persuni li skond l-artikolu 163 m’humiex tajbin
(2 Ħadd ma huwa obbligat jaċċetta l-kurazija ta’ wieħed
assenti.
iżjed minn kuratur 
wieħed. 
XLVI. 1973.50.
201. Il-qorti tista’ taħtar żewġ kuraturi jew iżjed.
( ) F’kull  każ  bħal  dan  għandhom  japplikaw  id-
(2  u ( ). 
202. (1)
tiegħu lill-assenti, jekk dan jiġi lura, jew jekk jaħtar prokuratur,
inkella lil dawk li jiġu mdaħħlin fil-pussess ta’ ħwejġu.
2) (1) ta’ l-artikolu
  56      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
1l-kuratur jidher 
għall-assenti.
203. (1) Il-kuratur jidher għall-assenti fl-atti ċivili, u għandu
jamministralu ħwejġu bħal missier tajjeb tal-familja.
(2) Huwa fid-dmir li jissokta jfittex jekk l-assenti għadux ħaj,
jew fejn jista’ jinsab, u li jgħarraf lill-qorti bl-aħbarijiet li jkollu.
(3) Jekk ma jkunx ġie ordnat xort’oħra fid-digriet li jaħtar il-
kuratur jew f’xi digriet ieħor, igħoddu għal dan il-kuratur id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 169 u 177 sa 182 it-tnejn magħduda.
Meta l-assenti 
jħalli prokuratur.
204. (1) Meta l-assenti jkun ħalla prokuratur sabiex
jamministralu ħwejġu, il-qorti għandha, fiż-żmien li l-prokura
tibqa’ sseħħ, tagħti l-provvedimenti biss dwar dawk l-atti li ma
jistgħux isiru mill-prokuratur bis-setgħa tal-prokura jew bis-saħħa
tal-liġi. 
(2) Meta l-prokura tispiċċa, igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli ta’ qabel ta’ dan is-sub-titolu.
Sub-titotu II
FUQ IL-PUSSESS PROVVIŻORJU TA’ ĦWEJJEĠ L-ASSENTI
Ftuħ ta’ testmenti. 
Emendat: 
LIV. 1974.2.
Kap. 55.
205. Wara tliet snin, li ma jaqtgħux, mill-aħħar aħbar dwar l-
assenti, jew wara sitt snin, jekk l-assenti jkun ħalla prokuratur biex
jamministralu ħwejġu, il-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja tal-gżira
li fiha l-assenti kien joqgħod l-aħħar, tista’, fuq talba ta’ kull min
ikollu interess, tordna l-ftuħ ta’ kull testment sigriet, jew tiddikjara
b’dak kollu li jingħad fl-artikolu 66 ta’ l-Att dwar il-Professjoni
Nutarili u l-Arkivji Nutarili, li jistgħu jinqraw minn kullħadd it-
testmenti pubbliċi li l-assenti jkun għamel.
Editt. 206. (1) Fuq kull talba bhal dik, il-qorti tisma’ l-prokuratur
jew il-kuratur, jekk ikun hemm, u, jekk jidhrilha li għandu jingħata
l-provvediment mitlub, tordna li editt bħal dak imsemmi fl-artikolu
195, jiġi pubblikat fil-Gazżetta tal-Gvern, u mwaħħal fid-daħla ta’
l-edifizzju li fih toqgħod il-qorti, u f’kull lok ieħor li jidhrilha
xieraq.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 196 dwar kif għandhom
jingħataw l-aħbarijiet fuq nies assenti, igħoddu wkoll għall-każ
imsemmi f’dan l-artikolu.
Jekk igħaddu sitt 
xhur mingħajr ebda 
aħbar dwar l-
assenti.
207. Wara li jgħaddu sitt xhur mill-pubblikażzjoni ta’ l-editt, il-
qorti, f’nuqqas ta’ ebda aħbar dwar l-assenti, tordna, b’digriet, il-
ftuħ ta’ kull testment sigriet, jew, skond il-każ, tiddikjara li jista’
jinqara minn kullħadd kull testment pubbliku magħmul mill-
assenti.
Talba għad-dħul 
fil-pussess 
provviżorju mill-
werrieta leġittimi 
jekk it-testment ma 
jkunx igħajjat 
werrieta, Emendat: 
LIV.1974.4.
208. Il-werrieta b’testment ta’ l-assenti, jew il-werrieta
tagħhom, jew jekk it-testment ma jkun igħajjat ebda werrieta, dawk
il-persuni li kienu jkunu l-werrieta leġittimi li kieku l-assenti miet
fil-jum ta’ l-aħħar aħbar dwaru, jew il-werrieta tagħhom, jistgħu
jagħmlu talba lill-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja tal-gżira li fiha
l-assenti kien joqgħod l-aħħar, biex tagħtihom li jidħlu fil-pussess
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        57
provviżorju ta’ ħwejjeġ l-assenti.
jew jekk ma jkunx 
hemm testment 
sigriet jew 
pubbliku.
209. (1) Jekk ma jkunx hemm testment sigriet jew pubbliku,
it-talba msemmija fl-aħħar artikolu qabe1 dan tista’ ssir minnufih
wara li jagħlaq iż-żmien imsemmi għal kull każ fl-artikolu 205.
(2) Fuq dik it-talba l-qorti tisma’ l-prokuratur jew il-kuratur,
jekk ikun hemm, u, jekk ikun meħtieġ, toħroġ editt bħal dak
imsemmi fl-artikolu 206, u tordna li jiġi mwaħħal kif jingħad f’dak
l-artikolu; u tagħti fuq dik il-talba d-digriet meħtieġ, wara li
jagħlqu sitt xhur mill-pubblikazzjoni ta’ l-editt.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-editt.
210. L-editt meħtieġ fl-artikoli 206 u 209, għandu jiġi pubblikat
u mwaħħal darbtejn, b’intervall għall-anqas ta’ xahar bejn darba u
oħra, kemm-il darba, qabel it-ta1ba l-waħda jew l-oħra msemmijin
f’dawk l-artikoli, ma jkunx ġie maħtur kuratur; u, f’kull każ bħal
dan, is-sitt xhur li għandhom igħaddu qabel id-digriet tal-qorti,
jibdew igħaddu mit-tieni pubblikażzjoni ta’ l-editt.
Jeddijiet tal-
legatarji, eċċ.
211. Meta jkun hemm lok għat-talba tal-werrieta għad-dhul fil-
pussess provviżorju tal-beni, ukoll fil-każ li huma ma jkunux
għamlu dik it-talba, il-legatarji, id-donatarji, u dawk kollha li
jkollhom fuq ħwejjeġ l-assenti jeddijiet li jiddependu mill-mewt
tiegħu, jistgħu, b’ċitazzjoni kontra l-werrieta b’testment jew kontra
l-werrieta leġittimi, skond il-każ, u kontra l-prokuratur jew il-
kuratur, jekk ikun hemm, jitolbu li jiġu mdaħħla fl-eżerċizzju
provviżorju ta’ dawk il-jeddijiet.
Garanzija.
dan, ma jiġux imdaħħla fil-pussess provviżorju ta’ ħwejjeġ l-
assenti, jew ma jingħatax lilhom li jeżerċitaw il-jeddijiet li jista’
jkollhom, ħlief jekk jagħtu garanzija f’somma li tiġi stabbilita mill-
qorti, skond l-artikolu 352.
Kawtieli oħra 
minflok il-
garanzija.
213. Jekk xi wieħed mill-werrieta preżuntivi jew persuni oħra li
jkollhom jeddijiet fuq ħwejjeġ l-assenti ma jkunx jista’ jagħti l-
garanzija hawn fuq imsemmija, il-qorti tista’ fid-diskrezzjoni
tagħha tordna dawk il-kawtieli l-oħra li jidhrilha meħtieġa fl-
interess ta’ l-assenti, billi tqis il-kondizzjoni tar-rikorrenti, kif jiġu
mill-assenti, u ċirkostanzi oħra.
Mart jew żewġ l-
assent jistgħu 
jitolbu l-
manteniment.
214. Mart jew żewġ l-assenti, barra minn dak li jkun imisshom
bis-saħħa tal-kitba taż-żwieġ, jew b’wirt, jew b’titolu ieħor skond
il-liġi, jistgħu, f’każ ta’ bżonn, jitolbu li tiġi mgħoddija lilhom
somma għall-manteniment, meqjusa skond il-kondizzjoni tal-
familja u l-ammont ta’ l-assi ta’ l-assenti.
Effetti tad-dħul fil-
pussess 
provviżorju.
215. Il-persuni mdaħħlin fil-pussess provviżorju tal-beni ta’ l-
assenti, u l-werrieta tagħhom, għandhom l-amministrazzjoni ta’
dawn il-beni, il-jedd li joqogħdu f’kawżi dwar il-jeddijiet ta’ l-
assenti, u tgawdija ta’ l-utili tal-beni ta’ l-assenti, fil-limiti
stabbiliti hawn ’il quddiem.
Inventarju tal-beni.
ta’ l-assenti għandhom jieħdu l-passi meħtieġa quddiem il-qorti ta’
ġurisdizzjoni volontarja, sabiex jagħmlu, fi żmien tliet xhur minn
dak in-nhar tad-dħul fil-pussess provviżorju, inventarju tal-ħwejjeġ
mobbli u deskrizzjoni ta’ l-immobbli ta’ l-assenti, jekk ma jiġux
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
meħlusin minn dan mill-qorti minħabba li dan l-inventarju jew
à  saru taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
(2 Il-qorti tista’ tordna, jekk ikun meħtieġ, li l-inventarju jew
id-deskrizzjoni hawn fuq imsemmijin isiru qabel ma tilqa’ t-talba
Setgħat ta’ dawk li 
jaqalgħu d-dħul fil-
provviżorju.
217. Il-persuni li lilhom ikun ġie mogħti d-dħul fil-pussess
provviżorju tal-beni ta’ l-assenti ma jistgħux, mingħajr is-setgħa
jagħmlu xi att li ma jkunx ta’ sempliċi amministrazzjoni.
( ) Il-qorti tordna, meta jkun meħtieġ, il-bejgħ tal-ħwejjeġ
għandu jiġi impjegat bl-imgħax, jew xort’oħra kif il-qorti jidhrilha
xieraq.
frottijiet.
Emendat: 
.
218. Meta l-persuni mdaħħlin fil-pussess provviżorju tal-
beni, jew mogħtija l-eżerċizzju provviżorju tal-jeddijiet tagħhom
jew mart l-assenti, huma jżommu l-frottijiet kollha għalihom
infishom. 
2)
assenti f’xi grad ieħor, jew barranin, huma għandhom iżommu
mwarrba minn tlieta wieħed tal-frottijiet:
fiha nstemgħet l-aħħar aħbar ta’ l-assenti jew sitt snin mid-dħul tal-
pussess provviżorju, il-frottijiet kollha jkunu proprjet  ta’ l-
imsemmija persuni.
daqsinsew għall-
pussess 
219. (1)
persuna turi li kellha, fiż-żmien ta’ l-għoti tad-dħul f’dak il-
pussess, jedd aqwa jew daqs dak tal-pussessur, hija tista’ toħroġ lil
(2 Iżda, il-persuna hawn fuq imsemmija ma jkollhiex jedd
għal dawk il-frottijiet ħlief minn dak in-nhar tat-talba ġudizzjarja.
jerġa’ jidher. 
Emendat: 
220. (1)
effetti tad-dħul tal-pussess provviżorju, jew dawk tas-setgħa
mogħtija għall-eżerċizzju tal-jeddijiet imsemmijin fl-artikolu 211,
u jiġu amministrati l-beni tiegħu.
( ) Il-pussessuri tal-beni, u dawk il-persuni li jkunu ħadu xi
ta’ l-assenti, għandhom irodduhom flimkien mal-frottijiet, kif
provdut fl-artikolu 218 2)
Mewt ta’ l-assenti. 
Emendat:
221. Kemm-il darba, matul il-perjodu ta’ pussess provviżorju,
tinfetaħ favur dawk il-persuni li f’dak iż-żmien kienu l-werrieta
tiegħu b’testment jew werrieta leġittimi, jew is-suċċessuri
irodduhom, flimkien mal-frottijiet, kif provdut fl-artikolu 218( ). 
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        59
Jeddijiet ta’ 
persuni kontra 
assenti.
222. Wara l-għoti tad-dħul fil-pussess provviżorju, kull min
ikollu jeddijiet xi jġib kontra l-assenti, għandu jġibhom ‘il quddiem
kontra dawk li jkunu ġew imdaħħla fil-pussess tal-beni.
FUQ IL-PUSSESS ASSOLUT TA’ ĦWEJJEĠ
Pussess assolut. 
Sostitwit: 
223. Jekk l-assenza tissokta għal żmien ta’ sitt snin wara d-dħul
ippreżentata mill-werrieta b’testment jew mill-werrieta bil-liġi ta’
l-assenti quddiem il-qorti kompetenti tal-gżira li fiha l-assenti kien
dik l-assenza tkun ġiet dikjarata b’sentenza li tkun damet għal
żmien ta’ għaxar snin kontinwi mid-data ta’ l-aħħar aħbar dwar l-
min ikollu interess, tagħti, b’digriet, id-dħul fil-pussess assolut fil-
beni ta’ l-assenti u l-eżerċizzju assolut tal-jeddijiet li jiddependu
għandhomx iseħħu l-kawtieli l-oħra li setgħu jkunu ġew ordnati:
Iżda jekk l-assenti jkun minuri, iż-żmien li matulu ma jkunx
ġurnata li fiha dik il-persuna kienet tilħaq l-età
Każjiet li fihom 
jingħata l-pussess 
Emendat: 
LIV. 1974.7.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu,
jew, skond il-każ, id-dikjarazzjoni tal-ftuħ tas-suċċessjoni tista’
jkun ingħata d-dħul fil-pussess provviżorju kif jingħad fiż-żewġ
sub-titoli ta’ qabel dan, f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
a)
u mill-anqas sena mill-aħħar aħbarijiet li kien hemm
fuqu;
b)
assenti, u mill-anqas sitt snin mill-aħħar aħbarijiet li
kien hemm fuqu.
li jkunu ġew 
imdaħħla fil-
225. Dawk li jkunu ġew imdaħħla fil-pussess assolut tal-beni
jiddependu mill-mewt ta’ l-assenti, jistgħu jagħmlu bejniethom il-
qasma definittiva tal-beni ta’ l-assenti, u jistgħu jiddisponu kif
Jekk l-assenti jiġi 
lura.
Jekk l-assenti jiġi lura, jew jekk jinsab li għadu ħaj, hu
jieħu lura ħwejġu, fl-istat li jkunu, u jkollu jedd għall-prezz tal-
tħallasx, jew għall-beni li bil-prezz ta’ dak il-bejgħ ikunu nxtraw.
Jeddijiet ta’ ulied l-
jibda jgħodd mill-għoti ta’ dħul fil-pussess assolut, jew minn dak
in-nhar li setgħat issir id-dikjarazzjoni tal-ftuħ tas-suċċessjoni,
  60      ħ       
ir-regoli miġjuba fl-aħħar artikolu qabel dan, mingħajr ma jkunu
obbligati li jippruvaw il-mewt tiegħu.
228. Jekk wara d-dħul fil-pussess assolut, jiġi ppruvat iż-żmien
legatarji tiegħu, jew kisbu xi jedd minħabba l-mewt tiegħu, jew is-
suċċessuri tagħhom, jistgħu jġibu ’1 quddiem il-jeddijiet li jmissu
preskrizzjoni, u ta’ l-effetti tal-bona fidi dwar il-frottijiet li jkunu
diġa nġabru.
FUQ L-EFFETTI TA’ L-ASSENZA DWAR JEDDIJIET LI JISTGĦ
JMISSU LILL-ASSENTI
Talb ta’ jeddijiet 
li mhux magħrufa 
jekk hix ħajja.
Ħadd ma jista’ jitlob jedd f’isem persuna oħra li mhux
magħruf jekk hix ħajja, jekk ma jippruvax li dik il-persuna kienet
Meta tinfetaħ 
suċċessjoni.
(1) Meta tinfetaħ suċċessjoni li għaliha kollha jew għal
ħajja, dik is-suċċessjoni tgħaddi favur dawk li magħhom dik il-
persuna kien ikollha jedd li tikkonkorri, jew favur dawk li lilhom
rappreżentazzjoni.
( ) Dawk li għalihom, fin-nuqqas ta’ dik il-persuna, tgħaddi s-
jidhrilha li iżjed jaqbel, deskrizzjoni tal-beni.
Azzjoni għat-talba  231. ld-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar żewġ artikoli qabel dan
jeddijiet l-oħra li jmissu lill-assenti, jew lil dawk li jidhru floku,
jew li għandhom jedd minnu. Dawn il-jeddijiet jispiċċaw biss wara
Frottijiet miġbura 
b’bona fidi.
Sakemm l-assenti ma jidhirx, jew il-jeddijiet li jmissu lilu
ma jinġibux ’il quddiem f’ismu, dawk li għandhom tkun għaddiet
b’bona fidi.
Sub-titolu V
Kurazija tat-tfal 
minuri ta’ l-assenti. 
XLVI. 1973.51. 
Emendat: 
233. (1) à , u
ta’ kull min ikun, taħtar għal dawk it-tfal kuratur wieħed jew iżjed.
( ) Id-disposizzjonijiet dwar it-tutela ta’ minuri li jkollu l-
kurazija ta’ minuri ordnata skond dan l-artikolu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        61
Titolu VIII
FUQ L-ATTI TA’ L-ISTAT ĊIVILI
Sub-titolu 1
DISPOSIZZJONIJTET ĠENERALI
Atti li għandhom 
isiru meta 
titwieled, 
tiżżewweġ, jew 
tmut persuna.
234. (1) Meta titwieled, tiżżewweġ jew tmut persuna, għandu
jsir att, skond il-formula li tmiss li hawn ma’ dan il-Kodiċi, illi
għandu jkun fih il-partikolaritajiet meħtieġa f’dan it-Titolu, u
għandu jkun miktub b’kitba ċara li tinqara u mingħajr taqsir ta’
kliem.
(2) Kemm-il darba xi partikolarità  milli hawn imsemmija hawn
fuq ma tistax tkun magħrufa, dan għandu jingħad fl-att, fil-lok li
jmiss.
Eċċezzjonijiet. 
Sostitwit: 
VI. 1968.2.
235. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
japplikawx fil-każ ta’ mewt ta’ persuna ingaġġata, u li tkun għada
sservi, f’xi forzi armati ta’ pajjiż barrani, ħlief jekk dik il-persuna
tkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewġa lil xi persuna li tkun ċittadin
ta’ Malta.
Min għandu jikteb 
dawn l-atti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
236. L-atti tat-twelid jew tal-mewt għandhom jinkitbu mill-
uffiċjali maħtura mill-President ta’ Malta għal daqshekk. 
Atti taż-żwieġ. 
Sostitwit: 
XXXVII. 1975.23.
237. L-atti taż-żwieġ għandhom jinkitbu u jiġu ffirmati kif
provdut fl-artikolu 293.
Reġistri.
Emendat:
VII. 1982.2; 
XXXl.1986.4;
III.1994.3.
238. (1) Fl-uffiċċju  tar-Reġistru  Pubbliku  f’Malta  u
f’Għawdex, għandhom jinżammu tliet reġistri: wieħed biex fih
jitniżżlu l-atti tat-twelid, ieħor biex fih jitniżżlu l-atti ta’ ż-żwieġ, u
t-tielet biex fih jitniżżlu l-atti tal-mewt.
(2) Kull volum ta’ dawn ir-reġistri għandu jkun enumerat mill-
ewwel sa l-aħħar paġna. L-aħħar paġna ta’ kull volum ikun fiha
dikjarazzjoni tan-numru totali tal-paġni li jkun fih; din id-
dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mid-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku.
Reġistrazzjoni fl-
uffiċċju ta’ Malta 
jew ta’ Għawdex. 
Emendat: 
XXXVIl. 1975.23;
XXll. 1976.4; 
XII. 1986.3;
III.1994.4.
239. (1) Fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Malta għandhom
jitniżżlu l-atti kollha tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt li jkun hemm
fil-gżira ta’ Malta, kif ukoll l-atti msemmijin fl-artikoli 244 u 285;
u fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Għawdex għandhom jitniżżlu
l-atti tat-twelid, ta’ ż-żwieġ, u tal-mewt li jkun hemm fil-gżejjer ta’
Għawdex u Kemmuna.
(2) Kopja ta’ att, reġistrata kif provdut fis-subartikolu (1) u
trasmessa lid-Direttur b’makna facsimile foto-elettrika, jew kull
kopja vera tagħha, għandha titqies li tkun kopja vera u awtentika
għall-finijiet kollha tal-liġi sakemm din tkun iffirmata mid-Direttur
li jirċievi dak il-facsimile.
  62      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
In-numru li jmiss, 
Emendat: 
XVIII. 1938.2.
240. (1) L-atti li jidħlu għar-reġistrazzjoni għandhom jiġu
nnumerati wieħed wara l-ieħor, għandhom iġibu d-data li fiha jiġu
rċevuti u għandhom jiġu ffirmati mid-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku.
(2) Att jitqies li ġie rċevut mid-Direttur, meta dan jagħmel fuqu
l-firma tiegħu.
għal kull xorta ta’ 
atti.
241. Kull xorta ta’ atti għandu jkollha numerazzjoni għaliha, li
tibda mill-ewwel att u tispiċċa fl-aħħar wieħed li jkun daħal f’kull
sena.
L-atti għandhom 
jinkitbu ċar.
242. (1) Id-Direttur m’għandu jirċievi ebda att li ma jkunx
miktub ċar u li jinqara, jew li jkun fih kliem imqassar, jew li
jidhirlu li jkun nieqes minn xi ħaga jew mhux regolari.
(2) F’kull każ minn dawn, l-att għandu jinġieb mid-Direttur
quddiem wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-atti nutarili, li, wara li jisma’,
jekk ikun meħtieġ, lill-persuna li tkun għamlet dak l-att, jiddeċiedi
kif, skond il-liġi, l-att għandu jiġi magħmul.
(3) Id-Direttur ma jistax jirrifjuta li jirċievi att li jkun iġib il-
firma ta’ wieħed mill-Viżitaturi hawn fuq imsemmijin.
L-artikolu 242 
jgħodd għall-
fidijiet ta’ 
magħmudija jew 
ta’ żwieġ. 
Emendat:
XXII. 1939.2; 
XXXVII. 1975.23; 
XXII. 1976.4.
243. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan
igħoddu għal kull fidi ta’ magħmudija li tiġi ppreżentata lid-
Direttur taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 273 u 285.
(2) Ma tiġi irċevuta ebda fidi ta’ magħmudija li ma tkunx
miktuba bl-ilsien Malti, Ingliż jew Latin.
Twelid, żwieġ u 
mewt f’pajjiżi 
barranin. 
Emendat: 
XXXI. 1965.10. 
Sostitwit:
VI. 1968.3.
244. (1) Kull att ta’ twelid, ta’ żwieġ jew ta’ mewt ta’ ċittadin
ta’ Malta magħmul jew reġistrat f’pajjiż barrani minn awtorità
kompetenti f’dak il-pajjiż, li ma jkunx att magħmul jew reġistrat
skond l-artikolu 270(1) jew (2), jista’, fuq talba ta’ kull min ikollu
interess u wara li d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jkun sodisfatt
dwar l-awtentiċità  ta’ dak l-att, jiġi reġistrat f’dawn il-Gżejjer bl-
istess mod bħallikieku kien att magħmul minn waħda mill-persuni
msemmija f’dan it-Titolu.
(2) Il-persuna li tagħmel it-talba għandha, għall-finijiet tar-
reġistrazzjoni, tikkonsenja lid-Direttur l-att li dwaru tkun saret dik
it-talba.
Kif għandha ssir ir-
reġistrazzjoni. 
Emendat: 
XXI. 1933.1; 
XX. 1934.2.
245. (1) L-atti għandhom jitniżżlu fir-reġistru li jmiss, wieħed
wara l-ieħor, fl-ordni li jkunu daħlu, u mingħajr ebda vojt
bejniethom.
(2) Ir-reġistrazzjoni għandha ssir, sakemm jista’ jkun, skond il-
formuli li hawn ma’ dan il-Kodiċi dwar kif għandhom jinkitbu l-
atti, ukoll meta d-dokumenti, illi fil-każijiet imsemmijin f’dan it-
Titolu jistgħu jiġu ppreżentati minflok dawn l-atti, ikunu magħmula
xort’oħra.
(3) Ir-reġistrazzjoni għandu jkun fiha wkoll id-data ta’ meta
jidħol l-att, u t-traskrizzjoni tal-firma tad-Direttur.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        63
Dikjarazzjoni fl-
aħħar paġna tar-
reġistru. 
Emendat: 
XX. 1934.3;
XXXI. 1965.11.
246. (1) Id-Direttur għandu, fl-aħħar paġna ta’ kull reġistru,
jagħmel dikjarazzjoni li tgħid illi r-reġistrazzjonijiet li hemm f’dak
ir-reġistru huma kopji veri ta’ l-atti originali tagħhom.
(2) Din id-dikjarazzjoni għandha ssir f’kull reġistru fi żmien
xahar minn dak in-nhar li jkun daħal l-aħħar att li ġie mniżżel f’dak
ir-reġistru.
(3) Id-Direttur għandu jikteb id-data u jagħmel il-firma tiegħu
minnufih wara dik id-dikjarazzjoni u wara kull annotazzjoni li hu
jniżżel fir-reġistru taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu. 
Meta għandha ssir 
ir-reġistrazzjoni. 
Emendat: 
XX. 1934.4; 
VI. 1968.4.
247. Kull att għandu jiġi mniżżel mid-Direttur fiż-żmien ta’
tletin ġurnata tax-xogħol minn dak in-nhar li jirċevih.
Tiswija ta’ żbalji. 
Emendat: 
XX. 1934.5.
248. Jekk qabel ma jiffirma d-dikjarazzjoni msemmija fl-
artikolu 246, jew xi annotazzjoni, ikun jinħtieġ li jissewwa xi żball,
id-Direttur għandu jagħmel il-korrezzjoni bil-mod u l-għamla li
ġejjin - f’każ ta’ reġistrazzjoni, b’postilli fit-tarf tagħha ffirmati
minnu u, fil-każ ta’ annotazzjoni, b’postilli fl-aħħar tagħha qabel
il-firma; u t-tħassir li jkun jinħtieġ għandu jsir b’mod illi l-kliem
imħassar ikun jista’ jibqa’ jinqara ċar; ma jista’ jsir ebda brix.
Irfigħ ta’ l-atti.
ġie rreġistrat, jiġi merfugħ.
Indiċi.
f’Għawdex, għandu jsir, fl-ewwel tliet xhur ta’ kull sena, indiċi
alfabetiku tar-reġistrazzjonijiet li jkunu tniżżlu matul is-sena ta’
qabel.
(2) Id-Direttur ta’ l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Għawdex
għandu, fi żmien xahar mill-aħħar ġurnata taż-żmien imsemmi fis-
subartikolu (1), jibgħat lid-Direttur ta’ l-Uffiċċju tar-Reġistru
Pubbliku f’Malta kopja ta’ l-indiċi ta’ kull sena. 
L-atti u r-reġistri 
jista’ jarahom kull 
min irid. 
Emendat: 
XX. 1934.6;
XXII. 1939.2; 
XXXl. 1965.12; 
XXXVIII.1972.4; 
XXI. 1993.65;
III.1994.5.
251. (1) Ir-reġistri, l-atti u d-dokumenti msemmija fl-artikoli
ta’ qabel dan, jista’ jarahom kull min irid, u estratti tagħhom,
iffirmati mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew mid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, jiġu mogħtija lil kull
min jagħmel talba għalihom.
(2) F’dan it-Titolu l-kelma "estratt" tfisser ċertifikat li jkollu
kopja fil-qosor ta’ att reġistrat wieħed jew iżjed minn wieħed skond
il-Formuli I, J, K, L, O u P murija fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li
tinsab ma’ dan il-Kodiċi. 1l-korrezzjonijiet u l-annotazzjonijiet
kollha mniżżlin fil-marġini tar-reġistri għandhom ikunu nkorporati
fl-estratt barra minn annotazzjonijiet dwar adozzjonijiet li
għandhom jiġu traskritti fid-dahar ta’ l-estratt.
(2A) (a) Estratti ta’ atti tat-twelid u ta’ reġistrazzjonijiet fir-
reġistru ta’ persuni adottati għandhom jinħarġu fuq il-Formoli I jew
J murija fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan il-Kodiċi.
(b) Għall-finijiet ta’ l-estratti maħruġa skond il-paragrafu (a)
reġistrazzjonijiet fir-reġistru ta’ persuni adottati jingħataw numru
konsekuttiv li jkompli ma’ l-aħħar numru ta’ l-atti tat-twelid
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
reġistrati fis-sena tat-twelid tal-persuna adottata, jew wieħed minn
għas-sena tat-twelid tal-persuna adottata, liema numri ma
jingħatawx lil atti tat-twelid. L-imsemmija sena għandha wkoll
(ċ Il-fatt li numri jkunu, skond il-paragrafu ( ), imħollija
Lista ta’ dawk in-numri għandha tingħata biss lid-dipartiment tal-
Gvern li għandu x’jaqsam man-nazzjonalit , lill-Uffiċċju tal-
Passaporti, lill-Kummissjoni Elettorali u lir-Reġistratur taż-żwieġ
à .
3) (1) għandhom ukoll,
att reġistrat wieħed jew iżjed minn wieħed, kif ukoll ċertifikat li
jiddikjara l-ineżistenza ta’ xi reġistrazzjoni jekk wara riċerki għal
jinstabux.
Ir-reġistri jagħmlu  252. (1)
ċertifikati ffirmati mid-Direttur huma prova ta’ dak li jkun fihom,
sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.
2) à  tagħhom
Tiswija jew tħassir 
ta’ 
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
XXX. 1979.3; 
VII. 1982.3; 
III.1994.6.
253. Kull persuna tista’ tagħmel talba ġudizzjarja għall-
korrezzjonijiet jew tħassir ta’ reġistrazzjoni, jew għar-
Viżitaturi ta’ l-atti nutarili, ikun irrifjuta li jirċievi.
( ) Kull persuna tista’ tagħmel talba ġudizzjarja għar-
persuna tkun użat jew tkun użat għaliha l-familja tagħha, u liema
jkunu ddikjarati mill-qorti li huma l-isem jew l-ismijiet li bihom il-
ismijiet li jidhru fl-att tat-twelid relattiv bħala l-isem jew l-ismijiet
mogħtija u l-isem jew l-ismijiet li bihom it-tarbija għandha tiġi
(3 It-talba ġudizzjarja msemmija fis-subartikolu ( )  għandha
reġistrazzjoni msemmija f’dan is-subartikolu jiġi rifless f’kull att
ta’ l-istat ċivili relattiv għall-istess persuna u, fejn ikun hemm,
jridu jiġu indikati fit-talba bin-numru ta’ l-att u s-sena relattivi
tagħhom.
4)
skond il-każ, fil-Qorti tal-Magistrati ( ), b’ċitazzjoni
Kap. 12.
( ) F’kull talba bħal din, id-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu
(4  u ( ) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tista’
artikolu 306(1) (4 .
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        65
Avviż lill-partijiet 
interessati. 
Emendat: 
XXXI. 1965.8.
254. (1) Ħmistax-il ġurnata, għall-anqas, qabel is-smigħ tal-
kawża fuq it-talba msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan, għandu
jiġi, b’ordni tal-qorti, pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern avviż, skond
il-Formula B fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li hawn ma’ dan il-Kodiċi,
illi bih, kull min ikollu interess, jiġi msejjaħ sabiex jiddikjara, fi
żmien ħmistax-il ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż, bil-
mezz ta’ nota, jekk hux bi ħsiebu jopponi t-talba.
(2) Avviż dwar il-ġurnata tas-smigħ tal-kawża għandu jingħata
lil kull persuna li tkun ippreżentat dik in-nota fiż-żmien hawn fuq
imsemmi.
Id-disposizzjon-
ijiet ta’ l-artikoli 
253 u 254 igħoddu 
bla ħsara ta’ l-
artikoli 960 sa 962 
tal-Kodiċi ta’ Org. 
u Proċ. Ċivili.
Kap. 12.
255. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar żewġ artikoli qabel dan
mhumiex ta’ xkiel għall-applikażzjoni ta’ l-artikoli 960, 961 u 962
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Tiswijiet, eċċ., 
ordnati mill-qorti. 
Emendat: 
XXXI. 1965.13;
XXXI. 2002.211.
256. (1) Kull korrezzjoni, tħassir jew reġistrazzjoni ordnata ssir
mid-Direttur fi żmien għaxart ijiem minn dak in-nhar li s-sentenza
tgħaddi f’ġudikat u għandha ssir bis-saħħa ta’ kopja vera tas-sentenza
li tingħata lilu mir-Reġistratur.
(2) Riferenza għal dik is-sentenza għandha ssir b’annotazzjoni
fil-ġenb tar-reġistru.
Tiswijiet ordnati 
mill-Viżitaturi. 
Miżjud:
II.1944.2. 
Emendat: 
XXXI. 1965.14; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
Xl. 1977.2;
XXIV.1995.362.
257. (1) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar
erba’ artikoli qabel dan, il-korrezzjoni ta’ reġistrazzjoni li tkun
korrezzjoni ta’ indikazzjoni żbaljata ta’ xi waħda jew iżjed mill-
ħwejjeġ imsemmijin, dwar kull att fit-Taqsima III ta’ l-Iskeda li
tinsab ma’ dan il-Kodiċi, tista’ wkoll issir fuq ordni magħmul bil-
miktub minn wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-atti nutarili.
(2) It-talba għal kull korrezzjoni bħal dik għandha ssir b’rikors
imressaq fil-Qorti tar-Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili, li jkun hemm
miegħu kopja legali tar-reġistrazzjoni li dwarha tintalab il-
korrezzjoni.
(3) Kopja ta’ kull rikors bħal dak għandha tkun notifikata lid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku fi żmien jumejn minn dak in-nhar li
r-rikors ikun tressaq.
(4) Min jagħmel ir-rikors ikollu jġib dik ix-xiehda illi l-
Viżitatur jidhirlu li jinħtieġ u l-Viżitatur għandu, qabel ma joħrog
ordni, iħalli illi d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jista’ jkun
mismugħ.
(5) Kemm jista’ jkun malajr wara l-jum tal-ħruġ ta’ l-ordni
mill-Viżitatur kif imsemmi hawn qabel, u, f’kull każ, mhux wara
għaxart ijiem minn dak il-jum, ir-reġistratur tal-qorti msemmija
għandu, bi spejjeż ta’ min ikun għamel ir-rikors, jinnotifika kopja
ta’ dak l-ordni lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u għandu jaħseb
għall-pubblikażzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ avviż dwar dak li
jingħad f’dak l-ordni.
(6) Kull min ikollu interess, magħdud id-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku, jista’, fi żmien sitt ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ l-
  66      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
imsemmi avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, jagħmel appell minn dak l-
ordni b’rikors quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
(7) Avviż ta’ appell hekk magħmul minn xi ħadd li ma jkunx
id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu jingħata lil dan ta’ l-
aħħar, mir-Reġistratur tal-Qrati, mhux aktar tard minn jumejn minn
meta r-rikors ta’ l-appell ikun tressaq.
(8) Kull korrezzjoni ordnata mill-Viżitatur kif imsemmi hawn
qabel, għandha ssir mid-direttur fi żmien għaxart ijiem mill-
pubblikazzjoni ta’ l-ordni fil-Gazzetta tal-Gvern jew, meta jkun sar
appell kontra dak l-ordni, fi żmien sitt ijiem minn meta l-kwistjoni
tkun inqatgħet għal kollox mill-Qorti ta’ l-Appell.
(9) Fil-marġini tar-reġistru għandha titniżżel, ma ġenb ir-
reġistrazzjoni milquta, riferenza għall-ordni maħruġ mill-Viżitatur
jew, skond il-każ, għas-sentenza tal-Qorti ta’ l-Appell.
Tiswija ta’ żbalji 
wara d-
dikjarazzjoni 
msemmija fl-
artikolu 246. 
Emendat: 
XX. 1934.7. 
Sostitwit: 
VII. 1982.4.
258. Jekk jinsab, wara li d-Direttur ikun iffirma d-dikjarazzjoni
msemmija fl-artikolu 246, li sar żball, u dak l-iżball ikun ittieħed
waqt li att kien qiegħed jiġi traskritt fir-reġistru, il-korrezzjoni ta’
dak l-iżball għandha ssir mid-Direttur permezz ta’ nota fit-tarf tar-
reġistrazzjoni. Dik il-korrezzjoni għandha tkun datata u ffirmata
mid-Direttur.
Vakanzi pubbliċi. 259. Il-vakanzi pubbliċi ma jwaqqfu ebda wieħed miż-żminijiet
imsemmija f’dan it-Titolu.
Viżta tar-reġistri 
mill-Qorti ta’ 
Revizjoni ta’ l-Atti 
Nutarili.
260. (1) Il-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili għandha
tagħmel darbtejn, kull sena viżta tar-reġistri kif ukoll ta’ l-atti u
tad-dokumenti mdaħħla f’dawn l-atti.
(2) L-ewwel viżta għandha ssir fix-xhur ta’ Marzu u April, u t-
tieni fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru.
Dmirijiet tal-qorti. 
Sostitwit: 
VI. 1968.5. 
Emendat: 
XXXI. 1986.4;
III.1994.7.
261. Il-qorti għandha, matul dik il-viżta taċċerta ruħha jekk id-
disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu jkunux ġew imħarsa mid-Direttur
jew minn wieħed mill-Assistenti Diretturi jew mill-uffiċjali
msemmijin fl-artikolu 306(l), skond il-każ, u l-qorti tista’, għal kull
kontravvenzjoni, twaħħal lid-Direttur jew lil Assistent Direttur jew
lil uffiċjal imsemmi fl-artikolu 306(l), skond il-każ, ammenda ta’
mhux iżjed minn ħames liri: 
Iżda, meta l-kontravvenzjoni tikkonsisti fl-ommissjoni ta’
xi ħaġa li tkun meħtieġa li ssir skond dan it-Titolu u l-qorti ma
tkunx tista’ taċċerta ruħha min kien responsabbli għal dik l-
ommissjoni, il-kontravvenzjoni titqies li saret mid-Direttur u l-
piena għandha tiġi mwaħħla lilu.
Persuni li jiċħdu li 
jagħtu tagħrif dwar 
partikolaritajiet, 
262. Kull min meta jiġi mitlub mill-uffiċjal kompetenti biex
jagħti tagħrif dwar partikolaritajiet meħtieġa sabiex jista’ jiġi
magħmul wieħed jew ieħor mill-atti msemmijin f’dan it-Titolu,
jirrifjuta jwieġeb xi mistoqsija magħmula lilu minn dak l-uffiċjal
dwar dawk il-partikolaritajiet, jew bla ma jkun tassew igħid li ma
jaf xejn fuq dawk il-partikolaritajiet, jeħe1, meta jinsab ħati, mill-
qorti kompetenti, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn tliet xhur.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        67
jew jagħmlu 
dikjarazzjoni falza,
263. Kull min li, minn rajh jew wara li jiġi mistoqsi mill-uffiċjal
kompetenti, jagħmel xjentement dikjarazzjoni falza dwar
partikolaritajiet meħtieġa sabiex jista’ jsir wieħed jew ieħor mill-
atti hawn fuq imsemmija, jeħel, meta jinsab ħati, mill-qorti
kompetenti, il-piena msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan.
jew ma jobdux 
ordni. 
Emendat: 
Xl. 1977.2.
264. Kull min, barra mill-każijiet imsemmijin fl-artikoli ta’
qabel dan, jikser xi disposizzjoni ta’ dan it-Titolu, jew ma jobdix xi
ordni mogħtija lilu taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, jeħel,
meta jinsab ħati, mill-qorti kompetenti, detenzjoni għal mhux iżjed
minn xahar jew ammenda ta’ mhux iżjed minn ħames liri.
Meta l-
kontravventur wara 
li jiskonta l-piena 
jibqa’ jirrifjuta li 
jwieġeb.
265. Jekk, wara li jiskonta l-piena, il-kontravventur jibqa’
jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet li jsirulu taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 262, jew li jħares id-disposizzjonijiet
tal-liġi, jew li jobdi l-ordni msemmi fl-aħħar artikolu qabel dan,
kull rifjut bħal dan, kull darba li jiġi mtenni, jitqies bħala reat ġdid.
Riżerva dwar pieni 
oħra għal reati 
iżjed gravi.
Kap. 9.
266. (1) Xejn fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan
ma jimpedixxi li jiġu mogħtija pieni iżjed gravi taħt il-Kodiċi
Kriminali.
(2) Kull min ikun ħati ta’ falsifikażzjoni fl-atti jew fir-reġistri
msemmijin f’dan it-Titolu, jew f’ċertifikat jew dokument ieħor li,
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, jista’ jiġi ppreżentat,
minflok l-att, għall-iskrizzjoni ta’ twelid, żwieġ, jew mewt, jeħel il-
piena li hemm fil-Kodiċi Kriminali għall-falsifikażzjoni f’kitba
pubblika.
(3) L-azzjoni tiġi mmexxija mill-Pulizija ex officio għal kull
reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.
Meta huma 
obbligati bosta 
persuni, l-
esekuzzjoni minn 
wieħed teħles lill-
oħrajn.
267. Meta żewġ persuni jew iżjed huma obbligati li jagħtu
avviż, jew li jagħmlu dikjarazzjoni, jew li jagħmlu xi att ieħor, u l-
obbligu jkun tali li jista’ jiġi esegwit minn kull wieħed waħdu minn
dawk il-persuni, l-esekuzzjoni minn waħda minn dawk il-persuni
teħles lill-oħrajn kollha.
Drittijiet: 
Emendat: 
XXXI. 1965.11; 
Sostitwit: 
XXX. 1979.4.
Emendat:
IX.2000.2.
268. Id-drittijiet stabbiliti fit-Taqsima 1 ta’ l-Iskeda li tinsab
ma’ dan il-Kodiċi jistgħu minn żmien għal żmien jiġu emendati,
sostitwiti jew miżjuda b’regolamenti magħmula mill-Ministru
responsabbli għar-Reġistru Pubbliku u għandhom jinġabru mill-
uffiċjal imsemmi minn dak il-Ministru għal hekk.
Reġistru tal-
persuni adottati. 
Miżjud: 
XXI. 1962.8; 
Emendat: 
XXVIII. 1963.4; 
XXV. 1973.3;
III.1994.8.
269. (1) Għandu jinżamm fir-Reġistru Pubbliku f’Malta u
f’Għawdex reġistru, li jkun jissejjaħ ir-Reġistru tal-Persuni
Adottati, li fih jitniżżlu dawk ir-reġistrazzjonijiet li jistgħu jkunu
ordnati li jitniżżlu b’digrieti ta’ adozzjoni, iżda ebda
reġistrazzjonijiet oħra.
(2) Fir-Reġistru tal-Persuni Adottati miżmum fl-Uffiċċju tar-
Reġistru Pubbliku f’Malta għandhom jitniżżlu d-digrieti ta’
addozzjoni dwar kull persuna li l-att tat-twelid tagħha jkun reġistrat
f’dak l-Uffiċċju jew li ma jkunx reġistrat f’xi Uffiċċju tar-Reġistru
Pubbliku f’dawn il-Gżejjer, u fir-Reġistru tal-Persuni Adottati
miżmum fl-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Għawdex għandhom
jitniżżlu d-digrieti ta’ adozzjoni dwar kull persuna li l-att tat-twelid
tagħha jkun reġistrat f’dak l-uffiċċju.
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
( ) Meta reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Persuni Adottati jkollha
tat-twelid tal-persuna adottata, kopja awtentikata ta’ dik ir-
reġistrazzjoni għandha, sa kemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju,
dwar kollox bħallikieku l-kopja kienet kopja awtentikata ta’ att tat-
twelid.
4)
Reġistru tal-Persuni Adottati jsir u jinżamm fl-Uffiċċju tar-
Reġistru Pubbliku f’Malta u f’Għawdex; u kull persuna jkollha dritt
reġistrazzjoni ffirmata mid-Direttur fir-Reġistru tal-Persuni
Adottati dwar kollox b’dawk l-istess kondizzjonijiet dwar ħlas ta’
mutatis mutandis huma applikabbli skond
Pubbliku u dwar l-għoti minn dak l-Uffiċju ta’ kopji jew
traduzzjonijiet awtentikati ta’ reġistrazzjonijiet fir-reġistri ta’ l-atti
(5 Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu, b’żieda għar-
Reġistru tal-Persuni Adottati u l-indiċi tiegħu, iżomm dawk ir-
jkunu meħtieġa biex tiġi nnottata u tkun tista’ titnissel il-
konnessjoni bejn reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ l-atti tat-twelid li
290, u kull reġistrazzjoni korrispondenti fir-Reġistru tal-Persuni
Adottati; iżda r-reġistri u l-kotba miżmuma skond dan is-
tagħhom kommunikati lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ma
jkunux, l-anqas ebda indiċi tagħhom ma jkun, miftuħa għall-
għandu d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jagħti xi tagħrif li jkun
hemm fi jew xi kopja jew estratt minn xi reġistri, kotba jew digrieti
l-età
kopja jew l-estratt; u f’każijiet eċċezzjonali kull uffiċjal pubbliku
awtorizzat kif imiss għal hekk mill-Ministru responsabbli għall-
Funzjonijiet ta’ 
rappreżentant 
konsulari 
relattivament għal 
Miżjud: 
VI. 1968.6; 
VII. 1982.5.
270. Rappreżentant diplomatiku jew konsulari, meta jkun
hekk mitlub minn xi ħadd interessat, għandu relattivament għal
ċittadin ta’ Malta -
( ) jikteb l-att tat-twelid ta’ dik it-tarbija jew l-att tal-
approprjat;
( ) jirċievi għar-reġistrazzjoni l-att tat-twelid ta’ dik it-
mill-awtorità
jew il-mewt u jirreġistra dak l-att fir-reġistru
approprjat imsemmi fl-aħħar paragrafu qabel dan.
2)
rappreżentant diplomatiku jew konsulari għandu jirċievi għar-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        69
reġistrazzjoni, fuq talba ta’ xi wieħed mill-miżżewġin jew ta’ xi
wieħed mill-ġenituri ta’ wieħed jew waħda minnhom, kull att li
skond il-liġi tal-pajjiż fejn ikun sar iż-żwieġ ikun prova taż-żwieġ u
għandu jirreġistra dak l-att fir-reġistru approprjat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom, safejn
prattikabbli, japplikaw għal u għall-fini ta’ l-atti magħmula u tar-
reġistri miżmuma skond id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’
qabel dan minn rappreżentanti diplomatiċi u konsulari, li jkollhom
relattivament għal dawk l-atti u reġistri l-istess setgħat, drittijiet u
obbligi kif huma mogħtija jew imposti f’dan it-Titolu lid-Direttur
tar-Reġistru Pubbliku.
(4) Ir-reġistri msemmija fis-subartikoli (1) u (2) għandhom
jinżammu għal perijodu ta’ sena u għandu jkollhom indiċi
alfabetiku tar-reġistrazzjonijiet imniżżlin fihom. Kopja duplikata
awtentikata ta’ dawk ir-reġistri bil-firma tar-rappreżentant
diplomatiku jew konsulari minnufih wara l-aħħar reġistrazzjoni
traskritta fihom għandha tintbagħat lid-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku, għall-konservazzjoni fir-Reġistru Pubbliku f’Malta,
mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena li taħbat minnufih wara
s-sena li għaliha jirriferixxu r-reġistri, u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 251, 252, 253, 254, 255, 256 u 257 għandhom japplikaw
dwar ir-reġistrazzjonijiet li hemm f’dawk ir-reġistri duplikati
bħallikieku kienu reġistrazzjonjiet fir-reġistri msemmija fl-artikolu
238.
(5) Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku, fi żmien tletin ġurnata
minn meta jagħmel xi korrezzjoni, tħassir jew annotazzjoni
f’reġistru duplikat bis-saħħa tas-sentenza ta’ qorti jew ta’ l-ordni
ta’ wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-atti nutarili, għandu jinforma dwar
dik il-korrezzjoni, tħassir jew annotazzjoni lir-rappreżentant
diplomatiku jew konsulari fil-pajjiż fejn jinżamm ir-reġistru
oriġinali, u dan għandu jara li l-istess korrezzjoni, tħassir jew
annotazzjoni, skond il-każ, issir minnufih f’dak ir-reġistru u
għandu jinizjalha.
(6) Kull min quddiem rappreżentant diplomatiku jew konsulari
jagħmel ir-reat imsemmi fl-artikolu 263 jista’ jiġi mħarrek,
proċessat jew kastigat f’Malta għal dak ir-reat bl-istess mod u sa l-
istess gradazzjoni bħallikieku r-reat kien sar Malta.
Kap. 9.
(7) Kull persuna li tirrappreżenta b’ingann lil rappreżentant
diplomatiku jew konsulari li tkun twieldet tarbija minn mara li ma
tkunx ħelset minn tarbija sabiex iġġiegħel lil dak ir-rappreżentant li
jikteb att ta’ twelid skond is-subartikolu (1) tiġi mħarrka,
proċessata u kastigata f’Malta bl-istess mod u sa l-istess
gradazzjoni bħallikieku kienet ikkommettiet f’Malta r-reat
korrispondenti msemmi fl-artikolu 210 tal-Kodiċi Kriminali.
(8) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (6) u (7) ma għandhomx
japplikaw jekk il-persuna li tkun ikkommettiet ir-reat tkun ġiet
proċessata għall-istess fatti li jikkostitwixxu r-reat f’pajjiż ieħor.
(9) Kull riferenza f’dan l-artikolu għal rappreżentant
diplomatiku jew konsulari għandha titqies bħala riferenza għar-
rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-Gvern ta’ Malta fil-
pajjiż barrani fejn jiġri t-twelid, żwieġ jew mewt.
  70      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Miżjud:  
XXV.1973.3. 
Sostitwit: 
III.1994.9.
Emendat:
IX.2000.2.
271. (1) Il-Ministru responsabbli għar-Reġistru Pubbliku jista’
jagħmel regolamenti:
(a) li jipprovdu għall-egħmil ta’ duplikati ta’ atti oriġinali
ta’ l-Istat ċivili jew dokumenti oħra li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-istat ċivili, reġistrati fir-Reġistru
Pubbliku bis-saħħa ta’ dan il-Kodiċi jew ta’ xi liġi
oħra, kif ukoll duplikati tar-reġistri relattivi ta’ dawk l-
atti jew dokumenti, kif ukoll duplikati ta’ l-indiċi
relattiv ta’ dawk l-atti, dokumenti jew reġistri fejn l-att
oriġinali, dokument, reġistru jew indiċi jkun intilef,
inqered jew tkun ġratlu ħsara, kemm jekk dak it-telf,
dik il-qerda jew dik il-ħsara jkunu ġraw minhabba
kedd bl-użu jew xort’oħra;
(b) li jippreskrivu l-mod li bih dawk id-duplikati
għandhom jiġu mħejjija u awtentikati;
(ċ) li jippreskrivu li kull atti, dokumenti, reġistri jew
indiċijiet imsemmija fil-paragrafu (a) jiġu riprodotti
bil-microfilming,  u l-mod li bih dawk ir-
riproduzzjonijiet għandhom isiru, jiġu maħżuna, u
jkunu aċċessibbli għall-pubbliku;
(d) li jippreskrivu l-mod li bih ir-riproduzzjonijiet li jsiru
bil-microfilming u  kopji tagħhom jistgħu jiġu
awtentikati;
(e) li jipprovdu għall-kompjuterizzazzjoni, inkluża l-
ħażna ta’ informazzjoni meħuda minn kull att jew
dokument reġistrat fir-Reġistru Pubbliku u għall-
produzzjoni ta’ dokumenti li jkun fihom
dikjarazzjonijiet ta’ dik l-informazzjoni u l-
awtentikazzjoni ta’ dawk id-dokumenti;
(f) li jippreskrivu l-forma ta’ l-applikazzjoni għall-ħruġ
ta’ ċertifikati li jkun fihom kopja shiħa jew estratt ta’
xi att, dokument, reġistru jew indiċi;
(g) li jipprovdu għal kull ħaġa inċidentali jew
supplementari għal xi waħda mid-disposizzjonijiet
hawn fuq imsemmija.
(2) Kull kopja duplikata li ssir skond ir-regolamenti magħmula
taħt is-subartikolu (1) għandha, għall-finijiet u effetti kollha,
tissostitwixxi l-att, dokument, reġistru jew indiċi oriġinali relattiv.
Sub-titolu II
FUQ L-ATTI TAT-TWELID 
Persuni li 
għandhom jagħtu 
avviż ta’ twelid ta’ 
tarbija.
272. F’kull twelid ta’ tarbija, hu dmir tal-missier, u fin-nuqqas
ta’ dan, tat-tabib, kirurgu, qabla, jew persuna oħra li tkun tat l-
għajnuna tagħha fil-ħlas, jew li f’darha jkun sar il-ħlas, li tagħti, fi
żmien ħamest ijiem mit-twelid, avviż tiegħu lill-uffiċjal li għandu
d-dmir li jikteb l-att ta’ twelid.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        71
Kif jingħata l-
avviż. 
Emendat: 
XXII. 1939.3.
273. (1) L-avviż tat-twelid jista’ jingħata billi wieħed jibgħat
lill-uffiċjal hawn fuq imsemmi fidi tal-magħmudija, iffirmata mill-
kappillan jew saċerdot ieħor, li jkun għammed it-tarbija. 
(2) Kull fidi bħal din, jekk ikun fiha l-partikolaritajiet meħtieġa
sabiex jista’ jsir l-att tat-twelid, tgħodd flok id-dikjarazzjoni
msemmija fl-artikoli ta’ wara dan, u l-uffiċjal hawn fuq imsemmi,
meta jkun żgur illi l-partikolaritajiet miġjuba f’dik il-fidi huma
sewwa, jista’ jikteb minn fuqha l-att tat-twelid.
(3) Iżda, f’kull każ bħal dan, il-fidi tal-magħmudija għandha
tiġi ppreżentata lid-Direttur flimkien ma’ l-att tat-twelid.
Avviż bil-miktub 
jew bil-fomm.
274. L-avviż tat-twelid ta’ tarbija jista’ wkoll jingħata sew
b’ittra ffirmata mill-persuna li tagħti l-avviż, kemm bil-fomm;
f’dan l-aħħar każ, il-persuna li tagħti l-avviż għandha tidher hija
nfisha quddiem l-uffiċjal li għandu d-dmir li jikteb l-att tat-twelid.
Meta l-avviż jiġi 
mogħti mill-
missier innifsu, 
275. Jekk, fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan, l-
avviż tat-twelid jiġi mogħti mill-missier innifsu tat-tarbija, l-
uffiċjal hawn fuq imsemmi għandu, fuq id-dikjarazzjoni magħmula
mill-missier dwar il-partikolaritajiet meħtieġa għall-att tat-twelid,
jikteb dan l-att mingħajr ebda dewmien.
jew minn 
ħaddieħor.
276. Jekk l-avviż tat-twelid jiġi mogħti minn persuna li ma
tkunx missier it-tarbija, jew meta dak l-avviż jiġi mogħti mill-
missier jew minn persuna oħra b’ittra, l-uffiċjal hawn fuq imsemmi
għandu, fit-tlitt ijiem ta’ wara, isejjaħ fl-uffiċċju tiegħu lil missier
it-tarbija sabiex jagħmel id-dikjarazzjoni dwar il-partikolaritajiet
hawn fuq imsemmija.
Dmirijiet ta’ l-
uffiċjal fin-nuqqas 
tal-missier.
277. (1) Fin-nuqqas tal-missier tat-tarbija, jew jekk ebda avviż
ma jkun ingħata, l-uffiċjal fuq imsemmi għandu jsejjaħ persuna li
jidhirlu illi tista’ tagħti l-partikolaritajiet meħtieġa għal dak l-att,
sabiex tidher quddiemu biex tagħmel id-dikjarazzjoni dwar dawk
il-partikolaritajiet.
(2) Hekk ukoll isir meta l-uffiċjal hawn fuq imsemmi ma jkunx
żgur dwar jekk humiex sewwa l-partikolaritajiet mogħtija lilu mill-
missier jew minn ħaddieħor, jew li jkunu miġjuba fil-fidi
msemmija fl-artikolu 273.
Partikolaritajiet li 
għandu jkun fih l-
att tat-twelid. 
Emendat: 
XXI. 1933.2; 
XXXI. l965.8;
XXX. 1995.2.
278. Kull att tat-twelid għandu jinkiteb skond il-Formula Ċ fit-
Taqsima II ta’ l-Iskeda li hawn ma’ dan il-Kodiċi u, bla ħsara ta’
disposizzjonijiet oħra, għandu jkun fih il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) id-data ta’ l-att stess;
(b) il-ħin, il-jum, ix-xahar, is-sena, u l-lok tat-twelid;
(ċ) jekk tifel jew tifla;
(d) l-isem mogħti lit-tarbija, u, meta jiġi mogħti iżjed
minn isem wieħed, tismija speċjali ta’ l-isem jew
ismijiet illi bihom it-tarbija għandha tiġi msejha;
(e) l-isem, il-kunjom, id-dokument ta’ l-identità , l-età , il-
lok fejn twieldu u fejn joqogħdu missier it-tarbija,
ommha, u l-persuna li tagħmel id- dikjarazzjoni: 
Iżda, jekk omm it-tarbija kienet armla qabel iz-
  72      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
żwieġ tagħha ma’ missier it-tarbija, għandu jiġi
mdaħħal ukoll l-isem u l-kunjom ta’ l-ewwel raġel
tagħha;
(f) l-isem u l-kunjom tal-missier ta’ kull wieħed mill-
ġenituri tat-tarbija, u tal-missier tal-persuna li tagħmel
id-dikjarazzjoni, u jekk hux ħaj jew mejjet.
Tfal illeġittimi. 
Emendat: 
XX. 1934.8.
279. (1) Fil-każ ta’ tarbija illeġittima, isem il-missier
m’għandux jissemma’ fl-att, ħlief fuq talba tal-persuna illi tistqarr,
quddiem l-uffiċjal li jikteb l-att, li hija missier dik it-tarbija. 
(2) Meta ssir din it-talba, il-missier jitniżżel bħala missier
illeġittimu.
(3) Meta ma ssirx din it-talba, għandu jingħad fil-lok li jmiss
fl-att, li missier it-tarbija mhux magħruf.
Tarbija mwielda 
minn mara 
miżżewġa.
280. (1) Jekk it-tarbija titwieled minn mara miżżewġa, isem
żewġha għandu jitniżżel fl-att bħala dak tal-missier, għad illi jkun
hemm dikjarazzjoni kuntrarja, bla ħsara ta’ kull korrezzjoni li tista’
ssir ’il quddiem wara sentenza fuq il-filjazzjoni tat-tarbija.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux -
(a) jekk ir-raġel, fiż-żmien kollu tat-tliet mitt ġurnata ta’
qabel il-ġurnata tat-twelid tat-tarbija, kien nieqes minn
Malta, u din l-assenza hija mwettqa bil-miktub u bil-
ġurament quddiem wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-atti
nutarili, minn, għall-anqas, żewġ persuni ta’ fiduċja;
jew
(b) jekk ir-raġel, għaż-żmien kollu hawn fuq imsemmi,
ikun għex mifrud legalment minn martu.
Partikolaritajiet 
dwar omm tarbija 
illeġittima. 
Emendat: 
VII. 1985.2; 
XII. 1986.4.
281. (1) Fil-każ ta’ tarbija illeġittima, meta l-avviż tat-twelid
tat-tarbija ma jkunx ġie mogħti jew id-dikjarazzjoni tal-
partikolaritajiet dwar it-twelid ta’ din it-tarbija ma tkunx ġiet
magħmula mill-omm infisha, jew minn wieħed mill-ġenituri ta’ l-
omm, jew minn wieħed minn ħutha, bniet jew subien, l-uffiċjal
hawn fuq imsemmi għandu, għall-anqas jumejn qabel ma jniżżel fl-
att il-partikolaritajiet dwar omm it-tarbija, jagħti avviż lill-persuna
li tkun ġiet imsemmija lilu bħala omm it-tarbija, jew lil wieħed
mill-ġenituri ta’ l-omm; u, kemm-il darba, f’dawk il-jumejn, jiġi
miċħud li dik il-persuna hija omm it-tarbija, l-uffiċjal għandu
jagħmel rapport ta’ dan lil wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-atti nutarili,
illi, wara li jisma’ bil-ġurament lil dik il-persuna u kull persuna
oħra illi huwa jkun jidhirlu li tista’ tagħti tagħrif tajjeb, għandu,
jekk fil-fehma tiegħu dik il-persuna hija omm it-tarbija, jordna illi
isimha, flimkien ma’ dawk il-partikolaritajiet l-oħra li jkunu
meħtieġa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan, jiġi
mniżżel fl-att tat-twelid, u illi x-xiehda meħuda jiġu kkunsinnati,
fl-oriġinal tagħhom, lid-Direttur flimkien ma’ l-att.
(2) Fil-każ ta’ tarbija illeġittima li ma jkunx ingħata l-avviż tat-
twelid tagħha, u l-omm jew il-ġenituri tagħha jkunu mejta jew ma
jistgħux jinstabu, avviż tat-twelid jista’ f’kull żmien jingħata lill-
imsemmi uffiċjal minn xi persuna li għandha l-obbligu li tagħti dak
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        73
l-avviż bħal qabel, jew minn kull persuna li jkollha nteress jew mit-
tarbija jew mir-rappreżentant leġittimu tagħha u l-imsemmi uffiċjal
għandu jagħmel rapport ta’ dan lil wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-atti
nutarili li għandu jieħu ħsieb li avviż skond il-Formula BB tat-
Taqsima II ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan il-Kodiċi jiġi pubblikat fil-
Gazzetta, fejn isejjaħ lil kull parti li għandha nteress biex
tiddikjara, fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-
avviż, bil-mezz ta’ nota, li trid tikkontesta dik ir-reġistrazzjoni, u
malli jgħaddi l-imsemmi żmien u wara li jisma’ lil dik il-persuna
taħt ġurament illi huwa jidhirlu li tista’ tagħti tagħrif tajjeb, sew
jekk dik il-persuna tkun ippreżentat nota u sew jekk le, u wara li
jeżamina kull dokumenti li jistgħu jinġiebu bi prova, għandu, jekk
ikun sodisfatt li l-maternità  tat-tarbija tkun ġiet stabbilita, jordna li
isem u kunjom l-omm, flimkien ma’ dawk il-partikolaritajiet li
huma meħtieġa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan,
jitniżżlu fl-att tat-twelid, u illi x-xhieda meħuda jiġu kkunsinnati,
fl-oriġinal tagħhom lid-Direttur, flimkien ma’ l-att.
(3) F’kull każ imsemmi fis-subartikoli (1) u (2) l-att tat-twelid
għandu jiġi ffirmat ukoll mill-Viżitatur fuq imsemmi. 
Firma ta’ l-att. 
Emendat: 
XXl. 1933.4.
282. (1) Wara li jitniżżlu l-partikolaritajiet dwar it-twelid ta’
tarbija, l-att għandu jinqara lill-persuna li tkun għamlet id-
dikjarazzjoni ta’ dawk il-partikolaritajiet; imbagħad għandu jiġi
ffirmat minn dik il-persuna u fl-aħħar mill-uffiċjal li jikteb l-att.
(2) Meta l-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni tgħid li ma tistax
tikteb, għandha titniżżel ħdejn isimha tifkira ta’ dan il-fatt. 
Trabi mwielda 
mejta.
283. (1) Jekk tarbija titwieled mejta, dan il-fatt għandu
jingħad fl-att tat-twelid.
(2) Jekk it-tarbija titwieled ħajja, iżda tmut f’xi żmien qabel ma
jsir l-att tat-twelid, l-att tal-mewt għandu jinkiteb minnufih wara l-
att tat-twelid.
(3) Fil-każ ta’ abort, l-att tat-twelid m’għandux isir ħlief meta
l-għalla fil-ġuf tkun ġà  ħadet għal kollox il-għamla ta’ bniedem. 
L-uffiċjal jista’ 
jitlob li jara t-
tarbija.
284. L-uffiċjal li jagħmel att ta’ twelid jista’, qabel ma jikteb
dan l-att, jitlob li jara t-tarbija.
Trabi mwielda fuq 
il-baħar. 
Emendat: 
XXII. 1939.4; 
IX. 1971.3; 
XI. 1973.377; 
XI. 1977.2;
XVII.1991.81.
285. (1) Meta titwieled tarbija fuq il-baħar, fuq bastiment
irreġistrat f’Malta, il-kaptan għandu, fi żmien erbgħa u għoxrin
siegħa, iniżżel fil-ġurnal ta’ abbord nota ta’ dan it-twelid u tal-
partikolaritajiet meħtieġa taħt l-artikoli 278, 279, 280 u 283.
(2) Kif bastiment bħal dak jasal f’Malta, l-Awtorità  Marittima
ta’ Malta għandu jibgħat kopja tar-reġistrazzjoni hawn fuq
imsemmija lill-uffiċjal inkarigat mill-kitba ta’ l-atti ta’ twelid fil-
Belt Valletta, u dan għandu minnufih jikteb l-att ta’ twelid ta’ dik
it-tarbija.
(3) Meta l-wasla ta’ bastiment bħal dak f’Malta ma ssirx fi
żmien tliet xhur wara t-twelid tat-tarbija, il-kaptan għandu, mhux
aktar tard minn tliet xhur wara l-imsemmi twelid, jibgħat kopja tar-
reġistrazzjoni relattiva lill-Awtorità  Marittima ta’ Malta li għandu
jimxi dwarha daqslikieku l-imsemmi bastiment kien wasal f’Malta.
  74      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Dmir tal-missier 
jew, fin-nuqqas, ta’ 
l-omm. 
Emendat:
VI. 1968.8.
286. (1) Ebda ħaġa li hemm fl-artikolu 285 ma jeħles lill-
missier, jew fin-nuqqas ta’ dan, lill-omm it-tarbija, mill-obbligu li
jagħmlu, fi żmien ħamest ijiem minn dak in-nhar li jaslu Malta, id-
dikjarazzjoni tal-partikolaritajiet dwar it-twelid tat-tarbija lill-
uffiċjal illi, skond fejn ikun joqgħod il-missier, jew, fin-nuqqas ta’
dan, skond fejn tkun toqgħod omm it-tarbija, huwa nkarigat mill-
kitba ta’ l-att ta’ twelid; u dak l-uffiċjal għandu, fuq din id-
dikjarazzjoni, jgħaddi għall-kitba ta’ l-att ta’ twelid, kemm-il darba
dan ma jkunx ġa sar u ġie reġistrat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 285.
(2) Jekk il-partikolaritajiet li jkun fiha d-dikjarazzjoni fuq
imsemmija, jew xi waħda minnhom, ma jkunux jaqblu f’xi ħaġa
mal-partikolaritajiet imdaħħlin fl-att irreġistrat, jew jekk xi waħda
mill-partikolaritajiet imniżżla fid-dikjarazzjoni hawn fuq
imsemmija tkun ġiet imħollija barra mill-att irreġistrat, tista’ ssir
korrezzjoni fir-reġistru bl-awtorizzazzjoni ta’ wieħed mill-
Viżitaturi ta’ l-atti nutarili, illi għandu jiffirma wkoll dik il-
korrezzjoni.
Trabi misjuba. 
Emendat: 
XXI. 1933.5;
XXXI. 1965.8.
287. (1) Meta tinsab tarbija għadha titwieled, l-uffiċjal
inkarigat mill-kitba ta’ l-atti ta’ twelid fil-lok li fih it-tarbija tkun
instabet, għandu, bil-għajnuna ta’ wieħed jew iżjed mit-Tobba
Distrettwali tal-Gvern, jagħmel att ta’ repert, skond il-Formula D
fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li hawn ma’ dan il-Kodiċi.
(2) F’dan l-att l-uffiċjal fuq imsemmi għandu jdaħħal dawn il-
partikolaritajiet - l-età  milli tidher u s-sess tat-tarbija, l-isem
mogħti lilha minnu, il-lok fejn it-tarbija nstabet, il-persuna li
f’idejha tingħata jew l-istitut li fih tiġi mqiegħda, jekk it-tarbija
għandhiex xi marka li tidher, ix-xorta ta’ lbies u kull ħaġ‘oħra li
tkun instabet fuq il-persuna tat-tarbija.
(3) Dan l-att għandu jiġi wkoll ippreżentat lid-Direttur għar-
reġistrazzjoni, bħal fil-każ ta’ att ta’ twelid.
L-atti ta’ twelid 
għandhom jiġu 
ppreżentati għar-
reġistrazzjoni.
288. L-uffiċjal li jkun kiteb att ta’ twelid jew ta’ repert għandu,
fi żmien jumejn minn dak in-nhar li jagħmel dak l-att jew repert,
jippreżentah lid-Direttur għar-reġistrazzjoni.
Jekk, wara r-
reġistrazzjoni, il-
paternità  tat-tarbija 
illeġittima tiġi 
stabbilita. 
Emendat:
XXXI. 1965. 18.
289. (1) Jekk, wara li att ta’ twelid ta’ tarbija illeġittima jkun
ġie rreġistrat mingħajr tismija ta’ isem il-missier, il-paternità  ta’
din it-tarbija tiġi stabbilita b’sentenza tal-qorti jew, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 280, it-tarbija tiġi magħrufa minn
missierha b’att pubbliku, l-isem tal-missier illeġittimu jista’, fuq
talba ta’ kull min ikollu interess, jiġi mniżżel b’annotazzjoni fil-
marġini tar-reġistru.
 (2) L-istess japplika jekk, wara r-reġistrazzjoni ta’ att ta’
repert, jinsab min huma l-ġenituri tat-tarbija misjuba, sew bil-mezz
ta’ dikjarazzjoni li huma jagħmlu, kemm b’sentenza tal-qorti.
Adozzjoni jew 
leġittimazzjoni. 
Emendat:
XXI. 1962. 9.
290. (1) Il-leġittimazzjoni ta’ tifel illeġittimu għandha
titniżżel ukoll fir-reġistru b’annotazzjoni fil-marġini, u, meta l-
artikolu 125(3) għandu jgħodd, l-adozzjoni ta’ kull persuna
għandha titniżżel fir-reġistru permezz ta’ l-immarkar imsemmi
f’dak is-subartikolu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        75
(2) Fil-każ ta’ leġittimazzjoni, għandu jingħad fl-annotazzjoni
jekk il-leġittimazzjoni saritx bi żwieġ wara, jew b’digriet tal-qorti
kompetenti.
(3) Ir-reġistrazzjoni tal-leġittimazzjoni ta’ persuna li l-att tat-
twelid tagħha mhux irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku, għandha ssir
fi ktieb li jinżamm għaldaqshekk, u, f’kull reġistrazzjoni bħal dik,
għandhom jitniżżlu dawk il-partikolaritajiet kollha li huma
meħtieġa sabiex isir att ta’ twelid, jew dawk minnhom li jkunu
magħrufa.
Dokumenti li 
għandhom 
jinġiebu. 
Emendat: 
XXI. 1962.10.
291. (1) Kull min jitlob li ssir xi waħda mill-annotazzjonijiet
imsemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan, għandu jagħti lid-
Direttur kopja awtentika ta’ l-att pubbliku, tas-sentenza jew tad-
digriet dwar id-dikjarazzjoni ġudizzjarja tal-paternità  jew
maternità , jew tal-leġittimazzjoni.
(2) Fil-każ ta’ leġittimazzjoni bi żwieġ wara, jekk dan iż-żwieġ
ikun ġie rreġistrat, għandha ssir riferenza ta’ din ir-reġistrazzjoni
fl-annotazzjoni: jekk iż-żwieġ ma jkunx ġie rreġistrat, l-
annotazzjoni ma ssirx jekk il-parti li titlobha ma tagħtix lid-
Direttur dokument li juri ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.
Leġittimazzjoni bi 
żwieġ wara.
292. Jekk il-leġittimazzjoni ta’ tifel illeġittimu ssir bi żwieġ
wara, u dan iż-żwieġ isir qabel ma jiġi rreġistrat l-att ta’ twelid ta’
dak it-tifel, l-att ta’ twelid tat-tifel jista’ jiġi mill-ewwel miktub
bħallikieku kien tifel leġittimu.
Sub-titolu III
FUQ L-ATTI TAŻ-ŻWIEĠ
Partikolaritajiet ta’ 
att ta’ żwieġ. 
Emendat: 
XXXI. 1965.8; 
XXXVII. 1975.23; 
XXII. 1976.3;
XXX.1995.3.
293. Meta jsir żwieġ, il-partijiet li hekk jiżżewġu għandhom
jagħmlu jew jieħdu ħsieb li jsir att skond il-Formula E fit-Taqsima
II ta’ l-Iskeda li hawn ma’ dan il-Kodiċi, illi għandu jkun fih -
(a) id-data ta’ l-att;
(b) l-isem, il-kunjom, id-data u lok tat-twelid, id-
dokument ta’ l-identità  u l-lok tar-residenza tal-
miżżewġin;
(ċ) l-isem, il-kunjom, id-data u lok tat-twelid u lok tar-
residenza tax-xhieda li jkunu dehru fit-tieġ;
(d) l-isem u l-kunjom tal-missier, u l-isem, il-kunjom u
kunjom xbubiet l-omm tal-miżżewġin;
(e) il-ġurnata, ix-xahar u s-sena, u l-knisja, kappella jew
lok ieħor li fihom ikun sar it-tieġ;
(f) dikjarazzjoni taċ-ċelebrazzjoni taz-żwieġ iffirmata
miż-żewġ partijiet, jew jekk iż-żwieġ isir bi prokura
mill-prokuratur u mill-parti l-oħra, fil-preżenza u bil-
kontrofirma ta’ uffiċjal tar-Reġistru taż-Żwieġ jew ta’
persuna oħra awtorizzata għal hekk mir-Reġistratur
taż-Żwieġ.
  76      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Konsenja ta’ l-att 
taż-żwieġ. 
Sostitwit: 
XXXVII.1975.23.
294. L-att taż-żwieġ għandu, malli jkun kompletat u ffirmat, jiġi
konsenjat għar-reġistrazzjoni lill-persuna li minnha tkun
kontrofirmata d-dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 293(f), u dik il-
persuna għandha ma’ l-ewwel opportunità  tieħu dawk il-passi
kollha li jkunu meħtieġa għar-reġistrazzjoni tiegħu mid-Direttur.
Reġistrazzjoni ta’ 
deċiżjonijiet, 
dikjarazzjonijiet u 
projbizzjonijiet li 
jolqtu żwieġ. 
Sostitwit: 
XXXVII.1975.23;
III.1994.10. 
295. (1) Kull sentenza jew deċiżjoni oħra mogħtija minn qorti
kompetenti li biha żwieġ reġistrat ikun annullat jew ikun milqut l-
istat li jirriżulta minnu, għandha, fuq it-talba ta’ kull persuna, tiġi
reġistrata b’annotazzjoni fil-marġini tar-reġistru.
(2) Il-persuna li tagħmel it-talba għandha tagħti lid-Direttur
kopja awtentika tas-sentenza jew deċiżjoni oħra rilevanti.
(3) Id-Direttur għandu wkoll jirreġistra, b’annotazzjoni fil-
marġini ta’ att dwar żwieġ reġistrat, kull dikjarazzjoni magħmula
minn mara miżżewġa fuq il-Formula Q ikkonsenjata minnha skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(5), kif ukoll kull reverżjoni għal
kunjom xbubitha jew kull projbizzjoni ta’ l-użu ta’ kunjom żewġha
msemmija f’nota ta’ separazzjoni persunali bejn il-miżżewġin
reġistrata skond l-artikolu 62A, u referenza għad-data u għall-post
fejn ikun sar iż-żwieġ għandha ssir f’kull nota ta’ reġistrazzjoni
bħal dik.
Sub-titolu IV
FUQ L-ATTI TAL-MEWT
Avviż ta’ mewt 
mit-tabib, 
Emendat: 
XXXI. 1965.8.
296. (1) Meta tmut persuna, it-tabib jew kirurgu li kien jaraha
fl-aħħar marda tagħha, jekk ikun jaf huwa nnifsu jew jiġi mgħarraf
minn xi ħaddieħor illi dik il-persuna mietet, għandu, mingħajr
dewmien, jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-mewt, skond il-Formula
F fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li hawn ma’ dan il-Kodiċi, lill-uffiċjal
inkarigat mill-kitba ta’ l-atti tal-mewt, u jsemmi d-dar jew lok ieħor
fejn dik il-persuna mietet, il-kaġun tal-mewt, u l-ħin li fih ġrat il-
mewt.
(2) Dan it-tabib jew kirurgu jista’ jagħti l-avviż f’idejn xi ħadd
ta’ l-età  minn tal-familja tal-mejjet sabiex jintbagħat lill-uffiċjal
hawn fuq imsemmi.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux, jekk il-
mejjet ikun waħda mill-persuni illi, wara l-mewt tagħhom, mhux,
skond l-artikolu 235, meħtieġ l-att tal-mewt għall-finijiet ta’ dan il-
Kodiċi.
minn membri tal-
familja.
297. Fil-każ ta’ mewt ta’ persuna li ma kinitx taħt il-kura ta’
tabib jew kirurgu, ikun dmir il-membri tal-familja u tas-sefturi tal-
mejjet kif ukoll ta’ kull persuna li tkun toqgħod fid-dar jew lok
ieħor fejn tkun ġrat il-mewt, jew li jkollha t-triġija ta’ dik id-dar
jew lok, li jagħtu avviż ta’ dik il-mewt.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        77
Ċertifikat ta’ 
persuna li titqies li 
hi mejta. 
Miżjud: 
LIV. 1974. 8.
298. (1) Jekk wara li ma tkunx baqgħet tidher persuna ssir
inkjesta mill-maġistrat u l-maġistrat li jagħmel l-inkjesta jkun tal-
fehma li, wara li jkunu tqiesu ċ-ċirkostanzi kollha kif il-persuna ma
baqgħetx tidher il-konklużjoni tkun li l-persuna hi x’aktarx mejta,
f’dak il-każ kopja tal-proċess verbal, għandha tintbagħat mill-
maġistrat li jagħmel l-inkjesta lill-uffiċjal inkarigat mill-kitba ta’ l-
att tal-mewt u dak l-uffiċjal għandu, fi żmien jumejn minn meta
jirċievi l-kopja tal-proċess verbal, jikteb skond il-Formula G fit-
Taqsima II ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan il-Kodiċi, att tal-mewt
provviżorju tal-persuna li l-fatt li ma tkunx baqgħet tidher ikun ġie
stabbilit bil-proċess verbal. L-istess uffiċjal għandu, fi żmien
jumejn minn meta jkun għamel il-kitba ta’ l-imsemmi att tal-mewt
provviżorju, jibgħatu lid-Direttur għar-reġistrazzjoni.
(2) L-att tal-mewt provviżorju jsir finali wara li tgħaddi sena
mid-data tar-reġistrazzjoni.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-maġistrat li jagħmel l-
inkjesta għandu jindika fil-proċess verbal il-partikolaritajiet kollha
msemmijin fl-artikolu 301(a), (b), (ċ) u (d) u l-ħin, id-data u l-post
li x’aktarx fihom dik il-persuna ma tkunx baqgħet tidher.
Ċertifikat ta’ 
assenti meqjus 
bħala mejjet. 
Miżjud: 
LIV. 1974.8. 
Emendat:
LVIII. 1974.68.
299. (1) Jekk l-assenza ta’ persuna tissokta għal żmien ta’ sitt
snin wara d-dħul fil-pussess provviżorju jew jekk l-assenza tkun
ġiet dikjarata b’sentenza kif provdut taħt l-artikolu 223 u dik il-
persuna ma tkunx waħda li dwar il-mewt tagħha ma japplikawx id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 234 skond l-artikolu 235, f’dak il-
każ il-werrieta ta’ l-assenti, sew bit-testment jew bil-liġi, jew il-
werrieta tagħhom, jew xi persuna interessata jew l-Avukat Ġenerali
jistgħu jagħmlu talba lill-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja fil-gzira
fejn l-assenti kien l-aħħar jirrisjedi sabiex tordna lill-uffiċjal
inkarigat mill-kitba ta’ l-att tal-mewt, li jikteb u jibgħat lid-Direttur
għar-reġistrazzjoni fi żmien erbat ijiem minn dik it-talba, ċertifikat
tal-mewt ta’ l-assenti skond il-Formula G fit-Taqsima II ta’ l-
Iskeda li tinsab ma’ dan il-Kodiċi.
(2) L-assenti jitqies li jkun miet fil-ġurnata li fiha nstemgħet l-
aħħar aħbar dwaru, u dik id-data u l-partikolaritajiet l-oħra kollha
msemmija fl-artikolu 301, meta jkunu magħrufa, għandhom
jitniżżlu fl-att tal-mewt.
Jekk l-assenti jiġi 
lura wara l-ħruġ ta’ 
ċertifikat finali tal-
mewt. 
Miżjud:
LIV. 1974.8.
300. Meta ċertifikat finali tal-mewt ikun ġie miktub u reġistrat
skond l-artikolu 298 jew 299 u l-persuna li l-mewt tagħha tkun ġiet
hekk reġistrata wara tiġi lura jew tiġi ppruvata l-eżistenza tagħha,
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 226.
Partikolaritajiet ta’ 
l-att tal-mewt. 
Emendat: 
XXI. 1936.6; 
XXII. 1939.5; 
XXXI. 1965.8;
XXX. 1995.4.
301. L-uffiċjal imsemmi fl-artikolu 296, meta, b’kull mod li
jkun, ikun irċieva informazzjoni dwar il-mewt ta’ persuna, għandu,
wara li jiżgura ruħu minn dik il-mewt, jikteb, fi żmien jumejn minn
dak in-nhar li hekk ikun irċieva dik l-informazzjoni, att skond il-
Formula G fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li hawn ma’ din il-Kodiċi illi
għandu jkun fih il-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) id-data ta’ l-att;
(b) l-isem, il-kunjom, id-dokument ta’ l-identità , l-età , il-
lok ta’ fejn twieled u fejn kien joqgħod, tal-mejjet;
  78      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(ċ) l-isem u l-kunjom ta’ missier u omm il-mejjet, u jekk
dawn humiex ħajjin jew mejtin;
(d) l-isem u l-kunjom tar-raġel jew tal-mara, jekk il-
persuna mejta kienet miżżewġa, jew armel jew armla;
(e) il-ħin, il-ġurnata, ix-xahar, is-sena u l-lok li fihom il-
persuna mietet, u fejn ġiet jew fejn għandha tiġi
midfuna;
(f) il-kaġun tal-mewt.
Setgħa ta’ l-uffiċjal 
biex jiġbor tagħrif.
302. L-uffiċjal fuq imsemmi, sabiex jiġbor jew jara jekk humiex
sewwa il-partikolaritajiet imsemmija fl-aħħar artikolu qabel dan
għandu l-istess setgħat li fl-artikolu 277 huma mogħtija lill-uffiċjal
inkarigat mill-kitba ta’ l-atti tat-twelid.
Dmirijiet ta’ l-
uffiċjali ta’ 
sptarijiet, eċċ.
303. (1) L-uffiċjal superjuri ta’ kull sptar, ospizju, jew istitut
ieħor ta’ karità  pubblika, għandu jfittex li jiġbor il-partikolaritajiet
imsemmija fl-artikolu 301(b), (ċ), u (d), dwar kull persuna li tkun
ġiet milqugħa fl-istitut li tiegħu huwa jkollu t-triġija, minn x’ħin
din il-persuna tiġi hemm milqugħa.
(2) Dan igħodd ukoll għall-uffiċjal superjuri ta’ kull ħabs, dwar
kull priġunier.
(3) Il-Pulizija għandha tagħti lill-uffiċjali fuq imsemmija dik l-
għajnuna li tkun tinħtieġ sabiex jistgħu jħarsu d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għall-
isptarijiet jew ħabsijiet militari jew navali.
Mewt fuq il-baħar. 
Emendat: 
XXII. 1939.6; 
IX. 1971.3;
XI. 1973.377; 
XVII. 1991.81.
304. (1) Meta xi persuna tmut fuq il-baħar, abbord ta’
bastiment irreġistrat f’Malta, il-kaptan għandu, fi żmien erbgħa u
għoxrin siegħa, iniżzel fil-ġurnal ta’ abbord nota tal-fatt ta’ dik il-
mewt bil-partikolaritajiet imsemmijin fl-artikolu 301.
(2) Meta bastiment bħal dak jasal f’Malta, l-Awtorità
Marittima ta’ Malta għandha tibgħat kopja ta’ dik in-nota lill-
uffiċjal inkarigat mill-kitba ta’ l-atti tal-mewt fil-Belt Valletta, u
dan għandu, bla dewmien, jagħmel l-att tal-mewt ta’ dik il-persuna. 
(3) Meta l-wasla ta’ bastiment bħal dak f’Malta ma ssirx fi
żmien tliet xhur wara l-imsemmija mewt, il-kaptan għandu, mhux
aktar tard minn tliet xhur wara l-imsemmija mewt, jibgħat kopja
tar-reġistrazzjoni relattiva lill-Awtorità  Marittima ta’ Malta li
għandha timxi dwarha daqslikieku l-imsemmi bastiment kien wasal
f’Malta.
L-atti tal-mewt 
għandhom jiġu 
ppreżentati għar-
reġistrazzjoni.
305. L-uffiċjal li jikteb att ta’ mewt, għandu, fi żmien jumejn
minn dak in-nhar li jikteb dak l-att, jippreżentah lid-Direttur għar-
reġistrazzjoni.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        79
Eżerċizzju tal-
funzjonijiet 
mogħtija lid-
Direttur. 
Miżjud: 
VI.1968.11. 
Emendat: 
XXXI.1986.4. 
Sostitwit: 
III.1994.11.
306. (1) Kull uffiċjal li jkollu l-grad ta’ Duttur fil-Liġijiet u
jew warrant biex jeżerċita l-professjoni ta’ avukat jew warrant
biex jeżerċita l-professjoni ta’ nutar pubbliku u li jkun jaqdi
dmirijietu fir-Reġistru Pubbliku jista’ jeżerċita l-funzjonijiet kollha
jew kull waħda mill-funzjonijiet li taħt xi disposizzjonijiet ta’ dan
il-Kodiċi jew ta’ xi liġi oħra huma mogħtija lid-Direttur tar-
Reġistru Pubbliku u dik il-liġi għandha tiftiehem skond hekk.
(2) Fl-eżerċizzju ta’ kull funzjoni tali, l-imsemmi uffiċjal
ikollu l-istess setgħat u l-istess obbligi kif inhuma mogħtija jew
imposti lid-Direttur, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (4).
(3) Il-kliem "iffirmati mid-Direttur" jew kliem ta’ effett simili,
b’riferenza għal ċertifikati ta’ l-istat ċivili, għandhom jittieħdu li
jinkludu kull siġill, emblema jew firma magħmula jew proċessati
b’mezzi fotografiċi, bl-istampa jew f’kull għamla oħra fid-
diskrezzjoni tad-Direttur kif ukoll awtentikati bil-firma ta’ l-
uffiċja1 li joħroġ iċ-ċertifikati li jkun awtorizzat għal dak il-għan
mid-Direttur.
(4) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan il-Kodiċi
jew xi liġi oħra, l-uffiċjali msemmija f’dan l-artikolu jkunu suġġetti
għall-awtorità , direzzjoni u kontroll ta’ Assistent Direttur hekk
delegat mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u f’dan l-artikolu
msejjaħ bħala Deputat Direttur:
Iżda l-eżerċizzju tas-setgħat tad-Deputat Direttur taħt dan l-
artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtorità  assoluta
tad-Direttur.
(5) Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu jkun l-unika
persuna kompetenti biex jirrapreżenta f’kull kapaċità  lir-Reġistru
Pubbliku f’kull proċeduri legali taħt dan il-Kodiċi jew xi liġi oħra.
  80      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
IT-TIENI KTIEB
FUQ IL-BENI
TAQSIMA I
FUQ IL-JEDDIJIET FUQ 1L-BENI
TIT LU I
Beni mobbli jew 
immobbli.
Il-ħwejjeġ kollha illi jistgħu jkunu l-oġġett ta’ proprjetà
Sub-titolu I
FUQ IL-BENI IMMOBBLI
308. Huma immobbli minnhom infishom -
a)
(b in-nixxigħat ta’ l-ilma;
( ) il-kanali magħmulin għat-tmexxija ta’ l-ilma ġewwa
(d is-siġar imħawlin fl-art;
( ) il-frottijiet ta’ l-art jew tas-siġar, sakemm m’humiex
(f kull ħaġa mobbli mgħaqqda ma’ fond bil-ħsieb li
tibqa’ ħaġa waħda miegħu għal dejjem.
kien hemm ħsieb ieħor, dik il-ħaġa titqies li tkun hekk
imgħaqqda ma’ fond, meta hija mwaħħla b’xi metall
tistax tiġi maqlugħa mingħajr ksur jew ħsara tal-ħaġa
nfisha jew tal-fond.
isiru mobbli.
309. (ċ , ( ),  e)  ( ) ta’ l-
mill-art, mis-siġra jew mill-bini, għalkemm ikunu għadhom ma
nġarrewx band’oħra:
Iżda, il-frottijiet ta’ l-art jew tas-siġar, ukoll qabel ma jiġux
maqlugħa jew maqtugħa, jitqiesu bħala mobbli għall-finijiet ta’ l-
ukoll meta huma l-oġġett ta’ bejgħ jew ta’ xi trasferiment ieħor,
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        81
bħala ħwejjeġ magħżula mill-art jew mis-siġra, u li għandhom
ikunu mifruda minnhom.
Ħwejjeġ immobbli 
minħabba 1-ħaġa li 
magħha għandhom 
x’jaqsmu.
310. Huma immobbli minħabba l-ħaġa li għandhom x’jaqsmu
magħha:
(a) id-dirett dominju inkella l-jedd tal-padrun dirett fuq il-
fond mogħti b’ċens, u l-utili dominju inkella l-jedd
taċ-ċenswalist fuq l-istess fond;
(b) il-jedd ta’ użufrutt, jew ta’ użu ta’ immobbli u l-jedd
ta’ abitazzjoni;
(ċ) is-servitujiet predjali;
(d) kull azzjoni biex tittieħed jew tintalab lura ħaġa
immobbli jew xi wieħed mill-jeddijiet imsemmijin fil-
paragrafi (a),  (b) u (ċ); jew biex immobbli jiġi
ddikjarat li ma jaqa’ taħt ebda wieħed minn dawk il-
jeddijiet; jew biex jintalab wirt jew sehem minnu, jew
il-leġittima jew xi sehem ieħor ta’ ħwejjeġ ta’ wirt
mogħti mil-liġi.
Tifsir ta’ "ħaġa 
immobbli".
311. Fil-kelmiet "ħaġa immobbli" jew "ħwejjeġ immobbli" u l-
kelma "immobbli", mingħajr ebda żieda jew ħaġ‘oħra li tillimita t-
tifsir tagħhom, jidħlu sew l-immobbli minnhom infishom, kemm il-
ħwejjeġ li jitqiesu bħala immobbli minħabba l-ħaġa li għandhom
x’jaqsmu magħha
Sub-titolu II
FUQ IL-BENI MOBBLI
Ben mobbli.
titbiddel is-sustanza tagħhom, jistgħu jmorru waħidhom jew
jinġarru minn banda għal oħra, huma mobbli minnhom infishom,
ukoll jekk dawk il-ħwejjeġ ikunu jagħmlu flimkien kollezzjoni jew
stock ta’ kummerċ.
Materjal li ġej 
minn ħatt ta’ bini.
313. ll-materjal li ġej minn ħatt ta’ bini, jew miġbur sabiex bih
jittalla’ bini ġdid, huwa mobbli sakemm ma jiġix użat fit-tlugħ ta’
bini.
Bastimenti, eċċ.
kostruzzjonijiet oħra li jżommu f’wiċċ l-ilma huma wkoll mobbli.
Azzjonijiet jew 
interessi 
f’soċjetajiet 
kummerċjali, eċċ.
315. Dawn li ġejjin huma mobbli għaliex hekk tqishom il-liġi:
(a) l-azzjonijiet jew interessi f’soċjetajiet kummerċjali
jew industrjali, ukoll jekk dawn is-soċjetajiet ikollhom
beni immobbli tagħhom; f’dan l-aħħar każ, dawn l-
azzjonijiet jew interessi jitqiesu mobbli għal kull
wieħed mis-soċji u għaż-żmien biss li tibqa’ s-soċjetà ;
(b) ir-renti perpetwi jew il-vitalizji, magħduda l-kapitali
bollali u l-krediti għal imgħaxijiet fuq kapitali
mqegħdin fil-fond li kien hawn fl-imgħoddi taħt l-isem
  82      ħ       
ta’ Massa Frumentarja, basta li dawn ir-renti perpetwi,
kapitali bollali u krediti ma jkunux soġġetti għal
(ċ b’mod ġenerali, l-obbligazzjonijiet, l-azzjonijiet, ukoll
jekk ipotekarji, u l-jeddijiet kollha, li ma jitqisux bħala
titolu qabel dan.
Tifsir ta’ "beni jew 
"oġġetti mobb1i" 
jew "sustanza 
316. Fil-kelmiet "beni jew ħwejjeġ mobbli", "oġġetti mobbli",
bniedem, mingħajr żieda jew ħaġ‘oħra li tillimita t-tifsir tagħhom
jidħlu sew il-ħwejjeġ mobbli minnhom infishom, kemm ukoll il-
tqishom il-liġi.
Tifsir ta’ "mobbli". (1) Hekk ukoll, fil-kelma "mobbli" użata f’liġi, mingħajr
minnhom infishom, kemm ukoll il-ħwejjeġ li hekk tqishom il-liġi.
( ) Iżda, il-kelma "mobbli", jekk użata f’disposizzjoni tal-
ħaġar fin, oġġetti ta’ metall prezzjuż jew ħwejjeġ li huma l-oġġett
ta’ kummerċ; lanqas ma jidħlu l-ħwejjeġ meqjusa bħala mobbli
Tifsir ta’ 
"għamara".
(1) Fil-kelma "għamara" tidħol il-għamara kollha tad-dar,
dar.
( ) Iżda, ma jidħlux kollezzjonijiet ta’ kotba, ta’ kwadri, jew
Tifsir tal-kelmiet 
"mill-għatba tad-
319. Fil-kelmiet "mill-għatba tad-dar ‘l ġewwa" jidħlu l-ħwejjeġ
ħaġar fin, mill-oġġetti ta’ metall prezzjuż li jservu għat-tiżjin tal-
persuna jew biex jintlibsu, mill-oġġetti li jinsabu fid-dar bla ħsieb
dokumenti tagħhom ikunu jinsabu fid-dar.
TIT LU II
À
Proprjet . 320. à  hija l-jedd li wieħed igawdi u li jiddisponi
użu ipprojbit mil-liġi.
Ħadd ma jista’ 
jitlaq minn idejh il-
proprjet  tiegħu. 
Emendat:
321. Ħadd ma jista’ jiġi mġiegħel jitlaq minn idejh il-proprjet
tiegħu jew iħalli li ħaddieħor jagħmel użu minnha, ħlief għal skop
pubbliku, u bil-ħlas ta’ indennizz ġust.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        83
Is-sid ta’ ħaġa 
għandu jedd 
jitlobha lura minn 
għand kull 
pussessur.
322. (1) Bla ħsara ta’ fejn il-liġi tgħid xort’oħra, is-sid ta’
ħaġa għandu jedd jitlobha lura mingħand kull pussessur.
(2) Il-pussessur li, wara li jkun ġie nnotifikat bit-talba
ġudizzjarja għar-radd tal-ħaġa, ma jkomplix, b’egħmil tiegħu
nnifsu, fil-pussess ta’ dik il-ħaġa, hu obbligat, bi spejjeż tiegħu, li
jerga’ jakkwista l-pussess tagħha għall-attur, jew, jekk ma jkunx
jista’ jagħmel hekk, li jħallsu tagħha daqs kemm tiswa, kemm-il
darba l-attur ma jagħzilx li jdur kontra l-pussessur attwali.
Min għandu l-
proprjetà  ta’ l-art 
għandu wkoll dik 
ta’ dak kollu li jkun 
fuq jew taħt l-art.
323. Kull min għandu l-proprjetà  ta’ l-art, għandu wkoll dik ta’
l-area ta’ fuqha, u ta’ dak kollu li jinsab fuq jew taħt wiċċ l-art; hu
jista’ jagħmel fuq l-art tiegħu kull bini jew taħwil, kif ukoll taħt l-
art, kull biċċa xogħol jew taħfir, u jieħu minnhom kull prodott li
jistgħu jagħtu, iżda, bla ħsara tad-disposizzjonijiet dwar is-
Servitujiet Predjali taħt it-Titolu IV tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb
ta’ dan il-Kodiċi u kull disposizzjoni oħra ta’ liġi dwar
fortifikazzjonijiet jew opri oħra ta’ difiza.
Il-bini, eċċ., fuq 
jew taħt l-art 
jingħadd tas-sid.
324. Kull bini, taħwil, jew biċċa xogħol, sew fuq jew taħt l-art,
jingħaddu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, li ġew
magħmula mis-sid bi flusu, u li huma tiegħu, iżda dan bla ħsara tal-
jeddijiet li ħaddieħor ikun akkwista.
Is-sid jista’ 
jġiegħel lill-ġar juri 
b’sinjali l-limiti 
tal-fondi tagħhom.
325. Kull sid jista’ jġiegħel lill-ġar jagħmel, bi spejjeż komuni,
sinjali li jidhru u li jibqgħu, biex juru l-limiti tal-fondi tagħhom li
jmissu ma’ xulxin.
Is-sid jista’ jagħlaq 
il-fond tiegħu.
326. Kull sid jista’ jagħlaq il-fond tiegħu, bla ħsara ta’ kull
servitù  li għaliha jkollu jedd ħaddieħor.
Il-beni bla sid 
huma tal-Gvern ta’ 
Malta.
Emendat:
A.L. 148 ta’ l-
1975.
327. Il-beni bla sid huma tal-Gvern ta’ Malta.
T  III
FUQ IL-JEDDIJIET TA’ UŻUFRUTT, TA’ UŻU U TA’ ABITAZZJONI
Sub-titolu I
FUQ L-UŻUFRUTT
X’inhu l-użufrutt.
tagħhom ħaddieħor għandu l-proprjetà , bl-obbligu li jżomm is-
sustanza tagħhom sew fil-materja kemm fil-għamla.
Meta fl-użufrutt 
ikun hemm 
ħwejjeġ li wieħed 
ma jistax jinqeda 
bihom bla ma 
jikkunsmahom.
329. Jekk fl-użufrutt ikun hemm ħwejjeġ li wieħed ma jistax
jinqeda bihom mingħajr ma jikkunsmahom, bħal flus, qmugħ, jew
xorb, l-użufruttwarju għandu jedd jinqeda bihom bl-obbligu li
jħallas kemm jiswew fuq stima li ssir tagħhom fil-bidu ta’ l-
użufrutt; fin-nuqqas ta’ din l-istima, huwa jista’ jagħżel jew li jrodd
ħwejjeġ fl-istess kwantità  u ta’ l-istess kwalità , inkella li jħallas is-
siwi tagħhom bil-prezz li jkun miexi fiż-żmien li jispiċċa l-użufrutt.
  84      ħ       
L-użufrutt hu 
magħmul mil-liġi 
bniedem.
330. L-użufrutt jiġi stabbilit jew mil-liġi jew mir-rieda tal-
bniedem; f’dan it-tieni każ, jekk l-użufrutt hu ta’ ħwejjeġ
magħmul b’att inter vivos
mill-waqt li l-att jiġi insinwat fir-Reġistru Pubbliku, fuq talba ta’
wieħed mill-interessati jew tan-nutar li jkun irċieva l-att.
(2 In-nota għall-insinwa ta’ l-att għandu jkun fiha l-ismijiet
tal-partijiet kif miġjuba f’dak l-att, id-data u x-xorta ta’ l-att, u
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, u għandha
tkun iffirmata min-nutar li jkun irċieva l-att.
jiġi magħmul taħt 
kondizzjoni, għal 
jew favur ta’ żewġ 
persuni partikolari 
331. (1)
jew għal żmien determinat.
( ) Jista’ jiġi magħmul favur ta’ persuna waħda partikolari jew
(3 Meta l-użufrutt hu magħmul favur ta’ iżjed minn persuna
waħda sabiex igawduh waħda wara l-oħra, l-użufrutt iseħħ biss
l-ewwel użufruttwarju.
§
Il-frottijiet imissu 
lill-użufruttwarju.
L-użufruttwarju għandu jedd għal kull xorta ta’ frottijiet,
sew naturali, industrjali, jew ċivili, illi tista’ tagħti l-ħaġa li tagħha
Frottijiet naturali, 
industrjali u ċivili.
(1) Huma frottijiet naturali dawk li l-art tagħti minnha
annimali, u dak li jagħtu l-barrieri tal-ġebel jew il-minjieri. 
( ) Huma frottijiet industrjali ta’ fond dawk illi jittieħdu bil-
(3 Huma frottijiet ċivili l-kera ta’ beni mikrija, iċ-ċnus, l-
imgħaxijiet ta’ kapitali, u r-renti ta’ kull sena.
industrjali 
mdendlin fil-
maqlugħa mill-
egħruq.
(1) Il-frottijiet naturali jew industrijali mdendlin fil-
użufrutt, imissu lill-użufruttwarju, bla ħsara tas-sehem li jmiss lill-
bidwi li jaħdem l-art bi sħab.
2)
maqlugħa mill-egħruq fiż-żmien li fih jispiċċa l-użufrutt, imissu
lis-sid, bla ħsara tas-sehem li jista’ jmiss lill-bidwi li jaħdem l-art
tiegħu għall-koltivazzjoni.
Il-frottijiet ċivili 
ġurnata b’ġurnata.
335.
jmissu lill-użufruttwarju skond ma jkun iż-żmien ta’ l-użufrutt
tiegħu.
336. Il-lawdemji ta’ l-enfitewsi jmissu lill-użufruttwarju.
vitalizju.
337.
ħlasijiet li jagħlqu minn ġurnata għal oħra matul iż-żmien ta’ l-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        85
użufrutt tiegħu; iżda huwa għandu jrodd kull ma jkun daħħal żejjed
bil-quddiem.
Meta fl-użufrutt 
ikun hemm 
ħwejjeġ li bil-ftit 
il-ftit jitgħarrqu bl-
użu.
338. Jekk fl-użufrutt ikun hemm ħwejjeġ illi, mingħajr ma jiġu
kkunsmati minnufih, jistgħu bil-ftit il-ftit jitgħarrqu bl-użu, l-
użufruttwarju għandu jedd jinqeda bihom għall-użu li għalih huma
maħsuba, u hu ma jkollux iroddhom, fi tmiem l-użufrutt, ħlief fl-
istat li fih ikunu jinsabu, basta li ma jkunux tgħarrqu b’qerq jew bi
ħtija tiegħu.
Siġar tal-frott.
imkissra b’xi aċċident, imissu lill-użufruttwarju, bl-obbligu li
jagħmel oħrajn flokhom.
L-użufruttwarju 
jista’ jċiedi t-
tgawdija tal-jedd 
tiegħu.
340. L-użufruttwarju jista’ jċedi t-tgawdija tal-jedd tiegħu sew
b’titolu gratuwitu kemm oneruż.
Il-kiri tal-beni 
jibqa’ jseħħ.
341. Il-kiri tal-beni jibqa’ jseħħ ukoll wara li jispiċċa l-użufrutt,
kemm-il darba dan il-kiri jkun sar taħt kondizzjonijiet ġusti u għal
żmien ta’ mhux aktar minn tmien snin, fil-każ ta’ raba’, jew erba’
snin, fil-każ ta’ bini, jew għal żmien kif hu soltu skond l-użu, fil-
każ ta’ ħwejjeġ mobbli, jew għal żminijiet iqsar miż-żminijiet hawn
fuq imsemmija rispettivament f’każ ta’ beni li l-kiri tagħhom għal
żmien li jaqbeż dak iż-żmien iqsar huwa pprojbit.
L-użufruttwarju 
jista’ jbiegħ il-
frottijiet imdendla.
342. L-użufruttwarju jista’ wkoll ibiegħ il-frottijiet mhux
maqtugħa jew mhux maqlugħa; u meta jiġri dan, jekk l-użufrutt
jispiċċa qabel il-qtugħ jew il-qlugħ tal-frottijiet, il-bejgħ jibqa’
jseħħ, u s-sid ikollu l-jedd għall-prezz ta’ dawk il-frottijiet li jkunu
għadhom ma nqatgħux jew ma nqalgħux:
Iżda s-sid m’għandux azzjoni kontra x-xerrej illi jkun ħallas
lill-użufruttwarju l-prezz ta’ dawk il-frottijiet qabel it-tmiem ta’ l-
użufrutt.
L-użufruttwarju 
jgawdi 1-jeddijiet 
ta’ servitujiet.
343. L-użufruttwarju għandu jedd igawdi, l-istess bħas-sid, kull
jedd ta’ servitù  mgħaqqda ma’ fond li tiegħu jkollu l-użufrutt, u,
b’mod ġenerali, il-jeddijiet kollha li s-sid jista’ jgawdi.
L-użufruttwarju 
jgawdi 1-barrieri 
tal-ġebel ġà  
miftuħa.
344. L-użufruttwarju jgawdi wkoll il-barrieri tal-ġebel li jkunu
ġà  miftuħa u li jkunu qegħdin jinħadmu fiż-żmien li huwa jidħol
fil-jedd ta’ l-użufrutt; iżda ma jistax jiftaħ barrieri ġodda.
L-użufruttwarju 
m’għandux jedd 
fuq it-teżor misjub.
345. L-użufruttwarju m’għandux jedd fuq it-teżor misjub matul
iż-żmien ta’ l-użufrutt, ħlief għas-sehem li jkun imissu minnu,
skond il-liġi, talli jkun sabu.
L-egħmil tas-sid 
ma jistax ikun ta’ 
ħsara għall-
jeddijiet ta’ 1-
użufruttwarju.
346. Is-sid ma jistax b’egħmilu, jew b’kull mod ieħor, jagħmel
ħsara lill-jeddijiet ta’ l-użufruttwarju.
L-użufruttwarju 
ma jista’jitlob ebda 
ħlas għall-
benefikati.
347. (1) L-użufruttwarju ma jistax, fit-tmiem ta’ l-użufrutt,
jitlob ebda ħlas għall-benefikati ta’ kull xorta li jkun għamel,
lanqas jekk bihom ikun żdied ħafna s-siwi tal-ħaġa.
(2) Iżda, dawk il-benefikati jistgħu jittieħdu b’qies fil-kalkolu
tal-ħsarat li l-użufruttwarju jkollu jwieġeb għalihom.
(3) Meta ma jkun hemm lok għal ebda tpattija taħt is-
  86      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
subartikolu (2), l-użufruttwarju jista’ jieħu lura dawk il-benefikati
li jistgħu jiġu maqlugħa bi profitt għalih, u bla ħsara lill-fond,
kemm-il darba s-sid ma jagħżilx li jżommha, billi jħallas lill-
użufruttwarju somma daqs kemm dan jista’ jikseb kieku kellu
jaqlagħhom mill-fond.
L-użufruttwarju 
jista’ jeżerċita kull 
azzjoni reali li 1-
liġi tagħti lis-sid.
348. L-użufruttwarju jista’ jeżerċita kull azzjoni reali li l-liġi
tagħti lis-sid.
§  II. FUQ L-OBBLIGI TA’ L-UŻUFRUTTWARJU
L-użufruttwarju 
jieħu l-ħwejjeġ fl-
istat li jkunu meta 
jibda l-użufrutt.
349. (1) L-użufruttwarju jieħu l-ħwejjeġ suġġetti għall-
użufrutt fl-istat li jkunu jinsabu fil-waqt li jitnissel il-jedd għall-
użufrutt.
(2) Fit-tmiem ta’ l-użufrutt, hu għandu jroddhom fl-istat li
jkunu f’dak iż-żmien, bla ħsara ta’ l-indennizz li jkollu jagħti għall-
ħwejjeġ li jkunu tgħarrqu bi ħtija tiegħu.
Formazzjoni ta’ l-
inventarju.
350. L-użufruttwarju ma jistax jibda jeżerċita l-jeddijiet tiegħu
fuq il-ħwejjeġ li jkunu suġġetti għall-użufrutt qabel ma jagħmel
inventarju ta’ dawk il-ħwejjeġ, li għandu jkun fih deskrizzjoni tal-
ħwejjeġ mobbli bis-siwi tagħhom, u ta’ l-istat ta’ l-immobbli,
kemm-il darba l-użufruttwarju ma jkunx ġie meħlus milli jagħmel
dak l-inventarju bl-att li joħloq l-użufrutt.
Kif għandu jsir l-
inventarju.
351. (1) L-inventarju għandu jsir quddiem is-sid, jew wara li l-
użufruttwarju jkun sejjaħlu, imqar b’ittra uffiċjali, sabiex ikun
hemm.
(2) L-inventarju għandu jsir b’att pubbliku, kemm-il darba bl-
att li joħloq l-użufrutt ma tkunx ingħatat is-setgħa sabiex isir
b’kitba privata, u s-sid ma jagħtix il-kunsens sabiex isir hekk.
(3) Kemm-il darba fl-att li joħloq l-użufrutt ma jkunx jingħad
xort’oħra, l-ispejjeż ta’ l-inventarju jbatihom l-użufruttwarju.
Garanzija li 
għandha tingħata 
mill-użufruttwarju.
352. (1) Hekk ukoll, l-użufruttwarju ma jistax, kemm-il darba
ma jkunx ġie meħlus fl-att li joħloq l-użufrutt, jibda jeżerċita l-
jeddijiet tiegħu fuq il-ħwejjeġ li jkunu suġġetti għall-użufrutt
qabe1 ma jagħti garanzija li jgawdi dawk il-ħwejjeġ hekk suġġetti
bħala missier tajjeb tal-familja, li jrodd il-ħwejjeġ mobbli u s-siwi
tal-ħwejjeġ imsemmijin fl-artikolu 329, u li jagħmel tajba l-ħsarat
li jsiru bi ħtija tiegħu, sew fil-ħwejjeġ mobbli kemm immobbli.
(2) Is-somma tal-garanzija, għall-finijiet ta’ l-iskrizzjoni
ipotekarja, titqies fuq is-somma tal-kapitali li għandhom jingħataw
f’idejn l-użufruttwarju, jew li jintraddu lilu matul l- użufrutt, fuq
is-siwi tal-ħwejjeġ mobbli, u fuq kemm jistgħu jiswew it-tiswijiet
ta’ l-immobbli, illi x’aktarx ikunu meħtieġa fiż-żmien ta’ ħames
snin, u illi, skond il-liġi, għandhom isiru mill-użufruttwarju.
(3) Il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tnaqqas din is-somma; u
f’dak il-każ, jekk mis-somma tal-garanzija ma jifdal xejn jew jekk
is-somma tal-garanzija ssir mhix biżżejjed qabel it-tmiem ta’ l-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        87
użufrutt, l-użufruttwarju għandu jagħti garanzija ġdida, u, fin-
nuqqas ta’ din, igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 355.
Min mhux obbligat 
jagħti garanzija.
353. Iżda, mhumiex obbligati jagħtu garanzija -
(a) dawk li l-użufrutt tagħhom ġej mil-liġi;
(b) il-bejjiegħ jew id-donatur li jkun żamm għalih l-
użufrutt;
(ċ) l-użufruttwarju ta’ ħwejjeġ amministrati jew li
għandhom ikunu amministrati minn ħaddieħor.
Żmien li fih jitlob 
garanzija.
354. Is-sid jista’ jitlob il-garanzija, meta meħtieġa, sew qabel
kemm fiż-żmien ta’ sena wara li l-użufruttwarju jkun beda jeżerċita
l-jeddijiet tiegħu fuq il-ħwejjeġ li jkunu suġġetti għall-użufrutt;
wara li tagħlaq is-sena hawn fuq imsemmija, is-sid ma jkollux jedd
jitlob il-garanzija ħlief jekk jipprova li l-istat jew l-imġieba ta’ l-
użufruttwarju tbiddlu b’mod li b’hekk l-esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjonijiet tiegħu hija mqiegħda f’periklu.
Meta l-
użufruttwarju 
jonqos li jagħti 
garanzija.
355. Jekk l-użufruttwarju jonqos li jagħti garanzija, meta
meħtieġa, fiż-żmien mogħti mill-qorti, din, fuq talba tas-sid, taħtar
persuna kompetenti sabiex tamministra l-ħwejjeġ li jkunu suġġetti
għall-użufrutt, fl-interess sew tas-sid kemm ta’ l-użufruttwarju. 
L-amministratur 
għandu jbigħ il-
ħwejjeġ mobbli, 
eċċ.
356. L-amministratur għandu jbigħ il-ħwejjeġ mobbli u
jimpjega bl-imgħax il-prezz li jdaħħal mill-bejgħ tagħhom; għandu
wkoll jimpjega kull somma oħra ta’ flus li tkun tinsab fil-
patrimonju ta’ l-użufrutt jew li tidħol minn radd ta’ kapitali matul
iż-żmien ta’ l-użufrutt.
L-amministratur 
jista’ jitbiegħed 
mir-regola 
stabbilita  f1-
artikolu 356.
357. (1) L-amministratur jista’, bil-kunsens tas-sid u ta’ l-
użufruttwarju, jitbiegħed mir-regola stabbilita fl-aħħar artikolu
qabel dan.
(2) Il-qorti tista’ wkoll, għal raġuni tajba, fuq talba tas-sid jew
ta’ l-użufruttwarju, tiddispensa mill-bejgħ tal-ħwejjeġ mobbli, jew
tordna li l-flus jiġu impjegati xort’oħra minn kif hemm imsemmi fl-
aħħar artikolu qabel dan, kemm-il darba dan ikun jista’ jsir bla
ħsara ta’ l-interessi tal-konvenut.
Setgħa tal-qorti 
meta l-
użufruttwarju ma 
jsibx garanzija.
358. Jekk l-użufruttwarju jiddikjara bil-ġurament li ma setax
isib garanzija, il-qorti tista’ tordna li dar u l-għamara meħtieġa
għall-abitazzjoni u għall-użu personali tiegħu nnifsu u tal-familja
tiegħu jiġu kkunsinnati lilu, mingħajr garanzija, bl-obbligu li
jroddhom fit-tmiem ta’ l-użufrutt.
Dmir ta’ l-
amministratur li 
jagħti kont.
359. (1) L-amministratur għandu jagħti, kull sena, kont ta’ l-
amministrazzjoni tiegħu lill-użufruttwarju, u jħallas lilu l-bilanċ.
(2) Fit-tmiem ta’ l-amministrazzjoni, l-amministratur għandu
jagħti kont sew lis-sid kemm lill-użufruttwarju.
Tneħħija ta’ 1-
amministratur.
360. L-amministratur jista’, f’kull żmien, jiġi mneħħi għal
raġuni tajba, fuq talba tas-sid jew ta’ l-użufruttwarju.
L-użufruttwarju 
jista’ jieħu f’idejh 
l-
amministrazzjoni.
361. L-użufruttwarju jista’, f’kull żmien, jagħti garanzija u
jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tal-beni.
  KAP. 16.      KODIĊI ĊIVILI
lill-użufruttwarju.
F’ebda każ id-dewmien fil-għoti tal-garanzija ma jtellef
frottijiet imissu lilu minn kif jibda l-jedd ta’ l-użufrutt.
sugġetti għal 
363.
It-tiswijiet straordinarji jmissu lis-sid, iżda dawn it-tiswijiet imissu
ma jkunux saru t-tiswijiet ordinarji, fosthom ukoll dawk li kienu
Tiswijiet  364.
travi, u t-tiġdid għal kollox tal-bjut, ta’ torġien, jew ta’ ċangar ta’
Ħlas lura ta’ 
mill-użufruttwarju 
jmissu lis-sid.
(1)
lis-sid jagħmel it-tiswijiet li jmissu lilu; iżda, jekk is-sid ma jkunx
li tagħtih is-setgħa jagħmilhom huwa, u li jitlob mingħand is-sid,
mingħajr imgħaxijiet, basta li dawk it-tiswijiet ikunu għadhom utili
Iżda l-użufruttwarju jkollu biss jedd jitlob lura l-ħlas ta’
żmien tat-talba, kemm-il darba hu ma jagħtix lis-sid kont ta’ l-
ispiża, fi żmien sitt xhur minn dak in-nhar li jkunu tlestew it-
( )
xahrejn, ma jiddikjarax li jrid jattakkah.
irid jagħmel it-
straordinarji.
(1)
hu għandu jedd jieħu lura mingħand l-użufruttwarju, matul l-
( )
fiha l-kont ta’ dik in-nefqa jkun ġie appruvat mill-użufruttwarju,
Tiġrif ta’ biċċa 
minħabba qdumija, 
367. Id-disposizzjonijiet tal-aħħar żewġ artikoli qabel dan
jew taqa’ biċċa minn bini li jkun aċċessorju meħtieġ għat-tgawdija
l-oġġett prinċipali ta’ l-użufrutt.
2 Sabiex jiġi stabbilit jekk il-biċċa mwaqqa’ tal-bini, li jkun
jittieħed qies mhux biss għal fejn dik il-biċċa kienet iddestinata,
meqjusa man-nefqa li kienet tkun meħtieġa li kieku l-bini kollu
L-użufruttwarju 
jħallix lis-sid 
368.
mod li jġib l-anqas xkiel lill-użufruttwarju, it-tiswijiet u x-
Nefqa li tmiss lill- 369. In-nefqa għat-tibjid ta’ bini, jew għat-tnaddif ta’ bjar
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        89
tmiss lill-użufruttwarju.
lis-sid.
jiġu mniffdin mad-drenaġġ pubbliku jew ma’ sfog ieħor, kif ukoll
in-nefqa għall-ħatt ta’ bini li jkun jinsab f’perikolu ta’ tiġrif, tmiss
lis-sid; u jekk l-użufruttwarju jkun imġiegħel jagħmel dawk ix-
xogħlijiet, hu jista’ jdur kontra s-sid.
L-użufruttwarju 
għandu jħallas iċ-
ċens, eċċ.
370. L-użufruttwarju għandu jħallas iċ-ċens u piżijiet oħra ta’
kull sena li jkun hemm fuq il-fond.
L-użufruttwarju ta’ 
fond partikolari 
wieħed jew iżjed 
mhux obbligat 
għall-ħlas tal-
piżijiet li jkun 
hemm fuqhom.
371. L-użufruttwarju ta’ fond partikolari wieħed jew iżjed mhux
obbligat għall-ħlas tad-djun li għalihom xi wieħed minn dawk il-
beni jkun ipotekat, lanqas hu obbligat għall-ħlas ta’ ebda renta li
jkun hemm fuqhom; u jekk hu jiġi mġiegħel iħallas, ikollu jedd idur
kontra s-sid.
L-użufruttwarju ta’ 
assi għandu jħallas 
il-manteniment, ir-
renta, eċċ.
372. (1) L-użufruttwarju ta’ assi sħiħ, jew ta’ sehem ta’ assi,
huwa obbligat iħallas, fil-proporzjon tat-tgawdija tiegħu, u
mingħajr jedd li jitlobhom lura, is-somom li għandhom jingħataw
għall-manteniment, ir-renti perpetwi jew vitalizji, u l-imgħaxijiet
tad-djun li jkun hemm fuq l-assi.
(2) Meta jmissu jitħallas kapital, jekk l-użufruttwarju jkun irid
joħroġ minn tiegħu s-somma, din għandha tintradd lilu mis-sid,
mingħajr imgħax, fit-tmiem ta’ l-użufrutt.
(3) Jekk l-użufruttwarju ma jkunx irid joħroġ minn tiegħu din
is-somma, is-sid jista’ jħallas jew bi flusu, u, f’dan il-każ, l-
użufruttwarju għandu, matul l-użufrutt, jagħtih l-imgħaxijiet fuq
dawk il-flus, inkella, bil-bejgħ ta’ biċċa mill-bini li jkun suġġett
għall-użufrutt, daqs kemm ikun jilħaq id-dejn.
Spejjeż ta’ kawżi 
dwar l-użufrutt, 
eċċ.
373. (1) L-ispejjeż tal-kawżi dwar l-użufrutt biss, imissu lill-
użufruttwarju.
(2) L-ispejjeż tal-kawżi dwar il-proprjetà  biss, imissu lis-sid.
(3) L-ispejjeż tal-kawżi sew dwar l-użufrutt kemm ukoll dwar
il-proprjetà  għandhom jitħallsu mis-sid; iżda l-użufruttwarju
għandu jgħaddi lis-sid l-imgħax fuqhom matul l-użufrutt.
Fatti li bihom 
wieħed jieħu jew 
jidħol f’beni taħt 
użufrutt.
374. L-użufruttwarju għandu, taħt piena tal-ħlas tad-danni,
jgħarraf lis-sid, mingħajr dewmien, b’kull att li bih ħaddieħor
jużurpa jew jagħmel ħsara lill-jeddijiet tas-sid.
Użufrutt fuq 
annimal wieħed 
jew iżjed li 
flimkien ma 
jagħmlux merħla,
375. Jekk l-użufrutt ikun fuq annimal wieħed jew iżjed, li
flimkien ma jagħmlux merħla, u dawn l-annimali jinqerdu mingħajr
ħtija ta’ l-użufruttwarju, dan m’għandux lejn is-sid ħlief l-obbligu
li jagħtih kont tal-ġlud tagħhom jew ta’ kemm jiswew.
jew fuq merħla.
fuq merħla, u din tinqered kollha mingħajr ħtija ta’ l-użufruttwarju.
(2) Iżda, jekk il-merħla ma tinqeridx kollha, l-użufruttwarju hu
obbligat iqiegħed oħrajn minflok l-irjus meqruda, iżda mhux iżjed
min-numru ta’ l-annimali mwielda mill-bidu ta’ l-użufrutt u li
jkunu għadhom fil-pussess tiegħu u ta’ dawk li jitwieldu wara li l-
merħla tkun bdiet tonqos min-numru li kien fiha fil-bidu.
90      ħ    
Sigurt  ta’ 
għall-użufrutt.
(1)
jonqos milli jassigurah, huwa jwieġeb għat-telfa tal-bastiment u
( )
meħlus, sa’ l-ammont ta’ l-assigurazzjoni, billi jċiedi lis-sid kull
dejjem għall-użufruttwarju.
III. FUQ KIF JISPIĊĊA L-UŻUFRUTT
użufrutt.
L-użufrutt jispiċċa -
a bil-mewt ta’ l-użufruttwarju;
b bl-egħluq taż-żmien li għalih ikun ġie magħmul;
ċ bil-konsolidazzjoni jew bil-għaqda f’waħda u l-istess
sid;
d billi ma jsirx użu mill-jedd għal żmien ta’ tletin sena;
e bit-telfa għal kollox tal-ħaġa li fuqha l-użufrutt ikun
Tmiem ta’ l-
li l-użufruttwarju 
379. L-użufrutt jista’ jispiċċa wkoll billi l-użufruttwarju
jew billi jħallihom jitgħarrqu minħabba nuqqas ta’  tiswijiet
( ) à
ċirkostanzi, minflok ma tiddikjara l-użufrutt mitluf għal kollox, jew
taħt il-kondizzjoni li jħallas kull sena lill-użufruttwarju, jew lil
ta’ l-użufrutt.
3 L-użufruttwarju, kif ukoll kull wieħed mill-kredituri tiegħu,
radd tal-beni hawn fuq imsemmija, billi joffri li jagħmel it-tiswijiet
obbligazzjoni fiż-żmien li jiġi mogħti mill-qorti, basta li l-offerta
talba tas-sid, jew fi żmien ħmistax-il ġurnata minn dak in-nhar li s-
Iż-żmien ta’ 
favur ta’ korp 
380.
jistax ikun ta’ iżjed minn tletin sena; u jekk l-użufrutt jiġi magħmul
ikun jiswa biss għal tletin sena.
persuna oħra tasal 
à
381.
et , idum għal dak iż-żmien kollu, ukoll jekk dik il-persuna tmut
à
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        91
jew favur ta’ żewġ 
persuni jew iżjed 
flimkien.
382. L-użufrutt magħmul favur ta’ żewġ persuni jew iżjed
flimkien, skond l-artikoli 738 u 739, ma jispiċċax ħlief bil-mewt
tal-persuna li tmut l-aħħar, u s-sehem ta’ kull waħda minn dawn il-
persuni li tmut qabel l-oħrajn, jiżdied ma’ l-ishma ta’ dawk li
jibqgħu ħajjin.
Bejgħ tal-ħaġa 
suġġetta għal 
użufrutt.
383. Il-bejgħ tal-ħaġa suġġetta għall-użufrutt ma jġib ebda tibdil
fil-jedd ta’ l-użufruttwarju; u huwa jibqa’ jgawdi l-użufrutt, kemm-
il darba ma jkunx irrinunzja għalih.
1l-kredituri ta’ 1-
użufruttwarju 
jistgħu jitolbu li 
rinunzja għall-
użufrutt tiġi 
ddikjarata nulla. 
384. Il-kredituri ta’ l-użufruttwarju jistgħu jitolbu li tiġi
ddikjarata nulla r-rinunzja għall-użufrutt, li l-użufruttwarju jkun
għamel bi ħsara tagħhom.
Jekk tinqered biċċa 
biss tal-ħaġa 
suġġetta għal 
użufrutt.
385. Jekk il-ħaġa suġġetta għall-użufrutt tinqered biss f’biċċa, l-
użufrutt jibqa’ jseħħ fuq il-biċċa li tifdal.
Jedd ta’ l-
użufruttwarju fuq 
1-art jew il-
materjal ta’ bini li 
jiġġarraf.
386. (1) Jekk l-użufrutt ikun magħmul fuq bini biss, u dan il-
bini jiġġarraf minħabba qdumija jew jiġi meqrud b’aċċident, l-
użufruttwarju ma jkollux jedd għat-tgawdija ta’ l-art jew tal-
materjal.
(2) Iżda, jekk l-użufrutt kien magħmul fuq fond, li minnu dak
il-bini ma kienx jagħmel ħlief sehem, l-użufruttwarju għandu jedd
igawdi l-art, u jista’ jinqeda bil-materjal, sew biex itella’ mill-ġdid
il-bini li jkun waqa’, jew biex isewwi partijiet oħra tal-fond suġġett
għall-użufrutt.
(3) F’kull wieħed mill-każijiet hawn fuq imsemmija, jekk il-
bini ma jiġix meqrud, jew ma jiġġarrafx ħlief f’biċċa, l-
użufruttwarju jibqa’ fil-jedd li jgawdi l-art u l-materjal.
Meta 1-użufrutt 
ikun ta’ bastiment 
li ma jistax 
jissewwa.
387. Meta l-użufrutt ikun ta’ bastiment, u dan il-bastiment ikun
fi stat li ma jistax jissewwa, l-użufrutt jispiċċa.
L-użufrutt ta’ renta 
jew kreditu ma 
jispiċċax bir-radd 
tal-kapital.
388. L-użufrutt ta’ renta jew ta’ kreditu ma jispiċċax bir-radd
tal-kapital; l-użufruttwarju jista’ jimpjega mill-ġdid dak il-kapital
jew, skond il-każ, jitlob li jarġa’ jiġi mpjegat bi profitt għalih.
Sub-titolu II
FUQ L-UŻU U L-ABITAZZJONI
Kif jinkisbu u 
jintilfu l-jeddijiet 
ta’ użu u ta’ 
abitazzjoni.
389. Il-jeddijiet ta’ użu u ta’ abitazzjoni jinkisbu u jintilfu l-
istess bħall-jedd ta’ użufrutt.
Il-għoti tal-
jeddijiet ta’ użu u 
ta’ abitazzjoni 
għandu jsir b’att 
pubbliku.
390. Il-jeddijiet ta’ użu u ta’ abitazzjoni ma jistgħux jiġu
mogħtija lis-sid ħlief b’att pubbliku, u dawn il-jeddijiet ma jibdewx
iseħħu kontra t-terzi qabel ma l-att jiġi iskritt fir-Reġistru Pubbliku,
fuq talba ta’ waħda jew oħra mill-partijiet interessati, jew tan-nutar
li jkun irċieva l-att. In-nota ta’ l-iskrizzjoni ta’ l-att għandha ssir
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 330(2).
  92      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta fl-att ma 
jingħadx sa fejn 
jasal il-jedd ta’ użu 
jew ta’ abitazzjoni.
391. Jekk il-limiti tal-jedd ta’ użu jew ta’ abitazzjoni ma jiġux
stabbiliti fl-att li joħloq dan il-jedd, għandhom jitħarsu r-regoli
miġjubin fl-artikoli li ġejjin.
Tifsir ta’ "jedd ta’ 
użu".
392. (1) L-użu huwa l-jedd reali li wieħed jinqeda bil-ħaġa ta’
ħaddieħor, jew li jiehu l-frottijiet tagħha, iżda biss sakemm hu
meħtieġ għall-bżonnijiet tiegħu nnifsu u tal-familja tiegħu. 
(2) Il-jedd ta’ użu ta’ dar huwa l-istess bħall-jedd ta’
abitazzjoni.
(3) Il-jedd ta’ użu ta’ ħwejjeġ li jiġu kkunsmati bl-użu jitqies
bħala użufrutt.
Tifsir ta’ "jedd ta’ 
abitazzjoni".
393. L-abitazzjoni huwa l-jedd reali li wieħed joqgħod flimkien
mal-familja tiegħu u skond il-kondizzjonijiet tiegħu, f’dar li tkun
ta’ ħaddieħor.
Tifsir ta’ "familja". 394. Għall-finijiet ta’ l-aħħar żewġ artikoli qabel dan, fil-kelma
"familja" jidħlu wkoll it-tfal imwielda wara l-bidu tal-jedd ta’ użu
jew ta’ abitazzjoni, għad li l-persuna li lilha jkun ġie mogħti dak il-
jedd ma kinitx miżżewġa fiż-żmien li jkun beda dak il-jedd, kif
ukoll it-tfal naturali li jkunu ġew magħrufa, it-tfal adottivi, u s-
sefturi.
Inventarju u 
garanzija.
395. (1) Dak li lilu jiġi mogħti l-jedd ta’ użu jew ta’
abitazzioni għandu jagħmel inventarju u jagħti garanzija bħal fil-
każ ta’ użufrutt.
(2) Il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tagħti l-ħelsien mill-
obbligu tal-garanzija.
Min għandu dan il-
jedd għandu jimxi 
bħal missier tajjeb 
ta’ familja.
396. Dak li għandu l-jedd ta’ użu jew ta’ abitazzjoni għandu
jgawdih bħal missier tajjeb ta’ familja.
Dmirijiet ta’ dak li 
għandu t-tgawdija.
397. (1) Jekk dak li għandu l-jedd ta’ użu ta’ fond, jikkonsma
l-frottijiet kollha tiegħu, jew, jekk għandu l-jedd ta’ abitazzjoni,
jokkupa d-dar kollha, huwa għandu jħallas iċ-ċnus u l-piżijiet l-
oħra ta’ kull sena fuq il-fond, l-ispejjeż biex tinħadem l-art, u
għandu jagħmel it-tiswijiet ordinarji bħall-użufruttwarju.
(2) Iżda, jekk jieħu biċċa biss mill-frottijiet, jew jokkupa biċċa
biss mid-dar, għall-ħlas fuq imsemmi joħrog sehem skond ma jkun
igawdi.
Jekk il-frottijiet ma 
jkunux aktar mill-
bżonn ta’ dak li 
jkollu l-jedd ta’ l-
użu.
398. (1) Jekk il-frottijiet li soltu jagħti l-fond ma jkunux aktar
minn kemm jiħtieg dak li jkollu l-użu tiegħu, dan għandu l-jedd
jitlob li l-fond jiġi mogħti f’idejh.
(2) Iżda, jekk hu ma jkollux bżonn ħlief ta’ biċċa mill-frottijiet,
m’għandux jedd jitlob ħlief dak is-sehem ta’ frottijiet in natura; u,
f’dak il-każ, l-amministrazzjoni tal-fond tibqa’ f’idejn is-sid, u ma
jkunx hemm lok għall-obbligu tal-garanzija u ta’ l-inventarju.
Il-jeddijiet ta’ użu 
u ta’ abitazzjoni 
ma jistgħux jiġu 
ċeduti, eċċ.
399. Il-jeddijiet ta’ użu u ta’ abitazzjoni ma jistgħux jiġu ċeduti
jew jingħataw b’kiri, u m’humiex suġġetti għad-djun ta’ dak li
jkollu dawk il-jeddijiet.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        93
Titolu IV
FUQ 1S-SERVITUJIET PREDJALI
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
X’inhija servitù .
fuq fond ta’ ħaddieħor, sabiex isir użu minn dan il-fond ta’
ħaddieħor jew sabiex ma jitħalliex li sidu juża minnu kif irid.
(2) Il-fond li fuqu jkun hemm is-servitù  jissejjaħ fond serventi;
u l-fond li għall-vantaġġ tiegħu s-servitù  tiġi maħluqa jissejjaħ il-
fond dominanti.
Kif tinħoloq is-
servitù .
401. Is-servitujiet jinħolqu mil-liġi, jew mill-fatt tal-bniedem.
Sub-titolu I
FUQ IS-SERVITUJIET MAĦLUQA MIL-LIĠI
Servitujiet 
maħluqa għall-
utilità  pubblika jew 
privata.
402. (1) Is-servitujiet maħluqa mil-liġi għall-utilità  pubblika
huma stabbiliti minn liġijiet jew regolamenti speċjali.
(2) ll-liġi toħloq ukoll servitujiet għall-utilità  privata; u dawn
is-servitujiet huma dawk stabbiliti bid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan is-sub-titolu.
§  I. FUQ IS-SERVITUJIET LI JIĠU MILL-POSIZZJONI TAL-LOK
Dmirijiet ta’ sidien 
il-fondi.
403. (1) Il-fondi f’invell aktar baxx huma suġġetti lejn il-fondi
f’invell ogħla li jilqgħu l-ilmijiet u ħwejjeġ oħra li minn dawn
inixxu jew jaqgħu waħidhom, mingħajr il-fatt tal-bniedem.
(2) Is-sid tal-fond aktar fil-baxx ma jista’ jagħmel ebda ħaġa li
tista’ żżomm dik in-nixxiegħa jew twaqqigħ.
(3) Is-sid tal-fond aktar fil-għoli ma jista’ lanqas jagħmel ebda
ħaġa li tagħmel iżjed gravuża s-servitù  tal-fond aktar fil-baxx. 
Nixxiegħa ta’ ilma.
jinqeda biha kif irid, bla ħsara ta’ xi jedd li s-sid tal-fond aktar fil-
baxx ikun kiseb bis-saħħa ta’ xi titolu jew tal-preskrizzjoni.
Ilma għaddej fit-
triq pubblika.
405. (1) Is-sid tal-fond aktar fil-għoli jista’ jsewwaq għall-
fond tiegħu l-ilma li jgħaddi minn fuq it-triq pubblika, bi
preferenza fuq dak tas-sid tal-fond li jinsab aktar fil-baxx.
(2) Fil-każ ta’ sidien li l-fondi tagħhom ikunu qegħdin f’invell
wieħed, kull wieħed minn dawn is-sidien jista’ jsewwaq għall-fond
tiegħu l-ilma li jgħaddi minn dak in-nofs tat-triq li jmiss ma’ dak il-
fond.
  94      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta  l-ilma hu 
meħtieġ għall-użu 
tal-bniedem, eċċ.
406. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
jgħoddux jekk wieħed mis-sidien ikun jinħtieg l-ilma għall-użu tal-
bniedem, jew biex jisqi annimali jew biex isaqqi siġar li soltu
jissaqqew; f’dan il-każ, il-jedd ta’ preferenza fuq oħrajn li jkunu
jridu l-ilma għal ħaġ‘oħra, imiss -
(a) lill-persuna li tiħtieġ l-ilma għall-użu tal-bniedem;
(b) lill-persuna li tiħtieġ l-ilma għax-xorb ta’ l-annimali;
(ċ) lill-persuna li tiħtieġ l-ilma għat-tisqija tas-sigar.
§  II. FUQ IL-ĦITAN U FOSSIJIET LI JIFIRDU FOND MINN IEĦOR 
TA’ MA’ ĠENBU
Ħajt diviżorju. 
Emendat: 
LV. 1975.4.
407. Il-ħajt li qiegħed biex jaqsam bini minn bini ieħor, jew bini
minn fond ta’ xorta oħra, għandu jkun ta’ ħxuna ta’ mhux anqas
minn tmienja u tletin ċentimetru.
Kif għandu 
jinbena.
408. Il-ħajt li jaqsam żewġ btieħi, ġonna jew għelieqi, jista’
jinbena tas-sejjieħ, iżda għandu jkun -
Għoli. (a) għoli tliet metri u nofs, jekk ikun bejn żewġ btieħi, jew
bejn żewġ ġonna illi fihom l-aktar li jkun hemm siġar
tal-larinġ jew tal-lumi;
(b) għoli żewg metri u erbgħin ċentimetru, jekk ikun bejn
żewġ ġonna illi fihom ikun hemm l-aktar siġar ta’
xorta oħra minn dawk hawn fuq imsemmija; u
(ċ) għoli metru u nofs, jekk ikun bejn żewġ għelieqi.
Ta’ min jitqies li 
huwa l-ħajt 
diviżorju.
409. (1) Jekk ma jkunx hemm sinjal jew prova oħra li juru l-
kuntrarju, il-ħajt li qiegħed biex jaqsam bini minn bini ieħor jitqies
li huwa komuni sal-quċċata, u, meta dan il-bini u l-ieħor ma jkunux
ta’ għoli wieħed, sa metru u tmenin ċentimetru minn fejn wieħed
mill-bini jibda biex ikun aktar għoli.
(2) Il-biċċa tal-ħajt li taqbeż metru u tmenin ċentimetru fuq l-
għoli tal-bini l-aktar baxx, titqies li hija tas-sid tal-bini aktar għoli.
(3) Jekk min-naħa waħda jkun hemm bini, u, min-naħa l-oħra
bitħa, ġnien jew għalqa, il-ħajt jitqies li hu kollu ta’ sid il-bini.
Ħitan li jaqsmu 
btieħi, ġonna jew 
għelieqi.
410. (1) Il-ħajt li qiegħed biex jaqsam btieħi, ġonna, jew
għelieqi, jitqies ukoll komuni, fin-nuqqas ta’ sinjal jew ta’ prova
oħra li turi l-kuntrarju.
(2) Jekk il-ħajt jaqsam btieħi, ġonna jew għelieqi, li qegħdin
waħda f’invell aktar għoli minn dak ta’ l-oħra, il-biċċa tal-ħajt li,
meta jittieħed b’qies il-fond aktar baxx, taqbeż il-għoli
rispettivament imsemmi fl-artikolu 408 titqies li hija ta’ sid il-fond
aktar għoli.
Tiswijiet ta’ ħajt 
komuni.
411. (1) Għat-tiswijiet jew għat-tlugħ mill-ġdid ta’ ħajt
komuni għandhom joħorġu sehem dawk kollha li għandhom jedd
fuqu, kull wieħed bi proporzjon tal-jedd li jkollu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        95
(2) B’dan kollu, kull komproprjetarju ta’ ħajt jista’ jeħles mill-
obbligu li joħroġ sehem għall-ispiża tat-tiswijiet jew tlugħ mill-
ġdid ta’ dak il-ħajt, billi jirrinunzja għall-jedd tal-komunjoni, basta
li l-ħajt komuni ma jkunx iżomm bini tiegħu.
(3) Dik ir-rinunzja, meta tista’ ssir, ma teħlisx lil min
jagħmilha mill-obbligu ta’ dawk it-tiswijiet jew tlugħ mill-ġdid ta’
bini li jkunu saru meħtieġa bi ħtija tiegħu.
Meta ħajt komuni 
jaqsam bini li s-sid 
irid iħott.
412. Meta l-ħajt komuni jkun iżomm bini illi sidu jkun irid
iħott, dan ma jistax jeħles mit-tiswijiet jew tlugħ mill-ġdid tal-ħajt
bir-rinunzja għall-jedd tal-komunjoni, jekk ma jagħmilx għall-
ewwel darba dawk it-tiswijiet u xogħlijiet li jkunu meħtieġa biex
jevita l-ħsara li tista’ lill-ġar issir bil-ħatt tal-bini.
Jedd ta’ appoġġ.
jpoġġi l-bini tiegħu mal-ħajt komuni, u jdaħħal travi sa nofs il-
ħxuna ta’ dak il-ħajt.
(2) Hu jista’ wkoll iqabbad il-ħitan tiegħu mal-ħajt komuni.
Jedd ta’ 
komproprjetarju li 
jgħolli l-ħajt 
komuni.
414. Kull komproprjetarju jista’ jgħolli l-ħajt komuni, iżda
għandu jħallas l-ispejjeż meħtieġa -
(a) għat-titligħ tal-ħajt;
(b) biex tinżamm fi stat tajjeb ta’ tiswija l-biċċa li taqbeż
il-għoli tal-ħajt komuni;
(ċ) biex isiru dawk ix-xogħlijiet li jkunu meħtieġa sabiex
jerfgħu l-piż li jiżdied bit-titligħ tal-ħajt, b’mod li l-
ħajt jibqa’ qawwi xorta waħda.
Jekk il-ħajt komuni 
mhux tajjeb biex 
jerfa’ l-għoli li 
jiżdied.
415. Jekk il-ħajt komuni ma jkunx tajjeb biex jerfa’ l-għoli li
jiżdied, dak li jkun irid igħolli għandu jibni l-ħajt kollu mill-ġdid bi
spejjeż tiegħu, u kwantu għaż-żjieda fil-ħxuna, għandu jibniha fuq
l-art tiegħu.
Il-parti li tgħolli l-
ħajt komuni 
twieġeb għall-
ħsara lejn il-ġar.
416. F’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ
artikoli qabel dan, min igħolli l-ħajt huwa obbligat ukoll iħallas
lill-ġar kull ħsara li dan jista’ jbati minħabba t-titligħ jew il-bini
mill-ġdid tal-ħajt.
Il-ġar jista’ jikseb 
il-jedd tal-
komunjoni tal-
biċċa li tiżdied fil-
ħajt komuni.
417. Il-ġar li ma jkunx ħareġ sehem għat-titligħ ta’ ħajt komuni
jista’ jikseb il-jedd tal-komunjoni tal-għoli li jiżdied billi jħallas
nofs ta’ kemm ikun sewa biex sar, u nofs is-siwi ta’ l-art li tkun
ittieħdet għaż-żjieda tal-ħxuna, jekk ikun il-każ.
Is-sid jista’ 
jagħmel komuni 
ħajt li jmiss mal-
fond tiegħu.
418. (1) Kull sid jista’ wkoll jagħmel komuni, kollu jew biċċa
minnu, ħajt li jmiss mal-fond tiegħu, billi jħallas lil sid dan il-ħajt
in-nofs ta’ kemm jiswa kollu, jew in-nofs ta’ kemm tiswa l-biċċa li
hu jkun irid jagħmel komuni, u n-nofs ta’ kemm tiswa l-art li fuqha
l-ħajt ikun mibni, u billi jagħmel ukoll ix-xogħlijiet li jkunu
meħtieġa sabiex ma ssirx ħsara lill-ġar.
(2) ld-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għall-
bini li qiegħed għall-użu pubbliku.
  96      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Xogħlijiet fil-ħajt 
komuni jew fuqu, 
jew depożitu ta’ 
demel eċċ., mal-
ħajt komuni.
419. Ebda wieħed mill-ġirien ma jista’ -
(a) jagħmel, mingħajr il-kunsens tal-ġar l-ieħor, ħofor fil-
korp ta’ ħajt komuni;
(b) iwaħħal jew ipoġġi mal-ħajt komuni, mingħajr il-
kunsens tal-ġar l-ieħor, xi biċċa xogħol ġdida, inkella,
jekk dan ma jkunx irid, mingħajr qabel ma jkun
stabbilixxa, b’periti, il-mezzi meħtieġa sabiex dik il-
biċċa xogħol ġdida ma tkunx ta’ ħsara għall-jeddijiet
tal-ġar l-ieħor;
(ċ) iqiegħed demel jew ħwejjeġ oħra korrożivi jew niedja
b’mod li jmissu mal-ħajt komuni;
(d) jiġma ma’ ħajt komuni, trab jew ħwejjeġ oħra,
mingħajr ma jieħu l-ħsieb meħtieġ sabiex dan il-ġmigħ
ma jagħmilx b’rass jew xort’oħra, ħsara lill-ġar l-
ieħor.
Tiswija ta’ ħitan li 
jaqsmu btieħi, eċċ.
420. Kull persuna tista’ ġġiegħel lill-ġar tagħha joħroġ sehem
mill-ispejjeż tal-bini jew ta’ tiswija ta’ ħitan li jaqsmu btieħi,
ġonna, jew għelieqi, sal-għoli msemmi fl-artikolu 408, billi
jittieħed qies tax-xorta u ta’ l-invell tal-fond tal-konvenut.
Bini jew tiswija ta’ 
ħajt li jaqsam żewġ 
fondi mhux ta’ 
għoli wieħed.
421. Meta ħajt jaqsam żewġ fondi li jkunu wieħed iżjed għoli
mill-ieħor, is-sid tal-fond iżjed għoli għandu jbati l-ispiża kollha
tal-bini u tat-tiswija tal-ħajt sa l-invell tal-fond tiegħu: il-biċċa tal-
ħajt minn dak l-invell sa’ l-għoli msemmi fl-artikolu 408 għandha
tinbena u tissewwa bi spejjeż tat-tnejn.
Meta l-ġar ma 
jkunx irid joħroġ 
sehmu għall-ispiża 
tal-bini jew tiswija 
ta’ ħajt.
422. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 418, jekk, fil-
każijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan, il-ġar li ma
jkunx irid joħroġ sehem mill-ispiża tal-bini jew tat-tiswija tal-ħajt,
hu jista’ jeħles mill-ħlas ta’ dan is-sehem billi jċedi nofs l-art li
fuqha l-ħajt li jaqsam għandu jinbena, u jirrinunzja għall-jedd
tiegħu ta’ komunjoni f’dak il-ħajt.
Meta żewġ sulari 
jew iżjed jew parti 
ta’ bini mhumiex 
ta’ sid wieħed.
423. Meta żewġ sulari jew iżjed, jew partijiet oħra ta’ bini jkunu
ta’ diversi sidien, is-sehem li għandu joħroġ kull wieħed mis-sidien
għall-ispiża tat-tiswijiet jew bini mill-ġdid li jkun meħtieġ, għandu
jiġi meqjus skond il-vantaġġ li l-biċċa ta’ kull wieħed minnhom tal-
fond tieħu minn dawk it-tiswijiet jew bini mill-ġdid.
Servitujiet qodma 
dwar ħajt ġdid 
komuni.
424. Meta ħajt komuni jew dar jinbnew mill-ġdid, jibqgħu
jseħħu s-servitujiet attivi jew passivi wkoll kwantu għall-ħajt ġdid
jew dar ġdida, basta li dawn is-servitujiet ma jsirux iżjed gravużi, u
dan il-bini mill-ġdid isir qabel ma jkun inkiseb il-jedd tal-
preskrizzjoni.
Aperturi f’ħitan 
diviżorji.
425. Ebda wieħed mill-ġirien ma jista’, mingħajr il-kunsens ta’
l-ieħor, jagħmel twieqi jew aperturi oħra fil-ħajt diviżorju. 
Is-sidien ta’ sulari 
jistgħu jagħmlu 
gallariji, eċċ., fil-
ħajt ta’ barra.
426. Meta s-sulari ta’ dar ikunu ta’ diversi sidien, kull wieħed
mis-sidien jista’, fil-ħajt ta’ barra tas-sular tiegħu, jagħmel
gallariji, twieqi, bibien jew aperturi oħra, basta li b’daqshekk ma
tiġix imnaqqsa s-saħħa ta’ dak il-ħajt.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        97
Titligħ ta’ ħajt 
diviżorju jekk il-
bini għandu taraġ li 
jagħti għall-bejt.
427. (1) Dak li min fil-bini tiegħu għandu taraġ li jieħu għall-
bejt, għandu jgħolli, spejjeż tiegħu, il-ħajt diviżorju sa metru u
tmenin ċentimetru mill-invell tal-bejt.
(2) Il-biċċa tal-ħajt li tiżdied ’il fuq mill-invell tal-bejt għandha
tkun ta’ l-istess ħxuna tal-ħajt diviżorju minn dak l-invell ’l-isfel.
(3) Jekk kull wieħed miż-żewġ ġirien għandu taraġ li jieħu
għall-bejt tiegħu, kull wieħed minnhom jista’ jġiegħel lill-ieħor
joħroġ in-nofs ta’ l-ispiża meħtieġa biex jitgħolla l-ħajt diviżorju
kif jingħad hawn fuq.
Il-ġirien ma jistgħu 
jagħmlu ebda ħsara 
fil-ħajt diviżorju.
428. Kull wieħed mill-ġirien għandu jagħmel fil-fond tiegħu
dawk ix-xogħlijiet li jkunu meħtieġa sabiex ma ssir ebda ħsara fil-
ħajt diviżorju bil-ġwiebi jew latrini li jkun hemm fil-fond tiegħu
jew bin-nixxiegħa ta’ ilma jew ta’ ħmieġ.
Foss bejn żewġ 
fondi jingħadd 
komuni għaż-żewġ 
sidien.
429. Fin-nuqqas ta’ xi titolu jew sinjal li juri l-kuntrarju, kull
foss bejn żewġ fondi, jekk jiġi ppruvat li huwa ta’ proprjetà  privata,
jitqies li huwa proprjetà  komuni bejn is-sidien ta’ dawk il-fondi.
Sinjali li juru li l-
foss mhux komuni.
430. Jekk it-trab li jinqala’ mit-tħaffir ta’ foss, jew il-materjal li
jinġama’ fih matul iż-żmien ta’ tliet snin, jinsab fuq naħa waħda
biss tal-foss, dan hu sinjal li l-fond mhux komuni, u l-foss jingħadd
li hu ta’ dak biss li man-naħa tal-fond tiegħu t-trab jew il-materjal
miġmugħ ikun jinsab.
Meta l-foss iservi 
għan-nixxiegħa 
minn fondi ta’ sid 
wieħed biss.
431. Jekk il-foss iservi biex jilqa’ n-nixxiegħa ta’ l-artijiet ta’
sid wieħed biss, dan hu sinjal li l-foss mhux komuni.
Tiswija ta’ foss in 
komun.
432. Foss in komun għandu jinżamm fi stat tajjeb bi spejjeż tas-
sidien kollha:
Iżda, wieħed jista’ jeħles minn dan il-piż billi jirrinunzja
għall-jedd ta’ komunjoni.
Siġar fuq il-linja 
tal-konfini bejn 
żewġ fondi.
433. Is-siġar li jkunu fuq il-linja tal-konfini bejn żewġ fondi
jingħaddu, fin-nuqqas ta’ prova li turi l-kuntrarju, li huma komuni;
u kull wieħed mill-ġirien jista’ jitlob li dawn is-siġar jiġu
maqlugħin jew maqtugħin, jekk jipprova li l-ħsara li jistgħu
jagħmlu lill-fond tiegħu hija akbar mill-ġid li jista’ jieħu minnhom
huwa nnifsu.
§  III. FUQ IL-BOGĦOD LI GĦANDU JINŻAMM F’XI KAŻIJIET
Bini ta’ ħitan eċċ., 
fuq il-linja tal-
konfini ta’ fondi.
434. Kull persuna għandha jedd tibni ħajt jew bini fuq il-linja
tal-konfini tal-fond tagħha, bla ħsara tal-jedd tal-ġar li jagħmel
komuni l-ħajt kif provdut fl-artikolu 418.
Bogħod li għandu 
jitħalla meta l-bini 
ma jsirx fuq il-linja 
tal-konfini.
435. (1) Għad li l-bini ma jkunx sar fuq il-linja tal-konfini, il-
ġar jista’, jekk ma jitħalliex għall-anqas il-bogħod ta’ metru u nofs,
jitlob li jagħmel komuni l-ħajt, u jista’ jibni sa fejn jasal il-ħajt u
jpoġġi miegħu, billi jħallas, ma’ nofs is-siwi tal-ħajt, is-siwi ta’ l-
art li jokkupa, kemm-il darba sid l-art ma jagħżilx li joħroġ il-bini
tiegħu, fl-istess żmien, sal-linja tal-konfini.
  98      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) Jekk il-ġar ma jkunx irid jinqeda b’dan il-jedd, huwa
għandu jibni l-ħajt jew bini tiegħu b’mod li jkun hemm il-bogħod
ta’ tliet metri mill-ħajt jew mill-bini tal-parti l-oħra.
(3) Din ir-regola għandha titħares f’kull każ ieħor meta l-bini
tal-parti l-oħra hu bogħod anqas minn tliet metri mill-konfini.
(4) Il-fatt biss li dar jew ħajt li ġa jeżistu jitgħollew, jitqies bini
ġdid.
Eċċezzjoni. 436. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar żewġ artikoli qabel dan ma
jgħoddux għall-bini magħmul għall-użu pubbliku, jew għall-ħitan li
jmissu ma’ pjazez jew toroq pubbliċi.
Taħwil ta’ siġar, 
eċċ. 
Emendat: 
II. 1920.2, 3.
437. (1) Ħadd ma jista’ jħawwel fil-fond tiegħu siġar ta’ zokk
għoli f’bogħod ta’ anqas minn żewġ metri u erbgħin ċentimetru,
jew siġar oħra f’bogħod ta’ anqas minn metru u għoxrin ċentimetru,
mil-linja li taqsam il-fond tiegħu mill-fond tal-ġar.
(2) Id-dwieli, ix-xtieli, is-sisien tal-ħaxix, u kull siġra oħra li
tinżamm baxxa sa għoli ta’ mhux iżjed minn żewġ metri u għaxar
ċentimetri, jistgħu jitħawlu f’bogħod ta’ mhux anqas minn ħamsa u
erbgħin ċentimetru mil-linja hawn fuq imsemmija.
(3) Il-ġar jista’, sakemm ma jkunx għadda ż-żmien meħtieġ
għall-preskrizzjoni, jitlob li s-siġar imħawwlin f’bogħod anqas, jew
li, għalkemm ikun tħalla dak il-bogħod, ikunu jgħamlulu ħsara, jiġu
maqlugħa bi spejjeż tas-sid.
(4) Iżda, il-qorti tista’ tagħti lil sid dawk is-siġar il-għażla jew
li jaqlagħhom, jew li jagħmel, bi spejjeż tiegħu, fossijiet jew
xogħlijiet oħra meħtieġa biex ma tkun tista’ ssir ebda ħsara fil-fond
tal-ġar.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux meta l-
fondi li jmissu ma’ xulxin huma mifruda b’ħajt, basta li s-siġar, ix-
xtieli jew il-pjanti hawn fuq imsemmija jinżammu b’mod li ma
jaqbżux il-għoli tal-ħajt.
Friegħi ta’ siġar li 
jixxabbtu għal fuq 
il-fond tal-ġar.
438. (1) Dak li fuq il-fond tiegħu jixxabbtu friegħi tas-siġar
tal-ġar, jista’ jġiegħel lill-ġar jaqtagħhom, u jista’ jieħu l-frott li
jiddendel minnhom.
(2) Barra minn dan, jekk l-egħruq jibqgħu deħlin fil-fond
tiegħu, jista’ jaqtagħhom huwa stess.
Tħaffir ta’ bjar, 
eċċ.
439. Ħadd ma jista’ jħaffer fil-fond tiegħu bjar, ġwiebi, jew
latrini, jew jagħmel tħaffir ieħor għal kull ħsieb li jkun, f’bogħod
ta’ anqas minn sitta u sebgħin ċentimetru mill-ħajt diviżorju. 
Ħsarat minħabba 
tħaffir.
440. (1) Għad illi jkun inżamm il-bogħod imsemmi fl-aħħar
artikolu qabel dan, kull min jagħmel xi tħaffir, iwieġeb għall-ħsarat
li b’dak it-tħaffir isiru fil-bini tal-ġar, kemm-il darba dak il-bini
jkun ġie mibni skond id-drawwiet u r-regoli tas-sengħa taż-żmien li
fih inbena.
(2) Iżda, hu ma jwieġeb għal ebda ħsara, jekk it-tħaffir isir
f’bogħod li, fuq talba tiegħu, jiġi mogħti mill-qorti, skond iċ-
ċirkostanzi, inkella, meta jsiru x-xogħlijiet illi, skond ma jkun il-
każ, ikunu ġew ordnati mill-qorti sabiex ma jsirux ħsarat lill-ġar. 
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        99
Kemm għandhom 
ikunu bogħod il-
katusi ta’ latrina 
jew ta’ l-ilma.
441. (1) Il-katusa ta’ latrina jew ta’ ilma li jaqa’ mill-bjut,
inkella ta’ ilma li jittella’ bil-mezz ta’ pompa jew ta’ xi makna
oħra, għandha tkun f’bogħod ta’ mill-anqas metru mill-konfini, u
dan il-bogħod għandu jitqies mill-pont l-aktar qrib tal-wiċċ ta’
barra ta’ dik il-katusa.
(2) Mhux meħtieġ li jinżamm dak il-bogħod meta jiġu wżati
katusi li minnhom ma jistax jidħol umdu fil-ħajt, jew meta jiġu
wżati mezzi oħra li ma jħallux igħaddi dan l-umdu.
(3) Iżda, kemm-il darba, għad li jkun inżamm il-bogħod
imsemmi fis-subartikolu (1), jew ikunu ġew użati l-katusi jew il-
mezzi msemmija fis-subartikolu (2), issir ħsara lill-ġar, sid il-katusi
għandu jagħmel, spejjeż tiegħu, kull xogħol ieħor meħtieġ sabiex
ma titħalliex issir iżjed ħsara, u, jekk ikun meħtieġ ukoll, għandu
jieħu l-katusi aktar ’il bogħod.
Jekk ġiebja tasal sa 
taħt il-fond tal-ġar.
442. (1) Jekk ġiebja tibqa’ dieħla sa taħt il-fond tal-ġar, dan
jista’ jagħmel toqba u jinqeda bl-ilma, iżda bl-obbligu li jħallas lis-
sid tal-fond li fih it-tħaffir tal-ġiebja jkun inbeda, nofs l-ispejjeż li
jkun għamel.
(2) Kull wieħed miż-żewġ ġirien jista’ jitlob li dik il-biċċa tal-
ġiebja li tkun taħt il-fond tiegħu tiġi mifruda minn dik li tkun taħt
il-fond ta’ l-ieħor b’ħajt li għandu jinbena, u, meta jinħtieġ,
jissewwa, bi spejjeż tat-tnejn.
(3) Iżda, jekk il-biċċa tal-ġiebja li tkun tinsab taħt il-fond ta’
wieħed mill-ġirien tkun wisq akbar minn dik li tkun tinsab taħt il-
fond ta’ l-ieħor, il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, meta tordna l-
firda, tikkundanna lill-ewwel wieħed iħallas lill-ieħor sehem, skond
ma jmissu, mis-somma li dan ta’ l-aħħar ikun nefaq għat-tħaffir ta’
dik il-ġiebja.
Kemm għandu 
jkun il-bogħod tat-
twieqi, eċċ., mill-
ħajt diviżorju.
443. (1) Is-sid ta’ bini ma jistax jiftaħ twieqi f’bogħod ta’
anqas minn sitta u sebgħin ċentimetru mill-ħajt diviżorju.
(2) Fil-każ ta’ gallariji jew opri oħra bħalhom li joħorġu ’l
barra mill-ħajt, il-bogħod meħtieġ taħt is-subartikolu (1) jitqies
mil-linja ta’ barra ta’ dak il-ġenb tal-gallarija jew opra oħra
maħruġa ’l barra, li tkun l-aktar qrib għall-ħajt diviżorju, sal-linja
ta’ ġewwa ta’ dan il-ħajt.
Bogħod tal-fran 
mill-ħajt diviżorju.
444. (1) Ebda persuna ma tista’ tibni fran jekk ma tħallix
bogħod ta’ mill-anqas tletin ċentimetru mill-ħajt diviżorju,
b’mogħdija għall-arja bejn il-ħajt u l-forn.
(2) Il-fuglari ta’ kċina għandhom ikunu bogħod mill-anqas
ħmistax-il ċentimetru mill-ħajt diviżorju.
§ IV . FUQ L-ISTILLIĊIDJU
Bini ta’ bjut.
tax-xita ma jaqax fuq il-fond tal-ġar.
  100      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
§  V. FUQ IL-JEDD TA’ MOGĦDIJA U TA’ AKWEDOTT
Dħul u mogħdijiet 
f’fondi.
446. Kull sid għandu jħalli d-dħul u l-mogħdija fil-fond tiegħu
kull meta jinsab li dan id-dħul jew mogħdija huma meħtieġa sabiex
jissewwa ħajt jew xi biċċa xogħol oħra  tal-ġar jew komuni.
Fond li m’għandux 
ħruġ fuq triq 
pubblika.
447. (1) Is-sid li l-fond tiegħu m’għandux ħruġ fuq it-triq
pubblika, jista’ jġiegħel lis-sidien tal-fondi ta’ ma’ ġenbu li jagħtuh
il-mogħdija meħtieġa, bi ħlas ta’ kumpens proporzjonat għall-ħsara
li ġġib dik il-mogħdija.
(2) Din il-mogħdija għandha ssir f’dik il-parti fejn tkun ta’ l-
anqas ħsara għall-persuna li fuq il-fond tagħha tiġi mogħtija.
Fond li jsir 
magħluq minn kull 
naħa.
448. Jekk il-fond ikun sar magħluq minn kull naħa minħabba
bejgħ, tpartit, jew qasma, dawk li jkunu biegħu, partu jew qasmu
għandhom jagħtu l-mogħdija, bir-riġel, bil-bhima jew bil-karrettun,
skond il-każ, mingħajr l-ebda indennizz.
Kif jispiċċa jedd 
tal-mogħdija.
449. Jekk il-mogħdija mogħtija kif jingħad hawn fuq ma tibqax
meħtieġa, minħabba l-ftuħ ta’ triq ġdida, jew it-tagħqid tal-fond
ma’ ieħor li jmiss mat-triq pubblika, is-sid tal-fond serventi jista’
jitlob it-tmiem ta’ dak il-jedd ta’ mogħdija billi jrodd l-indennizz li
jkun ħa jew billi ma jissoktax jieħu l-ħlas ta’ kull sena li jkun ġie
miftiehem.
Jedd għall-
akwedott.
450. (1) Dak li ma jistax jirċievi ilma fil-fond tiegħu minn
għejjun jew depożiti oħra ta’ ilma pubbliku, ħlief minn fuq raba’ ta’
ħaddieħor, jista’ jġiegħel lis-sidien ta’ dan ir-raba’ jagħtuh, bil-
mod li jkun għalihom ta’ l-anqas ħsara, il-jedd ta’ l-akwedott,
b’kumpens proporzjonat għall-ħsara.
(2) Hu ma jistax iġiegħel lil dawk is-sidien biex iħalluh
jagħmel kanali ġodda, kemm-il darba huma jagħtuh li jgħaddi l-
ilma mill-kanali li jkun hemm; f’dan il-każ il-kumpens jiġi meqjus
fuq kemm ikunu jiswew dawk il-kanali u fuq l-ispejjeż meħtieġa
għall-ewwel tiswija tagħhom, u dak li jinqeda bihom jibqa’
obbligat li joħroġ sehem mill-ispejjeż meħtieġa sabiex jinżammu fi
stat tajjeb, kif provdut fl-artikolu 452.
L-azzjoni għall-
kumpens hija 
suġġetta għall-
preskrizzjoni.
451. L-azzjoni għall-ħlas tal-kumpens taħt l-artikoli 447 u 450
hija suġġetta għall-preskrizzjoni: u l-jedd tal-mogħdija jew ta’ l-
akwedott jibqa’ jseħħ, għad illi l-azzioni għall-ħlas tal-ħsara ma
tkunx tista’ iżjed tiġi eżerċitata.
Ħruġ ta’ sehem 
għat-tiswijiet 
meħtieġa fil-
kanali.
452. Kull min għandu jedd li jinqeda bil-kanali magħmulin
għall-mogħdija ta’ l-ilma hu obbligat joħroġ sehem mill-ispiża
għat-tiswijiet meħtieġa, bla ħsara tal-jedd li jdur, jekk ikun hemm
lok, kontra dak li bi ħtija tiegħu tkun ġrat il-ħsara fil-kanali. 
Meta l-mogħdija 
jew l-akwedott 
ikunu jistgħu 
jittieħdu minn fuq 
żewġ fondi jew 
iżjed.
453. (1) Meta l-mogħdija jew l-akwedott ikunu jistgħu
jittieħdu minn fuq żewġ fondi jew iżjed li jkunu ta’ sidien diversi,
is-servitù  għandha tiġi stabbilita fuq dak il-fond li għal sidu tkun
ta’ l-anqas ħsara.
(2) Jekk is-servitù  ma tkunx ta’ iżjed ħsara għal fond milli għal
ieħor, is-servitù  tiġi stabbilita fuq il-fond fejn l-aktar ikun jaqbel
għal dak li jitlobha, u dan ma jistax jagħżel fond ieħor mingħajr il-
kunsens ta’ sidu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        101
Sub-titolu II
FUQ IS-SERVITUJIET IMMNISSLA MILL-FATT TAL-BNIEDEM
§  I. FUQ IX-XORTA TA’ SERVITUJIET LI JISTGĦU JIĠU MNISSLA 
MILL-FATT TAL-BNIEDEM, U FUQ KIF DAWN IS-SERVITUJIET 
JITNISSLU
Tnissil ta’ 
servitujiet.
454. Is-sidien jistgħu jistabbilixxu, skond l-artikolu 400, kull
servitù  li ma tkun bl-ebda mod kuntrarja għall-ordni pubbliku. 
Servitujiet 
kontinwi jew mhux 
kontinwi, li jidhru 
jew li ma jidhrux.
455. (1) Is-servitujiet huma kontinwi jew mhux kontinwi, li
jidhru jew li ma jidhrux.
(2) Is-servitujiet kontinwi huma dawk li l-eżerċizzju tagħhom
huwa jew jista’ jkun kontinwu mingħajr ma jkun meħtieġ fil-waqt
il-fatt tal-bniedem: hekk huma l-akwedott, l-istilliċidju, il-jedd ta’
prospett, u oħrajn ta’ din ix-xorta.
(3) Is-servitujiet mhux kontinwi huma dawk li għall-eżerċizzju
tagħhom hu meħtieġ fil-waqt il-fatt tal-bniedem: hekk huma s-
servitujiet ta’ mogħdija, ta’ mili ta’ ilma, u oħrajn bħalhom.
(4) Is-servitujiet li jidhru huma dawk li l-eżistenza tagħhom
tidher minn sinjali li jidhru, bħal bieb, tieqa, jew akwedott
artifiċjali.
(5) Is-servitujiet li ma jidhrux huma dawk li m’għandhomx
sinjali li jidhru ta’ l-eżistenza tagħhom, bħal ma hija l-projbizzjoni
li wieħed jibni fuq ċerta art jew li ma jibnix aktar minn ċertu għoli. 
Servitujiet 
affermattivi jew 
negattivi.
456. (1) Barra minn dan, is-servitujiet huma affermattivi jew
negattivi.
(2) Is-servitujiet affermattivi huma dawk li jikkonsistu fil-jedd
li wieħed jinqeda bil-fond serventi.
(3) Is-servitujiet negattivi huma dawk li jikkonsistu fil-jedd li
wieħed ma jħallix lil sid il-fond serventi jinqeda bih kif irid. 
Tnissil ta’ 
servitujiet kontinwi 
u li jidhru.
457. Is-servitujiet kontinwi u li jidhru jitnisslu -
(a) bis-saħħa ta’ titolu;
(b) bil-preskrizzjoni, jekk il-fond li fuqu jiġu eżerċitati
jista’ jinkiseb bil-preskrizzjoni;
(ċ) bid-destinazzjoni tas-sid ta’ żewġ fondi.
It-titolu għandu 
jidher minn att 
pubbliku.
Iskrizzjoni tiegħu.
458. It-titolu li bih tiġi mnissla servitù  hu null jekk ma jidhirx
minn att pubbliku; u jekk is-servitù  tiġi mnissla b’att inter vivos,
din is-servitù  ma tibdiex isseħħ kwantu għat-terzi qabel ma l-att
jiġi nsinwat fir-Reġistru Pubbliku skond l-artikolu 330, fuq talba
ta’ waħda mill-partijiet interessati, jew tan-nutar li jkun irċieva l-
att.
Tnissil ta’ servitù  
fuq fondi suġġetti 
għal użufrutt.
459. (1) Is-sid ta’ fond jista’, mingħajr il-kunsens ta’ l-
użufruttwarju, igħabbi dak il-fond b’servitujiet, basta li b’hekk il-
jedd ta’ l-użufrutt ma jiġi jbati ebda ħsara.
(2) Bil-kunsens ta’ l-użufruttwarju, is-sid jista’ wkoll igħabbi
  102      ħ       
l-fond b’servitù
Servitù
minn 
komproprjetarju.
(1) ls-servit , konċessa minn wieħed mis-sidien ta’ fond
mhux maqsum, ma titqiesx stabbilita fuq dak il-fond, ħlief meta s-
għalih.
(2) Il-konċessjoni ta’ servitù  b’kull titolu jkun li jkun,
magħmula minn wieħed mis-sidien, tibqa’ sospiża sakemm l-istess
konċessjoni ssir mill-oħrajn kollha.
(3) Iżda, il-konċessjoni ta’ servitù  magħmula minn wieħed mis-
sidien, bla ma jkunu ndaħlu s-sidien l-oħra, tobbliga mhux biss lil
min għamel dik il-konċessjoni iżda wkoll lis-suċċessuri tiegħu,
mqar jekk partikolari, u lil dawk li l-jedd tagħhom ġej minnu, li ma
jfixklux l-eżerċizzju tal-jedd hekk mogħti.
Jekk wieħed mis-
sidien li 
jikkonċiedi servitù  
jsir is-sid waħdu 
tal-fond.
461. Is-servitù  konċessa minn wieħed mis-sidien fuq fond mhux
maqsum, titqies stabbilita għal kollox minnufih li l-konċedent isir
hu s-sid waħdieni tal-fond.
Servitù  miksuba 
bil-preskrizzjoni.
462. (1) Sabiex tinkiseb servitù  bil-preskrizzjoni, hu meħtieġ
il-pussess għal żmien ta’ mhux anqas minn tletin sena. 
(2) Jekk il-fond serventi huwa suġġett għal fedekommess, jew
huwa ta’ knisja jew ta’ istituzzjoni oħra pija, il-preskrizzjoni
tinkiseb bl-egħluq ta’ erbgħin sena.
(3) Fil-każijiet imsemmijin f’dan l-artikolu, il-persuna li
teċċepixxi l-preskrizzjoni mhix obbligata turi titolu, u ma tista’
tingħata kontra tagħha ebda eċċezzjoni ta’ mala fidi.
Preskrizzjoni dwar 
is-servitù 
affermattiva jew 
negattiva.
463. (1) Fil-każ ta’ servitujiet affermattivi, il-pussess li jiswa
għall-preskrizzjoni jibda minn dak in-nhar li s-sid tal-fond
dominanti jkun beda jinqeda bis-servitù .
(2) Fil-każ ta’ servitujiet negattivi, il-pussess jibda minn dak
in-nhar li s-sid tal-fond dominanti, b’ittra uffiċjali, protest, jew att
ġudizzjarju ieħor, ma jkunx ħalla lis-sid tal-fond serventi jinqeda
bih kif irid.
Meta s-servitù  hija 
dwar nixxiegħa ta’ 
ilma li ġej minn 
fond ta’ ħaddieħor.
464. Jekk is-servitù  hija dwar tnixxija ta’ ilma li ġej minn fond
ta’ ħaddieħor, jew minn nixxiegħa li tkun tinsab f’dak il-fond, u din
is-servitù  tkun tikkonsisti fil-jedd li ma jitħalliex li dan l-ilma
jinkiser għal band’oħra, l-opri li jidhru u li huma permanenti illi sid
il-fond dominanti jkun għamel fil-fond serventi sabiex jiġbor l-
ilma, jew sabiex igħin il-mixi ta’ l-ilma għall-fond tiegħu, igħoddu
daqs il-projbizzjoni msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan.
Jekk iċ-ċenswalist, 
eċċ., iħalli l-
eżerċizzju ta’ 
servitù . 
465. Ebda servitù  li ċ-ċenswalist, l-użufruttwarju, jew il-kerrej
ikunu ħallew li tiġi eżerċitata fuq il-fond, mingħajr ebda titolu li
kien jeżisti minn qabel, ma tkun ta’ ħsara għall-padrun dirett jew
għas-sid ta’ dak il-fond, ikun kemm ikun iż-żmien li fih is-servitù
tkun ġiet eżerċitata.
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
Sid ta’ fond suġġett 
għas-servit  li 
jilqa’ l-ilma tax-
bjut tal-bini tal-ġar, 
jista’ jitlob li din 
ù  titneħħa.
Is-sid ta’ fond li, minħabba servitù
titolu, għandu jilqa’ l-ilma tax-xita li jaqa’ fuq il-bjut ta’ bini viċin,
jista’, f’kull żmien, bil-ħlas ta’ indennizz, iġiegħel lil sid ta’ dak il-
ù .
għal servitù 
jitħalla li l-ilma 
tax-xita li jaqa’ fuq 
fond tal-ġar, jista’ 
jitlob li din is-
ù  titneħħa.
Jekk is-sid ta’ bini li ma fiħx bir, jkun obbligat, bis-saħħa
ta’ servit  stabbilita mingħajr titolu, iħalli l-ilma tax-xita li jaqa’
fuq il-bjut ta’ dak il-bini jmur fil-fond tal-ġar, hu jista’, f’kull
ù  titneħħa,
l-ilma.
Meta s-servit  
tingħad li ġiet 
"destinazzjoni ta’ 
sid ta’ żewġ fondi".
Is-servitù
fondi", meta jiġi ppruvat illi ż-żewġ fondi, issa maqsuma, kienu ta’
l-istess sid, u illi kien dak is-sid li qiegħed jew ħalla l-ħaġa fl-istat
ù .
jistgħux jinkisbu 
bil-preskrizzjoni.
(1) Is-servitujiet kontinwi li ma jkunux jidhru, u s-
jiġu stabbiliti b’saħħa ta’ titolu; huma ma jistgħux jiġu stabbiliti
bil-preskrizzjoni jew bid-destinazzjoni ta’ sid ta’ żewġ fondi.
2) ù  ta’ mogħdija għall-użu ta’ fond
jkollux ħruġ iehor fuq it-triq pubblika; u kull servitù
ta’ Frar, 1870, kienet ġa miksuba taħt liġijiet ta’ qabel, ma tistax
tiġi attakkata.
II. FUQ KIF JIĠU ŻER ITATI S-SERVITUJIET
Fis-servit  
prinċipali jidħlu s-
sekondarji.
470. ù,  jitqies li magħha ġie mogħti
ù  bl-anqas
jġib miegħu l-jedd tal-mogħdija, u l-jedd ta’ wieħed li jgħaddi ilma
minn fuq il-fond ta’ ħaddieħor, iġib miegħu l-jedd tal-mogħdija
inaddaf il-kanali u jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
Jedd li wieħed 
xogħlijiet meħtieġa 
biex jinqeda bis-
ù  u jżomm il-
471. Dak li lilu jmiss il-jedd tas-servit  jista’ jagħmel, spejjeż
tiegħu, u b’mod li jkun ta’ l-anqas xkiel għas-sid tal-fond serventi,
ù  u jżomm il-jedd
Meta sid il-fond 
serventi hu 
it-tiswijiet.
472.
jagħmel l-ispejjeż meħtieġa għall-użu jew għaż-żamm tal-jedd tas-
servit , dan l-obbligu jibqa’ mgħaqqad ma’ dak il-fond, għad illi
dan igħaddi f’idejn ħaddieħor:
obbligu billi jċedi, lis-sid tal-fond dominanti, dik il-biċċa tal-fond
serventi illi fuqha s-servit  tkun eżerċitata.
Qsim tal-fond 
fuq il-fond tibqa’ fuq kull sehem, iżda mingħajr ma jiżdied il-piż
  104      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
fuq il-fond serventi. Hekk, meta l-jedd hu ta’ mogħdija, is-sidien
ta’ l-ishma kollha tal-fond hekk maqsum għandhom jinqdew bl-
istess mogħdija.
Is-sid tal-fond 
serventi ma jista’ 
jagħmel xejn bi 
ħsara tas-servitù .
474. (1) Is-sid tal-fond serventi ma jista’ jagħmel xejn li jista’
jnaqqas l-użu tas-servitù  jew li jagħmel li dan l-użu jkun ta’ xkiel
akbar. Hu ma jistax ibiddel il-kondizzjoni tal-fond, lanqas ma jista’
jiddestina għall-eżerċizzju tas-servitù  parti oħra tal-fond diversa
minn dik li fiha s-servitù  kienet ġiet stabbilita fil-bidu.
(2) Iżda, jekk l-eżerċizzju tas-servitù  fil-parti jew fuq il-parti
tal-fond li fil-bidu tkun ġiet iddestinata jsir ta’ xkiel akbar għas-sid
tal-fond serventi, jew jekk dan is-sid ma jkunx jista’ minħabba dan
l-eżerċizzju jagħmel xogħlijiet, tiswijiet jew miljoramenti fil-fond
tiegħu, hu jista’ joffri lil sid il-fond dominanti parti oħra xorta
waħda tajba għall-eżerċizzju tas-servitù , u dan ma jistax
jirrifjutaha.
(3) It-tibdil tal-parti tal-fond iddestinata għall-eżerċizzju tas-
servitù  jista’ wkoll isir fuq talba tas-sid tal-fond dominanti, jekk hu
jipprova li dan it-tibdil huwa għalih ta’ ġid kbir, u ma hu ta’ ebda
ħsara għall-fond serventi.
Is-sid tal-fond 
dominanti ma jista’ 
jagħmel ebda tibdil 
li jtaqqal il-piż tas-
servitù .
475. Kull min għandu jedd ta’ servitù  għandu jinqeda b’dan il-
jedd skond it-titolu tiegħu, u ma jista’ jagħmel la fil-fond serventi u
lanqas fil-fond dominanti ebda tibdil li jista’ jtaqqal iżjed il-piż tal-
fond serventi.
Dubju dwar l-
estensjoni tas-
servitù .
476. Meta jkun hemm dubju dwar l-estensjoni tas-servitù ,
wieħed għandu jinqeda biha fil-limiti ta’ dak li hu meħtieġ, billi
jittieħdu b’qies id-destinazzjoni li l-fond dominanti kellu fiż-żmien
li ġiet stabbilita s-servitù  u l-użu konvenjenti ta’ dak il-fond, bl-
anqas ħsara tal-fond serventi.
Dmir ta’ sid li 
jagħti ilma minn 
għajn jew kanal.
477. F’nuqqas ta’ ftehim, is-sid jew persuna oħra li tagħti ilma
minn għajn jew kanal hija obbligata, lejn dawk illi, bis-saħħa ta’
dik il-konċessjoni, għandhom jedd jagħmlu użu minn dak l-ilma,
jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa sabiex imexxi l-ilma minn
nixxiegħa sal-pont minn fejn l-ilma għandu jittieħed.
Sid ta’ fond suġġett 
għal servitu ta’ 
tnixxija ta’ ilma 
jista’ jagħmel użu 
minn dan l-ilma.
478. Is-servitù  ta’ tnixxija ta’ ilma, ma tneħħix lil sid il-fond
serventi l-jedd li jinqeda kif irid bl-ilma għall-vantaġġ tiegħu.
§  III. FUQ KIF JISPIĊĊAW IS-SERVITUJIET
Is-servitù  tispiċċa 
meta ma tistax tiġi 
iżjed eżerċitata,
479. (1) Servitù  tispiċċa meta l-ħaġa suġġetta għaliha tinsab fi
stat tali li wieħed ma jistax iżjed jinqeda biha.
(2) Iżda, is-servitù  tibda sseħħ mill-ġdid jekk il-ħaġa terġa’
titqiegħed fi stat li wieħed jista jerga’ jinqeda biha, kemm-il darba
ma jkunx għadda żmien biżżejjed biex titnissel il-preżunzjoni li s-
servitù  spiċċat taħt l-artikolu 481.
KODIĊI ĊIVILI   KAP. 16.        105
f’persuna waħda 
tal-proprjet  tal-
fond dominanti u 
480. (1) ù  tispiċċa meta tingħaqad f’persuna waħda l-
à  tal-fond dominanti u dik tal-fond serventi.
2) ù
jittrasferixxi wieħed mill-fondi hawn fuq imsemmija mingħajr ma
ù
servit  tissokta sseħħ, b’mod attiv jew passiv, favur il-fond jew fuq
billi wieħed ma 
Emendat: 
1975.
(1) ù
erbgħin sena, fil-każ ta’ beni tal-Gvern ta’ Malta jew ta’ knisja jew
( )
wieħed ma jkunx inqeda bis-servit  minħabba l-istat imsemmi fl-
iġiegħel li dak l-istat ma jibqax.
għaddej iż-żmien 
jinqediex bil-jedd.
Iż-żminijiet li fihom ma tkunx ġiet eżerċitata s-servit ,
xorta tas-servit , jew minn dak in-nhar li wieħed ma baqax jinqeda
ù
saret għall-ewwel darba xi ħaġa kuntrarja għas-servit , jekk is-
ù
Preskrizzjoni favur 
proprjet  tal-fond innifsu skond id-disposizzjonijiet dwar il-
Ktieb ta’ dan il-Kodiċi.
jinqeda bis-servit  
484. ù
bħas-servit  nfisha.
preskrizzjoni minn 
485.
komun, l-użu tas-servit  magħmul minn wieħed jew ieħor
Sospensjoni jew 
preskrizzjoni għal 
komproprjetarji.
(1)
wieħed minnhom li kontra tiegħu l-preskrizzjoni ma setgħatx timxi,
( )
l-istess fond jiswa wkoll għall-oħrajn.
ù
fil-qsim.
Meta tkun sejra ssir il-qasma ta’ bini minn ieħor, u t-tnejn
jedd titlob, qabel il-qasma, li tiġi mneħħija kull servit  bejn iż-
Servitujiet 
fond dotali jew 
488. Kull servit  miksuba mir-raġel favur il-fond dotali,
ħall taż-żwieġ jew bl-egħluq ta’ l-enfitewsi.
2 Iżda, is-servitujiet fuq dawk il-fondi magħmulin mill-
  106      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Titolu V
FUQ IL-KOMUNJONI TAL-BENI
Sub-titolu I
FUQ IN-NATURA TAL-KOMUNJONI TAL-BENI, U L-JEDDIJIET 
TAL-KOMPROPRJETARJI MATUL IL-KOMUNJONI
X’inhija l-
komunjoni tal-
beni.
489. (1) Hemm il-komunjoni tal-beni meta l-proprietà  ta’ l-
istess ħaġa waħda, jew ta’ l-istess jedd wieħed, hija ta’ żewġ
persuni jew iżjed pro indiviso.
(2) Fin-nuqqas ta’ ftehim jew ta’ disposizzjonijiet speċjali il-
komunjoni tal-proprjetà  tkun suġġetta għar-regoli li ġejjin.
L-ismha tal-
komproprjetarji.
490. (1) L-ishma tal-komproprjetarji jitqiesu, sakemm ma
jiġix ippruvat il-kuntrarju, li huma ndaqs.
(2) Kull komproprjetarju jidħol fil-vantaġg u fil-piżijiet tal-
komunjoni, skond is-sehem tiegħu.
Jeddijiet ta’ kull 
komproprjetarju li 
jinqeda bil-ħaġa in 
komun.
491. Kull komproprjetarju jista’ jinqeda bil-ħwejjeġ in komun,
basta -
(a) li jinqeda bil-ħaġa skond id-destinazzjoni tagħha kif
stabbilita bl-użu;
(b) li ma jinqediex bil-ħaġa kontra l-interess tal-
komunjoni, jew b’mod li ma jħallix lill-
komproprjetarji l-oħra jinqdew biha in komun skond
il-jeddijiet tagħhom.
Ħruġ ta’ sehem 
għall-ispejjeż.
492. Kull wieħed mill-komproprjetarji jista’ jobbliga lill-oħrajn
joħorġu sehem miegħu għall-ispiża meħtieġa sabiex il-ħaġa in
komun tinżamm fi stat tajjeb, iżda kull wieħed minnhom jista’
jeħles minn dan l-obbligu billi jċiedi l-jeddijiet tiegħu ta’
komunjoni.
Ebda tibdil 
m’għandu jsir 
mingħajr il-
kunsens tal-
komproprjetarji.
493. Ebda komproprjetarju ma jista’ jagħmel tibdil fil-ħaġa in
komun mingħajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-oħra, lanqas jekk
jidhirlu li dak it-tibdil hu ta’ ġid għal kulħadd.
Setgħa tal-qorti li 
taħtar 
amministratur tal-
ħwejjeġ in komun.
494. (1) Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-komproprjetarji, il-qorti
tagħti l-provvedimenti meħtieġa sabiex tiġi amministrata u gawduta
aħjar il-ħaġa in komun, u tista’ taħtar amminstratur, ukoll minn fost
il-komproprjetarji nfishom.
(2) Il-qorti tilqa’ l-fehma tal-maġġoranza, billi tieħu b’qies il-
għadd kollu tal-kompropjetarji, iżda dan kemm-il darba dawk li ma
jkunux jaqblu ma jurux li b’hekk huma jbatu ħsara.
Kull 
komproprjetarju 
għandu il-proprjetà  
sħiħa tas-sehem 
tiegħu.
495. (1) Kull komproprjetarju għandu l-proprjetà  sħiħa tas-
sehem tiegħu u tal-qligħ jew frottijiet ta’ dak is-sehem.
(2) Hu jista’ jittrasferixxi, iċiedi, jew jipoteka dan is-sehem kif
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        107
irid, u jista’ wkoll, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 912,
iqiegħed floku lil ħaddieħor fit-tgawdija ta’ dak is-sehem, basta li
ma jkunux jidħlu jeddijiet persunali:
Iżda, l-effett tat-trasferiment jew ta’ l-ipoteka jillimita ruħu
għal dak is-sehem li jmiss lill-komproprjetarju fil-qasma.
Sub-titolu II
FUQ IL-QASMA TAL-BENI IN KOMUN
Kull 
komproprjetarju 
jista’ jitlob il-
qasma tal-ħaġa in 
komun.
496. (1) Ħadd ma’ jista’ jkun imġiegħel jibqa’ fil-komunjoni,
kull wieħed mill-komproprjetarji jista’ dejjem, għad li jkun hemm
ftehim xort’oħra, jitlob il-qasma, kemm-il darba ma jkunx hemm
b’testment li din il-qasma m’għandhiex issir jew li għandha
tinżamm sospiża skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 906.
(2) Iżda, jiswa l-ftehim li l-komunjoni tibqa’ għal żmien
determinat, li ma jkunx jaqbeż il-ħames snin; u kull ftehim għal
żmien itwal hu null għal dak iż-żmien li jkun jaqbeż il-ħames snin.
(3) Dan il-ftehim jista’ jiġġedded.
Il-qorti tista’ 
tordna l-ħall tal-
komunjoni għad li 
jkun hemm il-
projbizzjoni tat-
testatur, eċċ.
497. (1) Għalkemm ikun hemm il-projbizzjoni jew il-ftehim
imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan, il-qorti tista’ tordna, jekk
ċirkostanzi gravi u li ma jridux dewmien hekk ikunu jiħtieġu, il-
ħall tal-komunjoni, u kull rinunzja għall-jedd tat-talba għall-qasma
f’każijiet bħal dawn ma tiswiex.
(2) Jekk wieħed mill-komproprjetari, bi ħtija tiegħu, ikun ta’
kaġun għall-eżistenza tar-raġunijiet imsemmijin fis-subartikolu (1),
il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, meta tordna l-ħall tal-
komunjoni, tikkundanna lil dak il-komproprjetarju għall-ħlas tad-
danni.
Il-qasma tista’ 
tintalab ukoll jekk 
il-komproprjetarju 
jkun gawda 
separatament 
sehem mill-
proprjetà .
498. Il-qasma tista’ tintalab ukoll għad illi wieħed mill-
komproprjetarji jkun gawda separatament biċċa mill-beni in
komun, iżda dan kemm-il darba ma tkunx saret qasma jew ma
jkunx hemm pussess biżżejjed li jagħti lok għall-preskrizzjoni.
Il-qasma ta’ 
immobbli għandha 
ssir b’att pubbliku.
499. (1) Il-qasma ta’ ħwejjeġ immobbli ma tiswiex jekk ma
ssirx b’att pubbliku.
(2) Għall-effett ta’ qasma bħal din kwantu għat-terzi, kemm
ukoll għall-iskrizzjoni ta’ l-att hawn fuq imsemmi, igħoddu d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 330.
Mod u għamla tal-
qasma.
500. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan, jekk il-komproprjetarji kollha jkunu preżenti u kapaċi
skond il-liġi li jittrasferixxu proprjetà , il-qasma tista’ ssir b’kull
mod u għamla li huma jidhrilhom l-aħjar.
(2) Fin-nuqqas ta’ ftehim xort’oħra, għandhom jiġu mħarsa r-
regoli li ġejjin, sew fil-qasma tal-proprjetà  kollha kemm f’xi
suddiviżjoni, meta din tkun meħtieġa.
  108      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Stima tal-beni u 
formazzjoni ta’ l-
ishma.
Kap. 12.
501. (1) Il-beni għandhom jiġu stmati minn periti magħżulin
mill-partijiet, jew maħtura mill-qorti kif provdut fil-Kodiċi ta’
Organizazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Il-periti għandhom, fir-rapport tagħhom, igħidu jekk il-beni
jistgħux jiġu maqsuma bla xkiel u mingħajr ħsara, u, kemm-il darba
l-beni jistgħu jiġu hekk maqsuma, il-periti fl-istess rapport
għandhom jiffissaw kull wieħed mill-ishma li jistgħu jinħarġu u l-
valur ta’ kull sehem, billi jħarsu, sakemm dan jista’ jsir bla ħsara
kbira, id-disposizzjonijiet tat-tliet artikoli li ġejjin wara dan.
Jedd ta’ 
komproprjetarju li 
jieħu sehmu tal-
beni in natura.
502. Kull wieħed mill-komproprjetarji għandu jedd jieħu s-
sehem tiegħu tal-beni in natura.
Jedd ta’ 
komproprjetarju 
meta jkollu beni 
immobbli viċini 
għal dawk tal-
komunjoni.
503. Il-komproprjetarju li jkollu beni immobbli minnhom
infishom viċini għal xi wħud mill-immobbli in komun li jkunu
sejrin jinqasmu, jista’ jitlob li dawk il-beni immobbli jiġu assenjati
lilu bi stima, iżda dan kemm-il darba jkun hemm immobbli oħra in
komun li minnhom jista’ jiġi assenjat lil kull wieħed mill-
komproprjetarji l-oħra sehem bejn wieħed u ieħor ugwali.
Għandu wieħed 
jevita li jifred fi 
bċejjeċ il-fondi u li 
joħloq servitujiet.
504. Meta wieħed jiġi biex jifforma u jqassam l-ishma, għandu
jevita li jifred il-fondi fi bċejjeċ jew li joħloq servitujiet; u għandu
jfittex li jdaħħal f’kull sehem l-istess kwantità  ta’ ħwejjeġ mobbli,
immobbli, jeddijiet jew krediti ta’ l-istess xorta u ta’ l-istess valur.
Ekwiparazzjoni. 505. Id-differenza fid-daqs ta’ l-ishma in natura, meta ma tistax
bla xkiel tiġi evitata, titpatta bil-ħlas ta’ somma ta’ flus f’ammont
daqs kemm tkun id-differenza bejn is-sehem akbar u s-sehem
iżgħar.
Renta minflok 
somma ta’ flus.
506. (1) Il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tordna, minflok il-
ħlas tas-somma ta’ flus imsemmija fl-aħħar artikolu qabel dan, li s-
sehem akbar jiġi mgħobbi b’renta favur is-sehem iżgħar, b’ipoteka
ta’ wieħed jew iżjed mill-immobbli mdaħħlin f’dak is-sehem akbar.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), il-periti, kemm-il darba
ma jiġux meħlusa mill-partijiet li jagħmlu l-qasma għandhom
jistabbilixxu fir-rapport tagħhom l-ammont tar-renta meħtieġa
sabiex l-ishma jiġu ndaqs.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux ħlief
meta d-differenza bejn l-ishma tkun tiskorri s-somma ta’ ħamsin
lira u tkun taqbeż il-valur ta’ kwart tas-sehem li jkun akbar. 
Każijiet oħra meta 
tista’ tiġi ordnata 
renta flok somma 
ta’ flus.
507. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll meta, minħabba li l-immobbli tal-komunjoni ma jkunux
jistgħu jinqasmu b’mod li f’kull sehem tiġi mdaħħla biċċa
minnhom, ikun jinħtieġ li wieħed minn dawn l-ishma jiġi għal
kollox magħmul minn flus jew ħwejjeġ oħra mobbli; f’dan il-każ il-
qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tordna illi s-sehem illi ma jkunx
fih immobbli, jiġi magħmul b’renta fuq l-immobbli mdaħħlin fl-
ishma l-oħra.
Limiti ta’ l-
ammont tar-renta.
508. Iżda r-renta mgħobbija fuq immobbli ma tista’ f’ebda każ
tkun akbar mill-ħamsa waħda ta’ kemm kera fis-sena jitqies li jiswa
dak l-immobbli meta mogħti b’kiri.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        109
Formazzjoni ta’ l-
ishma.
509. Meta l-periti, magħżula jew maħtura biex jagħmlu l-istima
tal-beni, ma jkunux kompetenti biex jifformaw l-ishma, dawk l-
ishma jiġu magħmulin minn waħda mill-partijiet li jkunu sejrin
jagħmlu l-qasma, jew minn xi persuna oħra, jekk ilkoll ikunu
jaqblu fuq il-għażla, u jekk il-parti li tiġi magħżula tkun trid taqdi
l-inkarigu. Fil-każ kuntrarju, l-ishma jiġu magħmula minn persuna
maħtura mill-qorti.
Tlugħ ta’ ishma 
bix-xorti.
510. (1) L-ishma jiġu mtellgħin bix-xorti.
(2) Iżda, kemm-il darba l-ishma tal-partijiet li jkunu qegħdin
jaqsmu ma jkunux indaqs, il-qorti tiddeċidi jekk l-ishma
għandhomx jiġu mtellgħin bix-xorti, jew jekk il-qsim għandux isir
b’assenjazzjoni għal kollox jew f’parti.
Meta l-qasma 
għandha ssir bl-
assistenza ta’ l-
imħallef jew 
maġistrat.
511. (1) Jekk xi wieħed mill-komproprjetarji ikun taħt tutela
jew kurazija, jew ikun assenti li għalih jidher kuratur maħtur mill-
qorti, il-qasma ma tiswiex jekk ma ssirx bl-assistenza ta’ l-imħallef
jew maġistrat tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja.
(2) L-imħallef jew maġistrat għandu jiffirma l-minuta tal-
kuntratt.
(3) Il-qasma magħmula bl-assistenza ta’ dak l-imħallef jew
maġistrat ma tistax tiġi attakkata, lanqas mill-persuni msemmijin
fis-subartikolu (1), minħabba li ma jkunux ġew imħarsa r-regoli
miġjubin fl-artikoli ta’ qabel dan.
Kunsinna tad-
dokumenti li 
jkollhom x’jaqsmu 
mal-ħwejjeġ fil-
qasma.
512. (1) Wara l-qasma għandhom jingħataw lil kull parti li
kienet fil-qsim, id-dokumenti li jkollhom x’jaqsmu mal-ħwejjeġ li
jkunu messew lilha, kemm-il darba dawn id-dokumenti jkunu
jinsabu fost il-ħwejjeġ tal-komunjoni.
(2) Id-dokumenti ta’ ħaġa li tkun ġiet maqsuma jibqgħu għand
il-parti li jkollha l-akbar biċċa minn dik il-ħaġa, bl-obbligu tagħha
li turi dawk id-dokumenti, kull meta tiġi mitluba, lil dawk fost il-
partijiet li qasmu illi jkollhom interess fihom.
(3) Id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu in ġenerali mal-beni
kollha li qabel kienu in komun għandhom jingħataw f’idejn
persuna, bħala depożitarja, magħżula mill-partijiet kollha li qasmu,
jew, fin-nuqqas ta’ ftehim bejniethom, mill-qorti, bl-obbligu li turi
dawn id-dokumenti, kull meta tiġi mitluba, lil kull waħda mill-
partijiet li jkunu qasmu.
Effetti tal-qasma.
li hemm fl-artikoli 947 sad-952 inklużivament  dwar il-werrieta,
igħoddu ġeneralment għall-partijiet li jkunu qasmu.
Differenza ta’ flus 
u qasma 
supplementari. 
Sostitwit: 
LVIII. 1975.3.
514. (1) Meta f’qasma, jew f’xi att ieħor li bih tispiċċa l-
komunjoni ta’ ħwejjeġ mobbli jew immobbli, ukoll jekk dan l-att
ikun ġie mogħti l-isem ta’ bejgħ, tpartit, jew transazzjoni, jew xi
isem ieħor il-valur ġust tal-beni li messew jew li ġew assenjati lil
waħda mill-partijiet li jkunu qasmu jkun, meta tqis iż-żmien ta’ dik
il-qasma jew att ieħor, inqas mit-tliet kwarti tal-valur ġust tas-
sehem li kien imissha, dik il-parti jkollha dritt titlob, mingħand il-
parti l-oħra, id-differenza fi flus.
 (2) Ebda azzjoni għad-differenza taħt is-subartikolu (1) ma
  110      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
tista’ tinġieb ’il quddiem meta l-kwistjonijiet li jkunu nqalgħu bejn
il-partijiet li jkunu qasmu jkunu spiċċaw bi transazzjoni, ukoll jekk
ma tkunx inbdiet kawża dwarhom; lanqas ma tista’ tinġieb ’il
quddiem xi azzjoni dwar il-bejgħ tal-jedd tal-komunjoni magħmul
mingħajr qerq lil wieħed mill-komproprjetarji, b’riskju u ħsara
għalih, mill-komproprjetarji l-oħra jew minn wieħed minnhom.
(3) L-azzjoni biex tintalab differenza fi flus skond is-
subartikolu (1) tintilef għeluq sentejn mid-data tal-qasma jew ta’ l-
att l-ieħor li bih tispiċċa l-komunjoni, u d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1407 għandhom japplikaw dwar kif
jingħadd iż-żmien tal-preskrizzjoni.
(4) Il-fatt waħdu li ma tinġiebx fil-qasma xi ħaġa li kienet fil-
komunjoni jagħti biss lok għal qasma oħra b’żieda ta’ l-ewwel
qasma.
Sub-titolu III
FUQ IL-BEJGĦ B’LIĊITAZZJONI
Bejgħ 
b’liċitazzjoni
515. (1) Meta l-beni in komun ma jistgħux jiġu maqsuma bla
xkiel u bla ħsara, u ma tistax issir tpattija b’beni oħra in komun ta’
xorta differenti iżda ta’ l-istess valur, dawk il-beni jiġu mibjugħa
b’liċitazzjoni sabiex jinqasam il-prezz tagħhom.
(2) L-istess isir jekk, f’qasam ta’ beni in komun, ikun hemm xi
beni illi ebda waħda mill-partijiet li jkunu qegħdin jaqsmu ma tkun
tista’ jew trid tieħu.
jista’ jintalab minn 
kull wieħed mill-
komproprjetarji.
516. Meta hemm lok għal-liċitazzjoni, din tista’ tiġi mitluba
minn kull wieħed mill-komproprjetarji, ikun kemm ikun sehmu fil-
ħaġa.
Il-barranin jistgħu 
jiġu mistiedna biex 
joffru.
517. Kull komproprjetarju jista’ jitlob li l-barranin jiġu
mistiedna biex joffru fil-bejgħ b’liċitazzjoni, b’avviż maħruġ
f’ġurnal wieħed jew iżjed, mill-anqas sitt ijiem qabel il-jum imħolli
għall-bejgħ.
Għal-liċitazzjoni 
m’hija meħtieġa 
ebda formalità  
meta ssir bil-
kunsens tal-
komproprjetarji 
kollha,
518. (1) Għal-liċitazzjoni, li ssir bil-kunsens tal-
kompropjetarji kollha, ma hija meħtieġa ebda formalità , u tista’ ssir
bil-mezz ta’ kull persuna u b’dak il-mod li l-komproprjetarji
jagħżlu; iżda f’dak il-każ m’hemmx bejgħ sakemm l-aqwa offerta
ma tiġix aċċettata u, sakemm, fil-każ li l-liċitazzjoni hija dwar
immobbli, ma jsirx il-kuntratt b’att pubbliku.
(2) Dan igħodd ukoll meta, għalkemm il-liċitazzjoni tkun ġiet
ordnata b’sentenza, il-partijiet jiftehmu illi jagħmluha xort’oħra
minn kif isir il-bejgħ fl-irkant bil-qorti.
ukoll, f’xi każijiet, 
meta wieħed mill-
komproprjetarji 
huwa taħt tutela.
519. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll meta xi wieħed mill-komproprjetarji jkun taħt tutela jew
kurazija, jew ikun assenti li jkun jidher għalih kuratur maħtur mill-
qorti, basta li l-beni ma jkunux immobbli, jew, jekk ikunu mobbli,
ma jkunux jiswew iżjed minn tletin lira.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        111
Liċitazzjoni ta’ 
immobbli, eċċ., 
meta xi wieħed 
mill-
komproprjetarji hu 
taħt tutela, eċċ.
520. Meta l-bejgħ b’liċitazzjoni hu dwar beni immobbli, jew
dwar mobbli li jiswew iżjed minn tletin lira, u xi wieħed mill-
komproprjetarji jkun taħt tutela jew kurazija, jew assenti li jidher
għalih kuratur maħtur mill-qorti, dak il-bejgħ ma jiswiex jekk ma
jsirx taħt is-setgħa tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja jew
kontenzjuża, skond il-każ.
Il-liċitazzjoni taħt 
is-setgħa tal-qorti 
ssir bħala bejgħ fl-
irkant bil-qorti.
521. (1) Meta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan il-liċitazzjoni ssir taħt is-setgħa tal-qorti, hija għandha
titmexxa skond ir-regoli stabbiliti għall-bejgħ fl-irkant bil-qorti, sa
fejn dawn ir-regoli jistgħu jgħoddu, kemm-il darba l-qorti ma
jidhrilhiex li jkun aktar ta’ ġid għall-partijiet jekk tiġi magħmula
xort’oħra.
(2) Fil-każijiet kollha, il-barranin għandhom jiġu mistednin
biex joffru.
(3) Il-liberazzjoni magħmula mir-reġistratur tgħodd daqs li
kieku kienet il-kuntratt tal-bejgħ, ukoll fil-każ ta’ bejgħ ta’ beni
immobbli.
Applikabbilità  ta’ 
xi disposizzjonijiet 
dwar il-bejgħ ta’ 
immobbli.
522. Fil-każ ta’ bejgħ ta’ immobbli b’liċitazzjoni, kwantu għall-
iskrizzjoni tal-kuntratt jew ta’ l-att tal-liberazzjoni, fl-interess tat-
terzi, jiswew id-disposizzjonijiet li jgħoddu in ġenerali għall-bejgħ
ta’ immobbli.
Liċitazzjoni ta’ 
beni komuni 
suġġetti għal 
fedekommess. 
L-art. 1 ta’ l-
Ordinanza VI ta’ l-
1895 inkorporat.
523.* Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 515, 516 u 517 igħoddu
wkoll għall-beni in komun, li jkunu, kollha jew biċċa minnhom
suġġetti għal fedekommess:
Iżda l-bejgħ b’liċitazzjoni ma jiswiex jekk ma jsirx taħt l-
awtorizzazzjoni tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja jew
kontenzjuża, skond il-każ, u f’kull każ bhal dak igħoddu d-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar żewġ artikoli qabel dan.
Titolu VI
FUQ IL-PUSSESS
Sub-titolu I
X’INHU L-PUSSESS
Tifsir ta’ pussess.
it-tgawdija ta’ jedd, li tagħhom tista’ tinkiseb il-proprjetà , u li
wieħed iżomm jew jeżerċitah bħala tiegħu nnifsu.
(2) Persuna tista’ tippossjedi bil-mezz ta’ ħaddieħor illi jżomm
il-ħaġa jew jeżerċita l-jedd fl-isem ta’ dik il-persuna.
(3) Min għandu ħaġa miżmuma għandu jew taħt idejh, iżda
*Ara l-art. 2 ta’ l-Ordinanza dwar l-Impieg ta’ ċerti Kapitali  (Kapitolu 26).
  112      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
f’isem ħaddieħor, jissejjaħ detentur.
Il-preżunzjoni hija 
li persuna 
tippossjedi għaliha 
nfisha.
525. (1) ll-preżunzjoni hija dejjem li kull persuna tippossjedi
għaliha nfisha, u b’titolu ta’ proprjetà , meta ma jiġix ippruvat li
hija bdiet tippossjedi f’isem ta’ persuna oħra.
(2) Meta persuna bdiet tippossjedi f’isem ta’ oħra, jitqies
dejjem li hija tippossjedi bl-istess titolu, kemm-il darba ma jkunx
hemm prova li turi l-kuntrarju.
Atti fakultattivi, 
eċċ., ma jistgħux 
jifformaw pussess.
526. Dawk l-atti li huma biss fakultattivi jew li jitħallew li jsiru
biss bil-bona grazzja ma jistgħux jiswew ta’ bażi għall-ksib tal-
pussess.
Vjolenza jew ħabi. 527. (1) Hekk ukoll, dak li wieħed jagħmel bil-vjolenza jew
bil-moħbi ma jistax jiswa ta’ bażi għall-ksib tal-pussess.
(2) B’dan kollu, il-pussess jista’ jibda meta l-vjolenza jew il-
ħabi ma jibqgħux.
Meta jingħadd li 
kien hemm pussess 
fiż-żmien ta’ 
bejniet.
528. Kull persuna attwalment fil-pussess li tipprova illi fl-
imgħoddi kienet ippossediet titqies, sakemm ma jiġix ippruvat il-
kuntrarju, li baqgħet tippossjedi fiż-żmien ta’ bejn iż-żmien il-
wieħed u l-ieħor.
Il-pussess attwali 
bla titolu ma 
jnissilx 
preżunzjoni ta’ 
pussess fl-
imgħoddi.
529. Mill-pussess attwali ma titnissilx preżunzjoni ta’ pussess
fl-imgħoddi, ħlief jekk il-pussessur ikollu titolu; f’dan il-każ, jekk
ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jingħadd li hu kien fil-pussess mid-
data tat-titolu.
Il-pussess minn 
suċċessur 
universali jew 
partikolari.
530. (1) Il-pussess jissokta b’jedd fil-persuna tas-suċċessur
b’titolu universali.
(2) Is-suċċessur b’titolu partikolari, gratuwitu jew oneruż,
jista’ jgħaqqad mal-pussess tiegħu l-pussess tal-predeċessur tiegħu
sabiex jitlob u jgawdi l-effetti ta’ dak il-pussess.
Pussessur ta’ bona 
fidi.
531. (1) Persuna li, għal raġunijiet li għandhom mis-sewwa,
taħseb li l-ħaġa li tippossjedi hija tagħha, hija pussessur ta’ bona
fidi.
Pussessur ta’ mala 
fidi.
(2) Min jaf, jew minħabba ċ-ċirkostanzi għandu jaħseb li l-ħaġa
li jippossjedi hija ta’ ħaddieħor, huwa pussessur ta’ mala fidi.
Wieħed jingħadd 
dejjem li hu bona 
fidi.
532. Għandu dejjem jingħadd li wieħed huwa bona fidi, u min
jeċċepixxi l-mala fidi għandu jippruvaha.
Regoli li 
għandhom jitħarsu 
dwar il-jeddijiet u 
l-obbligi li jiġu 
mill-pussess.
533. Bla ħsara ta’ disposizzjonijiet oħra f’dan il-Kodiċi,
għandhom jiġu mħarsa d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli li ġejjin ta’
dan it-Titolu kwantu għall-jeddijiet u l-obbligi li jiġu mill-pussess.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        113
Sub-titolu II
FUQ IL-JEDDIJIET TAL-PUSSESSUR F’KAŻ TA’ MOLESTJA
Azzjoni sabiex il-
pussessur jinżamm 
fil-pussess f’każ ta’ 
molestja.
534. Kull min, waqt li jinsab fil-pussess, ta’ liema xorta jkun,
ta’ ħaġa immobbli, jew ta’ universalità  ta’ ħwejjeġ mobbli, jiġi
mmolestat f’dak il-pussess, jista’, fi żmien sena mill-molestja,
jitlob li jinżamm f’dak il-pussess, basta li ma jkunx ħa b’idejh dak
il-pussess mingħand il-konvenut bi vjolenza jew bil-moħbi, jew ma
jkunx kiseb mingħandu dak il-pussess b’titolu prekarju.
Azzjoni għar-radd 
tal-pussess f’każ 
ta’ spoll.
Kap. 12.
535. (1) Jekk persuna tiġi, bil-vjolenza jew bil-moħbi,
mneżżgħa mill-pussess, ta’ liema xorta jkun, jew mid-detenzjoni
ta’ ħaġa mobbli jew immobbli, hija tista’, fi żmien xahrejn mill-
ispoll, titlob, b’azzjoni kontra l-awtur ta’ l-ispoll, li terġa’ tiġi
mqiegħda f’dak il-pussess jew f’dik id-detenzjoni, kif jingħad fl-
artikolu 791 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Dan it-tqegħid mill-ġdid fil-pussess jiġi ordnat mill-qorti,
wkoll jekk il-konvenut ikun is-sid tal-ħaġa li tagħha l-attur ikun
bata l-ispoll.
Ir-radd ta’ pussess 
mhux ta’ ħsara 
għal kull azzjoni 
possessorja oħra.
536. It-tqegħid mill-ġdid fil-pussess fil-każ imsemmi fl-aħħar
artikolu qabel dan, ma jneħħix il-jedd ta’ l-eżerċizzju ta’ kull
azzjoni possessorja oħra li għaliha jkollu jedd kull pussessur. 
Kwistjonijiet ta’ 
pussess f’każijiet 
ta’ servitù .
537. Fil-kwistjonijiet ta’ pussess f’każijiet ta’ servitù , il-
jeddijiet u d-dmirijiet tal-proprjetarji tal-fond dominanti u serventi
u ta’ kull persuna oħra li jkollha interess, jiġu stabbiliti fuq l-użu
tas-sena ta’ qabel, jew, fil-każ ta’ servitujiet li jitgawdew
f’intervalli ta’ iżjed minn sena, fuq l-użu ta’ l-aħħar tgawdija.
Azzjoni sabiex ma 
jissoktax xogħol 
ġdid li bih hemm 
il-biża li ssir ħsara.
538. (1) Persuna li bir-raġun tibża’ li minħabba xi xogħol ġdid
li wieħed ieħor ikun beda fil-fond tiegħu nnifsu jew fil-fond ta’
ħaddieħor, tista’ tiġri ħsara f’ħaġa immobbli li qiegħda fil-pussess
tagħha, tista’ tagħmel kawża u titlob li dan il-wieħed ieħor jinżamm
milli jissokta dak ix-xogħol ġdid, basta li dak ix-xogħol ikun għad
ma tlestiex, u ma tkunx għaddiet sena minn mindu x-xogħol ikun
inbeda.
(2) Il-qorti, wara li tisma’ l-fatti fil-qosor, tista’, skond iċ-
ċirkostanzi, iżżomm dan ix-xogħol ġdid milli jitkompla inkella
tagħti li jitkompla dan ix-xogħol ġdid, taħt il-garanziji li jidhrilha
meħtieġa.
(3) Meta x-xogħol jinżamm milli jitkompla, din il-garanzija
tkun għall-ħlas tad-danni li jista’ jkun hemm minħabba t-twaqqif
tax-xogħol, jekk jinsab li l-opposizzjoni għall-issoktar tax-xogħol
tkun saret mingħajr raġuni tajba.
(4) Meta jingħata li x-xogħol jitkompla, din il-garanzija tkun
għall-ħatt tax-xogħol kollu jew ta’ biċċa minnu u għall-ħlas tad-
danni li jista’ jbati l-attur, jekk, għalkemm ikun ingħata li x-xogħol
jitkompla, tiġi mogħtija favur tiegħu sentenza definittiva.
Azzjoni li tmiss lil 
persuna li tibża’ li 
tiġri ħsara minn 
bini, siġar, eċċ.
539. Min bir-raġun jibża’ li tista’, minn waqt għall-ieħor, tiġri
ħsara kbira f’fond jew ħaġ‘ oħra fil-pussess tiegħu, minn bini, siġra
jew ħaġ‘oħra, jista’ jagħmel kawża u jitlob, skond iċ-ċirkostanzi,
  114      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
illi jiġu meħuda l-passi meħtieġa sabiex jitneħħa l-periklu, jew illi
l-ġar ikun imġiegħel jagħti garanzija għall-ħsarat li l-attur jista’
jbati.
Sub-titolu III
FUQ IL-JEDDIJIET U OBBLIGI BEJN IL-PUSSESSUR U S-SID
§  I. FUQ IL-FROTTIJIET TAL-ĦAĠA LI WIEĦED JIPPOSSJEDI, FUQ 
L-ISPEJJEŻ LI JAGĦMEL FIHA U FUQ IL-JEDD TA’ RITENZJONI 
Jedd tal-pussessur 
ta bona fidi għall-
frottijiet tal-ħaġa li 
jippossjedi.
540. Il-pussessur ta’ bona fidi jieħu l-frottijiet tal-ħaġa li
jippossjedi, ukoll jekk din il-ħaġa tkun wirt; u mhux obbligat irodd
ħlief dawk il-frottijiet li jkun ħa, jew li bil-għaqal ta’ missier tajjeb
ta’ familja seta’ jieħu, wara talba ġudizzjarja:
Iżda, hu mhux obbligat irodd il-prezz tal-frottijiet mhux
maqtugħa jew maqlugħa, li jkun irċieva qabel it-talba ġudizzjarja,
għad illi, fiż-żmien ta’ dik it-talba, il-frottijiet ikunu għadhom ma
ġewx maqtugħa mis-siġra jew maqlugħa mill-art.
Pussessur ta’ mala 
fidi.
541. Il-pussessur ta’ mala fidi hu obbligat irodd il-frottijiet
kollha li jkun ħa, jew li bil-għaqal ta’ missier tajjeb ta’ familja seta’
jieħu minn dak in-nhar li jkun okkupa l-ħaġa bla jedd.
Jeddijiet tal-
pussessur ta’ bona 
fidi dwar spejjeż.
542. (1) Il-pussessur ta’ bona fidi jista’ jitlob mingħand is-sid
ir-radd ta’ l-ispejjeż meħtieġa, sew jekk jissokta kemm jekk ma
jissoktax l-effett taghhom.
(2) Għal dawk li huma l-ispejjeż utili, is-sid għandu jew iħallas
lill-pussessur il-kost tax-xogħol inkella, kif jagħżel, jagħtih somma
daqs b’kemm ikun kiber il-valur tal-ħaġa.
(3) Il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tordna illi r-radd ta’ l-
ispejjeż magħmula f’immobbli, isir mis-sid b’mezz ta’ renta
garantita b’ipoteka fuq dak l-immobbli, jew b’kull mod ieħor li bih
id-dejn jista’ jiġi mħallas għal kollox, u li fl-istess ħin ikun anqas
gravuż għad-debitur.
Pussessur ta’ mala 
fidi.
543. (1) Lejn il-pussessur ta’ mala fidi s-sid għandu, għal
dawk li huma spejjeż meħtieġa, u għall-ispejjeż utili magħmulin
għal miljoramenti li ma jistgħux jiġu mneħħija, l-istess obbligi li
sid għandu lejn il-pussessur ta’ bona fidi, basta li l-pussess tal-ħaġa
ma jkunx ġie meħud b’serq jew b’reat ieħor li ma jaqax taħt il-
klassi tal-kontravvenzjonijiet.
(2) Għal dawk li huma l-ispejjeż utili magħmulin għal
miljoramenti li jistgħu jitneħħew, is-sid jista’ jagħżel jew li jżomm
dawk il-miljoramenti jew li jġiegħel lill-pussessur ineħħihom.
(3) Jekk is-sid jitlob it-tneħħija ta’ dawk il-miljoramenti, il-
pussessur għandu jneħħihom bi spejjeż tiegħu mingħajr ebda jedd
għall-ħlas tal-ħsara, u għandu jħallas il-ħsarat li s-sid ikun bata.
(4) Jekk is-sid ikun irid li jżomm il-miljoramenti, hu għandu,
kif jagħżel, jew iħallas lill-pussessur il-kost taghhom inkella
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        115
jagħtih somma daqs b’kemm ikun kiber il-valur tal-ħaġa.
Jeddijiet tal-
pussessur dwar 
spejjeż ta’ lussu.
544. Għal dawk li huma l-ispejjeż ta’ lussu, il-pussessur, sew ta’
bona fidi kemm ta’ mala fidi, għandu biss jedd li jieħu lura l-
oġġetti nfishom, meta dan jista’ jiswielu ta’ ġid mingħajr ma ssir
ħsara fil-ħaġa, u s-sid ma jkunx irid iżommhom billi jħallas lill-
pussessur somma daqs il-profitt li dan jista’ jagħmel kieku
jneħħihom.
Tjfsir ta’ spejjeż 
meħtieġa, utili, u 
ta’ lussu.
545. (1) L-ispejjeż meħtieġa huma dawk li mingħajrhom il-
ħaġa kienet tispiċċa jew titgħarraq.
(2) L-ispejjeż utili huma dawk li jagħmlu l-ħaġa aħjar milli
tkun, billi jagħmluha iżjed komda, jew li tista’ tagħti aktar
frottijiet, mingħajr ma l-ħaġa tbati ħsara kemm-il darba dawn l-
ispejjeż ma jsirux.
(3) L-ispejjeż ta’ lussu huma dawk li jiswew biss għat-tiżjin tal
ħaġa, mingħajr ma jagħmlu l-ħaġa iżjed komda jew li tista’ tagħti
aktar frottijiet, u mingħajr ma l-istat tal-ħaġa jitgħarraq kemm-il
darba dawn l-ispejjeż ma jsirux.
(4) Iżda, l-ispejjeż ta’ lussu jistgħu, xi drabi, jitqiesu bħala
spejjeż utili, meta wieħed iqis il-kondizzjoni tas-sid, jew meta xi
ċirkostanzi partikolari jagħtu lis-sid okkażjoni fi żmien qrib li jieħu
ġid minn dawk l-ispejjeż.
Pussess tal-ħaġa 
miksuba b’serq jew 
reat ieħor.
546. Dak li jkun ħa l-pussess tal-ħaġa b’serq jew b’reat ieħor, li
ma jkunx sempliċi kontravvenzjoni, m’għandu jedd għal ebda
indenizz għal ebda xorta ta’ spejjeż, lanqas li jneħħi l-miljoramenti
li jkun għamel fil-ħaġa; u jista’ jiġi mis-sid imġiegħel ineħħi, bi
spejjeż tiegħu, u mingħajr ebda jedd ta’ indenizz, dawk l-oġġetti li
jistgħu jitneħħew, kif ukoll jista’ jiġi mġiegħel iħallas il-ħsara li s-
sid ikun bata.
Tpattija tal- 
frottijiet ma’ l-
ispejjeż.
547. It-tpattija tal-frottijiet ma’ l-ispejjeż imsemmijin fl-artikoli
ta’ qabel dan, issir ukoll mal-pussessur ta’ bona fidi:
Iżda, dan il-pussessur hu obbligat, barra l-frottijiet li
għandu jrodd skond l-artikolu 540, iġib fil-kont dawk il-frottijiet
biss illi jkun daħħal fil-ħames snin ta’ qabel it-talba ġudizzjarja tas-
sid.
Meta l-pussessur 
ta’ bona fidi jew ta’ 
mala fidi mhux 
obbligat irodd il-
frottijiet tal-
miljoramenti.
548. Il-pussessur sew ta’ bona fidi kemm ta’ mala fidi mhux
obbligat irodd, jew iġib fil-kont għat-tpattija msemmija fl-aħħar
artikolu qabel dan, il-frottijiet tal-miljoramenti li, skond id-
disposizzionijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan, huwa għandu jedd
ineħħi, jew li għalihom għandu jiġi indenizzat mis-sid, ħlief jekk
is-sid ikun irid jagħtih l-imgħaxijiet fuq l-kost ta’ dawk il-
miljoramenti.
Spejjeż sabjex il-
ħaġa tagħti 
frottijiet jew sabiex 
il-frottijiet jiġu 
kkonservati.
549. (1) L-ispejjeż sabiex il-ħaġa tagħti l-frottijiet jew sabiex
dawn il-frottijiet jiġu kkonservati, ma jidħlux ma’ dawk
imsemmijin fl-artikoli ta’ qabel ta’ dan is-sub-titolu.
(2) Dawn l-ispejjeż jinqatgħu dejjem mill-frottijiet hawn fuq
imsemmijin.
  116      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Jedd tal-pussessur 
li jżomm f’idejh il-
ħaġa.
550. Kull meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel
dan, il-pussessur, sew ta’ bona fidi kemm ta’ mala fidi, ikollu jedd
jieħu lura l-ispejjeż li jkun għamel fuq il-ħaġa ta’ ħaddieħor, sew
billi jieħu lura l-oġġetti magħmulin b’dawk l-ispejjeż, jew billi
jitħallas lura ta’ dawk l-ispejjeż, huwa għandu l-jedd, bla ħsara tad
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 2079, li jżomm f’idejh il-ħaġa sa
kemm jieħu dak li jkun imissu, basta li t-talba tiegħu għal dawn l-
ispejjeż issir, imqar bil-fomm, matul is-smigħ tal-kawża, qabel ma
tingħata s-sentenza fuq it-talba tas-sid għar-radd ta’ dik il-ħaġa.
§  II. FUQ L-OBBLIGI TAL-PUSSESSUR DWAR IR-RADD TAL-ĦAĠA
Il-pussessur ta’ 
bona fidi għandu 
jħallas il-ħsarat.
551. ll-pussessur ta’ bona fidi għandu jħallas dawk il-ħsarat li,
b’egħmilu jew xort’oħra, ukoll qabel it-talba ġudizzjarja tas-sid,
ikunu saru fil-ħaġa, iżda biss sas-somma tal-ġid li jkun ħa minn
dawk il-ħsarat.
Jekk il-ħaġa li 
tagħha wieħed 
ikollu l-pussess 
tkun wirt.
552. Jekk il-ħaġa li tagħha wieħed ikollu l-pussess tkun wirt jew
sehem ta’ wirt, il-pussessur, ukoll jekk ta’ bona fidi, illi jkun
ittrasferixxa xi ħwejjeġ tal-wirt, għandu jrodd ukoll, iżda biss sa l-
ammont tal-profitt li jkun ħa b’dak it-trasferiment, il-valur ta’ dawk
il-ħwejjeġ.
Meta jitqies li 
pussessur ħa 
profitt.
553. Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar żewġ artikoli
qabel dan, il-pussessur jitqies li ħa profitt mill-ħsarat jew bit-
trasferimenti hawn fuq imsemmija, f’kull wieħed mill-każijiet li
ġejjin biss:
(a) jekk il-profitt li ttieħed minnhom, fiż-żmien tat-talba
ġudizzjarja, jinsab għadu jeżisti mifrud għalih mill-
ħwejjeġ tal-pussessur;
(b) jekk, billi l-profitt li ttieħed minnhom ikun tħallat ma’
ħwejjeġ il-pussessur, l-assi ta’ dan, fiż-żmien ta’ dik
it- talba, jinsab b’daqshekk li huwa akbar;
(ċ) jekk, billi l-profitt li ttieħed minnhom ikun ġie
kkunsmat mill-pussessur, dan, b’daqshekk, ikun faddal
ħwejġu, u dan it-tfaddil ikun għadu jeżisti:
Iżda, il-pussessur jista’, f’kull wieħed mill-każijiet ta’ hawn
fuq, iżomm il-profitt li jkun ħa billi jħallas lill-attur il-valur tal-
ħaġa fiż-żmien li jkun iddispona minnha jew il-valur tagħha fiż-
żmien tat-talba, skond liema jkun l-akbar.
Il-pussessur ta’ 
bona fidi mhux 
obbligat jrodd il-
valur tal-ħwejjeġ li 
jkun ta, eċċ.
554. Il-pussessur ta’ bona fidi mhux obbligat, lanqas fil-każ ta’
pussess ta’ wirt, irodd il-valur tal-ħwejjeġ li huwa jkun ta, tilef, jew
qered mingħajr profitt.
L-artikoli 552, 553 
u 554 igħoddu 
għall pussessur ta’ 
kull universitas 
rerum oħra.
555. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar tliet artikoli qabel dan
igħoddu għall-pussessur ta’ kull universitas rerum oħra. 
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        117
Il-pussessur ta’ 
mala fidi għandu 
jrodd il-ħwejjeġ li 
jkun okkupa 
inġustament.
556. (1) Il-pussessur ta’ mala fidi hu obbligat, dejjem, irodd il-
ħwejjeġ kollha li jkun okkupa inġustament,
(2) Kemm-il darba dan il-pussessur ma jkunx baqa’, minrajh
jew bi ħtija tiegħu, jippossjedi xi waħda minn dawk il-ħwejjeġ, hu
obbligat irodd lill-attur il-profitt li jkun għamel minnha, jew, kif
jagħżel l-attur, iħallas lil dan, il-valur tal-ħaġa fiż-żmien li ma
jkunx baqa’ jippossjediha jew il-valur tagħha fiż-żmien tat-talba,
skond liema jkun l-akbar, għad illi, f’dan il-każ, hu ma jkun ħa
ebda profitt minnha.
Il-pussessur ta’ 
mala fidi jwieġeb 
għall-ħsarat li jiġru 
b’egħmilu.
557. Il-pussessur ta’ mala fidi hu obbligat ukoll għall-ħsarat
kollha li jiġru b’egħmilu, kif ukoll għal dawk li jiġru b’aċċident,
kemm-il darba, ikun liema jkun il-mod li bih ħa l-pussess tal-ħaġa,
ma jippruvax li dik il-ħaġa kienet xorta waħda tispiċċa jew
titgħarraq li kieku kienet f’idejn sidha.
§ III . FUQ L-EFFETTI PARTIKOLARI TAL-PUSSESS TA’ ĦWEJJEĠ 
MOBBLI
Pussess ta’ ħwejjeġ 
mobbli minn terzi 
persuni ta’ bona 
fidi.
558. (1) Għal dawk li huma ħwejjeġ mobbli minnhom
infishom, jew titoli għall-purtatur, il-pussess għandu, favur it-terzi
ta’ bona fidi, l-effett stess tat-titolu, bla ħsara tad-disposizzjonijiet
ta’ kull liġi oħra għal dawk li huma bastimenti.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għal
universalità  ta’ ħwejjeġ mobbli.
Sid il-ħaġa mitlufa 
jew misruqa jista’ 
jitlobha lura.
559. (1) Iżda, dak li jkun tilef il-ħaġa, jew li jkun ġie misruq
minnha, jista’ jitlobha lura billi jindennizza lill-pussessur.
(2) Jista’ wkoll jitlobha lura mingħajr l-obbligu li jindennizza
lill-pussessur meta dan ma jkunx ħadha b’bona fidi, b’titolu oneruż,
mingħand min, milli kien jidher, seta’ kien sid dik il-ħaġa, jew
seta’ kien persuna mqabbda mis-sid biex tiddisponi mill-ħaġa. 
TAQSIMA II
FUQ KIF WIEĦED JISTA’ JAKKWISTA U JITTRASFERIXXI L-
PROPRJETÀ  U JEDDIJIET OĦRA FUQ IL-BENI JEW LI GĦANDHOM 
X’JAQSMU MAL-BENI.
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Akkwist u 
trasferiment ta’ 
proprjetà  
b’suċċessjoni, eċċ.
560. (1) Il-proprjetà  u l-jeddijiet l-oħra fuq il-ħwejjeġ, jew li
għandhom x’jaqsmu mal-ħwejjeġ, jistgħu jiġu akkwistati u
ttrasferiti b’suċċessjoni, jew bis-saħħa ta’ ftehim, jew bil-
  118      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
preskrizzjoni. 
(2) Il-proprjetà  tista’ wkoll tiġi akkwistata u ttrasferita
b’okkupazzjoni jew b’aċċessjoni.
Titolu I
FUQ L-OKKUPAZZJONI
X’inhija l-
okkupazzjoni.
561. (1) L-okkupazzjoni hija l-att li bih wieħed jieħu pussess
ta’ ħaġa korporali li mhix, iżda tista’ tkun, il-proprjetà  ta’ xi hadd,
bil-ħsieb li jagħmilha tiegħu.
(2) Min jokkupa l-ħaġa jakkwista l-proprjetà  tagħha, kemm-il
darba l-liġi ma tkunx tgħid xort’oħra.
Jeddjjiet tas-sidjen 
ta’ ferħ naħal.
562. (1) Is-sid ta’ ferħ naħal għandu jedd li jmur warajhom fil-
fond ta’ ħaddieħor, iżda hu obbligat iħallas il-ħsara li jagħmel f’dak
il-fond.
(2) Kemm-il darha s-sid ma jmurx wara n-naħal fi żmien
għaxart ijiem minn dak in-nhar li jkun ġie jaf bil-lok fejn ikunu
jinsabu, jew, jekk għal għaxart ijiem, jaqta’ li jmur warajhom, il-
pussessur ta’ dak il-fond jista’ jeħodhom u jżommhom.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll għas-
sid ta’ annimali immansati; iżda dawk l-annimali jsiru proprjetà  ta’
min ikun qabadhom u żammhom, jekk ma jiġux mitluba lura sa
tletin ġurnata minn dak in-nhar illi s-sid ikun ġie jaf fejn dawk l-
annimali jinsabu.
Teżor fil-fond ta’ 
ħaddieħor. 
Kap. 54.
563. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Protezzjoni ta’ l-Antikitajiet, it-teżor misjub fil-fond ta’ ħaddieħor,
jekk jiġi misjub bla ma wieħed ikollu ħsieb, imiss nofs lil min isibu
u nofs lis-sid tal-fond fejn jinsab, u jekk jiġi misjub b’tiftix li jsir
għal dak il-hsieb, imiss kollu lis-sid tal-fond.
(2) Il-kelma "teżor" tfisser u tinkludi kull ħaġa mobbli, ukoll
jekk mhux prezzjuża, li tkun moħbija jew midfuna fl-art, u li tagħha
ħadd ma jista’ jipprova li huwa s-sid.
Proprjetà  mitlufa. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXII. 1979.2.
564. (1) Min isib ħaġa mobbli li ma tkunx teżor, għandu
jroddha lill-pussessur tagħha ta’ qabel, jekk ikun magħruf: inkella
mingħajr dewmien għandu jagħtiha f’idejn il-Pulizija.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jippubblika b’avviż fil-
Gazzetta lista tal-ħwejjeġ mobbli msemmija fis-subartikolu (1), u
għandu jerġa’ jippubblika dik il-lista, barra mill-ħwejjeġ li jkunu
ġew mitluba minn sidhom, wara tliet xhur mill-imsemmi avviż.
(3) Wara tliet xhur minn dak in-nhar tal-ħruġ tat-tieni avviż,
jekk is-sid ma jkunx deher biex jitlob il-ħaġa, din il-ħaġa jew, jekk
iċ-ċirkostanzi jkunu għamlu meħtieġ il-bejgħ tagħha, il-prezz
tagħha, imissu lil min ikun sabha.
(4) Is-sid tal-ħaġa jew min isibha, skond ma jkun il-każ, meta
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        119
jieħu lura l-ħaġa jew il-prezz tagħha, għandu jħallas l-ispejjeż li
jkunu saru.
(5) Barra minn dan, is-sid li jieħu lura l-ħaġa għandu jħallas lil
min ikun sabha rigal meqjus skond iċ-ċirkostanzi, u li ma jkunx
iżjed minn għaxra waħda ta’ kemm tkun tiswa l-ħaġa misjuba.
(6) Jekk, malli jgħaddu sitt xhur mill-ewwel avviż ippubblikat
fil-Gazzetta taħt is-subartikolu (2), la min isib il-ħaġa u lanqas is-
sid tagħha ma jagħmel talba għaliha jew għall-prezz tagħha, dik il-
ħaġa jew dak il-prezz, skond il-każ, issir proprjetà  tal-Gvern.
Ħwejjeg li 
jinxteħtu jew li 
jaqgħu l-baħar. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII.1974.68.
565. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
jgħoddux għall-ħwejjeġ mixħuta jew li jaqgħu l-baħar, jew li l-
baħar jitfa’ lura fuq l-art, jew għax-xtieli u ħxejjex li jikbru ma’ tul
il-plajja, jew f’qiegħ il-baħar, ħlief sa fejn dawn il-jeddijiet fuq
dawn il-ħwejjeġ ma jaqgħux taħt liġijiet speċjali.
(2) Ħadd ma jista’, mingħajr il-permess tal-President ta’ Malta,
jistad għall-qroll jew ħwejjeġ oħra bħal dawn li jiffurmaw ruħhom
jew jikbru f’qiegħ il-baħar.
Titolu II
FUQ L-AĊĊESSJONI
X’inhi l-
aċċessjoni.
566. L-aċċessjoni hija l-jedd li bih min għandu l-proprjetà
ta’ħaġa jakkwista l-proprjetà  ta’ dak kollu li dik il-ħaġa tagħti, jew
li jingħaqad jew li jsir biċċa waħda magħha, sew b’mod naturali
jew bix-xogħol tal-bniedem.
Sub-titolu I
FUQ IL-JEDD TA’ AĊĊESSJONI FUQ DAK LI L-ĦAĠA TAGĦTI
Proprjetà  ta’ 
frottijiet naturali, 
frottijiet industrjali 
jew frottijiet ċivili.
567. ll-frottijiet naturali, tax-xogħol, jew ċivili jmissu, b’jedd
ta’ aċċessjoni, lis-sid tal-ħaġa li tagħtihom, bil-piż li jħallas l-
ispejjeż li ħaddieħor ikun għamel sabiex il-ħaġa tagħti dawk il-
frottijiet jew sabiex dawk il-frottijiet jiġu kkonservati.
Sub-titolu II
FUQ IL-JEDD TA’ AĊĊESSJONI DWAR ĦWEJJEĠ IMMOBBLI
Bini, tħawwil jew 
xogħolijiet 
magħmulin bil-
materjal ta’ 
ħaddieħor.
568. Is-sid ta’ l-art li fuqha huwa jibni, iħawwel, jew jagħmel
xogħolijiet b’materjal ta’ ħaddieħor, għandu jħallas il-valur ta’ dan
il-materjal, u, fil-każ ta’ mala fidi, għandu jħallas ukoll id-danni u
l-imgħaxijiet; iżda sid il-materjal m’għandux jedd jieħdu lura ħlief
meta jkun jista’ jagħmel dan mingħajr ma jeqred ix-xogħol hekk
  120      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
mibni, jew mingħajr ma jħalli t-tħawwil imut.
Bini, eċċ., 
magħmul minn terz 
pussessur b’ 
materjal tiegħu,
569. (1) Meta xi bini, tħawwil jew xogħlijiet bħal dawn ikunu
saru minn terz pussessur, b’materjal tiegħu, igħoddu d-
disposizzjonijiet dwar il-Pussess taħt it-Titolu VI tat-Taqsima I tat-
Tieni Ktieb ta’ dan il-Kodiċi, skond jekk dan il-pussessur ikunx
ippossjeda b’bona fidi jew b’mala fidi.
(2) Jekk it-terz ma jkunx pussessur fis-sens ta’ l-artikolu 524
igħoddu f’kull każ id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 543.
b’materjal ta’ 
ħaddieħor.
570. Meta dan il-bini, tħawwil jew xogħlijiet ikunu saru minn
terza persuna b’materjal ta’ ħaddieħor, sid dan il-materjal ma
għandux jedd li jitolbu lura, iżda jista’ jitlob indenizz mingħand it-
terza persuna li tkun inqdiet b’dak il-materjal, kif ukoll mingħand
sid il-fond sas-somma li dan ikun fadallu jagħti.
Okkupazzjoni b’ 
bona fidi ta’ biċċa 
minn fond viċin.
571. Jekk fit-tlugħ ta’ bini tiġi okkupata b’bona fidi biċċa mill-
fond li jmiss ma’ dak il-bini, u l-ġar ikun jaf li qiegħed isir dak il-
bini, u ma jagħmilx opposizzjoni, l-art li tiġi hekk okkupata u l-bini
li jsir fuqha jistgħu jiġu ddikjarati ta’ proprjetà  ta’ min bena, taħt l-
obbligu li jħallas lil sid l-art il-valur tal-wiċċ li jkun okkupa, u li
jagħmel tajba kull ħsara li tkun saret.
Sub-titolu III
FUQ IL-JEDD TA’ AĊĊESSJONI DWAR ĦWEJJEĠ MOBBLI
Jedd ta’ aċċessjoni 
dwar ħwejjeġ 
mobbli.
572. (1) Il-jedd ta’ aċċessjoni dwar ħwejjeġ mobbli ta’
proprjetà  ta’ diversi sidien, għandu jkun regolat mill-prinċipji ta’ l-
ekwità  naturali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli li ġejjin jiswew biex
fuqhom il-qorti tiddeċidi, fil-każijiet mhux ikkontemplati mil-liġi,
skond ma jkunu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ.
Meta żewġ ħwejjeġ 
ta’ diversi sidien 
jitgħaqqdu b’mod 
li jagħmlu ħaġa 
waħda.
573. (1) Meta żewġ ħwejjeġ ta’ diversi sidien jiġu mgħaqqdin
ma’ xulxin b’mod li jagħmlu ħaġa waħda, iżda b’dan kollu jistgħu
jiġu mifruda mingħajr ħsara kbira ta’ ebda waħda minnhom, kull
wieħed mis-sidien jibqa’ jżomm il-proprjetà  tal-ħaġa tiegħu, u
għandu jedd jitlob il-firda.
(2) Iżda, jekk iż-żewġ ħwejjeġ ma jistgħux jiġu mifruda
mingħajr ħsara kbira ta’ waħda minnhom, iż-żewġ ħwejjeġ hekk
imgħaqqdin flimkien imissu lis-sid tal-ħaġa li hija l-parti prinċipali
fosthom, bl-obbligu li jħallas lis-sid l-ieħor il-valur tal-ħaġa
mgħaqqda magħha.
Liema hija l-ħaġa 
prinċipali.
574. Titqies parti prinċipali dik li magħha l-oħra tkun ġiet
imgħaqqda biss għall-użu, għat-tiżjin, jew sabiex tagħmilha
kompluta.
Meta l-aċċessorju 
huwa iżjed 
prezzjuż mill-
prinċipal.
575. Iżda, jekk il-ħaġa mgħaqqda tkun wisq iżjed prezzjuża
mill-ħaġa prinċipali, u jkun sar użu minnha mingħajr il-kunsens
tas-sid, dan is-sid jista’ jagħżel jew li jieħu kollox u jħallas lil sid
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        121
il-ħaġa prinċipali l-valur tagħha, jew li jitlob il-firda tal-ħaġa
mgħaqqda, għad li b’hekk tista’ tiġri ħsara lill-oħra.
Meta l-ħaġa titqies 
prinċipali 
minħabba l-valur 
jew kobor tagħha.
576. Jekk minn żewġ ħwejjeġ imgħaqqda flimkien biex jagħmlu
ħaġa waħda, ebda waħda minnhom ma tista’ titqies bħala
aċċessorja ta’ l-oħra, dik li tiswa l-aktar, jew, fil-każ li ż-żewġ
ħwejjeġ ikunu jiswew bejn wieħed u ieħor indaqs, dik li tkun l-
akbar fid-daqs, titqies li hija l-prinċipali.
Jekk l-artiġjan 
jinqeda b’materjal 
mhux tiegħu,
577. Meta artiġjan jew persuna oħra jkunu nqdew b’materjal
mhux tagħhom, sabiex jagħmlu xi ħaġa ta’ xorta ġdida, sid il-
materjal għandu jedd, sew jekk il-materjal ikun jista’ kemm jekk
ma jkunx jista’ jerġa’ jieħu s-sura ta’ qabel, għall-proprjetà  tal-
ħaġa li tkun ġiet magħmula bih, bl-obbligu li jħallas lill-artiġjan
jew persuna oħra l-prezz tax-xogħol.
jew biċċa 
b’materjal tiegħu u 
biċċa ta’ 
ħaddieħor.
578. Jekk xi ħadd, biex jagħti forma ġdida lil ħaġa jkun inqeda
b’materjali, biċċa tiegħu u biċċa ta’ ħaddieħor, b’mod li għalkemm
la l-materjal l-wieħed u lanqas l-ieħor ma jkun ġie ttrasformat għal
kollox, dak il-materjal ma jkunx jista’ jiġi mifrud mingħajr ħsara,
il-ħaġa tibqa’ in komun bejn iż-żewġ sidien f’ishma meqjusa skond
il-valur ta’ dak li kull wieħed minnhom ikun ħareġ, jiġifieri, il-
wieħed skond il-valur tal-materjal li kien tiegħu, u l-ieħor skond il-
valur tal-materjal li kien tiegħu u l-prezz tax-xogħol.
Meta x-xogħol 
jiswa iżjed mill-
materjal użat.
579. Iżda, meta x-xogħol ikun ta’ valur tali li jkun jiswa bil-
bosta iżjed milli jiswew il-materjali wżati, ix-xogħol jitqies bħala l-
ħaġa prinċipali, u l-artiġjan għandu jedd iżomm il-ħaġa hekk
maħduma, billi jħallas lis-sid il-prezz tal-materjal.
Taħlit ta’ materjal 
divers.
580. (1) Meta ħaġa tkun ġiet magħmula bit-taħlit ta’ materjal
divers li jkun ta’ diversi sidien, u dan il-materjal ikun jista’ jiġi
mifrud mingħajr ħsara, is-sid li ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għat-
taħlit, jista’ jitlob il-firda.
(2) Jekk il-materjal ma jkunx jista’ jiġi mifrud, jew, jekk il-
firda ma tkunx tista’ ssir mingħajr ħsara, il-ħaġa magħmula bit-
taħlit issir proprjetà  komuni ta’ bejniethom, fil-proporzjon tal-valur
tal-materjal ta’ kull wieħed minnhom.
Meta l-materjali ta’ 
wieħed mis-sidien 
jitqies bħala l-ħaġa 
prinċipali.
581. Iżda, jekk il-materjali ta’ wieħed mis-sidien jista’ jitqies
bħala l-ħaġa prinċipali, jew ikun jiswa wisq iżjed mill-materjali l-
oħra, u ż-żewġ materjali ma jkunux jistgħu jiġu mifruda, jew il-
firda tagħhom tkun iġġib ħsara, is-sid ta’ dawk il-materjali li
jitqiesu li huma l-ħaġa prinċipali, jew li huma aqwa fil-valur,
għandu jedd għall-proprjetà  tal-ħaġa li ssir mit-taħlit, billi jħallas
lis-sid l-ieħor il-prezz tal-materjali tiegħu.
Is-sidien tal-
materjali jistgħu 
jitolbu l-bejgħ fl-
irkant tal-ħaġa l-
ġdida.
582. Meta l-ħaġa l-ġdida tibqa’ in komun bejn is-sidien tad-
diversi materjali li bihom il-ħaġa tkun ġid magħmula, kull wieħed
mis-sidien jista’ jitlob il-bejgħ fl-irkant b’vantaġġ u bi spejjeż
komuni.
Jeddijiet tas-sid tal-
materjal użat 
mingħajr il-
kunsens tiegħu.
583. Fil-każijiet kollha li fihom is-sid tal-materjali wżati
mingħajr il-kunsens tiegħu jista’ jippretendi l-proprjetà  tal-ħaġa, hu
jista’ jitlob, skond ma jagħżel, jew li jiġi mogħti lura lilu materjali
ta’ l-istess xorta u kwantità , inkella l-valur tiegħu.
  122      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Tweġib għad-
danni.
584. Dak li jkun uża materjal ta’ ħaddieħor, mingħajr il-kunsens
ta’ sidu, jista’ wkoll jiġi kkundannat għall-ħlas tad-danni, bla ħsara
ta’ kull azzjoni kriminali li għaliha jista’ jkun suġġett.
TITOLU III
FUQ IS-SUĊĊESSJONI
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Tifsira ta’ wirt. 585. Il-wirt huwa l-ġid imħolli minn min imut, u jgħaddi għand
ħaddieħor b’disposizzjoni tal-bniedem jew, fin-nuqqas ta’ din, b’
disposizzjoni tal-liġi.
Kif wieħed jista’ 
jiddisponi mill-
wirt.
586. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet dwar donazzjonijiet
magħmulin f’kontemplazzjoni ta’ żwieġ, ħadd ma jista’ jiddisponi
la mill-wirt, kollu jew biċċa minnu, u lanqas minn somom ta’ flus
jew minn ħwejjeġ partikolari oħra li jkunu jappartjenu lill-wirt,
ħlief b’testment.
 (2) Il-kelmiet "kodiċill" u "donazzjoni causa mortis" huma
mneħħija għal kollox.
Atti testamentarji 
magħmulin qabel 
il-11 ta’ Frar, 1870.
587. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi ma jħassrux il-liġijiet
ta’ qabel dwar l-atti ta’ l-aħħar volontà  magħmulin qabel il-11 ta’
Frar, 1870, lanqas jekk il-persuni li jkunu għamlu dawk l-atti kienu
għadhom ħajjin f’dak il-jum:
Iżda jekk xi att milli hawn fuq imsemmija ma jkunx jiswa
skond dawk il-liġijiet jista’, kemm-il darba ma jkunx ġie mħassar
mill-persuna li tkun għamlitu, iseħħ bis-saħħa ta’ dan il-Kodiċi,
basta li jkun magħmul skond id-disposizzjonijiet tiegħu.
Sub-titolu I
FUQ IS-SUĊĊESSJONI B’TESTMENT
§I.  FUQ IT-TESTMENTI
Tifsir ta’ testment. 588. It-testment huwa att, li minnu nnifsu jista’ jiġi mħassar, illi
bih persuna, bil-mod li trid il-liġi, tiddisponi, għaż-żmien ta’ wara
mewtha, mill-ħwejjeġ tagħha kollha jew minn biċċa minnhom. 
Disposizzjonijiet 
b’titolu universali 
jew partikolari.
589. (1) It-testment jista’ jkun fih disposizzjonijiet b’titolu
universali kif ukoll b’titolu partikolari.
 (2) lt-testment jista’ wkoll ikun fih disposizzjonijiet b’titolu
partikolari mingħajr ebda disposizzjoni b’titolu universali.
Tifsir tad-
disposizzjonijiet 
b’titolu universali 
jew partikolari.
590. (1) Id-disposizzjoni b’titolu universali hija dik li biha t-
testatur iħalli lill-persuna waħda jew iżjed il-ġid tiegħu kollu jew
sehem minnu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        123
(2) Id-disposizzjonijiet l-oħra kollha huma b’titolu partikolari.
Werriet.
testatur ikun iddispona b’titolu universali.
Legatarju.
testatur ikun iddispona b’titolu partikolari.
Testment unica 
charta.
592. (1) It-testment magħmul mir-raġel u l-mara bl-istess att
wieħed, jew, bħal ma ġeneralment jissejjaħ, unica charta, hu
validu.
(2) Kemm-il darba dan it-testment jiġi mħassar minn wieħed
mit-testaturi kwantu għall-assi tiegħu, jibqa’ sħiħ kwantu għall-assi
ta’ l-ieħor.
Tħassir tat-
testment unica 
charta mit-testatur 
li jibqa’ ħaj dwar l-
assi tiegħu.
593. (1) Iżda, kemm-il darba f’testment unica charta, it-
testaturi jkunu ħallew wieħed lill-ieħor, bi proprjetà  jew b’użufrutt,
il-ħwejjeġ tagħhom kollha, jew il-biċċa l-kbira tagħhom, it-testatur
li jibqa’ ħaj wara l-ieħor u li jħassar it-testment kwantu għall-assi
tiegħu, jitlef, jekk it-testatur li jmut qabel ma jkunx iddispona
xort’oħra, kull jedd li kellu bis-saħħa ta’ dak it-testment fuq l-assi
tat-testatur li jmut qabel.
(2) Din ir-regola tgħodd ukoll meta, għad li t-testatur li jibqa’
ħaj wara l-ieħor ma jkunx ħassar it-testment, dan it-testment,
minħabba egħmilu, ma jkunx jista’ jkollu effett kwantu għall-assi
tiegħu.
Effetti tat-tħassir 
tat-testment.
594. F’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu
qabel dan, l-assi tat-testatur li jmut l-ewwel, bil-frottijiet kollha
minn dak in-nhar tal-mewt tiegħu, igħaddi kollu, jekk huwa stess
ma jkunx iddispona xort’oħra, lill-werrieta minnu maħtura, jew,
fin-nuqqas ta’ dawn, lill-werrieta tiegħu leġittimi, bla ħsara tal-
legati li jkunu ġew imħollija lil persuna diversa mit-testatur li jkun
ħassar id-disposizzjonijiet tiegħu, jew li minħabba l-egħmil tiegħu
dawn id-disposizzjonijiet ma jistax ikollhom effett.
Testment unica 
charta jsir biss 
bejn ir-raġel u l-
mara. 
Emendat: 
XXX. 1981.8.
595. Ma jistgħux żewġ persuni jew iżjed, ħlief ir-raġel u martu,
jagħmlu testment f’wieħed u l-istess att, la favur terza persuna u
lanqas b’disposizzjoni favur ta’ xulxin:
Iżda ma jistax isir testment sigriet mir-raġel u martu fl-
istess att uniku wara l-15 ta’ Awissu, 1981.
§  II. FUQ MIN JISTA JIDDISPONI JEW JIRĊIEVI B’TESTMENT
Min jista’ 
jiddisponi jew 
jirċievi b’testment. 
Emendat: 
LVIII. 1975.4.
Kap. 201.
596. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Manumorta, dawk kollha li mhumiex magħduda inkapaċi taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi, jistgħu jiddisponu jew jirċievu
b’testment.
Min hu inkapaċi 
biex jiddisponi 
b’testment.
597. Huma inkapaċi li jiddisponu b’testment:
(a) dawk li ma jkunux għalqu l-età  ta’ erbatax-il sena;
  124      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(b) it-torox-u-muti mit-twelid, li ma jkunux jafu jiktbu;
(ċ) l-interdetti minħabba mard tal-moħħ;
(d) dawk li, għalkemm mhux interdetti, ma jkunux
f’sensihom fiż-żmien tat-testment;
(e) l-interdetti minħabba tberbiq, kemm-il darba ma jiġux
awtorizzati jiddisponu minn ħwejjiġhom mill-qorti li
tkun ordnat l-interdizzjoni tagħhom:
Iżda l-interdett minħabba tberbiq jista’, ukoll
mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qorti, iħassar it-
testment li jkun għamel qabel l-interdizzjoni tiegħu.
Persuni ta’ taħt l-
età  ta’ tmintax-il 
sena jistgħu 
jagħmlu biss 
disposizzjonijiet 
ta’ kumpens.
598. (1) Dawk li ma jkunux għalqu l-età  ta’ tmintax-il sena ma
jistgħux jagħmlu b’testment ħlief disposizzjonijiet ta’ kumpens.
 (2) Iżda, jekk b’disposizzjoni bħal dik, meta jittieħed qies tal-
mezzi tat-testatur u tax-xogħol li b’kumpens tiegħu għalih hija ssir,
tiġi mħollija somma barra mill-qies, il-qorti tista’ tnaqqasha għas-
somma li jmissha.
Testmenti 
magħmulin minn 
persuni inkapaċi 
huma nulli, ukoll 
jekk l-inkapaċità 
tispiċċa qabel il-
mewt tat-testatur.
599. It-testmenti magħmulin minn persuni inkapaċi huma nulli,
ukoll jekk l-inkapaċità  tat-testatur tispiċċa qabel il-mewt tiegħu.
Dawk li jkunu 
għadhom ma ġewx 
ikkonċepiti ma 
jistgħux jirċievu 
b’testment.
600. (1) Dawk illi, fiż-żmien tal-mewt tat-testatur jew fiż-
żmien li tiġri l-kondizzjoni sospensiva li minnha d-disposizzjoni
kienet tiddependi, ma jkunux għadhom ġew ikkonċepiti, huma
nkapaċi li jirċievu b’testment.
 (2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għat-tfal
immedjati ta’ persuna determinata, li tkun ħajja fiż-żmien tal-mewt
tat-testatur, lanqas għal dawk li jkunu msejħin biex igawdu
fondazzjonijiet.
Ma jistgħux 
jirċievu b’testment 
dawk li jitwieldu fi 
stat li ma jistgħux 
igħixu.
601. (1) Dawk li jitwieldu fi stat li ma jistgħux igħixu huma
nkapaċi li jirċievu b’testment.
 (2) Fid-dubju, dawk li jitwieldu ħajjin jitqiesu li huma fi stat li
jistgħu jgħixu.
Sehem li tfal 
illeġittimi jista’ 
jmisshom 
b’testment.
602. Meta t-testatur iħalli tfal jew dixxendenti leġittimi jew
leġittimati bi żwieġ li jsir wara, jew tfal adottivi jew dixxendenti
tagħhom, leġittimi jew leġittimati kif jingħad hawn fuq, it-tfal
illeġittimi, ukoll jekk ikunu ġew magħrufa jew ġew leġittimati b’
digriet tal-qorti, ma jistgħux jirċievu b’testment iżjed milli hu
mogħti lilhom fl-artikolu 640(1)(a).
Sehem li min 
jibqa’ ħaj mill- 
miżżewġin jista’ 
jirċievi b’testment 
meta l-mejjet iħalli 
tfal jew 
dixxendenti.
603. Jekk it-testatur iħalli tfal jew dixxendenti bħal ma jingħad
fl-aħħar artikolu qabel dan, min, fost ir-raġel u l-mara, jibqa’ ħaj
wara l-ieħor ma jistax jirċievi, bi proprjetà , iżjed mill-kwart tal-
beni tal-mejjet.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        125
Sehem li l-mara 
jew ir-raġel jistgħu 
jirċievu jekk 
jgħaddu għat-tieni 
żwieġ jew għal 
żwieġ ieħor. 
Emendat: 
XXI. 1962.11.
604. (1) Min, fost ir-raġel u l-mara, li, meta għandu tfal jew
dixxendenti bħal ma jingħad fl-artikolu 602, igħaddi għal tieni
żwieġ jew għal żwieġ ieħor, ma jistax iħalli lill-mara jew lir-raġel
ta’ l-aħħar, jew lil xi wieħed mit-tfal tat-tieni żwieġ jew ta’ żwieġ
ieħor, iżjed minn dak li jkun sejjer jieħu l-anqas favorit fost it-tfal
ta’ xi żwieġ ta’ qabel.
(2) Meta t-testatur iħalli tfal jew dixxendenti leġittimi, jew tfal
jew dixxendenti leġittimati bi żwieġ wara, jew tfal adottati jew id-
dixxendenti tagħhom, leġittimi jew leġittimati kif intqal qabel, ma
jistax iħalli lit-tfal adottati jew lid-dixxendenti tagħhom fuq
imsemmija iżjed minn dak li l-anqas favorit mit-tfal jew
dixxendenti leġittimi jew tfal jew dixxendenti leġittimati bi żwieġ
wara jkun ser jirċievi.
Persuni li mhumiex 
denji jirċievu 
b’testment. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
605. (1) Kull min - 
(a) volontarjament joqtol jew ikun ittanta joqtol lit-
testatur; jew
(b) ikun akkuża lit-testatur quddiem awtorità  kompetenti
ta’ delitt li jġib il-piena tal-priġunerija, u li hu kien jaf
li t-testatur ma kienx ħati tiegħu; jew
(ċ) ikun ġiegħel, jew bil-qerq ġiegħel lit-testatur biex
jagħmel testment, jew biex jagħmel jew ibiddel xi
disposizzjoni testamentarja; jew
(d) ma jkunx ħalla lit-testatur jagħmel testment ġdid, jew
iħassar it-testment li kien ġa għamel, inkella qered,
iffalsifika, jew bil-qerq ħeba t-testment,
jitqies bħala mhux denn u, bħala tali, ma jkunx kapaċi biex jirċievi
b’testment.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll għal
kull min ikun kompliċi f’wieħed jew ieħor mill-fatti hawn fuq
imsemmja.
Rijabilitazzjoni.
ħtijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan jista’ jirċievi
b’testment, jekk it-testatur jirrijabilitah b’testment li jsir wara jew
b’att pubbliku ieħor.
Il-werriet jew 
legatarju mhux 
denn għandu jrodd 
il-frottijiet.
607. Il-werriet jew il-legatarju, eskluż bħala mhux denn milli
jirċievi l-wirt jew il-legat, għandu jrodd il-frottijiet kollha u kull
utili ieħor li jkun daħħal wara l-ftuħ tas-suċċessjoni.
Dixxendenti ta’ 
persuna mhix denja 
għandhom jedd 
għall-leġittima.
608. Id-dixxendenti ta’ persuna eskluża bħala mhix denja,
għandhom, f’kull każ, jedd għal-leġittima li kieku kienet tmiss lill-
persuna hekk eskluża:
Iżda dik il-persuna m’għandhiex, fuq is-sehem tal-wirt li
jgħaddi għand uliedha, il-jedd ta’ użufrutt u ta’ amministrazzjoni li
l-liġi tagħti lill-ġenituri.
It-tuturi u l-
kuraturi huma 
inkapaċi li jirċievu 
b’testment.
609. (1) It-tutur jew kuratur ma jista’ jieħu ebda ġid minn
testment magħmul, fiż-żmien tat-tutela jew kurazija, mill-persuna li
tagħha huwa jkun it-tutur jew il-kuratur.
  126      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
 (2) Din ir-regola tgħodd jekk it-testment isir wara li tkun
spiċċat it-tutela jew il-kurazija, iżda qabel il-għoti tal-kont finali,
ukoll jekk it-testatur imut wara l-approvazzjoni ta’ dak il-kont.
(3) Ma jidħolx taħt il-projbizzjoni ta’ dan l-artikolu t-tutur jew
kuratur li jkun axxendent, dixxendent, ħu, ziju, neputi jew kuġin
tal-persuna li tagħmel it-testment jew li jkun miżżewweġ magħha. 
Inkapaċità  ta’ nutar 
li jirċievi testment 
pubbliku li jieħu 
ġid minnu.
610. (1) Lanqas ma jista’ n-nutar li jkun irċieva testment
pubbliku, jew il-persuna li tkun kitbet b’idha t-testment sigriet,
jieħu ebda ġid minn testment bħal dak, kemm-il darba minnufih
wara d-disposizzjoni magħmula favur in-nutar jew il-persuna fuq
imsemmija ma jkunx hemm il-firma tat-testatur.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux meta t-
testment sigriet jiġi magħmul bl-assistenza ta’ imħallef jew
maġistrat kif jingħad fl-artikolu 663.
Inkapaċità  ta’ 
membri ta’ 
ordnijiet reliġjużi, 
eċċ. 
Emendat: 
V. 1993.2.
611. (1) Il-membri ta’ ordnijiet reliġjużi, jew ta’ xirkiet
reliġjużi ta’ regolari ma jistgħux, wara li jkunu ħadu l-voti tal-
professjoni jew xirka reliġjuża, jiddisponu b’testment.
(2) Lanqas ma jistgħu dawk il-persuni jirċievu b’testment, ħlief
xi vitalizju żgħir, bla ħsara ta’ kull projbizzjoni oħra stabbilita  mir-
regoli ta’ l-ordni jew tax-xirka li jkunu fihom.
(3)* Kemm-il darba dawk il-persuni jiġu maħlulin skond il-liġi
mill-voti tagħhom, huma jerġgħu jakkwistaw il-kapaċità  li jirċievu
b’testment, kif ukoll li jiddisponu mill-beni li jkunu akkwistaw
wara, u kull disposizzjoni magħmula favur persuna li fi żmien il-
mewt tat-testatur kienet membru ta’ ordni reliġjuż jew ta’ xirka
reliġjuża ta’ regolari għandha tibqa’ sospiża sakemm dik il-persuna
jew tiġi maħlula mill-voti tagħha kif imsemmi qabel jew tmut
filwaqt li tkun għadha membru ta’ dak l-ordni jew xirka, u għandha
tkun bla ebda effett jekk il-persuna, li tkun saret favur tagħha, tmut
filwaqt li tkun għadha membru bħal dak.
Disposizzjonijiet 
favur persuni 
inkapaċi huma 
nulli wkoll jekk 
isiru f’isem ta’ 
persuni interposti.
612. (1) Kull disposizzjoni testamentarja favur ta’ persuna
inkapaċi skond l-artikoli 602, 603, 604, 609 u 610 ma tiswiex,
għalkemm tkun magħmula f’isem ta’ persuna interposta.
(2) Jekk l-inkapaċità  tkun parzjali dik id-disposizzjoni tkun
nulla biss f’parti.
Persuni meqjusa 
bħala persuni 
interposti.
613. Il-missier, l-omm, id-dixxendenti, u żewġ jew mart il-
persuna inkapaċi, skond ma jkun il-każ, jitqiesu bħala persuni
interposti.
* Għall-applikazzjoni ta’ din id-disposizzjoni ara l-artikolu 4 ta’ l-Att V ta’ l-
1993.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        127
§ III . FUQ IL-BENI LI WIEĦED JISTA’ JIDDISPONI MINNHOM 
B’TESTMENT
Beni li wieħed 
jista’ jiddisponi 
minnhom 
b’testment.
614. (1) Jekk it-testatur ma jkollux dixxendenti, axxendenti,
żewġu jew martu, jew tfal illeġittimi, jista’ jiddisponi minn ġidu
kollu, b’titolu universali jew partikolari, favur kull persuna kapaċi
li tirċievi b’testment.
(2) Jekk it-testatur ikollu dixxendenti, axxendenti, żewġu jew
martu, jew tfal illeġittimi, is-sehem tal-beni tiegħu li minnu jista’
jiddisponi, hu dak li jibqa’, wara li jitnaqqas is-sehem li jmiss lid-
dixxendenti, lill-axxendenti, lil żewġu jew martu, jew lit-tfal
illeġittimi hawn fuq imsemmija taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ l-artikoli 615 sas-653.
FUQ IL-LEĠITTIMA U D-DIŻEREDAZZJONI
Leġittima li tmiss 
lid-dixxendenti.
615. (1) Il-leġittima hija sehem mill-beni tal-mejjet, mogħti
mil-liġi lid-dixxendenti, u, fin-nuqqas ta’ dixxendenti, lill-
axxendenti tal-mejjet.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jħassrux id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 12 u 13 tal-Kapitolu I tat-Tielet Ktieb
tad-Dritt Muniċipali ta’ Malta, magħruf bħala "Kodiċi De Rohan",
dwar tfal imwielda minn żwiġijiet li saru qabel il-11 ta’ Frar, 1870,
skond l-użu msemmi f’dak il-Kodiċi, f‘liema każ igħoddu d-
disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi.
Is-sehem tal-
leġittima.
616. (1) Il-leġittima ta’ tfal leġittimi, jew ta’ tfal leġittimati bi
żwieġ li jsir wara, jew ta’ tfal adottivi, hija t-terz tal-beni tal-
mejjet, jekk dawk it-tfal ma jkunux iżjed minn erbgħa, jew in-nofs
ta’ dawk il-beni jekk ikunu ħamsa jew iżjed.
(2) Il-leġittima tinqasam f’ishma daqsinsew bejn it-tfal li
jmisshom minnha.
(3) Jekk ma jkunx hemm ħlief tifel wieħed, dan jieħu waħdu t-
terz kollu hawn fuq imsemmi.
Fil-kelma "tfal" 
jidħlu d-
dixxendenti.
617. Għall-finijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, fil-kelma "tfal"
jidħlu d-dixxendenti tat-tfal f’kull grad li jkunu. Iżda, dawn id-
dixxendenti jingħaddu biss minflok it-tifel li minnu jkunu niżlin. 
Regoli dwar il-
persuni li 
għandhom 
jingħaddu biex 
tinqies il-leġittima.
618. (1) It-tfal jew dixxendenti oħra li huma inkapaċi li
jirċievu b’testment, jew li jkunu ġew diżeredati mit-testatur, jew
illi jkunu irrinunzjaw għal sehemhom, jingħaddu wkoll mat-tfal l-
oħra biex tinqies il-leġittima.
(2) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 608 u 626 l-
ishma tat-tfal jew dixxendenti oħra li huma inkapaċi, jew li jkunu
ġew diżeredati, jew li jkunu rrinunzjaw għal sehemhom, imorru
favur it-tfal jew id-dixxendenti l-oħra li jieħdu l-leġittima.
(3) It-tifel jew dixxendent ieħor li jkun maħtur werriet, jidħol
ma’ l-oħrajn fil-leġittima.
  128      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Legittima ta’ l-
axxendenti. 
Emendat: 
XLVI. 1973.52.
619. (1) Jekk it-testatur ma jħallix tfal jew dixxendenti oħra
kif imsemmija fl-artikoli 616 u 617, jew tfal illeġittimi li jkunu ġew
leġittimati jew magħrufa kif provdut fl-artikolu 819, u ma jkunx ħaj
ir-raġel jew il-mara, skond il-każ, il-jedd tal-leġittima jmiss lill-
axxendenti ta’ dak it-testatur.
(2) Il-leġittima, f’dan il-każ, tkun it-terz tal-beni tal-mejjet, u
tinqasam bħal ma’ ġej:
(a) jekk il-mejjet iħalli warajh ’il missieru u ’l ommu, it-
terz hawn fuq imsemmi jinqasam bejniethom f’ishma
indaqs;
(b) jekk iħalli warajh il-missier biss jew l-omm biss, il-
leġittima tmiss kollha lill-missier jew l-omm skond
min minnhom ikun baqa’ ħaj;
(ċ) jekk it-testatur ma jħallix warajh la ’1 missieru u
lanqas ’il ommu, iżda biss axxendenti fil-linja tal-
missier u ta’ l-omm, fi grad wieħed, il-leġittima tmiss,
għal dak li hu n-nofs, lill-axxendent jew axxendenti
tal-linja tal-missier, u għan-nofs l-ieħor lill-axxendent
jew axxendenti tal-linja ta’ l-omm;
(d) jekk dawk l-axxendenti ma jkunux fi grad wieħed, il-
leġittima tmiss kollha lill-axxendent li jkun eqreb fil-
grad, mingħajr ma jittieħed qies jekk dak l-axxendent
hux tal-linja tal-missier jew ta’ l-omm.
Il-leġittima 
ghandha tkun 
ħielsa minn kull 
piż jew 
kondizzjoni.
620. (1) Il-leġittima għandha tingħata fi proprjetà  sħiħa, u
testatur ma jista’ jgħabbiha b’ebda piż jew kondizzjoni.
(2) Il-leġittima tinqies fuq l-assi kollu, wara li jitnaqqsu d-djun
ta’ l-assi u l-ispejjeż tal-funerali.
(3) Fl-assi jidħol dak kollu li minnu t-testatur, b’titolu
gratuwitu, ukoll f’kontemplazzjoni ta’ żwieġ, ikun iddispona favur
ta’ xi ħadd, minbarra l-ispejjeż ta’ l-edukazzjoni tal-tfal jew
dixxendenti oħra.
(4) Dak li jmissu l-leġittima għandu jaqta’ minnha dak kollu li
jkun ħa mingħand it-testatur u li jkun suġġett għall-kollazzjoni taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 913 sad-938.
Meta jitħalla 
użufrutt jew renta 
vitalizja.
621. (1) Meta jitħalla użufrutt jew renta vitalizja, u dawk li
lilhom tmiss il-leġittima jkun jidhrilhom li l-valur ta’ dak l-użufrutt
jew renta vitalizja jaqbeż is-sehem tal-beni illi t-testatur seta
jiddisponi minnu, huma jistgħu biss jagħżlu jew li joqgħodu għad-
disposizzjonijiet tat-testment jew li jieħdu s-sehem li jmisshom
bħala leġittima ħieles minn kull piż, billi jċiedu lil dawk li lilhom
ikun tħalla l-użufrutt jew ir-renta vitalizja l-proprjetà  sħiħa tas-
sehem li t-testatur seta’  jiddisponi minnu.
(2) Jekk wieħed minn dawk li jkun imisshom il-leġittima
jagħżel, fl-interess tiegħu, li joqgħod għad-disposizzjonijiet tat-
testment, kull wieħed ieħor minnhom jista’, b’dan kollu, jagħżel li
jieħu l-leġittima, billi jċedi, kif jingħad hawn fuq, is-sehem li t-
testatur seta’  jiddisponi minnu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        129
Diżerdazzjoni.
denn li jiret, il-persuni li skond il-liġi għandhom il-jedd għal-
leġittima jistgħu jiġu mċaħħda minnha b’dikjarazzjoni magħmula
għaldaqshekk mit-testatur, għal xi raġuni msemmija f’dan il-
Kodiċi, u li tkun imfissra fit-testment.
Raġunijiet li 
għalihom 
dixxendent jista’ 
jiġi diżeredat. 
Emendat: 
XXI. 1993.66.
623. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 630, ir-
raġunijiet li għalihom dixxendent jista’ jiġi diżeredat huma dawn
biss li ġejjin:
(a) jekk id-dixxendent ikun ċahad mingħajr raġuni l-
manteniment lit-testatur;
(b) jekk, fil-każ li t-testatur jiġġennen, id-dixxendent
jabbandunah mingħajr ma jieħu b’ebda mod ħsieb
tiegħu;
(ċ) jekk, fil-każ li d-dixxendent seta’ jeħles lit-testatur
mill-ħabs, hu naqas mingħajr raġuni tajba li jagħmel
dan;
(d) jekk id-dixxendent sawwat it-testatur, jew xort’oħra
sar ħati ta’ moħqrija lejh;
(e) jekk id-dixxendent kien ħati lejn it-testatur ta’ offiża
gravi;
(f) jekk, fil-każ ta’ iben jew bint jew dixxendent ieħor, hu
jew hi tagħmilha ta’ prostituta pubblika mingħajr
konnivenza tat-testatur;
(g) f’kull każ li fih it-testatur, minħabba ż-żwieġ tad-
dixxendent ikun ġie, taħt id-disposizzjonijiet tas-Sub-
titolu II tat-Titolu I ta’ l-Ewwel Ktieb ta’ dan il-
Kodiċi, iddikjarat ħieles mill-obbligu li jagħti l-
manteniment lil dan id-dixxendent.
Raġunijiet li 
għalihom 
axxendent jista’ 
jiġi diżeredat.
624. Ir-raġunijiet li għalihom l-axxendenti jistgħu jiġu
diżeredati huma biss dawn li ġejjin:
(a) jekk l-axxendenti jkunu naqsu għal kollox milli jieħdu
ħsieb ta’ l-edukazzjoni tad-dixxendent, jew, mingħajr
raġuni, ikunu ċaħdulu l-manteniment;
(b) jekk, fil-każ li d-dixxendent jiġġennen, l-axxendenti
jabbandunawh bla ma jieħdu b’ebda mod ħsieb tiegħu;
(ċ) jekk l-axxendenti jkunu ittantaw għall-ħajja ta’ xi
wieħed mid-dixxendenti tagħhom;
(d) jekk wieħed mill-axxendenti jkun ittanta għall-ħajja
ta’ l-ieħor jew ikun inġurjah gravement.
Ir-raġuni li għaliha 
wieħed jiġi 
diżeredat għandha 
tiġi ippruvata.
625. (1) Ir-raġuni tad-diżeredazzjoni għandha tiġi ppruvata
minn dak li jsostni d-diżeredazzjoni.
(2) Jekk tkun issemmiet iżjed minn raġuni waħda, il-prova ta’
waħda hija biżżejjed.
Jeddijiet ta’ wlied 
dawk li jiġu 
diżeredati.
626. (1) Jekk dak li jiġi diżeredat ikollu wliedu jew
dixxendenti oħra, il-leġittima li huwa jitlef, tmiss lilhom.
(2) F’kull każ bħal dan, id-diżeredat m’għandux fuq il-
  130      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
leġittima l-użufrutt u lanqas l-amministrazzjoni, illi, skond il-liġi,
seta’ kellu jedd għalihom.
Meta d-diżeredat 
imut qabel it-
testatur.
627. Jekk id-diżeredat imut qabel it-testatur, id-diżeredazzjoni
ma tkunx ta’ ħsara għall-jeddijiet tad-dixxendenti tiegħu. 
Manteniment tad-
diżeredat.
628. Jekk id-diżeredat ma jkollu ebda mezz ieħor biex igħix,
dawk li minħabba d-diżeredazzjoni tiegħu jkunu pprofittaw mill-
leġittima tiegħu, għandhom jagħtuh il-manteniment, iżda biss sa l-
ammont tal-frottijiet tal-leġittima, bla ħsara ta’ jeddijiet oħra għal
manteniment li hu jista’ jkollu skond il-liġi.
Jedd għal-leġittima 
meta ma tkunx 
imsemmija jew 
ippruvata r-raġuni 
tad-diżeredazzjoni.
629. Meta fit-testment ma tkunx imsemmija r-raġuni li għaliha
wieħed ikun ġie diżeredat, jew ma tiġix ippruvata, id-diżeredat
għandu jedd għal-leġittima biss.
Diżeredazzjoni 
minħabba tberbiq.
630. Jekk dak li lilu tmiss il-leġittima jkun interdett minħabba
tberbiq, jew ikun hekk mgħobbi bid-djun li l-leġittima jew mill-
anqas il-biċċa l-kbira tagħha, tiġi mikula b’dawn id-djun, it-testatur
jista’, b’dikjarazzjoni espressa, jiddiżeredah, u jħalli l-leġittima lil
uliedu jew lid-dixxendenti tiegħu.
FUQ IL-JEDDIJIET TAR-RAĠEL JEW TAL-MARA U TAT-TFAL 
ILLEĠITTIMI
Jedd ta’ min jibqa’ 
ħaj l-aħħar mir-
raġel u l-mara, 
meta hemm tfal. 
Emendat: 
XLVI. 1973.53; 
XXI. 1993.67.
631. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 633A,
min mir-ragel u l-mara jibqa’ ħaj l-aħħar, għandu jedd għall-
użufrutt tan-nofs tal-beni tal-mejjet, jekk dan iħalli tfal jew
dixxendenti oħra leġittimi jew leġittimati bi żwieg li jsir wara, jew
tfal adottivi jew dixxendenti tagħhom.
(2) Dan is-sehem hu suġġett għall-ispejjeż ta’ l-aħħar marda u
tal-funerali ta’ min mir-raġel u l-mara jkun gawda dak is-sehem. 
Setgħa tal-qorti. 632. Il-qorti tista’ tawtorizza lil min jibqa’ ħaj mir-ragel u l-
mara, sabiex, għall-manteniment tiegħu, jipoteka jew jittrasferixxi,
kollu jew biċċa minnu, is-sehem imsemmi fl-aħħar artikolu qabel
dan.
Jedd ta’ min jibqa’ 
ħaj l-aħħar mir-
raġel u l-mara meta 
ma hemmx tfal.
633. Fin-nuqqas ta’ tfal jew tad-dixxendenti msemmijin fl-
artikolu 631, min mir-raġel u l-mara jibqa’ ħaj l-aħħar, għandu jedd
għall-kwart tal-beni, fi proprjetà  sħiħa.
Jedd ta’ 
abitazzjoni. 
Miżjud: 
XXI. 1993.68.
633A.(1) Min jibqa’ ħaj mill-miżżewġin ikollu jedd li jabita fil-
post li jkun jintuża bħala r-residenza prinċipali ta’ dak li jibqa’ ħaj
meta tmut il-parti l-oħra, meta dak il-post ikun proprjetà  assoluta
ta’ jew miżmum b’enfitewsi mill-parti li tmut jew waħedha jew
flimkien ma’ min jibqa’ ħaj.
(2) Kemm mill-post hu suġġett għall-jedd ta’ abitazzjoni ma
jkunx limitat minħabba li, wara l-mewt ta’ l-ewwel parti, il-parti l-
oħra tkun teħtieġ parti inqas mill-post.
(3) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 631  l-post li jkun suġġett għall-
jedd ta’ abitazzjoni taħt dan l-artikolu jitħalla barra mill-wirt tal-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        131
parti li tmut li fuqu l-parti li tibqa’ ħajja jkollha l-użufrutt tan-nofs.
(4) Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-artikolu 633, il-jedd imsemmi
fis-subartikolu (1) jkun b’żieda mal-jedd tal-parti li tibqa’ ħajja
mogħti bl-imsemmi artikolu 633.
(5) Il-jedd mogħti bis-subartikolu (1) jgħodd ukoll meta dak il-
jedd ikollu l-effett li jnaqqas, matul il-ħajja tal-parti li tibqa’ ħajja,
il-leġittima jew xi sehem mill-mewt tal-parti li tmut riżervata għal
xi persuna oħra.
(6) Meta kreditur tal-parti li tmut jinforza l-jedd tiegħu fuq il-
post li jkun suġġett għall-jedd taħt dan l-artikolu, jew meta l-
werrieta li jkunu aċċettaw il-wirt bil-benefiċċju ta’ l-inventarju
jbiegħu dak il-post biex jitħallas xi dejn dovut minn dak il-wirt, u
f’kull każ ikun hemm beni oħra tal-wirt minn fejn ikunu jistgħu
jitħallsu dawk id-djun, il-parti li tibqa’ ħajja jkollha jedd titlob, fi
żmien sena mill-bejgħ, danni mingħand il-werrieta tal-parti li tmut,
jew mingħand il-werrieta tal-parti li tmut li jkunu aċċettaw bil-
benefiċċju ta’ l-inventarju li ma jkunu għamlu xejn biex dawk id-
djun jitħallsu minn beni oħra.
(7) Il-miżżewġin jistgħu, qabel jew wara ż-żwieġ, jiftiehmu
skond dan il-Kodiċi, ikun liema jkun ir-reġim patrimonjali li
għandu jirregola l-proprjetà  tagħhom, li jeskludu jew li jnaqqsu l-
jedd kompetenti ta’ min minnhom jibqa’ ħaj wara l-ieħor skond dan
l-artikolu.
(8) Il-jedd ta’ abitazzjoni mogħti f’dan l-artikolu jispiċċa malli
l-parti li tibqa’ ħajja terga’ tiżżewweġ.
Jedd ta’ min jibqa’ 
ħaj l-aħħar mir-
raġel u l-mara 
limitat f’ċerti 
każijiet. 
Sostitwit: 
XLVI.1973.54. 
Emendat: 
XXI. 1993.69.
634. (1) Meta r-renta mill-proprjetà  li tkun imdaħħla fis-
sehem tal-komunjoni ta’ l-akkwisti ta’ min jibqa’ ħaj l-aħħar mir-
raġel u l-mara, fid-donazzjonijiet mogħtija u fil-legati mħollija lilu
jew lilha minn min minnhom ikun miet l-ewwel tkun mill-anqas
daqs l-użufrutt imsemmi fl-artikolu 631, id-disposizzjonijiet ta’ dak
l-artikolu ma jgħoddux.
(2) Meta l-valur tal-proprjetà  msemmija fis-subartikolu (1)
jkun għall-anqas daqs il-valur tal-kwart tal-beni msemmi fl-artikolu
633, id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu ma jgħoddux.
(3) Meta f’xi każ imsemmi fis-subartikolu (1) jew (2), ir-renta
jew il-valur tal-proprjetà  fih imsemmija ma jkunux daqs l-użufrutt
jew il-proprjetà  msemmija fl-artikolu 631 jew 633, skond il-każ,
min jibqa’ ħaj l-aħħar mir-ragel u l-mara jkollu jedd li jieħu mill-
wirt daqs kemm ikun jonqos biex ilaħħaq is-sehem li jmissu jew li
jmissha.
Meta min jibqa’ 
ħaj mir-ragel u l-
mara ma jibqax 
jipposjedi beni li 
jneħħulu l-jedd 
għas-sehem tal-
leġittima. 
Emendat: 
XLV1. 1973.55.
635. Iżda, min jibqa’ ħaj mir-ragel u l-mara, illi, minħabba l-
beni msemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan, ma jkunx ħa s-sehem li
jmissu skond l-artikoli 631 u 633 jista’, kemm-il darba, mingħajr
ħtija tiegħu, ma jibqax jipposjedi dawk il-beni, jitlob il-
manteniment minn fuq dawk il-beni tal-mejjet li jkunu għadhom
fil-pussess tal-werrieta ta’ dan, sa l-ammont tan-nofs ta’ l-użufrutt
jew, skond il-każ, tal-kwart tal-valur ta’ dawk il-beni, bla ħsara tal-
jeddijiet tal-kredituri ta’ l-istess werrieta; barra minn dan, dawn il-
beni, f’dan il-każ, huma wkoll suġġetti għall-ispejjeż ta’ l-aħħar
  132      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
marda u tal-funerali ta’ min jibqa’ ħaj l-aħħar mir-raġel u l-mara. 
Każijiet oħra li 
fihom min jibqa’ 
ħaj mir-raġel u l-
mara ma jistax 
jitlob is-sehem tal-
leġittima. 
Emendat: 
XLVI. 1973.56; 
XXI. 1993.70.
636. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 631, 633 u 633A ma
jgħoddux lanqas fil-każijiet li ġejjin:
(a) jekk, fiż-żmien tal-mewt tar-raġel jew tal-mara, dawn
ikunu mifruda b’sentenza tal-qorti ċivili kompetenti, u
min jibqa’ ħaj minnhom ikun, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 48, 51 u 52, tilef il-
jeddijiet imsemmijin f’dawk l-artikoli;
(b) jekk min imut l-ewwel mir-raġel u l-mara jkun, bit-
testment tiegħu, għal xi waħda mir-raġunijiet
imsemmijin fl-artikolu 623(a), (b), (ċ), (d) u (e),
espressament tellef lill-parti li tibqa’ ħajja s-sehem
imsemmi fl-artikoli 631 u 633, jew il-jedd ta’
abitazzjoni msemmi fl-artikolu 633A, u r-raġuni, jew,
jekk ikunu msemmija żewġ raġunijiet jew iżjed, waħda
minnhom, tiġi ppruvata;
(ċ) jekk, f’min jibqa’ ħaj mir-raġel u l-mara, ikun hemm
xi waħda mir-raġunijiet li għalihom, skond l-artikolu
605, ma jkunx bħala mhux denn, kapaċi li jirċievi
b’testment.
Min mir-raġel u l-
mara li jibqa’ ħaj 
jerġa’ jiżżewweġ 
jitlef xi jeddijiet.
637. Ir-raġel jew il-mara illi, meta jkun għad hemm tfal jew
dixxendenti ta’ min ikun miet l-ewwel minnhom, imsemmijin fl-
artikolu 631, jerga’ jiżżewweġ, jitlef il-proprjetà  ta’ dak kollu li
b’kull titolu gratuwitu, ukoll jekk b’donazzjoni f’kontemplazzjoni
ta’ żwieġ, ikun irċeva mingħand il-mejjet, u jżomm biss l-użufrutt,
jekk il-mejjet ma jkunx iddispona xort’oħra. F’dan il-każ il-
proprjetà  tgħaddi għat-tfal jew dixxendenti tal-mejjet.
Telfien tad-dotarju. 638. Imħassar: XXI. 1993.71
Dak kollu li raġel 
jagħti jew iħalli 
lill-mara jingħadd 
bħala mogħti jew 
imħolli akkont tad-
dota u tad-dotarju.
639. Imħassar: XXI. 1993.71
Sehem li jmiss lit-
tfal illeġittimi, 
leġittimati b’digriet 
jew li jkunu ġew 
magħrufa.
640. (1) It-tfal illeġittimi magħrufa fl-att tat-twelid, jew f’xi
att pubbliku ieħor, sew qabel jew wara t-twelid tagħhom, jew
leġittimati b’digriet tal-qorti kompetenti, għandhom jedd ta’ sehem
fuq l-assi ta’ dak mill-ġenituri li minnu jkunu ġew hekk magħrufa,
jew li fuq talba tiegħu jkunu ġew leġittimati, u dan is-sehem jinqies
kif jingħad hawn:
(a) jekk it-testatur iħalli tfal jew dixxendenti, kif jingħad
fl-artikolu 631, is-sehem tat-tfal illeġittimi huwa terz
tal-leġittima li kienet tkun tmisshom li kieku kienu tfal
leġittimi;
(b) fin-nuqqas tat-tfal jew dixxendenti fuq imsemmijin, is-
sehem tat-tfal illeġittimi huwa n-nofs tal-leġittima fuq
imsemmija.
(2) Fil-kalkolu tal-leġittima, sabiex jinsab is-sehem li jmiss lil
kull wieħed mit-tfal illeġittimi, tgħodd ir-regola ta’ l-artikolu 618,
billi jingħaddu wkoll it-tfal illeġittimi.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        133
(3) Fil-każijiet kollha, il-werrieta jistgħu jħallsu s-sehem li
jmiss skond il-liġi lit-tfal illeġittimi, jew bi flus, inkella bi ħwejjeġ
mobbli jew immobbli tal-wirt, fuq stima.
Jeddijiet ta’ tfal 
illeġittimi mhux 
magħrufa fuq il-
beni ta’ l-omm,
641. Għal dawk li huma ħwejjeġ l-omm, id-disposizzjonijiet ta’
l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu wkoll favur it-tfal illeġittimi
mhux magħrufin bil-mod li jingħad f’dak l-artikolu, imma li l-
filjazzjoni tagħhom tkun ġiet iddikjarata b’sentenza tal-qorti
kompetenti.
fuq il-beni tal-
missier.
Emendat: 
XXXI. 1965.20.
642. (1) Iżda, għal dawk li huma ħwejjeġ il-missier, is-sehem
mogħti mil-liġi għat-tfal illeġittimi mhux magħrufin bil-mod li
jingħad hawn fuq, iżda li l-filjazzjoni tagħhom tkun ġiet iddikjarata
b’sentenza tal-qorti kompetenti, jinqies u jista’ jitħallas bħal ma
jingħad fl-artikolu 640, imma f’ebda każ ma għandu jaqbeż l-
ammont li jkun meħtieġ għall-manteniment ta’ kull wieħed minn
dawk it-tfal, matul ħajtu.
(2) Il-werrieta jistgħu, jekk jagħżlu li jagħtu pensjoni għall-
manteniment, jagħtuha jew mill-ewwel fi flus, minn xahar għal
xahar bil-quddiem, jew billi jassenjaw immobbli jew iżjed
f’użufrutt.
(3) La darba s-somma tal-pensjoni tiġi stabbilita, hija ma tkunx
iżjed suġġetta għal tibdil, jitbiddlu kemm jitbiddlu ċ-ċirkostanzi. 
Dak li t-tifel 
illeġittimu għandu 
jaqta’ minn sehmu.
643. It-tifel illeġittimu, barra dak li jiġi mħolli lilu b’testment,
għandu jaqta’ wkoll minn sehmu, dak kollu li jkun ħa mingħand
missieru jew ommu f’ħajjithom, u li jkun suġġett għall-kollazzjoni
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 913 sad-938.
Telfien ta’ jeddijiet 
ta’ tifel illeġittimu.
644. (1) It-tifel illeġittimu jista’, fl-istess każijiet u għall-
istess raġunijiet li għalihom it-tfal leġittimi jistgħu jiġu diżeredati,
jiġi, b’dikjarazzjoni espressa tat-testatur, imtellef il-jeddijiet
stabbiliti favur tiegħu taħt l-artikoli ta’ qabel dan, basta li r-raġuni
tiġi ppruvata kif jingħad fl-artikolu 625.
(2) It-tifel illeġittimu jitlef ukoll il-jeddijiet hawn fuq
imsemmija, meta tinsab dwaru xi waħda miċ-ċirkostanzi li
għalihom, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 605, kien ikun,
bħala mhux denn, inkapaċi li jirċievi b’testment.
Jeddijiet tat-tfal 
tat-tifel illeġittimu 
meta dan imut 
qabel.
Emendat: 
XXI. 1962.12.
645. Jekk it-tifel illeġittimu jmut qabel, il-jeddijiet illi, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan, kienu jmissu lilu,
jistgħu jiġu mitluba mit-tfal jew dixxendenti tiegħu leġittimi,
adottati jew leġittimati bi żwieġ li jsir wara.
L-ishma li jmissu 
lil min jibqa’ ħaj 
mir-raġel u l-mara 
jew lit-tfal 
illeġittimi ma 
jitnaqqsux mil-
leġittima.
Emendat: 
XXI. 1993.72.
646. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 633A, l-
ishma li jmissu lil min jibqa’ ħaj mir-raġel u l-mara u lit-tfal
illeġittimi, ma jnaqqsux il-leġittima li tmiss lid-dixxendenti jew
lill-axxendenti leġittimi, imma għandhom jittieħdu mis-sehem li t-
testatur seta’ jagħmel minnu.
  134      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
FUQ IR-RIDUZZJONI TAD-DISPOSIZZJONIJIET TA’ TESTMENT LI 
JAQBŻU S-SEHEM LI T-TESTATUR SETA’ JIDDISPONI MINNU
Dak li jitħalla mit-
testatur jista’ 
jitnaqqas meta 
jaqbeż is-sehem li 
hu seta’ jagħmel 
minnu.
647. Id-disposizzjonijiet ta’ testment, meta jaqbżu s-sehem li
minnu seta’ jagħmel it-testatur, għandhom jitnaqqsu sa dak is-
sehem, fiż-żmien tal-ftuh tas-suċċessjoni, iżda dan kemm-il darba
t-talba tiġi magħmula fiż-żmien imsemmi fl-artikolu 845.
Kif isir it-tnaqqis. 648. Biex jiġi stabbilit kemm għandu jkun dan it-tnaqqis,
għandhom jitħarsu dawn ir-regoli li ġejjin:
(a) għandha ssir ġabra tal-beni kollha li jkun hemm fiż-
żmien tal-mewt tat-testatur, wara li jinqatgħu
minnhom id-djun;
(b) imbagħad għandhom jiġu mgħaqqdin magħhom
b’kalkolu biss, il-beni li t-testatur ikun ta
b’donazzjoni, kwantu għall-ħwejjeġ mobbli skond il-
valur tagħhom fiż-żmien tad-donazzjoni, u, kwantu
għall-ħwejjeġ immobbli skond l-istat tagħhom fiż-
żmien tad-donazzjoni u l-valur tagħhom fiż-żmien tal-
mewt tad-donatur;
(ċ) is-sehem li t-testatur seta’ jagħmel minnu jinqies fuq l-
assi hekk miġbur, billi jittieħed qies tal-jeddijiet ta’
dawk li għandhom jedd b’liġi ta’ sehem mill-beni
tiegħu, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 615 sas-
646.
Il-ħaġa mogħtija 
b’donazzjoni li 
tispiċċa qabel il-
mewt tad-donatur 
ma tidħolx fil-
ġabra tal-beni.
649. Il-ħaġa mogħtija b’donazzjoni illi, mingħajr ħtija tad-
donatarju, tispiċċa qabel il-mewt tad-donatur, ma tiġix imdaħħla
fil-ġabra tal-beni għall-finijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan. 
Meta l-valur tad-
donazzjoni huwa 
iżjed jew daqs is-
sehem li t-testatur 
seta’ jiddisponi 
minnu.
650. Meta l-valur tad-donazzjonijiet jaqbeż is-sehem jew hu
daqs is-sehem li minnu seta’ jagħmel it-testatur, id-
disposizzjonijiet kollha tat-testment jibqgħu mingħajr effett.
Tnaqqis pro rata. 651. Kemm-il darba d-disposizzjonijiet b’testment ikunu jaqbżu
s-sehem li minnu seta’ jagħmel it-testatur, jew il-biċċa ta’ dan is-
sehem li tibqa’ wara li jinqata’ l-valur tad-donazzjonijiet, it-tnaqqis
isir pro rata, mingħajr ebda għażla bejn werrieta u legatarji.
Dikjarazzjoni tat-
testatur li 
disposizzjoni 
għandu jkollha 
effett bi preferenza 
fuq l-oħrajn.
652. Iżda, kull meta t-testatur ikun iddikjara espressament li l-
volontà  tiegħu hija illi xi disposizzjoni għandu jkollha effett bi
preferenza fuq l-oħrajn, din il-preferenza għandha sseħħ, u kull
disposizzjoni bħal din ma tiġix imnaqqsa ħlief f’daqs kemm il-
valur tal-ħwejjeġ imdaħħlin fid-disposizzjonijiet l-oħra ma jkunx
bizżejjed biex ilaħħaq is-sehem mogħti mil-liġi.
Firda tal-legat 
suġġett għat-
tnaqqis.
653. (1) Meta l-legat suġġett għat-tnaqqis ikun ta’ ħaġa li
minnha l-biċċa li taqbeż is-sehem li minnu t-testatur seta’ jagħmel
tista’ tinfired bla xkiel u bla ħsara, it-tnaqqis isir bil-mezz ta’ din
il-firda.
(2) Iżda, kemm-il darba din il-firda ma tkunx tista’ ssir
mingħajr xkiel u ħsara, il-legatarju jista’, jekk irid, iħallas bi flus
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        135
dak li jkun imissu jagħti lill-parti li tkun qiegħda titlob it-tnaqqis. 
§  IV. FUQ IL-FORMA TAT-TESTMENTI
FUQ IT-TESTMENTI ORDINARJI
It-testment hu 
pubbliku jew 
sigriet.
654. It-testment jista’ jkun pubbliku jew sigriet.
Forma ta’ testment 
pubbliku.
Kap. 55.
655. (1) Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-Kodiċi,
it-testment pubbliku għandu jirċevih u jippubblikah nutar, quddiem
żewġ xhieda, bħal kull att nutarili ieħor, taħt id-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili ukoll għal dik
li hi l-firma tat-testatur, skond jekk dan jkunx jaf u jistax jikteb,
jew le.
(2) Il-firma tax-xhieda hi dejjem meħtieġa, ikun kemm ikun il-
valur tal-ħaġa li wieħed jiddisponi minnha bit-testment.
Forma ta’ testment 
sigriet.
656. (1) It-testment sigriet jista’ jiġi miktub sew mit-testatur
innifsu jew minn terza persuna.
(2) Meta l-testatur jaf u jista’ jikteb, it-testment għandu, fil-
każijiet kollha, ikun iffirmat minnu fit-tmiem tiegħu.
(3) Jekk it-testatur ma jkunx jaf jew ma jkunx jista’ jikteb,
tgħodd id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 663.
Il-karta li ġewwa 
fiha jkun it-
testment sigriet 
għandha tkun 
magħluqa u 
ssiġillata.
657. (1) Il-karta li fuqha jkun miktub it-testment sigriet, jew
dik li jkun ġewwa fiha, għandha tiġi magħluqa u ssiġillata.
(2) It-testatur għandu, meta jikkunsinnnha, jiddikjara li dik il-
karta fiha t-testment tiegħu.
Kunsinna ta’ 
testmenti sigrieti.
658. (1) It-testment sigriet għandu jiġi kkunsinnat mit-testatur
f’idejn nutar, jew, quddiem l-imħallef jew maġistrat li joqgħod fil-
qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, f’idejn ir-reġistratur ta’ din il-
qorti.
(2) It-testment jitqies li ġie magħmul fil-ġurnata li fiha jiġi
hekk ikkunsinnat.
Dmirijiet tan-nutar 
li jirċievi testment 
sigriet.
659. (1) In-nutar li jirċievi testment sigriet għandu jikteb l-att
tal-kunsinna, u jniżżel fih id-dikjarazzjoni msemmija fis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 657, fuq l-istess karta li fuqha jkun
miktub it-testment, jew fuq dik li jkun ġewwa fiha.
(2) L-att tal-kunsinna għandu jkun iffirmat mit-testatur, mix-
xhieda, u min-nutar.
(3) Jekk it-testatur jiddikjara li ma jafx jew li ma jistax jikteb,
in-nutar għandu jniżżel tifkira ta’ din id-dikjarazzjoni fl-aħħar ta’ l-
att, u din it-tifkira tgħodd flok il-firma.
  136      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Preżentata ta’ 
testment sigriet 
min-nutar lill-qorti 
ta’ ġurisdizzjoni 
volontarja.
Kap. 12.
660. In-nutar li jkun irċieva testment sigriet għandu, fi żmien
erbat ijiem tax-xogħol minn dak in-nhar tal-kunsinna, jippreżentah
lill-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja biex jiġi merfugħ mir-
reġistratur, kif jingħad fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
Pieni li jingħataw 
lin-nutar li jikser l-
artikolu 660. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
Kap. 55.
661. (1) In-nutar li jikser id-disposizzjoni ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan jiġi, b’azzjoni ċivili, fuq talba ta’ l-Avukat Ġenerali,
ikkundannat għall-interdizzjoni mill-professjoni tiegħu għal żmien
mhux iżjed minn sentejn, jew għal multa ta’ mhux anqas minn
ħames liri u lanqas iżjed minn ħamsin lira.
(2) Jekk id-dewmien fil-preżentata tat-testment ma jkunx ta’
iżjed minn jumejn, il-kontravvenzjoni taqa’ taħt il-klassi ta’ dawk
imsemmijin fl-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili
li għalihom hemm il-piena ta’ ammenda ta’ mhux iżjed minn ħames
liri.
Kap. 9.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jħassrux id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, meta l-fatti jkunu jagħmlu
reat taħt dak il-Kodiċi.
In-nota ta’ 
partikolaritajiet 
meħtieġa mill-
Kodiċi ta’ 
Organizzazzjoni u 
Proċedura Ċivili 
tgħodd flok l-att 
tal-kunsinna.
Kap. 12.
662. Meta testment sigriet jiġi ppreżentat mill-ewwel lill-qorti,
in-nota tal-partikolaritajiet meħtieġa mill-artikolu 527 tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tgħodd flok l-att tal-
kunsinna.
Testmenti sigriet 
ta’ nies li ma jafux 
jaqraw u jiktbu.
663. Dawk li ma jafux jew ma jistgħux jaqraw u jiktbu, ma
jistgħu jagħmlu ebda disposizzjoni b’testment sigriet mingħajr l-
għajnuna ta’ mħallef jew maġistrat.
Dmirijiet ta’ l-
imħallef jew 
maġistrat li jassisti 
persuna li ma tafx 
taqra u tikteb.
664. L-imħallef jew maġistrat li jiġi mitlub biex jagħti l-
għajnuna tiegħu taħt l-aħħar artikolu qabel dan, għandu jaqra u
jfisser lit-testatur dak li jkun fiha l-karta li t-testatur jiddikjara li
hija t-testment tiegħu, u għandu jagħmel, fit-tarf tagħha,
dikjarazzjoni li qeda dak id-dmir tiegħu, u li żgura ruħu li dak li
fiha l-karta huwa skond il-volontà  tat-testatur. L-imħallef jew
maġistrat għandu jagħmel f’din id-dikjarazzjoni d-data u l-firma
tiegħu.
Proċedura li 
għandha tiġi 
mħarsa minn 
imħallef jew 
maġistrat li jassisti 
persuna li ma tafx 
taqra u tikteb.
665. (1) L-imħallef jew maġistrat hawn fuq imsemmi għandu,
wara li t-testment jiġi magħluq u ssiġillat kif imiss, jikteb fuq l-
istess karta li fuqha jkun miktub it-testment, jew fuq dik li ġewwa
fiha jkun it-testment, dikjarazzjoni fis-sens li dik il-karta fiha t-
testment tal-persuna li tkun għamlitu, u taħt din id-dikjarazzjoni
għandu jagħmel il-firma tiegħu.
 (2) B’din id-dikjarazzjoni ma jiġix iddispensat l-att tal-
kunsinna msemmi fl-artikolu 659 jew in-nota tal-partikolaritajiet
imsemmija fl-artikolu 662.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        137
Imħallef jew 
maġistrat li jkun 
jinsab għal ftit 
żmien f’Malta jew 
f’Għawdex jista’ 
jassisti persuna li 
ma tafx taqra u 
tikteb.
666. It-testatur li ma jafx jew ma jistax jaqra u jikteb, jista’
jitlob l-għajnuna ta’ kull imħallef jew maġistrat li jkun jinsab,
imqar jekk għal xi żmien biss, fil-gżira jew fil-lok illi fih tiġi
mitluba l-għajnuna tiegħu, ukoll jekk ikun l-imħallef jew maġistrat
tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, li fiha t-testment għandu
jitqiegħed.
Dak li jkun fih it-
testment għandu 
jinżamm sigriet.
667. L-imħallef jew maġistrat li jkun ta l-għajnuna tiegħu,
skond l-aħħar erba’ artikoli qabel dan, għandu jżomm is-sigriet
dwar dak li jkun fih it-testment.
Testment sigriet 
minn trux-u-mutu.
668. (1) It-trux-u-mutu, u l-mutu biss, sew mit-twelid jew le,
jistgħu, kemm-il darba jkunu jafu jiktbu, jagħmlu testment sigriet,
basta li t-testment ikun miktub kollu mit-testatur u ffirmat minnu, u
li l-istess testatur, quddiem il-qorti jew quddiem in-nutar, skond lil
min minnhom jikkunsinna dak it-testment, u quddiem ix-xhieda tal-
kunsinna, jikteb fuq il-karta li jippreżenta, illi f’dik il-karta hemm
it-testment tiegħu.
(2) In-nutar fl-att tal-kunsinna, jew, skond il-każ, ir-reġistratur,
fin-nota tal-partikolaritajiet imsemmija fl-artikolu 662 għandu
ifisser illi t-testatur kiteb id-dikjarazzjoni msemmija fis-subartikolu
(1), quddiem in-nutar u x-xhieda, jew quddiem il-qorti.
Testment sigriet 
minn persuna truxa 
għal kollox.
669. (1) Jekk persuna li hija truxa għal kollox, iżda taf taqra,
tkun trid tagħmel testment pubbliku, għandha taqra dak it-testment
hija stess quddiem in-nutar u x-xhieda, u n-nutar għandu, qabel ma
t-testment jiġi ffirmat minnu u mix-xhieda, jikteb, fl-aħħar tat-
testment, dikjarazzjoni fis-sens li t-testment ġie hekk moqri mit-
testatur.
(2) Iżda, jekk dan it-trux ma jkunx jaf jaqra, għandu huwa stess
ifisser il-volontà  tiegħu quddiem in-nutar u x-xhieda, u n-nutar
għandu, qabel ma t-testment jiġi ffirmat minnu u mix-xhieda,
jikteb, fl-aħħar tat-testment, dikjarazzjoni fis-sens illi t-testment
huwa skond il-volontà  bħal ma ġiet imfissra mit-testatur.
Persuni inkapaċi 
bħala xhieda fit-
testmenti pubbliċi.
670. Fit-testmenti pubbliċi ma jistgħux jagħmlu ta’ xhieda, il-
werrieta, il-legatarji, jew dawk li jiġu minnhom mid-demm jew bi
żwieġ sal-grad ta’ziju jew ta’ neputi, inklużivament.
It-testatur jista’ 
jieħu lura t-
testment sigriet 
671. It-testatur jista, f’kull żmien, jieħu lura t-testment sigriet
tiegħu mingħand in-nutar li f’idejh ikun tah, kemm-il darba jkun
għadu f’idejn dan in-nutar, jew mir-reġisiru fejn ikun qiegħdu. 
Nullità  ta’ 
testment.
672. In-nuqqas ta’ tħaris tal-formalitajiet imsemmjin fl-artikoli
655, 656, 657, 658, 659, 663, 668, 669 u 670, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 673 sas-682 inklużivament dwar it-
testmenti privileġġati, jagħmel it-testment null.
  138      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
FUQ IT-TESTMENTI PRIVILEĠĠJATI
Testmenti 
magħmula 
f’postijiet fejn 
ikunu maqtugħa l-
komunikazzjonijiet
.
673. (1) Fil-postijiet li magħhom ikunu maqtugħa l-
komunikazzjonijiet b’ordni ta’ l-awtorità  pubblika, it-testment
jista’ jiġi riċevut bil-miktub, quddiem żewġ xhieda, minn imħallef,
maġistrat, jew nutar, jew mill-kappillan jew qassis ieħor b’ordni
sagri.
(2) Dak it-testment għandu jkun dejjem, taħt piena ta’ nullità ,
iffirmat minn min jirċevih.
(3) Dak it-testment għandu jkun ukoll, taħt piena ta’ nullità ,
iffirmat, jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jagħtu li jsir dan, mit-testatur u
mix-xhieda. Jekk iċ-ċirkostanzi ma jkunux jagħtu li ssir il-firma
tat-testatur u tax-xhieda, għandha, taħt piena ta’ nullità , tingħad fit-
testment ir-raġuni li għaliha dawk il-firem jonqsu.
(4) F’testment bħal dak, ix-xhieda jistgħu jkunu sew irġiel
kemm nisa, basta li jkollhom aktar minn tmintax-il sena.
Meta dawn it-
testmenti jsiru 
nulli.
674. Dawn it-testmenti jsiru nulli xahrejn wara li l-
komunikazzjonijiet mal-post li fih it-testatur ikun jinsab, ikunu
reġgħu ġew miftuħa, jew minn dak in-nhar li t-testatur ikun mar
joqgħod f’post li miegħu l-komunikazzjonijiet ma jkunux
maqtugħa, kemm-il darba t-testatur ikun għadu ħaj wara li jagħlaq
dak iż-żmien.
Il-persuna li 
tirċievi dawn it-
testmenti għandha 
tqiegħdhom fil-
qorti ta’ 
ġurisdizzjoni 
volontarja.
675. (1) It-testment magħmul kif jingħad fl-artikoli ta’ qabel
dan għandu, fi żmien xahar minn dak in-nhar li jkunu reġgħu ġew
miftuħa l-komunikazzjonijiet, jiġi mqiegħed mill-persuna li tkun
irċevietu fir-reġistru tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja tal-gżira
fejn ikun ġie rċevut, kemm-il darba dan it-testment, qabel ma
jagħlaq dak iż-żmien, ma jkunx ġie meħud lura mit-testatur.
 (2) Min jonqos mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jeħel bi
proċedura skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 661, il-pieni
msemmija f’dak l-artikolu, sa fejn dawk il-pieni jistgħu jgħoddu
għalih.
Testmenti 
magħmulin fuq il-
baħar.
676. (1) It-testmenti magħmulin fuq il-baħar, abbord ta’
bastimenti reġistrati f’Malta, jistgħu jiġu riċevuti bil-miktub, mill-
kaptan jew minn dak li jagħmel f’loku.
(2) It-testment tal-kaptan jista’ jiġi riċevut minn dak li, fl-
assenza tal-kaptan, ikollu l-kmand tal-bastiment.
(3) F’kull każ, it-testment għandu jiġi riċevut f’żewġ oriġinali,
u quddiem żewġ xhieda rġiel, li jkunu għalqu l-età  ta’ tmintax-il
sena.
(4) In-nuqqas ta’ tħaris tal-kondizzjonijiet hawn fuq
imsemmija jagħmel it-testment null.
Il-persuni li 
minnhom dawn it-
testmenti 
għandhom ikunu 
iffirmati.
677. (1) It-testment imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan
għandu jkun iffirmat mit-testatur, mill-persuna li tirċevih, u mix-
xhieda.
(2) Jekk it-testatur jew ix-xhieda ma jkunux jafu jew ma
jkunux jistgħu jiktbu, fit-testment għandha tingħad ir-raġuni li
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        139
minħabba fiha ma sarux dawk il-firem.
(3) In-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
jagħmel it-testment null.
Notament ta’ dan 
it-testment fil-
ġurnal u fir-roll ta’ 
l-ekwipaġġ.
678. Il-kaptan, jew dak li jżomm il-ġurnal ta’ abbord u l-karti
tal-bastiment għandu, taħt piena ta’ multa ta’ mhux iżjed minn
għaxar liri, li għall-ħlas tagħha jitmexxa b’azzjoni ċivili skond l-
artikolu 661, jagħmel u jiffirma notament dwar it-testment li jkun
ġie riċevut, sew fil-ġurnal kemm ukoll fir-roll ta’ l-ekwipaġġ.
Dmirijiet tal-
kaptan, eċċ., meta 
jasal Malta li 
jippreżenta t-
testment fis-
Sekond’Awla tal-
Qorti Ċivili. 
Emendat: 
XXXI. 1965.21; IX. 
1971.3; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XVII. 1991.81.
679. (1) Jekk, wara li jiġi riċevut it-testment, il-bastiment
jerga’ jidħol fil-port ta’ Malta, il-kaptan, jew dak illi jkollu f’idejh
it-testment, għandu, fi żmien tmint ijiem tax-xogħol, jippreżentah
fis-Sekond’ Awla tal-Qorti Ċivili, kemm-il darba dan it-testment
ma jkunx ġie meħud lura mit-testatur qabel ma jkun għalaq dak iż-
żmien.
Jekk il-bastiment 
jidħlol f’port barra 
minn Malta.
(2) Jekk il-bastiment jidħol f’port barra minn Malta, il-kaptan,
jew dak li jkollu f’idejh it-testment, għandu jqiegħed wieħed mill-
oriġinali għand ir-rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-
Gvern ta’ Malta f’dak il-port jew għand persuna li tkun isservi fis-
servizz diplomatiku, konsulari jew servizz ieħor barrani ta’ xi
pajjiż li, b’arrangament mal-Gvern ta’ Malta, ikun assuma li
jirrappreżenta l-interessi ta’ dak il-Gvern f’dak il-port jew għand
persuna awtorizzata għal hekk mill-President ta’ Malta, jew fl-
assenza ta’ dawn il-persuni, għand xi persuna ta’ fiduċja li tkun
ċittadin ta’ Malta jew ċittadin ieħor tal-Commonwealth, u għandu
mill-aktar fis li jista’, jibgħat l-oriġinal l-ieħor lill-Awtorità
Marittima ta’ Malta f’Malta, illi għandha, fi żmien tmint ijiem,
tippreżentah lill-qorti fuq imsemmija.
(3) Kull min jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jiġi, bi proċedura skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
661, ikkundannat għall-interdizzjoni mill-kariga jew professjoni
tiegħu għal żmien mhux iżjed minn sentejn, jew għal waħda jew
oħra mill-pieni l-oħra msemmijin f’dak l-artikolu.
Testment magħmul 
fuq il-baħar jiswa 
biss jekk it-testatur 
imut fuq il-baħar.
680. It-testment magħmul fuq il-baħar fil-forma msemmija fl-
artikoli 676 u ta’ warajh, jiswa biss meta testatur imut fuq il-baħar
jew matul xahrejn wara li jkun niżel f’post fejn ikun seta’ mill-ġdid
jagħmel testment ieħor fil-forma ordinarja.
Nullità  ta’ 
disposizzjonijiet 
magħmulin favur 
ta’ persuna li 
tirċievi testment, 
eċċ.
681. (1) Kull disposizzjoni ta’ testment magħmula favur il-
persuna li tirċievi testment minn dawk imsemmijin fl-artikoli 673 u
ta’ warajh, jew favur ix-xhieda, inkella, fil-każ ta’ testment
magħmul fuq il-baħar, favur wieħed jew ieħor min-nies ta’ l-
ekwipaġġ, ma tiswiex.
(2) Lanqas ma tiswa kull disposizzjoni magħmula favur il-
missier, l-omm, l-iben jew dixxendent ieħor, jew favur ir-raġel jew
il-mara ta’ xi waħda mill-persuni msemmijn fis-subartikolu (1).
  140      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Effett ta’ testmenti 
magħmulin barra 
minn Malta.
682. Testment magħmul barra minn Malta, għandu effett
f’Malta, kemm-il darba jkun ġie magħmul skond il-forma li trid il-
liġi tal-lok fejn ikun sar.
§  V. FUQ L-ISTITUZZJONI TA’ WERRIETA, IL-LEGATI U L-JEDD 
TA’ AKKREXXIMENT
FUQ L-ISTITUZZJONI TAL-WERRIET U FUQ IL-LEGAT
L-istituzzjoni tal-
werriet, eċċ.
683. Kull disposizzjoni ta’ testment, sew jekk tkun saret taħt l-
isem ta’ istituzzjoni ta’ werriet, sew taħt l-isem ta’ legat, kemm
ukoll taħt kull isem ieħor, għandha effett, basta li tkun imfissra
b’mod li l-volontà  tat-testatur tista’ tiġi magħrufa, u ma tkunx
kuntrarja għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi.
Jekk it-testatur 
jiddisponi minn 
biċċa biss tal-wirt.
684. (1) Jekk it-testatur ikun iddispona minn biċċa biss tal-
wirt, il-bqija tal-beni tgħaddi lill-werrieta leġittimi, skond l-ordni
stabbilit għas-suċċessjoni ab intestato.
(2) L-istess regola tgħodd jekk it-testatur ikun ħalla biss legati
partikolari.
Meta r-raġuni li 
waħidha tkun 
ġiegħlet lit-testatur 
jagħmel id-
disposizzjoni tkun 
falza.
685. (1) Kull disposizzjoni ta’ testment ibbażata fuq raġuni li
waħidha tkun ġiegħlet lit-testatur jagħmilha, u li tkun falza,
m’għandha ebda effett.
(2) Jekk it-testatur isemmi raġuni, iżda ma jkunx jidher mit-
testment li dik ir-raġuni kienet hija waħidha li ġegħlitu, id-
disposizzjoni tat-testment, ukoll jekk dik ir-raġuni tinsab falza,
għandha effett, kemm-il darba ma jiġix ippruvat illi t-testatur kien
imġiegħel biss mir-raġuni.
FUQ IL-PERSUNI U L-ĦWEJJEĠ LI HUMA L-OĠĠETT TA’ 
DISPOSIZZIONI
Testmenti 
magħmulin per 
relationem ad 
schedulam huma 
nulli.
686. Kull disposizzjoni ta’ testment magħmula, bħal ma soltu
jingħad, b’nuncupazione implicita inkella per relatiotionem ad
schedulam, ma tiswiex.
Disposizzjonijiet 
magħmula favur 
persuni inċerti.
687. Kull disposizzjoni ta’ testment magħmula favur persuna
inċerta, b’mod li lanqas ma tista’ ssir ċerta bis-saħħa ta’ xi ġrajja
msemmija fit-testment, hija wkoll nulla.
Disposizzjoni 
favur persuni jew 
korpi morali li 
għandhom jiġu 
indikati mill-
werriet jew terza 
persuna.
688. (1) Kull disposizzjoni ta’ testment magħmula favur
persuna inċerta li għandha tiġi indikata mill-werriet jew minn terza
persuna, hija wkoll nulla.
(2) Iżda, tista’ ssir disposizzjoni b’titolu partikolari favur ta’
persuna li għandha tiġi magħżula mill-werriet jew minn terza
persuna minn bejn żewġ persuni jew iżjed imsemmijin mit-testatur,
jew minn fost familji jew korpi morali, imsemmijin minnu. 
(3) Tista’ wkoll issir disposizzjoni b’titolu partikolari favur ta’
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        141
korp morali li għandu jiġi magħżul mill-werriet, jew minn terza
persuna, minn bejn żewġ korpi morali jew iżjed imsemmijin mit-
testatur.
Disposizzjoni 
favur l-eqreb 
qraba.
689. Disposizzjoni ta’ testment magħmula favur l-eqreb qraba
ta’ persuna, mingħajr ebda tifsir ieħor, titqies magħmula favur
dawk li huma mil-liġi msejħa għas-suċċessjoni ab intestato ta’ dik
il-persuna.
Disposizzjoni 
favur il-fqar.
690. Disposizzjoni magħmula b’mod ġenerali favur il-fqar,
titqies magħmula lill-fqar tal-gżira li fiha t-testatur kien joqgħod fi
żmien il-mewt tiegħu.
Disposizzjoni għal 
ruħ it-testatur.
691. Kull disposizzjoni magħmula b’mod ġenerali għar-ruħ tat-
testatur, jew ta’ persuna oħra, mingħajr ma tingħad l-opra tajba li
għandha ssir, m’għandha ebda effett.
Ma tistax issir il-
prova li l-kliem tat-
testment huwa 
kuntrarju għall-
volontà  tat-testatur.
692. (1) Ebda prova ma tista’ ssir biex turi li l-istituzzjoni jew
il-legat, magħmula favur ta’ persuna jew korp morali, jew għal xi
opra msemmija fit-testment, mhumiex hekk ħlief fid-dehra, u li fil-
fatt dik l-istituzzjoni jew dak il-legat huma magħmula favur ta’
persuna jew korp morali jew opra mhux imsemmija fit-testment,
lanqas jekk fit-testment ikun hemm xi kliem li juri jew li minnu
wieħed jista’ jifhem li l-volontà  tat-testatur kienet dik.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux meta l-
istituzzjoni jew il-legat jiġu attakkati bħala li saru favur ta’ persuna
inkapaċi b’persuna interposta.
Disposizzjoni 
fiduċjarja.
693. Kull disposizzjoni ta’ testment li biha, ukoll jekk somma
ta’ flus jew xi ħaġ‘oħra determinata, tiġi mħollija lil xi persuna
msemmija fit-testment sabiex din tagħmel biha dak li t-testatur ikun
stqarr li fdalha bil-mistur, ma tiswiex, lanqas jekk dik il-persuna
tkun trid tipprova illi dik id-disposizzjoni hija favur ta’ nies kapaċi
skond l-liġi li jirċievu b’testment, jew għal ħwejjeġ xierqa.
Indikazzjoni 
ħażina tal-werriet, 
tal-legatarju jew 
tal-ħaġa mħollija 
fit-testment.
694. (1) Jekk il-persuna tal-werriet jew tal-legatarju hija
indikata ħażin, id-disposizzjoni għandha effett, kemm-il darba
wieħed ikun xort’oħra żgur liema persuna t-testatur ried jaħtar.
(2) Din ir-regola tgħodd ukoll fil-każ li jkun hemm żball fit-
tismija jew fit-tifsir tal-ħaġa mħollija b’legat, meta wieħed ikun
xort’oħra żgur liema ħaġa t-testatur ried iħalli.
Disposizzjoni 
mħollija għal 
kollox fis-setgħa 
tal-werriet.
695. Ma tiswiex disposizzjoni ta’ testment li tħalli għal kollox
fis-setgħa tal-werriet jew ta’ terza persuna li jistabbilixxu kemm
għandu jkun il-legat, ħlief fil-każ ta’ legati mħollijin b’titolu ta’
ħlas għal servizzi magħmulin lit-testatur fl-aħħar marda tiegħu.
Legat ta’ ħwejjeġ 
ħaddieħor.
696. (1) Il-legat tal-ħaġa ta’ ħaddieħor ma jiswiex, ħlief jekk
ikun hemm iddikjarat fit-testment illi t-testatur kien jaf li l-ħaġa
kienet ta’ ħaddieħor u mhux tiegħu; f’dan il-każ il-werriet jista’
jagħżel jew li jakkwista l-ħaġa mħollija b’legat sabiex igħaddiha
lil-legatarju, jew li jħallas lil-legatarju l-valur ġust tagħha.
(2) Iżda, jekk il-ħaġa hekk imħollija b’legat, għalkemm tkun
ta’ ħaddieħor fi żmien it-testment, tkun saret proprjetà  tat-testatur
fi żmien il-mewt tiegħu, il-legat ta’ dik il-ħaġa huwa validu.
  142      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta l-ħaġa hija 
tal-werriet jew tal-
legatarju. 
697. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll jekk il-ħaġa mħollija b’legat tkun tal-werriet, jew tal-
legatarju inkarigat fit-testment biex jagħtiha lil terza persuna.
Jekk biċċa biss tal-
ħaġa mħollija hija 
tat-testatur.
698. Jekk it-testatur ikollu biċċa mill-ħaġa mħollija b’legat, jew
jedd fuq dik il-ħaġa, il-legat jiswa biss għal dik il-biċċa jew għal
dak il-jedd, kemm-il darba ma jkunx hemm iddikjarat fit-testment
illi t-testatur kien jaf li l-ħaġa ma kinitx tiegħu kollha.
Legat ta’ ħaġa 
mhux determinata.
699. Il-legat ta’ ħaġa mobbli mhux determinata, li taqa’ taħt
ġens jew speċi, huwa validu għad li ebda ħaġa ta’ dak il-ġens jew
ta’ dik l-ispeċi ma jkun hemm fost il-ġid tat-testatur fi żmien it-
testment, jew ma jinsab li hemm fi żmien il-mewt tiegħu.
Jekk il-ħaġa 
mħollija ma 
tinsabx fil-ġid tat-
testatur.
700. (1) Meta t-testatur iħalli bħala tiegħu nnifsu ħaġa
partikolari, jew ħaġa li tkun ta’ ċertu ġens jew ta’ ċerta speċi, il-
legat ma jkollux effett, jekk il-ħaġa ma tkunx tinsab fil-ġid tat-
testatur fi żmien il-mewt tiegħu.
(2) Jekk il-ħaġa tkun tinsab fil-ġid tat-testatur fi żmien il-mewt
tiegħu, iżda mhux fil-kwantità  msemmija fit-testment, il-legat
ikollu effett għall-kwantità  li tinsab.
Legat ta’ ħaġa jew 
kwantità  li 
għandha tittieħed 
minn xi lok.
701. Il-legat ta’ ħaġa jew ta’ kwantità  li għandha tittieħed minn
ċertu lok, ikollu effett biss kemm-il darba l-ħaġa tkun tinsab f’dak
il-lok; u, jekk biċċa biss tkun tinsab fil-lok imsemmi mit-testatur,
il-legat ikollu effett għal dik il-biċċa.
Legat ta’ ħaġa li 
tkun tal-legatarju.
702. (1) Jekk il-ħaġa mħollija b’legat kienet ġa tal-legatarju fi
żmien it-testment, dan il-legat ma jiswiex.
(2) Kemm-il darba l-legatarju jkun akkwista l-ħaġa mħollija
b’legat f’xi żmien wara t-testment, jew mingħand it-testatur b’titolu
oneruż jew mingħand ħaddieħor b’kull titolu li jkun, huwa jkollu
jedd għal daqs kemm tkun tiswa l-ħaġa, kemm-il darba jkun hemm
iċ-ċirkostanzi msemmijin fl-artikolu 696, bla ma jingħata qies ta’ l-
artikolu 743.
(3) Jekk il-legatarju jkun akkwista l-ħaġa mingħand it-testatur
b’titolu gratuwitu, il-legat jingħadd bħala mħallas.
Legat ta’ kreditu. 703. Il-legat ta’ kreditu, jew ta’ ħelsien minn dejn, m’għandux
effett ħlief għal dik il-biċċa li tkun għad ma tħallsitx fi żmien il-
mewt tat-testatur.
Legat ta’ ħaġa jew 
ta’ somma li 
tagħha hu debitur 
it-testatur lejn il-
legatarju.
704. (1) Il-legat li jagħmel it-testatur ta’ ħaġa jew somma
determinata, bħala li hu debitur tagħha lejn il-legatarju, jiswa għad
li l-ħaġa jew is-somma ma jkollhiex tingħata.
(2) Jekk it-testatur ikollu jagħti dik il-ħaġa jew somma, il-
legatarju jakkwista azzjoni ġdida biex idaħħal il-ħaġa jew is-
somma li jkollu jieħu, u, kemm-il darba, kieku kien xort’oħra, il-
ħaġa jew is-somma ma kinitx tkun tista’ tintalab lura ħlief wara li
jagħlaq ċertu żmien jew wara li sseħħ il-kondizzjoni li minnha
jiddependi l-ħlas, il-legatarju ma jkollux bżonn jistenna sakemm
dak iż-żmien jagħlaq jew dik il-kondizzjoni sseħħ.
(3) Iżda, il-legat ma jkollux effett kemm-il darba t-testatur
iħallas id-dejn f’kull żmien li jkun wara t-testment.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        143
Legat lill-kreditur.
iħalli legat lill-kreditur tiegħu, dan il-legat ma jitqiesx magħmul bi
ħlas tad-dejn lejn il-legatarju.
Legat lis-seftur.
dak li huwa jkollu jieħu bħala salarju.
Fil-legatum 
liberationis jidħlu 
biss id-djun li jkun 
hemm fi żmien it-
testment.
706. Meta legat ikun jikkonsisti fil-ħelsien tad-debitur mid-djun
li jkollu jagħti lit-testatur, f’dan il-legat jitqiesu li jidħlu biss dawk
id-djun li t-testatur kellu jieħu fiż-żmien tat-testment, u mhux djun
oħra li jkunu ġew magħmula wara.
Legat ta’ 
manteniment.
707. Fil-legat ta’ manteniment jidħol l-ikel, l-ilbies, l-
abitazzjoni, u ħwejjeġ oħra meħtieġa matul il-hajja tal-legatarju; u
tista’ tidħol ukoll, skond iċ-ċirkostanzi, l-edukazzjoni tal-legatarju
skond il-kondizzjoni tiegħu.
Legat ta’ immobbli 
mkabbar 
b’akkwisti li jsiru 
wara.
708. Meta t-testatur li jkun ħalla b’legat il-proprjetà  ta’
immobbli, ikun kabbar dik il-proprjetà  b’akkwisti oħra li jsiru
wara, dawn l-akkwisti, għad li jkunu jmissu mal-fond imħolli
b’legat, ma jitqisux li jagħmlu sehem mil-legat mingħajr ma ssir
disposizzjoni ġdida.
Prelegat lill-
werriet.
709. It-testatur jista’ jħalli prelegat lill-werriet tiegħu, u, f’dak
il-każ, il-werriet, għal dan il-prelegat, jitqies bħala legatarju.
FUQ ID-DISPOSIZZJONIJIET TAĦT KONDIZZJONI JEW BI ŻMIEN
Id-disposizzjonijiet 
jistgħu jkunu 
mingħajr 
kondizzjoni jew 
taħt kondizzjoni.
710. Kull disposizzjoni, b’titolu universali jew partikolari, tista’
ssir mingħajr ebda kondizzjoni jew taħt kondizzjoni.
Kondizzjoni 
impossibbli, eċċ.
711. (1) Il-kondizzjoni impossibbli, jew kuntrarja għal-liġi,
jew għall-egħmil xieraq, tagħmel ma tiswiex id-disposizzjoni li
fiha tkun magħmula.
(2) Il-kondizzjoni li ma tistax tiftiehem titqies bħala mhix
miktuba.
Kondizzjoni li ma 
għandux isir 
żwieġ.
712. (1) Il-kondizzjoni li wieħed m’għandux jiżżewweġ jew li
m’għandux jerga’ jiżżewweġ titqies bħallikieku ma ġietx
magħmula.
(2) Iżda, il-legatarju ta’ użufrutt, ta’ użu, jew ta’ abitazzjoni,
jew ta’ pensjoni jew ħlas ieħor li għandu jingħata kull tant żmien,
għall-każ u għaż-żmien li jibqa’ għażeb (jew xebba), inkella armel
(jew armla), ma jistax igawdi l-legat ħlief fiż-żmien li jibqa’
għażeb (jew xebba), inkella armel (jew armla).
(3) Il-kondizzjoni ta’ rmulija, f’disposizzjoni ta’ testment
magħmula minn wieħed mill-miżżewġin favur l-ieħor, hija valida.
  144      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Kondizzjoni li l-
werriet m’għandux 
jinqeda bil-
benefiċċju ta’ l-
inventarju.
713. Il-kondizzjoni li tipprojbixxi lill-werriet li jinqeda bil-
benefiċċju ta’ l-inventarju titqies bħallikieku mhix miktuba. 
Disposizzjoni dwar 
il-jum li minnu 
għandha tibda jew 
tispiċċa l-
istituzzjoni ta’ 
werriet.
714. Jekk, f’disposizzjoni ta’ testment b’titolu universali, it-
testatur isemmi l-ġurnata li fiha jew li minnha għandha tibda jew
tispiċċa l-istituzzjoni ta’ werriet, din il-ġurnata titqies bħallikieku
mhix imsemmija.
Disposizzjoni 
b’kondizzjoni 
ta’ġid imħallas 
b’ieħor.
715. Disposizzjoni ta’ testment, b’titolu universali jew
partikolari, magħmula mit-testatur taħt kondizzjoni li bħala tpattija,
il-werriet jew il-legatarju għandu jibbenefikah fit-testment tiegħu,
hija nulla.
Disposizzjoni li 
tiddependi minn 
ġrajja mhix żgura.
716. Kull disposizzjoni f’testment magħmula taħt kondizzjoni li
tkun tiddependi minn ġrajja mhix żgura, u li tkun tali li fil-ħsieb
tat-testatur id-disposizzjoni m’għandhiex tiswa ħlief fil-każ li dik
il-ġrajja tiġri jew ma tiġrix, tibqa’ bla effett, kemm-il darba l-
persuna, li favur tagħha tkun ġiet magħmula, tmut qabel ma sseħħ
il-kondizzjoni.
Kondizzjoni li 
tissospendi l-
esekuzzjoni tad-
disposizzjoni.
717. Il-kondizzjoni li, fil-ħsieb tat-testatur, hija magħmula biss
sabiex tissospendi l-esekuzzjoni tad-disposizzjoni tat-testment, ma
timpedix lill-werriet jew lil-legatarju milli jkollu jedd miksub li
jista’ jgħaddi lill-werrieta tiegħu ukoll qabel ma tiġri l-kondizzjoni.
Meta l-werriet jew 
legatarju għandu 
jagħti garanzija 
għall-esekuzzjoni 
tal-kondizzjoni.
718. Jekk it-testatur ħalla l-wirt jew il-legat taħt l-obbligu li l-
werriet jew il-legatarju m’għandux jagħmel jew jagħti xi ħaġa, il-
werriet jew il-legatarju għandu jġib garanzija tajba għall-
esekuzzjoni ta’ dan l-obbligu, b’mezz ta’ pleġġ jew ta’ ipoteka jew
ta’ rahan, favur dawk li għalihom għandu jgħaddi l-wirt jew il-legat
fin-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ dak l-obbligu.
Persuna obbligata 
għall-kunsinna ta’ 
legat taħt 
kondizzjoni 
għandha tagħti 
garanzija.
719. Hekk ukoll, jekk legat hu mħolli taħt kondizzjoni, jew biex
jittieħed wara xi żmien, dak li jkun obbligat għall-ħlas tal-legat
jista’ jkun imġiegħel jagħti l-garanzija hawn fuq imsemmija favur
il-legatarju.
Ħatra ta’ 
amministratur f’xi 
każijiet.
720. (1) Jekk il-werriet ikun ġie istitwit taħt waħda mill-
kondizzonijiet imsemmijin fl-artikolu 716, għandu jinħatar
amministratur tal-wirt sakemm din il-kondizzjoni tiġri jew sakemm
wieħed ikun żgur li ma tistax tiġri.
(2) Hekk ukoll għandu jinħatar amministratur meta l-werriet
jew il-legatarju jonqos li jagħti l-garanzija msemmija fl-aħħar żewġ
artikoli qabel dan, kif ukoll fil-każ li l-werriet istitwit ikun iben
immedjat, li għad mhux konċepit, ta’ persuna li tkun ħajja fiż-
żmien tal-mewt tat-testatur, kif jingħad fl-artikolu 600.
(3) Dan l-amministratur ikollu l-istess setgħat u obbligi bħall-
kuratur ta’ wirt battal, bla ħsara ta’ kull provvediment ieħor li,
skond iċ-ċirkostanzi, il-qorti jidhrilha li għandha tagħti.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        145
FUQ L-EFFETTI TAL-LEGATI U L-ĦLAS TAGĦHOM
Jedd li wieħed 
jirċievi legat pur u 
sempliċi, li jista’ 
jgħaddi għall-
werrieta tal-
legatarju.
721. (1) Kull legat pur u sempliċi jagħti lil-legatarju, minn dak
in-nhar tal-mewt tat-testatur, jedd, li jista’ jgħaddi għall-werrieta
ta’ l-istess legatarju, jew għal dawk li l-jeddijiet tagħhom ġejjin
minnu, li jirċievi l-ħaġa mħollija lilu bil-legat.
(2) Il-legat magħmul taħt kondizzjoni ma jagħtix lil-legatarju
dak il-jedd qabel ma tiġri l-kondizzjoni.
Jedd tal-għażla 
meta l-legat hu ta’ 
ħaġa mhix 
determinata.
722. (1) Jekk il-ħaġa mħollija legat ma tkunx determinata,
imma tkun taqa’ taħt xi ġens jew xi speċi ta’ ħwejjeġ, il-jedd tal-
għażla jmiss lill-werriet, illi mhux obbligat jagħti ħaġa ta’ l-aħjar
kwalità , iżda lanqas ma jista’ joffriha ta’ l-agħar kwalità .
(2) Din ir-regola tgħodd ukoll jekk il-jedd ta’ l-għażla jkun
imħolli f’idejn terza persuna.
(3) Jekk din it-terza persuna ma tkunx trid tagħmel il-għażla,
inkella ma tkunx, minħabba mewt jew impediment ieħor, tista’
tagħmilha, din il-għażla ssir mill-qorti, fuq ir-regola miġjuba fis-
subartikolu (1).
Meta l-għażla hija 
mħollija fil-
legatarju.
723. Jekk il-jedd ta’ l-għażla jkun imħolli f’idejn il-legatarju,
dan jista’ jagħżel l-aħjar ħaġa ta’ dak il-gens jew ta’ dik l-ispeċi li
jkun hemm fil-wirt: iżda jekk fil-wirt ma jkun hemm ebda waħda,
hu ma jistax jagħżel waħda ta’ l-aħjar kwalità .
Jedd tal-għażla fil-
legat alternattiv.
724. Fil-legat alternattiv il-jedd ta’ l-għazla jitqies mogħti lill-
werriet.
Meta l-jedd tal-
għażla jgħaddi lill-
werriet tal-werriet 
jew tal-legatarju.
725. (1) Jekk il-werriet jew il-legatarju, li lilu jkun imiss il-
jedd ta’ l-għażla, ma jkunx seta’ jagħmel din il-għażla, dan il-jedd
igħaddi lill-werriet tiegħu.
(2) Il-għażla, la darba ssir, ma tistax titreġġa’ lura.
(3) Jekk mill-ħwejjeġ tal-ġens jew ta’ l-ispeċi mħollija bil-
legat ikun hemm imqar waħda biss fost l-assi tat-testatur, il-werriet
jew il-legatarju li jkollu l-jedd ta’ l-għażla ma jistax, ħlief fil-każ
ta’ disposizzjoni espressa li tgħid il-kuntrarju, jagħżel ħaġ‘oħra li
ma tkunx fl-assi.
Il-legatarju għandu 
jitlob lill-werriet il-
kunsinna tal-ħaġa 
mħollija legat.
726. Il-legatarju għandu jitlob lill-werriet il-pussess tal-ħaġa
imħollija legat.
Frottijiet jew 
imgħaxijiet tal-
legat.
727. Il-legatarju ma jistax jitlob il-frottijiet jew l-imgħaxijiet
tal-legat, ħlief minn dak in-nhar li jkun, imqar b’ittra uffiċjali,
sejjaħ lill-werriet biex jikkunsinna jew iħallas il-legat, jew minn
dak in-nhar li din il-kunsinna jew dan il-ħlas ikun ġie mwiegħed
lilu.
Meta l-imgħaxijiet 
jew il-frottijiet 
għandhom 
jitħallew minn dak 
in-nhar tal-mewt 
tat-testatur.
728. L-imgħaxijiet jew il-frottijiet tal-ħaġa mħollija legat
jibdew igħaddu favur il-legatarju minnufih wara l-mewt tat-
testatur, ukoll mingħajr is-sejħa ġudizzjarja msemmija fl-aħħar
artikolu qabel dan, f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) meta t-testatur ikun espressament hekk ordna;
  146      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(b) meta l-legat ikun ta’ fond, jew ta’ kapital, jew
ħaġ‘oħra li tagħti frottijiet.
Legati ta’ vitalizju 
jew pensjoni.
729. Jekk il-ħaġa imħollija legat tkun renta vitalizja jew
pensjoni, dan il-vitalizju jew pensjoni jibdew għaddejja minn dak
in-nhar tal-mewt tat-testatur.
Meta l-legat hu ta’ 
kwantità  
determinata li 
għandha tiġi 
ikkunsinnata jew 
imħallsa fi 
żminijiet stabbiliti.
730. (1) Meta l-ħaġa mħollija legat tkun kwantità  determinata
li għandha tiġi kkunsinnata jew imħallsa fi żminijiet stabbiliti,
bħallikieku kull sena, kull xahar, jew fi żmien ieħor, l-ewwel żmien
jibda mill-mewt tat-testatur, u l-legatarju jakkwista l-jedd għall-
kwantità  kollha li jkollu jieħu f’kull wieħed miż-żminijiet, ukoll
kemm-il darba jkun baqa’ ħaj sal-bidu biss taż-żmien fuq imsemmi.
(2) Iżda l-legat, jekk ma jkunx imħolli b’titolu ta’
manteniment, ma jistax jintalab ħlief wara li jagħlaq iż-żmien.
(3) Jekk il-legat ikun imħolli b’titolu ta’ manteniment, jista’
jintalab fil-bidu taż-żmien.
Il-ħaġa mħollija 
legat għandha 
tingħata bl-
aċċessorji.
731. (1) Il-ħaġa mħollija legat titqies li ġiet imħollija, u
għandha tiġi kkunsinnata, bl-aċċessorji meħtieġa tagħha, u fil-
kondizzjoni li tkun tinsab dak in-nhar tal-mewt tat-testatur.
(2) Iżda titqies il-kuntrarju għal abbellimenti jew għal bini ġdid
magħmul fil-fond imħolli legat, jew għal fond li t-testatur ikun
kabbar ir-reċint tiegħu billi daħħal fih akkwisti ġodda.
Meta l-ħaġa 
mħollija legat hi 
mgħobbija b’jedd 
ta’ użufrutt, eċċ.
732. (1) Jekk qabel it-testment, jew wara, il-ħaġa mħollija
legat tkun ġiet imgħobbija b’użufrutt, b’renta, jew b’piż ieħor
perpetwu jew temporanju, il-legatarju jeħodha bil-piż li jkun hemm
fuqha.
(2) Jekk il-ħaġa mħollija legat tkun marbuta b’ipoteka għal
djun oħra, dak li għandu jħallas il-legat hu fid-dmir li jagħmilha
ħielsa, meta t-testatur ma jkunx ordna xort’oħra.
Spejjeż għall-
kunsinna tal-legat.
733. L-ispejjeż meħtieġa għall-kunsinna jew ħlas tal-legat
ibatihom il-wirt, meta dan jista’ jsir bla ħsara tal-jeddijiet ta’ dawk
li għalihom il-liġi tirriżerva sehem tal-beni tal-wirt.
Min hu obbligat 
iħallas il-legat.
734. (1) Meta fost żewġ werrieta jew iżjed ebda wieħed
minnhom ma jkun ġie partikolarment obbligat mit-testatur għall-
ħlas tal-legat, il-werrieta kollha huma obbligati għall-ħlas tiegħu,
kull wieħed skond is-sehem li jkun imissu fil-wirt.
(2) Huma wkoll obbligati għall-ħlas tal-legat kollu, sal-valur
ta’ immobbli tal-wirt li jkollhom f’idejhom.
Meta wieħed mill-
werrrieta hu waħdu 
mgħobbi bid-dmir 
tal-ħlas tal-legat.
735. (1) Jekk wieħed mill-werrieta jkun hu waħdu mgħobbi
bid-dmir tal-ħlas tal-legat, hu waħdu għandu l-obbligu ta’ dan il-
ħlas.
(2) Kemm-il darba l-ħaġa mħollija legat tkun ta’ wieħed mill-
werrieta, il-werrieta l-oħra huma obbligati, jekk ma jiġix ippruvat li
l-volontà  tat-testatur kienet oħra, jikkumpensawh tal-valur tagħha
bi flus jew ħwejjeġ tal-wirt, kull wieħed skond is-sehem tiegħu fil-
wirt, basta li dan il-legat ma jkunx null, kollu jew parti minnu, taħt
l-artikoli 696, 697 u 698.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        147
It-testatur jista’ 
jiddikjara l-
pensjoni jew l- 
użufrutt mhux 
suġġetti għal 
sekwestru.
736. (1) It-testatur jista’, meta jħalli pensjoni jew użufrutt,
jiddikjara li din il-pensjoni jew dan l-użufrutt ma jistgħux jinqabdu
b’sekwestru, u wkoll li ma jistgħux jiġu ttrasferiti, kollha jew parti
minnhom.
(2) Din id-dikjarazzjoni, jekk magħmula b’mod ġenerali,
għandha wkoll effett jekk is-sekwestru jintalab, jew it-trasferiment
ikun sejjer isir jew jintalab għal djun li l-legatarju jkun għamel
wara li jkun beda jgawdi l-legat.
FUQ IL-JEDD TA’ AKKREXXIMENT
Jedd ta’ 
akkrexximent.
737. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 745 u ta’ l-
artikolu 866, meta żewġ persuni jew iżjed huma istitwiti jew
imsejħin flimkien għall-wirt jew għal-legat, u xi waħda minnhom
tmut qabel it-testatur, inkella ma tkunx kapaċi li tirċievi, jew
tirrinunzja għall-wirt jew għal-legat, jew ma jkollhiex jedd għalih
billi ma tkunx ġrat il-kondizzjoni li taħtha kienet hekk istitwita jew
imsejħa, is-sehem ta’ din il-persuna, bl-obbligi u l-piżijiet li jkun
hemm miegħu, jiżdied ma’ dak tal-werrieta jew legatarji l-oħra.
Meta l-istituzzjoni 
jew il-legat jitqiesu 
li ġew mħollija lill-
werrieta jew 
legatarji flimkien, 
eċċ.
738. (1) L-istituzzjoni jew il-legat jitqiesu li ġew imħollija
lill-werrieta jew legatarji flimkien, meta jiddependu mill-istess
disposizzjoni, u t-testatur ma jkunx qassam is-sehem ta’ kull
werriet jew legatarju fil-wirt jew fil-ħaġa mħollija legat.
(2) Jitqies li hemm tqassim ta’ l-ishma, fil-każ biss li t-testatur
ikun semma espressament liema għandu jkun is-sehem ta’ kull
wieħed. Il-kelmiet biss "f’partijiet indaqs" jew "f’ishma ndaqs" ma
jneħħux il-jedd ta’ akkrexximent.
Il-legat jitqies 
ukoll li ġie mħolli 
lil-legatarji 
flimkien meta l-
ħaġa ma tistax 
tinqasam.
739. Il-legat jitqies ukoll li ġie mħolli lil-legatarji flimkien meta
ħaġa, li ma tistax tinqasam mingħajr ħsara, tkun ġiet imħollija legat
fl-istess testment lil żewġ persuni jew iżjed, ukoll jekk
separatament.
Kull wieħed mill-
werrieta jew mil-
legatarji ma jistax 
jirrinunzja għas-
sehem li jiżdied 
jekk ma 
jirrinunzjax għas-
sehem li missu fil-
bidu.
740. Meta hemm lok għall-jedd ta’ akkrexximent, ebda wieħed
mill-werrieta jew mil-legatarji ma jista’, mingħajr ma jirrinunzja
għal sehmu stess, jirrinunzja għas-sehem li jiżdied miegħu. 
Jedd ta’ sehem 
battal ta’ wirt jew 
legat, meta ma 
hemmx lok għall-
akkrexximent.
741. Meta ma hemmx lok għall-jedd ta’ akkrexximent, is-sehem
battal tal-wirt, bl-obbligi u l-piżijiet li jkun hemm miegħu, igħaddi
għall-werrieta leġittimi tat-testatur, u s-sehem battal tal-legat, bl-
obbligi u l-piżijiet li jkun hemm miegħu, jibqa’, jekk xi wieħed
mill-werrieta jew mil-legatarji jkun partikolarment obbligat għall-
ħlas tal-legat, favur dak il-werriet jew legatarju, jew, jekk ikun
hekk obbligat il-wirt, favur il-werrieta kollha, kull wieħed skond is-
sehem tiegħu fil-wirt.
  148      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Użufrutt imħolli lil 
żewġ persuni jew 
iżjed flimkien.
742. (1) Jekk jedd ta’ użufrutt jiġi mħolli lil żewġ persuni jew
iżjed flimkien, kif jingħad fl-artikoli 738 u 739, igħoddu d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 382, ukoll wara li jkun ġie aċċettat
il-legat.
(2) Jekk l-użufrutt ma jkunx ġie imħolli lil dawn il-persuni
flimkien, is-sehem battal jingħaqad mal-proprjetà .
FUQ IT-TĦASSIR TA’  DISPOSIZZJONIJIET TA’  TESTMENT U FUQ ID-
DISPOSIZZJONIJIET TA’ TESTMENT LI JIBQGĦU MINGĦAJR EFFETTI
It-trasferinient mit-
testatur tal-ħaġa 
mħollija legat iġib 
it-tħassir tal-legat.
743. (1) Kull trasferiment li t-testatur jagħmel tal-ħaġa kollha
mħollija legat jew ta’ biċċa minnha, ukoll jekk b’bejgħ bil-jedd ta’
rkupru, jew bi tpartit, iġib it-tħassir tal-legat dwar il-ħaġa
ttrasferita, għalkemm dan it-trasferiment ikun null, jew fittizju, jew
għalkemm il-ħaġa nfisha terġa’ tidħol fil-pussess tat-testatur.
(2) Dan igħodd ukoll jekk it-testatur ibiddel il-ħaġa mħollija
legat f’oħra b’mod li din titlef is-sura u l-isem li kellha qabel.
Jekk il-ħaġa 
mħollija legat 
tispiċċa.
744. (1) Il-legat m’għandux effett jekk il-ħaġa tispiċċa għal
kollox f’għomor it-testatur.
(2) Din l-istess regola tgħodd ukoll jekk il-ħaġa tispiċċa wara l-
mewt tat-testatur, mingħajr l-egħmil jew il-ħtija tal-werriet, għad
illi dan ikun ġie mqiegħed in mora għall-kunsinna, kemm-il darba
l-ħaġa kienet xorta waħda tispiċċa li kieku kienet għand il-
legatarju. 
(3) Meta jiġu mħollija b’legat iżjed minn ħaġa waħda sabiex il-
legatarju jieħu jew waħda jew oħra minnhom, il-legat jibqa’ jseħħ
għalkemm minn dawk il-ħwejjeġ ma tibqax ħlief waħda biss.
Effett ta’ 
disposizzjoni ta’ 
testment jekk dak li 
favur tiegħu ssir 
imut qabel it-
testatur.
745. (1) Disposizzjoni ta’ testment tibqa’ mingħajr effett jekk
il-persuna li favur tagħha tkun saret tmut qabel it-testatur.
(2) Iżda, id-dixxendenti tal-werriet jew tal-legatarju jidħlu
minfloku fil-wirt jew fil-legat kull meta, kieku s-suċċessjoni kienet
ab intestato, kien ikollhom il-jedd tar-rappreżentazzjoni, barra
minn meta t-testatur ikun iddispona xort’oħra, jew il-legat ikun ta’
użufrutt, użu, jew abitazzjoni, jew ta’ jedd ieħor minnu nnifsu
persunali.
Jekk il-werriet jew 
il-legatarju 
jirrinunzja għad-
disposizzjoni.
746. Id-disposizzjoni ta’ testment tibqa’ bla effett għall-werriet
jew legatarju li jirrinunzja għaliha, jew li ma jkunx kapaċi biex
jirċeviha.
Tħassir ta’ 
disposizzjoni ta’ 
testment minħabba 
li wara jitwieldu 
tfal lit-testatur.
747. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ testment, sew b’titolu
universali kemm b’titolu partikolari, magħmulin minn min, fiż-
żmien tat-testment, ma kellux, jew ma kienx jaf li kellu, tfal jew
dixxendenti oħra, jaqgħu ipso jure, jekk jinsab li kien jeżisti jew
jekk wara jitwieled tifel jew dixxendent tat-testatur, ukoll jekk
jitwieled wara l-mewt tiegħu, leġittimu jew leġittimat bi żwieġ li
jsir wara, jew adottiv.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        149
(2) Dan igħodd ukoll allavolja l-iben jew id-dixxendent tat-
testatur ikun fiż-żmien tat-testment ġa konċepit, jew, fil-każ ta’
tifel leġittimat, allavolja jkun ġa ġie magħruf qabel it-testment, u
biss wara, ikun ġie leġittimat.
Testatur li jkun 
ħaseb għall-każ li 
jkunu jeżistu tfal 
jew li wara 
jitwieldu tfal jew 
dixxendenti.
748. It-testment ma jaqax għar-raġunijiet imsemmijin fl-aħħar
artikolu qabel dan, jekk it-testatur ikun ħaseb għall-każ li jkunu
jeżistu jew li wara jitwieldu tfal jew dixxendenti, inkella meta t-tfal
jew dixxendenti, li jkunu jeżistu jew li jitwieldu wara, imutu qabel
it-testatur.
Jedd tat-tfal 
imwiedla wara t-
testment. 
Emendat: 
XXI. 1962.13.
749. Jekk, fiż-żmien tat-testment, it-testatur ikollu tifel jew tfal
inkella dixxendenti, leġittimi, jew leġittimati bi żwieġ li jsir wara,
jew adottivi, u wara jitwieldu jew jiġu adottati tfal jew dixxendenti
oħra, kull wieħed minn dawn ikollu jedd għal sehem mill-wirt daqs
is-sehem li, wara li jsir it-tnaqqis pro rata mill-ishma kollha
mħollija lit-tfal jew dixxendenti msemmija l-ewwel, ikun imiss lit-
tifel jew dixxendent fosthom li skond it-testment għandu jieħu l-
anqas.
Tħollija barra ta’ 
tfal li t-testatur 
kien jaf bihom, ma 
twaqqax id-
disposizzjoni.
750. (1) It-tħollija barra mit-testment ta’ tfal jew dixxendenti
li t-testatur kien jaf bihom, ma twaqqax id-disposizzjoni, bla ħsara
tal-jedd tat-tfal jew dixxendenti hekk imħollija barra, għal-
leġittima li tmiss lilhom bis-saħħa ta’ dan il-Kodiċi.
(2) Iżda, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies li t-
testatur ma kienx jaf b’dawk it-tfal jew dixxendenti, u tgħodd id-
disposizzjoni ta’ l-artikolu 747.
§  VI. FUQ IS-SOSTITUZZJONI U L-FEDEKOMMESSI
Substitutio 
vulgaris.
751. (1) It-testatur jista’ jissostitwixxi persuna oħra minflok
il-werriet istitwit jew il-legatarju, fil-każ li l-werriet jew il-
legatarju ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jaċċettaw il-wirt
jew il-legat.
(2) Din id-disposizzjoni tissejjaħ substitutio vulgaris.
Sostituzzjoni fil-
każ ta’ minuri, 
imbeċilli jew 
miġnun. 
Emendat: 
XXI. 1962.14.
752. (1) Il-missier, l-omm, l-axxendenti l-oħra, iz-zijiet irġiel
u nisa, l-aħwa bniet u subien, jistgħu jissostitwixxu persuna oħra
minflok wieħed minuri fil-każ li dan imut mingħajr tfal, leġittimi,
adottati jew leġittimati bi żwieġ li jsir wara, qabel ma jagħlaq
tmintax-il sena, iżda biss għal dawk il-beni li għalihom il-minuri
jkun ġie istitwit werriet jew maħtur legatarju.
(2) Il-persuni hawn fuq imsemmija jistgħu wkoll jissostitwixxu
terza persuna minflok wieħed imbeċilli jew miġnun, fil-beni biss li
jkunu ħallewlu, fil-każ li huwa jmut imbeċilli jew miġnun,
mingħajr tfal, leġittimi, adottati jew leġittimati bi żwieġ li jsir
wara.
(3) F’kull sostituzzjoni msemmija f’dan l-artikolu, jekk issir
mill-missier, mill-omm jew minn axxendent ieħor li mingħandu l-
werriet istitwit jew il-legatarju għandu jedd għal-leġittima, ma
jistax jiġi mdaħħal ħlief is-sehem tal-beni, li minnu l-minuri, meta
  150      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
jsir ta’ l-età , inkella l-imbeċilli jew il-miġnun, jekk fiż-żmien tal-
mewt tiegħu jkun moħħu floku, jista’ jiddisponi.
Sostituzzjoni ta’ 
żewġ persuni jew 
iżjed flok waħda, 
jew vice versa.
753. Jistgħu jiġu sostitwiti, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
ta’ qabel dan, żewġ persuni jew iżjed minflok persuna waħda, u
persuna waħda minflok żewġ persuni jew iżjed.
Jekk fis-
sostituzzjoni jkun 
imsemmi wieħed 
biss miż-żewġ 
każijiet.
754. Jekk fil-klawsola tas-sostituzzjoni jkun imsemmi wieħed
biss miż-żewġ każijiet, jiġifieri, jew li l-werriet imsejjaħ fl-ewwel
lok ma jkunx jista’, jew li ma jkunx irid jaċċetta l-wirt jew il-legat,
il-każ l-ieħor jitqies imdaħħal ukoll, kemm-il darba t-testatur ma
jkunx fisser il-kuntrarju.
Esekuzzjoni ta’ l-
obbligi minn dawk 
li jiġu msejħin flok 
oħrajn.
755. (1) Is-sostitwiti għandhom jesegwixxu l-obbligi kollha li
jkunu ġew imqegħdin fuq dawk li minflokhom huma jkunu daħlu,
kemm-il darba ma jkunx jidher li t-testatur ried iqiegħed dawk il-
piżijiet biss fuq dawk li ġew imsejħin l-ewwel.
(2) Madankollu, dawk l-obbligi li jkollhom x’jaqsmu
speċjalment mal-persuna tal-werriet jew tal-legatarju, ma jitqisux
imtennija fis-sostituzzjoni, meta dan ma jkunx ġie ddikjarat
espressament.
Proporzjon ta’ 
ishma f’każ ta’ 
sostituzzjoni ta’ 
wieħed ma’ ieħor 
bejn il-werrieta jew 
legatarji, f’ishma 
mhux indaqs.
756. (1) Jekk bejn żewġ werrieta jew legatarji, inkella iżjed,
f’ishma mhux daqs xulxin, tiġi ordnata sostituzzjoni ta’ wieħed ma’
ieħor, il-proporzjon ta’ l-ishma stabbilita fid-disposizzjoni ta’ l-
ewwel titqies imtennija wkoll fis-sostituzzjoni.
(2) Jekk fis-sostituzzjoni, flimkien ma’ l-imsejħin l-ewwel,
tkun imsejħa persuna oħra, is-sehem battal ikun imiss f’ishma
ndaqs lis-sostitwiti kollha.
Projbizzjoni ta’ 
fedekommessi.
Kap. 12.
757. (1) Il-fedekommessi huma pprojbiti:
Iżda l-fedekommessi magħmula qabel il-jum li fih bdiet
isseħħ l-Ordinanza Nru. IV ta’ l-1864, imħassra b’dan il-Kodiċi,
jibqgħu regolati bid-disposizzjonijiet tal-liġi li kienet isseħħ qabel
dak il-jum, kompriżi d-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II, Ktieb IV
tal Kodiċi Muniċipali ta’ Malta, magħruf bħala Kodiċi De Rohan,
bla ħsara tad-disposizzjonijiet tat-Titolu I tat-Taqsima II tat-Tieni
Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull obbligu magħmul lill-werriet jew lil-legatarju biex
iżomm u jrodd il-wirt jew il-legat lil terza persuna jitqies
bħallikieku mhux miktub.
Disposizzjoni li 
tipprojbixxi lill- 
werriet jew 
legatarju li 
jittrasferrixxi jew li 
jiddisponi 
b’testment hija 
mingħajr effett.
758. (1) Kull disposizzjoni li tipprojbixxi lill-werriet jew lil-
legatarju li jittrasferixxi jew li jiddisponi b’testment, titqies, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 736, bħallikieku ma ġietx
miktuba.
(2) B’danakollu, jista’ jitħalla l-użufrutt lil wieħed, u l-
proprjetà  nuda lil wieħed ieħor, iżda għandhom jitħarsu d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 331.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        151
Jekk użufrutt 
jitħalla lil wieħed u 
proprjetà  lil wieħed 
ieħor.
759. Jekk l-użufrutt ta’ ħaġa jitħalla lil wieħed u l-proprjetà  ta’
l-istess ħaġa lil wieħed ieħor, taħt il-kondizzjoni li dan ta’ l-aħħar
ikun ħaj fiż-żmien li jispiċċa l-użufrutt, tista’ tiġi sostitwita terza
persuna minflok dak li jkun imsejjaħ għall-proprjetà , fil-każ li ma
sseħħx dik il-kondizzjoni.
Disposizzjonijiet 
taħt kondizzjoni li 
ma jistgħux iseħħu 
qabel il-mewt tal-
werriet jew 
legatarju.
760. Mhux ipprojbit li jiġu istitwiti werrieta, jew li jsiru legati,
taħt kondizzjoni li ma tistax isseħħ ħlief fiż-żmien tal-mewt tal-
werrieta jew tal-legatarji, u li jiġu sostitwiti oħrajn flokhom fil-każ
li l-kondizzjoni ma sseħħx.
Meta jistgħu jiġu 
ordnati ħlasijiet ta’ 
kull sena jew 
piżijiet oħra favur 
ta’ żewġ persuni 
jew iżjed, waħda 
wara l-oħra.
761. (1) Il-piż perpetwu jew temporanju magħmul sabiex l-
użufrutt kollu tal-wirt jew tal-legat, inkella sehem minn dak l-
użufrutt, jew ħlas ieħor ta’ kull sena, jingħata lil żewġ persuni jew
iżjed, waħda wara l-oħra, jitqies bħallikieku ma ġiex miktub.
(2) Iżda, jista’ jiġi ordnat ħlas ta’ kull sena biex bih isir, għal
dejjem jew għal xi żmien, patrimonju sagru, jew biex jingħata
bħala għajnuna lill-fqar, jew bħala premju għall-virtù  jew għall-
ħila, jew għal ħwejjeġ oħra ta’ fejda pubblika, għalkemm fid-
disposizzjoni jkunu msejħin nies ta’ ċerta klassi jew ċerti familji.
§  VII. FUQ L-ESEKUTURI TESTAMENTARJI
Esekuturi maħtura 
mit-testatur.
762. It-testatur jista’ jaħtar esekutur testamentarju wieħed jew
iżjed.
Min jista’ jkun 
esekutur.
763. Ma jistax ikun esekutur testamentarju min ma jistax
jintrabat b’obbligazzjoni.
ll-minuri. 
Emendat: 
XLVI. 1973.58.
764. Il-minuri ma jistax ikun esekutur testamentarju, lanqas bl-
awtorizzazzjoni tal-ġenitur li jkollu s-setgħa fuqu, jew tat-tutur jew
kuratur tiegħu.
L-esekutur ma 
jistax jindaħal fl-
amministrazzjoni 
ta’ l-assi qabel ma 
jiġi mwettaq.
765. L-esekutur  testamentarju  ma jistax  jindaħal  fl-
amministrazzjoni ta’ l-assi qabel ma jiġi mwettaq mill-qorti ta’
ġurisdizzjoni volontarja tal-gżira li fiha t-testatur kien joqgħod fiż-
żmien tal-mewt tiegħu.
Obbligazzjoni ta’ l-
esekutur.
766. (1) Il-qorti ma twettaqx l-esekutur testamentarju qabel
ma dan ikun obbliga ruħu fl-atti tal-qorti, b’ipoteka ta’ ħwejġu
imniżżla fir-Reġistru Pubbliku, li jesegwixxi sewwa l-volontà  tat-
testatur, u li jagħti kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħu kull sena, jew
darba waħda biss, kif jiġi ordnat mill-qorti, skond il-każ.
(2) Il-qorti tista’, fuq talba ta’ l-esekutur, tillimita s-somma li
għaliha ħwejġu għandhom jiġu ipotekati.
Inventarju.
jagħmel inventarju tal-ħwejjeġ li jkun inkarigat jamministra,
inkella, nota ta’ dawn il-ħwejjeġ imwettqa bil-ġurament tiegħu,
kemm-il darba hu ma jkunx ġie meħlus milli jagħmel dak l-
inventarju jew dik in-nota mill-persuni li lilhom dawk il-ħwejjeġ
kollha, jew biċċa minnhom, ikunu għaddew.
  152      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
L-esekutur ma 
jistax jiġi meħlus 
mill-obbligu li 
jagħti kont.
768. Kull disposizzjoni li għandha bi skop tagħha li teħles lill-
esekutur testamentarju mill-obbligu li jagħti kont, ma tiswiex.
Setgħat ta’ l-
esekutur fi żmien 
il-proċeduri għat-
twettiq.
769. L-esekutur jista’, fi żmien il-proċedura għat-twettiq tiegħu
jagħmel dawk l-atti li ma jistgħux mingħajr ħsara jiġu mdewma, u
jista’ jagħmel dak li hu meħtieġ sabiex l-assi jiġi kkonservat.
Ħlas ta’ l-esekutur. 770. Il-qorti hawn fuq imsemmija tista’, f’kull żmien, tiffissa
lill-esekutur testamentarju dritt moderat, billi tieħu b’qies il-valur
ta’ l-assi li l-esekutur għandu jamministra, kemm-il darba t-testatur
stess ma jkunx iddispona dwar dak id-dritt, jew l-esekutur stess ma
jkunx irrinunzja għalih.
Setgħa ta’ l-
esekutur li jbiegħ 
proprjetà .
771. (1) L-esekutur testamentarju, sew biex iħallas id-djun tal-
wirt jew biex iħallas il-legati, jista’, jekk ma jkunx hemm flus fil-
wirt, jew ma jkunx hemm biżżejjed, jiġbor krediti, u, fin-nuqqas ta’
dawn, ibiegħ ħwejjeġ tal-wirt.
 (2) Il-bejgħ għandu jsir bl-irkant pubbliku, jekk il-werrieta ma
jagħtux il-kunsens tagħhom, jew il-qorti, fuq rikors ta’ l-esekutur,
ma tagħtix, li l-bejgħ isir xort’oħra.
Il-werriet jista’ ma 
jħallix li jsir il-
bejgħ.
772. Il-werriet jista’ ma jħallix li jsir il-bejgħ billi jagħti l-mezzi
għall-ħlas tad-djun u tal-legati.
Il-kariga ta’ 
esekutur ma 
tgħaddix fil-
werrieta tiegħu.
773. Il-kariga ta’ esekutur testamentarju ma tgħaddix fil-
werrieta tiegħu.
Is-setgħat ta’ l-
esekuturi meta 
huma tnejn jew 
iżjed.
774. Meta t-testatur ikun ħatar żewġ esekuturi testamentarji jew
iżjed, huma ma jistgħux jaġixxu jekk mhux flimkien, meta ma
jkunx ġie mogħti lilhom mit-testatur li jistgħu jaġixxu wkoll kull
wieħed għalih. F’dan l-aħħar każ kull wieħed minnhom iwieġeb
għall-att tiegħu nnifsu biss.
Spejjeż magħmulin 
mill-esekutur 
għandhom jitħallsu 
mill-assi.
775. L-ispejjeż magħmulin mill-esekutur testamentarju fil-qadi
tad-dmirijiet tiegħu jitħallsu minn fuq il-wirt.
Wieħed jista’ jitlaq 
minn esekutur.
776. (1) L-esekutur testamentarju jista’, f’kull żmien, jitlaq l-
esekutorija, għad li jkun ġa beda jaġixxi ta’ esekutur.
(2) Hu jista’ wkoll, għal raġuni tajba, jiġi mneħħi minn
esekutur.
Setgħat tal-qorti 
fil-ħatra ta’ żewġ 
esekuturi jew iżjed.
777. (1) Jekk it-testatur ikun ħatar żewġ esekuturi jew iżjed, u
wieħed jew iżjed minnhom ma jkunx irid jaċċetta l-inkarigu, jew
jirrinunzja għalih, jew jiġi sospiż jew imneħħi, il-qorti hawn fuq
imsemmija tista’ twettaq lill-esekutur jew esekuturi li jibqgħu, u
tagħtihom is-setgħa li jesegwixxu t-testment bħallikieku kienu ġew
huma biss maħtura mit-testatur, iżda dan kemm-il darba l-qorti tkun
tal-fehma li huma għandhom il-ħila meħtieġa.
(2) Dan igħodd ukoll f’każ ta’ mewt, assenza, jew mard, ta’
wieħed jew iżjed mill-esekuturi.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        153
F ’każ ta’ mewt, 
eċċ., ta’ esekutur 
maħtur waħdu jew 
ta’ l-esekuturi 
maħtura kollha.
778. F’każ ta’ mewt, assenza, rinunzja, jew mard ta’ l-esekutur
li jkun ġie maħtur waħdu, jew ta’ l-esekuturi kollha maħtura mit-
testatur, l-esekuzzjoni tat-testment tibqa’ mħollija f’idejn il-
werrieta, kemm-il darba l-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, bil-
kunsens tagħhom, jew il-qorti ta’ ġurisdizzjoni kontenzjuża, għal
raġuni tajba fuq talba ta’ xi ħadd li jkollu interess, ma tkunx ħatret,
minflok, persuna oħra.
§  VIII. FUQ IL-FTUĦ U L-PUBBLIKAZZJONI TAT-TESTMENTI
Ftuħ ta’ testmenti 
sigrieti.
Kap. 12.
779. Kull min jidhirlu li għandu interess f’testment sigriet jista’,
meta jkun hemm il-prova tal-mewt tat-testatur, jitlob il-ftuħ ta’ dak
it-testment bil-mod li jingħad fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ l-artikolu 779 
jgħoddu fil-każ ta’ 
testatur assenti 
minn żmien twil, 
eċċ.
780. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll meta b’sentenza ta’ qorti kompetenti jkun ġie deċiż u
ddikjarat illi t-testatur għandu, minħabba li jkun ilu assenti żmien
twil, jitqies mejjet, kif ukoll meta t-testatur ikun ħa l-voti ta’
reliġjuż f’ordni monastiku jew f’xirka reliġjuża ta’ regulari.
§  IX. FUQ IT-TĦASSIR TA’ TESTMENTI
Ma jistax wieħed 
jirrinunzja għall-
jedd li jħassar it-
testment.
781. (1) Ħadd ma jista’ jirrinunzja għas-setgħa li jħassar jew
ibiddel dak li jkun għamel b’testment.
(2) Kull klawżola jew kondizzjoni magħmula bil-ħsieb li ġġib
dik ir-rinunzja, tingħadd bħala mhix miktuba.
Testment jista’ jiġi 
mħassar b’testment 
ta’ wara jew b’att 
ta’ nutar.
782. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 743 u ta’
l-artikoli ta’ warajh, testment jista’ jiġi mħassar, kollu jew biċċa
minnu, b’testment li jsir wara.
(2) Jista’ wkoll jiġi mħassar b’kull att ieħor riċevut minn nutar
bil-formalità  li l-liġi trid li bihom jiġu riċevuti l-atti nutarili, u li fih
it-testatur stess, jew bil-mezz ta’ prokuratur b’mandat speċjali,
jiddikjara li jħassar it-testment tiegħu, kollu jew biċċa minnu.
It-teħid lura ta’ 
testment sigriet 
ifisser minnu 
nnifsu li ġie 
mħassar.
783. It-teħid lura ta’ testment sigriet minn idejn in-nutar, jew,
f’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-artikoli 673 u 676,
mingħand il-persuna li f’idejha jkun ġie kkunsinnat, jew mir-
reġistru tal-qorti, inkella mill-uffiċċju tal-konslu fejn ikun ġie
mqiegħed, ifisser minnu nnifsu li dak it-testment ġie mħassar.
Testment null ma 
jistax iħassar 
testment ta’ qabel.
784. Testment null ma jistax ikollu l-effett ta’ att nutarili biex
iħassar testment ta’ qabel.
Testment ġdid 
jista’ jagħmel 
isseħħ 
disposizzjoni 
mħassra.
785. Id-disposizzjonijiet ta’ testment li jkunu ġew imħassrin,
jistgħu biss jerġgħu jsiru jseħħu b’testment ġdid.
  154      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Disposizzjonijiet 
kuntrarji li jsiru 
wara, iħassru dawk 
ta’ qabel.
786. It-testment ta’ wara li ma jħassarx espressament it-
testment jew testmenti ta’ qabel, jagħmel ma jiswewx dawk id-
disposizzjonijiet biss li jkun hemm fit-testment jew testmenti ta’
qabel kuntrarji għall-ġodda, jew li ma jkunux kompatibbli
magħhom.
Effetti tat-tħassir 
magħmul 
b’testment ta’ 
wara.
787. It-taħsir magħmul b’testment li jsir wara jkollu effett sħiħ
allavolja dak l-att il-ġdid jibqa’ bla esekuzzjoni, minħabba li l-
werriet istitwit jew il-legatarju jmut qabel jew ikun inkapaċi,
inkella jirrinunzja għall-wirt jew għal-legat.
Sub-titolu II
FUQ IS-SUĊĊESSJONI AB INTESTATO
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Meta hemm lok 
għas-suċċessjoni 
ab intestato.
788. Meta ma jkunx hemm testment validu, jew jekk it-testatur
ma jkunx iddispona mill-ġid tiegħu kollu, jew jekk il-werrieta
istitwiti ma jkunux iridu jew ma jkunux jistgħu jaċċettaw il-wirt,
jew jekk ma jkunx hemm lok għal jedd ta’ akkrexximent bejn il-
werrieta, ikun hemm lok, għal kollox jew għal biċċa, għas-
suċċessjoni ab intestato bis-saħħa tal-liġi.
Persuni li 
jissuċċjedu ab 
intestato. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
789. Il-liġi tagħti l-jedd għas-suċċessjoni ab intestato lid-
dixxendenti, lill-axxendenti, lill-qraba kollaterali, lit-tfal
illeġittimi, lil mart jew żewġ il-persuna mejta u lil-Gvern ta’ Malta,
fl-ordni u skond ir-regoli miġjuba hawn iżjed ’il quddiem.
Regoli dwar 
suċċessjoni bejn 
qraba.
790. Sabiex tirregola s-suċċessjoni bejn il-qraba, il-liġi tħares
lejn kemm wieħed ikun qrib, bla ma tqis il-privileġġ tal-linja jew
mingħand min ikunu ġejjin il-beni, ħlief fil-każijiet u bil-mod
imsemmijin espressament mill-liġi.
Kif jitqies il-grad 
ta’ qrubija.
791. (1) Il-grad ta’ qrubija jitqies mill-għadd tal-ġeneraz-
zjonijiet.
(2) Kull ġenerazzjoni tagħmel grad.
(3) In-numru tal-gradi jifforma l-linja.
Linja dritta. 792. (1) Tissejjaħ linja dritta dik magħmula min-numru tal-
gradi bejn persuni li huma mnisslin waħda mill-oħra.
Linja kollaterali. (2) Tissejjaħ linja kollaterali dik magħmula min-numru tal-
gradi bejn persuni li mhumiex imnisslin waħda mill-oħra, imma
niżlin minn axxendent komuni.
Il-linja dritta tista’ 
tinżel jew titla’.
793. (1) Il-linja dritta tista’ tinżel jew titla’.
(2) Il-linja dritta li tinżel torbot l-axxendent ma’ dawk li niżlin
minnu.
(3) Il-linja dritta li titla’ torbot persuna ma’ dawk li minnhom
hija tkun nieżla.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        155
Kif jingħaddu l-
gradi fil-linja 
dritta.
794. Fil-linja dritta, jingħaddu daqshekk gradi daqs kemm huma
l-ġenerazzjonijiet, bla ma jingħadd l-axxendent komuni. 
Kif jingħaddu l-
gradi fil-linja 
kollaterali.
795. Fil-linja kollaterali, il-gradi jingħaddu mill-
ġenerazzjonijiet, billi wieħed jibda jgħodd minn wieħed mill-qraba,
jibqa’ tiela’ sa l-axxendent komuni mingħajr ma jgħoddu, u
mbagħad jinżel mill-axxendent komuni għall-qarib l-ieħor.
FUQ IL-PERSUNI KAPAĊI LI JIRTU
Persuni inkapaċi 
jew mhux denji li 
jirtu ab intestato.
796. Dawk li huma inkapaċi jew mhux denji li jirċievu
b’testment, għar-raġunijiet li jingħadu f’dan il-Kodiċi, hekk ukoll
huma inkapaċi jew mhux denji li jirtu ab intestato.
Persuni oħra hekk 
inkapaċi.
797. Hekk ukoll huma inkapaċi li jirtu ab intestato, bħala mhux
denji, dawk li, b’qerq jew bi vjolenza, ma jkunux ħallew lill-mejjet
jagħmel testment.
Igħoddu d-
disposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 606 u 
607.
798. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 606 u 607 igħoddu għal
dak li, għar-raġunijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan,
ikun sar mhux denn li jiret ab intestato.
Ulied jew 
dixxendenti ta’ 
persuna eskluża 
mit-testment 
għaliex mhix 
denja.
799. (1) It-tfal jew dixxendenti ta’ dak li jiġi maħruġ mill-wirt
bħala mhux denn, ma jiġux esklużi minħabba l-ħtija tal-genitur jew
ta’ l-axxendent tagħhom, sew jekk huma jiġu għall-wirt bil-jedd
tagħhom infishom, jew jekk sabiex jirtu jkun meħtieġ li jidhru taħt
ir-regola ta’ rappreżentazzjoni, minflok il-ġenitur jew l-axxendent
hekk maħruġ mill-wirt.
(2) Iżda, il-missier ma jista’ f’ebda każ jippretendi, fuq dak il-
wirt, la l-użufrutt u lanqas l-amministrazzjoni illi l-liġi tagħti lill-
ġenituri fuq ħwejjeġ uliedhom.
Membri ta’ 
ordnijiet monastiċi.
800. Għal dawk li huma membri ta’ ordnijiet monastiċi, jew ta’
xirkiet reliġjużi ta’ regulari, il-kapaċità  jew l-inkapaċità  tagħhom li
jirtu ab intestato hija regolata bl-istess regoli tas-suċċessjonijiet
b’testment.
FUQ IL-JEDD TA’ RAPPREżENTAZZJONI
Regola ta’ 
rappreżentazzjoni,
801. Ir-rappreżentazzjoni għandha bħala effett li ddaħħal lir-
rappreżentanti fil-lok, fil-grad, u fil-jeddijiet tar-rappreżentati.
fil-linja dritta li 
tinżel.
802. Ir-rappreżentazzjoni fil-linja dritta li tinżel tista’ tibqa’
sejra bla tmiem, u fil-każijiet kollha, sew jekk it-tfal tal-mejjet
jidħlu għall-wirt mad-dixxendenti ta’ tifel ieħor li jkun miet qabel,
kemm jekk, fil-każ li t-tfal kollha tal-mejjet ikunu mietu qablu, id-
dixxendenti jkunu jinsabu bejniethom fi grad indaqs jew le.
M’hemmx jedd ta’ 
rappreżentazzjoni 
bejn l-axxendenti.
803. Bejn l-axxendenti ma hemmx jedd ta’ rappreżentazzjoni: l-
iżjed qrib jirbaħ lill-oħrajn.
  156      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Rappreżentazzjoni 
fil-linja kollaterali.
804. (1) Fil-linja kollaterali, il-jedd tar-rappreżentazzjoni
jingħata lit-tfal u lid-dixxendenti ta’ ħut il-mejjet, sew jekk dawn
it-tfal jew dixxendenti jidħlu għall-wirt ma’ zijiethom, kemm jekk,
billi ħut il-mejjet ikunu kollha mietu qabel, il-wirt igħaddi għad-
dixxendenti tagħhom fi gradi mhux indaqs.
(2) Jekk it-tfal jew dixxendenti ta’ ħut il-mejjet ikunu fi grad
indaqs, ilkoll jirtu per capita, mingħajr rappreżentazzjoni.
Qasma per stirpes 
u per capita.
805. (1) Fil-każijiet kollha li fihom tingħata r-
rappreżentazzjoni il-qasma ssir per stirpes.
(2) Jekk fl-istess nisel wieħed ikun hemm żewġ friegħi jew
iżjed, is-sud-diviżjoni ssir per stirpes f’kull fergħa; u bejn dawk ta’
fergħa waħda, il-qasma ssir per capita.
M’hemmx 
rappreżentazzjoni 
ta’ persuni li jkunu 
ħajjin.
806. Ma tingħatax rappreżentazzjoni ta’ persuni ħajja, iżda biss
ta’ dawk li jkunu mejta jew inkapaċi li jirtu jew li, billi jkunu ilhom
assenti għal żmien twil, ikunu ġew iddikjarati b’sentenza tal-qorti
kompetenti li għandhom jitqiesu mejta.
Rappreżentazzjoni 
ta’ dak li l-wirt 
tiegħu jkun ġie 
irrinunzjat.
807. Hu mogħti li jiġi rappreżentat dak li l-wirt tiegħu jkun ġie
irrinunzjat.
§  I. FUQ IS-SUĊĊESSJONIJIET REGOLARI
FUQ IS-SUċċESSJONI TAD-DIXXENDENTI LEĠITTIMI
Suċċessjoni għall-
wirt tal-ġenituri 
jew axxendenti 
oħra.
808. (1) It-tfal jew id-dixxendenti tagħhom, bniet u subien
xorta waħda, għad li jkunu mwielda biċċa minn żwieġ u oħrajn
minn ieħor, jirtu lil missierhom u lil ommhom jew lil kull
axxendent ieħor.
(2) Huma jirtu per capita meta huma lkoll fl-ewwel grad; jirtu
per stirpes meta lkoll, jew xi wħud minnhom, jiġu għall-wirt bil-
jedd tar-rappreżentazzjoni.
Tifsir ta’ "tfal 
leġittimi". 
Emendat: 
XXI. 1962.15.
809. Taħt l-isem ta’ "tfal leġittimi" jidħlu t-tfal leġittimi, it-tfal
leġittimi bi żwieġ li jsir wara, tfal adottati kif ukoll it-tfal imweldin
minn żwieġ li mbagħad inkixef li ma kienx jiswa minħabba
impediment li, fiż-żmien tat-tnissil ta’ dawk it-tfal, il-missier jew l-
omm ma kinux jafu bih u l-isem "dixxendenti leġittimi" jinkludi
tfal adottati ta’ persuni li jkunu huma stess adottati.
FUQ IS-SUĊĊESSJONI TA’ L-AXXENDENTI LEĠITTIMI
Meta jidħlu l-
ġenituri.
810. Jekk il-mejjet ma jħallix tfal jew dixxendenti oħra, lanqas
aħwa, jew dixxendenti minn dawn, il-wirt igħaddi għall-missier u
omm il-mejjet f’ishma ndaqs, jew għal min minnhom ikun baqa’
ħaj wara l-mejjet.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        157
Meta jidħlu 
axxendenti oħra.
811. (1) Jekk il-mejjet ma jħallix tfal jew dixxendenti, lanqas
ġenituri, lanqas aħwa jew dixxendenti minnhom, iżda jħalli biss
axxendenti fil-linja tal-missier u ta’ l-omm, fl-istess grad, il-wirt
igħaddi, nofs għall-axxendent jew għall-axxendenti tal-linja l-
waħda, u n-nofs l-ieħor għall-axxendent jew għall-axxendenti tal-
linja l-oħra.
(2) Jekk dawn l-axxendenti ma jkunux fl-istess grad, il-wirt
igħaddi għall-eqreb axxendent, mingħajr ma titqies il-linja. 
Reġgħa lura tal-
beni għal fuq 
sidhom.
812. (1) L-axxendenti, ukoll jekk ma jkunux fi grad li jistgħu
jirtu, jew ikunu irrinunzjaw għall-wirt, jieħdu lura, b’esklużjoni ta’
kull wieħed ieħor, dawk il-ħwejjeġ li huma jkunu taw, b’dota, lit-
tfal jew dixxendenti tagħhom bniet, jew li xort’oħra jkunu taw lit-
tfal jew dixxendenti tagħhom, meta dawn it-tfal jew dixxendenti
bniet, jew, skond il-każ, dawn it-tfal jew dixxendenti jmutu
mingħajr tfal, u mingħajr ma jkunu iddisponew minn dawk il-
ħwejjeġ, basta li dawn il-ħwejjeġ ikunu jinsabu in natura fil-wirt.
(2) Jekk dawn il-ħwejjeġ ikunu ġew ittrasferiti, l-axxendenti
għandhom jedd għall-prezz tagħhom li jkun għad ma tħallasx u
huma jirtu wkoll kull azzjoni li l-mejjet seta’ kellu biex jitlob lura
dawk il-ħwejjeġ.
(3) Iżda, l-axxendenti huma obbligati joħorġu sehem għall-ħlas
tad-djun tal-wirt, kull wieħed fil-proporzjon tal-valur ta’ dak li
jkun ħa lura bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu biss kemm-il
darba ma jkunx hemm ftehim kuntrarju fl-att li bih il-ħwejjeġ hawn
fuq imsemmija jkunu ġew mogħtijin; u dan bla ħsara tal-jedd għal
dak is-sehem tal-wirt li jmiss lill-axxendenti hawn fuq imsemmija
fuq il-ħwejjeġ l-oħra tal-wirt.
Konkors ta’ aħwa 
jew dixxendenti 
tagħhom mal-
ġenituri jew ma’ 
axxendenti.
813. Jekk mal-missier u l-omm, jew ma’ min minnhom ikun
għadu ħaj, jew, fin-nuqqas taż-żewġ ġenituri, ma’ l-axxendenti jew
ma’ l-eqreb axxendent, jikkonkorru l-aħwa tal-mejjet, jew
dixxendenti ta’ l-aħwa li jkunu mietu qabel, sew jekk ikunu aħwa
sewwa kemm jekk ikunu aħwa mill-missier jew mill-omm biss,
f’dan il-każ, il-ġenituri, l-axxendenti u l-aħwa jirtu per capita, u
f’ishma ndaqs; u d-dixxendenti minn aħwa, sew jekk ikunu aħwa
sewwa jew mill-missier jew mill-omm biss, bil-jedd tar-
rappreżentazzjoni, per stirpes.
FUQ IS-SUĊĊESSJONI TAL-QRABA KOLLATERALI LEĠITTIMI
Suċċessjoni ta’ 
aħwa fin-nuqqas 
ta’ ġenitur jew tfal.
814. (1) Jekk il-mejjet ma jħallix dixxendenti u lanqas
axxendenti, jidħlu fil-wirt l-aħwa, sew jekk ikunu aħwa sewwa
kemm jekk mill-missier jew mill-omm biss, u jidħlu wkoll id-
dixxendenti ta’ l-aħwa li jkunu mietu qabel, sew jekk ikunu aħwa
sewwa jew mill-missier jew mill-omm biss.
(2) L-aħwa jirtu per capita, u d-dixxendenti tagħhom bil-jedd
tar-rappreżentazzjoni per stirpes.
  158      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Qraba oħra 
kollaterali.
815. Fin-nuqqas ta’ dixxendenti, ta’ axxendenti, ta’ aħwa, u ta’
dixxendenti ta’ l-aħwa, il-wirt imiss liz-zijiet, u mbagħad lill-eqreb
qarib kollaterali, tkun liema tkun il-linja li fiha jkunu jinsabu dawn
iz-zijiet jew qarib kollaterali.
Sa liema grad il-
qraba kollaterali 
jistgħu jirtu.
816. Il-jedd tal-wirt bejn il-qraba kollaterali ma jmurx iżjed ’il
hemm mit-tnax-il grad.
§  II. FUQ IS-SUĊĊESSJONI IRREGOLARI
FUQ IL-JEDDIJIET TAT-TFAL ILLEĠITTIMI FUQ ĦWEJJEĠ IL-
ĠENITURI TAGĦHOM, U FUQ IS-SUĊĊESSJONI TAT-TFAL 
ILLEĠITTIMI LI JMUTU MINGĦAJR ULIED
Jedd ta’ 
suċċessjoni ta’ tfal 
illeġittimi, jekk 
leġittimati b’digriet 
tal-qorti, eċċ.,
817. It-tifel illeġittimu m’għandu ebda jedd għall-wirt ta’
missieru u ommu, ħlief jekk ikun ġie leġittimat b’digriet tal-qorti,
jew magħruf b’xi mod wieħed jew ieħor minn dawk imsemmijin fl-
artikolu 640, jew jekk il-filjazzjoni tiegħu tkun ġiet iddikjarata
b’sentenza tal-qorti kompetenti.
jekk mhux 
leġittimati b’digriet 
tal qorti, eċċ. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
818. (1) Tifel illeġittimu li ma jkunx ġie leġittimat b’digriet
tal-qorti kompetenti, jew magħruf b’xi mod wieħed jew ieħor minn
dawk imsemmijin fl-artikolu 640, għandu, jekk ikun hemm oħrajn,
minbarra l-Gvern, imsejħin għall-wirt, jedd biss għal sehem meqjus
kif jingħad fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 640, 641 u 642 dwar
dawn it-tfal.
(2) Jekk ma jkun hemm ebda persuna oħra msejħa għall-wirt,
it-tifel għandu, bi preferenza għall-Gvern, jedd għall-wirt kollu.
Regola għall-jedd 
ta’ suċċessjoni ta’ 
tfal illegittimi, 
leġittimati jew 
magħrufa. 
Emendat: 
XLVI. 1973.59.
819. Il-jedd għas-suċċessjoni ta’ tfal illeġittimi leġittimati
b’digriet tal-qorti, jew magħrufa b’xi mod wieħed jew ieħor minn
dawk imsemmijin fl-artikolu 640, hu regolat kif sejjer jingħad
hawn:
(a) meta l-mejjet ikun ħalla tfal jew dixxendenti bħal ma
huma msemmijin fl-artikolu 640(1)(a), it-tfal
illeġittimi msemmija għandhom jedd għal sehem daqs
dak li jmisshom skond il-paragrafu hawn fuq
imsemmi;
(b) meta l-mejjet ma jħallix dawk it-tfal jew dixxendenti,
imma jħalli warajh lill-ġenituri, jew wieħed minnhom,
inkella axxendent ieħor, jew ’il martu jew żewġha, it-
tfal illeġittimi jirtu żewġ terzi tal-wirt, u l-bqija imur
għall-ġenituri, jew axxendenti, jew għall-mara jew
għar-raġel tal-mejjet:
Iżda jekk ikunu għadhom ħajjin kemm il-mara
jew ir-raġel kemm l-axxendenti tal-mejjet, it-terz li
jibqa’ mill-wirt igħaddi għand min jibqa’ ħaj mill-
mara u r-raġel bl-esklużjoni ta’ l-axxendenti;
(ċ) meta l-mejjet ma jħallix warajh it-tfal jew dixxendenti
hawn fuq imsemmija, lanqas axxendenti, u lanqas ’il
martu jew żewġha, it-tfal illeġittimi għandhom jedd
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        159
għall-wirt kollu.
It-tifel illeġittimu 
għandu jgħodd 
akkont ta’ sehmu 
dak kollu li jkun ħa 
mingħand il-
mejjet.
820. It-tifel illeġittimu għandu jgħodd akkont tas-sehem li jiret
dak kollu li jkun ħa mingħand il-mejjet, u li jkun jaqa’, minnu
nnifsu, taħt l-obbligu tal-kollazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikoli 913 sad-938.
Tfal leġittimi tat-
tifel illeġittimu li 
jmut qabel.
821. It-tfal u d-dixxendenti leġittimi tat-tifel illeġittimu li jmut
qabel, jistgħu jitolbu l-jeddijiet stabbiliti favur tiegħu skond l-
artikoli ta’ qabel dan.
It-tfal illeġittimi 
m’għandhomx jedd 
fuq ħwejjeġ il-
qraba ta’ 
missierhom u 
ommhom.
822. It-tifel illeġittimu, għalkemm magħruf, jew leġittimat xorta
oħra milli bi żwieġ li jsir wara, ma għandu ebda jedd fuq ħwejjeġ
il-qraba ta’ missieru jew ta’ ommu; lanqas dawn il-qraba
m’għandhom ebda jedd fuq ħwejjeġ it-tifel illeġittimu.
Min jiret lit-tifel 
illeġittimu li jmut 
bla tfal jew bla 
mara jew raġel.
823. Jekk it-tifel illeġittimu jmut mingħajr ma jħalli wlied, jew
martu jew żewġha, il-wirt tiegħu jgħaddi favur il-ġenitur li tiegħu
jiġi ppruvat li hu t-tifel, minħabba li huwa jkun illeġittimah, jew
ikun għarfu b’ibnu, jew b’sentenza tal-qorti kompetenti, inkella
għaż-żewġ ġenituri, nofs kull wieħed, meta, b’xi mod jew ieħor
milli jingħad hawn fuq, jiġi ppruvat li huwa iben it-tnejn.
Suċċessjoni ta’ 
tifel illeġittimu li 
ma jħallix ulied, 
imma jħalli martu 
jew żewġha.
824. Jekk it-tifel illeġittimu jmut mingħajr tfal, imma jħalli
warajh il-mara jew ir-raġel, il-wirt igħaddi, kwantu għal żewġ terzi,
għall-mara jew ir-raġel li tibqa’ jew li jibqa’ ħaj, u, kwantu għat-
terz l-ieħor, lill-missier jew omm it-tifel illeġittimu, inkella lill-
missieru u ’1 ommu nofs kull wieħed, skond il-każ, skond id-
disposizzjonijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan.
FUQ IL-JEDDIJIET TA’ MIN FOST IR-RAĠEL U L-MARA JIBQA’ ĦAJ
Jeddijiet ta’ min 
mill-miżżewġin 
jibqa’ ħaj meta l-
ieħor iħalli tfal. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.73.
825. Meta l-parti li tmut tħalli tfal jew dixxendenti minn dawk
imsemmijin fl-artikolu 631, il-parti li tibqa’ ħajja jkollha biss il-
jeddijiet mogħtija taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija artikolu
u ta’ l-artikolu 632, 633A, 634 u 635, u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 637 għandhom ukoll japplikaw.
Jeddijiet li jmissu 
lil żewġ jew mart 
persuna, meta din 
tmut mingħajr ma 
tħalli ulied, iżda 
tħalli axxendenti 
jew tfal illeġittimi, 
eċċ. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.60. 
Emendat: 
XXI. 1993.74.
826. (1) Jekk il-persuna li tmut ma tħallix warajha tfal jew
dixxendenti bħal dawk imsemmija fl-artikolu 631, min jibqa’ ħaj
ikollu dritt għall-jedd ta’ abitazzjoni msemmi fl-artikolu 633A, u
dwar il-beni tal-persuna li tmut li ma jkunux suġġetti għal dak il-
jedd ta’ abitazzjoni -
(a) jekk il-persuna li tmut tħalli warajha tfal illeġittimi li
jkunu ġew leġittimati jew magħrufa kif provdut fl-
artikolu 819, min jibqa’ ħaj mill-mara u r-raġel ikollu
jedd għal terz tal-proprjetà  tal-mejjet bi proprjetà
assoluta kif provdut f’dak l-artikolu;
(b) jekk il-persuna li tmut ma tħallix warajha tfal
illeġittimi kif intqal qabel, iżda tħalli warajha
axxendenti, jew aħwa jew id-dixxendenti tagħhom,
min jibqa’ ħaj mill-mara u r-raġel ikollu jedd għan-
  160      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
nofs tal-proprjetà  tal-mejjet bi proprjetà  assoluta.
(2) Ir-regola stabbilita fis-subartikolu (1)(b) għandha tapplika
wkoll meta, barra mill-axxendenti, ikun hemm ħut il-persuna mejta
jew id-dixxendenti tagħhom; f’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 813 għandhom igħoddu għan-nofs li jibqa’ tal-proprjetà
tal-persuna mejta.
Jeddijiet li jmissu 
lil mart jew żewġ 
persuna li tmut 
mingħajr ulied, u li 
ma tħallix 
axxendenti jew tfal 
illeġittimi, eċċ. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.61.
827. Fin-nuqqas tal-persuni kollha msemmijin fl-aħħar artikolu
qabel dan, min jibqa’ ħaj mill-mara u r-raġel ikollu jedd għall-wirt
kollu, wara li jitnaqqas minnu dak is-sehem li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 818, ikun imiss lit-tfal illeġittimi
mhux leġittimati u lanqas magħrufa.
Min fost ir-raġel u 
l-mara jibqa’ ħaj 
wara l-ieħor 
għandu jgħodd 
akkont ta’ sehmu 
dak kollu li jkun 
irċieva mingħand 
il-mejjet.
828. Min fost ir-raġel u l-mara jibqa’ ħaj wara l-ieħor, meta
jikkonkorri ma’ werrieta oħra, għandu jgħodd akkont tas-sehem tal-
ħwejjeġ li jmissu, dak kollu li jkun kiseb mingħand il-mejjet b’kull
titolu gratuwitu, imqar ta’ donazzjoni f’kontemplazzjoni ta’ żwieġ,
kompriż, jekk tibqa’ ħajja l-mara, id-dotarju.
Jekk ir-raġel u l-
mara jkunu 
mifrudin 
b’sentenza tal-
qorti. 
Emendat: 
XXI. 1993.75.
829. Min fost ir-raġel u l-mara jibqa’ ħaj wara l-ieħor, ma
jkollux il-jeddijiet ta’ suċċessjoni msemmija fl-artikoli 825, 826 u
827 jekk fiż-żmien tal-mewt ta’ l-ieħor, huma kienu mifrudin
b’sentenza tal-qorti ċivili kompetenti u min fosthom baqa’ ħaj ikun,
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 48, 51 u 52, tilef il-jeddijiet
imsemmijin f’dawk l-artikoli.
FUQ IL-JEDDIJIET TAL-GVERN
Jeddijiet ta’ 
suċċessjoni li 
jmissu lill-Gvern 
ta’ Malta. 
Emendat: 
A..L. 148 ta’ l-
1975.
830. Meta l-mejjet ma ħallix warajh persuni li għandhom jedd
jirtuh taħt ir-regoli miġjubin fl-artikoli ta’ qabel, il-wirt imur favur
il-Gvern ta’ Malta.
Sub-titolu III
DISPOSIZZJONLJIET LI JGĦODDU SEW GĦAS-SUĊĊESSJONI 
B’TESTMENT KEMM GĦAS-SUĊĊESSJONI AB INTESTATO
§  I. FUQ IL-FTUĦ TAS-SUĊĊESSJONI, FUQ LI L-PUSSESS JISSOKTA 
FIL-PERSUNA TAL-WERRIET, U FUQ IL-PRESKRIZZJONI TA’ XI 
AZZJONIJIET 
Is-suċċessjoni 
tinfetaħ mal-mewt.
831. Is-suċċessjoni tinfetaħ kif tiġri l-mewt, jew dak in-nhar li
tgħaddi f’ġudikat is-sentenza li biha jkun ġie ddikjarat illi l-
persuna, li tas-suċċessjoni tagħha jkun irid isir il-ftuħ, għandha
titqies mejta minħabba li tkun ilha assenti żmien twil.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        161
Meta f’xi każijiet 
jitqies li wieħed 
baqa’ ħaj wara 
ieħor.
832. Jekk tnejn min-nies jew aktar, li wieħed minnhom ikun it-
testatur u l-ieħor il-werriet jew legatarju, jew li jkunu msejħin mil-
liġi biex jirtu lil xulxin ab intestato, imutu f’disgrazzja waħda,
mingħajr ma jkun hemm prova min minnhom miet l-ewwel, il-
preżunzjoni, dwar min baqa’ ħaj wara l-ieħor, għandha tkun
regolata miċ-ċirkostanzi tal-fatt, u, fin-nuqqas ta’  dawn iċ-
ċirkostanzi, mis-saħħa li tiġi mill-età  jew mis-sess.
Regoli meta jkunu 
persuni ta’ sess 
wieħed,
833. (1) Jekk il-persuni li jmutu flimkien f’disgrazzja waħda
jkunu ta’ sess wieħed, u ta’ taħt il-ħamsa u tletin sena, jitqies li
baqa’ ħaj l-aħħar l-akbar fosthom.
(2) Jekk ikollhom aktar minn ħamsa u tletin sena, jitqies li
baqa’ ħaj l-aħħar l-iżgħar fosthom.
(3) Jekk uħud ikunu għalqu l-ħamsa u tletin sena, iżda mhux is-
sebgħin, u oħrajn ikunu taħt l-età  ta’ erbatax-il sena, jitqies li
baqgħu ħajjin l-aħħar dawk ta’ l-ewwel.
(4) Jekk uħud ikunu għalqu s-sebgħin sena, u oħrajn is-seba’
snin, jitqies li baqgħu ħajjin l-aħħar dawn imsemmijin l-aħħar.
(5) Jekk uħud ikunu għalqu s-sebgħin sena u oħrajn ikunu taħt
l-età  ta’ seba’ snin, jitqies li baqgħu ħajjin l-aħħar dawk imsemmija
l-ewwel.
meta ma jkunux 
persuni ta’ sess 
wieħed.
834. (1) Jekk dawk li jmutu f’disgrazzja waħda ma jkunux ta’
sess wieħed, u ma jkunux għalqu l-età  ta’ erbatax-il sena, jitqies li
baqa’ ħaj l-aħħar l-akbar fosthom.
(2) Jekk ikunu għalqu l-età  ta’ erbatax-il sena, iżda mhux dik
ta’ ħamsa u tletin, jitqies li baqa’ ħaj l-aħħar ir-raġel.
(3) Jekk ikunu għalqu l-ħamsa u tletin sena, u jkunu ta’ età
waħda, jew ma jkunx hemm bejniethom aktar minn ħames snin,
jitqies li baqa’ ħaj l-aħħar ir-raġel; u jekk ikun hemm bejniethom
iżjed minn ħames snin, jitqies li baqa’ ħaj l-aħħar l-aktar żagħżugħ. 
Is-suċċessjoni 
tinfetaħ ukoll meta 
jittieħdu l-voti ta’ 
reliġjuż.
835. Is-suċċessjoni tinfetaħ ukoll meta jittieħdu l-voti ta’
reliġjuż f’ordni monastiku, jew f’xirka reliġjuża ta’ regulari.
Kif il-pusses 
igħaddi minn 
mejjet għall-
werrieta.
836. Il-pussess ta’ ħwejjeġ il-mejjet igħaddi, bis-saħħa tal-liġi,
b’mod ta’ kontinwazzjoni, fil-werriet, sew jekk testamentarju jew
leġittimu, bl-obbligu li jħallas il-piżijiet kollha tal-wirt.
Meta l-mejjet 
jiddisponi minn 
biċċa biss tal-wirt.
837. Jekk il-mejjet ma jkunx iddispona ħlief minn biċċa biss tal-
wirt, u l-bqija tgħaddi favur il-werrieta leġittimi, il-pussess jiġi,
bis-saħħa tal-liġi, ittrasferit lill-werriet testamentarju u lill-werriet
leġittimu, kull wieħed skond is-sehem li jkun imissu.
Pussess minn 
oħrajn li jidhrilhom 
li għandhom jedd.
838. Jekk xi persuna li jidhrilha illi għandha jedd fuq il-ħwejjeġ
tal-wirt tieħu pussess tagħhom, il-werrieta li lilhom jiġi bis-saħħa
tal-liġi ttrasferit il-pussess jingħaddu li ġew fil-fatt imneħħijin
mill-pussess, u jistgħu jeżerċitaw kull azzjoni li tmiss lill-
pussessuri leġittimi.
  162      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Mingħand min it-
tifel illeġittimu jew 
ir-raġel jew il-mara 
għandhom jitolbu 
il-pussess.
839. (1) It-tifel illeġittimu, jew il-mara jew ir-raġel, li, skond
il-liġi, ikollhom jedd għal sehem minn ħwejjeġ il-mejjet, għandhom
jitolbu l-pussess ta’ dak is-sehem lill-persuna illi għandha tgħaddi,
b’testment jew ab intestato, il-biċċa li tibqa’ tal-wirt.
(2) Jekk ma jkunx hemm werrieta oħra, meta t-tifel illeġittimu
jikkonkorri ma’ żewġ jew mart il-mejjet, dan għandu jitlob il-
pussess lil dawn ta’ l-aħħar.
Meta t-talba għad-
dħul fil-pussess 
għandha ssir lill-
qorti. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
840. (1) Meta t-tifel illeġittimu, żewġ jew mart il-mejjet, jew
il-Gvern ta’ Malta ikollhom jedd għall-wirt kollu ab intestato, it-
talba għad-dħul fil-pussess ta’ dak il-wirt issir lill-qorti tal-gżira li
fiha l-mejjet kien joqgħod fiż-żmien tal-mewt tiegħu, jew li fiha
kien ħa l-voti ta’ reliġjuż.
(2) Dak id-dħul fil-pussess isir bid-dikjarazzjoni tal-qorti illi s-
suċċessjoni hija miftuħa favur it-tifel illeġittimu, żewġ jew mart il-
mejjet, jew il-Gvern ta’ Malta, bla ma jkunu meħtieġa atti oħra. 
Garanzija li 
għandhom iġibu t-
tifel illeġittimu jew 
żewġ jew mart il-
mejjet qabel id-
dikjarazzjoni tal-
ftuħ tas-
suċċessjoni.
841. (1) Il-qorti ma tiddikjarax miftuħa s-suċċessjoni favur it-
tifel illeġittimu jew żewġ jew mart il-mejjet, qabel ma t-tifel
illeġittimu jew żewġ jew mart il-mejjet, jobbligaw ruħhom flimkien
ma’ garanti tajjeb, in solidum, b’ipoteka ġenerali ta’ ħwejjiġhom, li
jroddu l-wirt lill-werrieta tal-mejjet li jkollhom jedd għalih, u
lanqas qabel ma l-obbligazzjoni tat-tifel illeġittimu jew ta’ żewġ
jew mart il-mejjet, u dik tal-garanti, jiġu mniżżlin fir-Reġistru
Pubbliku.
(2) Il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tistabbilixxi s-somma li
għaliha l-garanti għandu jobbliga ruħu, jew dik li għaliha l-ħwejjeġ
għandhom jiġu ipotekati.
Meta l-garanzija 
tista’ tiġi 
iddispensata.
842. Il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tippermetti illi, minflok
ipoteka ġenerali, tiġi mogħtija ipoteka speċjali; u tista’ wkoll,
teħles għal kollox lir-rikorrent milli jġib garanzija, meta huwa
jkollu immobbli bizżejjed biex jagħmlu tajjeb għar-radd tal-wirt.
Ebda garanzija mhi 
meħtieġa meta l-
valur ta’ l-assi ma 
jaqbiżx ħamsin 
lira.
843. It-tifel illeġittimu jew żewġ jew mart il-mejjet jistgħu,
f’kull każ, jiġu meħlusa milli jġibu garanzija meta l-valur ta’ l-assi
ma jkunx iżjed minn ħamsin lira, u huma jaħilfu li ma setgħux isibu
garanti.
Ħruġ tal-bandi.
Kap. 12.
844. (1) Egħluq tliet snin mill-ftuħ tas-suċċessjoni, il-qorti
hawn fuq imsemmija, fuq talba tat-tifel illeġittimu, ta’ żewġ jew
mart il-mejjet, jew tal-garanti toħroġ bandu li għandu jiġi mwaħħal
u ppubblikat bħall-bandu msemmi fl-artikolu 537 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, u bih għandu jiġi msejjaħ kull
min jidhirlu li għandu jedd għall-wirt, biex iġib ’il quddiem il-
jeddijiet tiegħu fi żmien xahar mid-data tal-ħruġ ta’ dak il-bandu. U
meta jagħlaq dak ix-xahar, il-qorti għandha tiddikjara li l-
obbligazzjoni tal-garanti spiċċat u li spiċċaw ukoll l-effetti ta’ l-
iskrizzjonijiet ipotekarji, sew fuq il-ħwejjeġ tal-garanti kemm ukoll
fuq il-ħwejjeġ tat-tifel illeġittimu jew ta’ żewġ jew mart il-mejjet,
barra minn favur dawk li jkunu f’dak iż-żmien jew qabel, ġiebu ’l
quddiem bi protest il-pretensjoni tagħhom.
(2) Jekk ebda persuna ma tidher biex titlob il-wirt, la qabel il-
ħruġ tal-bandu u lanqas fix-xahar hawn fuq imsemmi, il-qorti
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        163
tiddikjara li spiċċat għal kollox l-obbligazzjoni tal-garanti, u tordna
li l-iskrizzjonijiet ipotekarji fuq imsemmija jiġu mħassra, bla ħsara
ta’ l-obbligazzjoni persunali tat-tifel illeġittimu jew ta’ żewġ jew
mart il-mejjet favur dawk li jidhru sa ma jagħlaq iż-żmien mogħti
fl-artikolu ta’ wara dan.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni għat-talba 
ta’ wirt, eċċ.
845. (1) L-azzjoni biex jintalab wirt, jew legat, jew leġittima,
jew is-sehem tal-beni li l-liġi tagħti lit-tfal illeġittimi jew lil żewġ
jew mart il-mejjet, sew fis-suċċessjonijiet b’testment kemm ukoll
f’dawk ab intestato, tispiċċa bl-egħluq ta’ għaxar snin mill-ftuħ
tas-suċċessjoni.
(2) Iżda, għall-minuri, jew għall-interdetti, l-azzjoni fuq
imsemmija ma tispiċċax ħlief egħluq sena minn dak in-nhar li huma
jsiru ta’ l-età , jew li l-interdizzjoni tispiċċa, kif ikun il-każ.
§  II. FUQ L-AĊĊETTAZZJONI U R-RINUNZJA TA’ WIRT
FUQ L-AĊĊETTAZZJONI TA’ WIRT
Ħadd ma hu 
obbligat li jaċċetta 
wirt.
846. Ħadd ma hu obbligat li jaċċetta wirt li jmiss lilu.
Wirt jista’ jiġi 
aċċettat mingħajr 
kondizzjoni jew 
bil-benefiċċju ta’ l-
inventarju.
847. Il-wirt jista’ jiġi aċċettat mingħajr kondizzjoni, jew bil-
benefiċċju ta’ l-inventarju.
Persuni taħt tutela, 
eċċ. 
Emendat: 
XLVI. 1973.63; 
XXI. 1993.2.
848. Il-wirt li jmiss lil persuna taħt tutela jew kurazija, jew lil
minuri, ma jistax jiġi aċċettat mit-tutur jew kuratur, jew mill-
ġenitur li jeżerċita s-setgħa tal-ġenituri, ħlief bil-benefiċċju ta’ l-
inventarju.
Effett retroattiiv ta’ 
aċċettazzjoni ta’ 
wirt.
849. L-aċċettazzjoni ta’ wirt għandha effett retroattiv minn dak
in-nhar tal-ftuħ tas-suċċessjoni, bla ħsara tal-jeddijiet miksubin
minn terzi persuni bis-saħħa ta’ xi konvenzjoni magħmula b’bona
fidi mal-werriet apparenti.
L-aċċettazzjoni 
tista’ tkun espressa 
jew taċita.
850. (1) L-aċċettazzjoni tista’ tkun espressa inkella taċita.
(2) Hija espressa, meta wieħed jieħu l-kwalità  ta’ werriet f’att
pubbliku jew f’kitba privata.
(3) Hija taċita, meta l-werriet jagħmel xi att li bilfors ifisser li
huwa ried jaċċetta l-wirt, u li ma kienx ikollu l-jedd jagħmel jekk
mhux bħala werriet.
Effetti ta’ 
dikjarazzjoni ta’ 
werriet b’sentenza.
851. Dak illi, b’sentenza ta’ qorti kompetenti, jiġi ddikjarat
werriet, jew ikkundannat espressament f’din il-kwalità , hu
magħdud werriet quddiem il-legatarji u l-kredituri kollha ta’ dak il-
wirt. 
Atti li ma jġibux 
aċċettazzjoni.
852. L-ordnijiet mogħtija għall-funerali, l-atti ta’
konservazzjoni, jew ta’ amministrazzjoni tal-wirt għal xi żmien, ma
jġibux aċċettazzjoni tal-wirt meta ma tkunx ittieħdet ukoll il-
kwalità  ta’ werriet.
  164      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Atti li jġibu 
aċċettazzjoni.
853. (1) Id-donazzjoni, il-bejgħ jew iċ-ċessjoni li wieħed mill-
werrieta jagħmel tal-jeddijiet tiegħu ta’ suċċessjoni, sew lil wieħed
barrani, jew lill-oħrajn kollha li jkunu werrieta miegħu, jew lil xi
wħud minnhom, iġibu l-aċċettazzjoni tal-wirt mill-parti tiegħu.
(2) Dan igħodd ukoll -
(a) għar-rinunzja magħmula, ukoll jekk bla ħlas, minn
wieħed mill-werrieta favur ta’ wieħed jew iżjed mill-
werrieta l-oħra;
(b) għar-rinunzja magħmula, ukoll jekk favur il-werrieta l-
oħra kollha mingħajr distinzjoni, jekk dik ir-rinunzja
ssir b’titolu oneruż.
Meta r-rinunzja 
magħmula minn 
wieħed mill-
werrieta favur 
werrieta oħra ma 
ġġibx aċċettazzjoni 
ta’ wirt.
854. Jekk ir-rinunzja ssir bla ħlas minn wieħed mill-werrieta
favur dawk il-werrieta l-oħra kollha, b’testment jew ab intestato,
illi, fin-nuqqas tiegħu, kien ikun imisshom sehmu tal-wirt, ma
ġġibx aċċettazzjoni ta’ wirt.
Meta l-werrieta ma 
jaqblux dwar l-
aċċettazzjoni jew 
ir-rinunzja tal-wirt.
855. Meta l-werrieta ma jaqblux bejniethom dwar jekk
għandhomx jaċċettaw il-wirt jew jirrinunzjaw għalih, dak illi
jaċċetta jikseb waħdu l-jeddijiet kollha, u jieħu fuqu l-piżijiet
kollha tal-wirt. 
Il-jedd ta’ l-
aċċettazzjoni 
jgħaddi lill-
werrieta.
856. Jekk persuna li favur tagħha tkun ġiet miftuħa suċċessjoni
tmut mingħajr ma tkun irrinunzjat għaliha jew aċċettatha, il-jedd
ta’ aċċettazzjoni ta’ din is-suċċessjoni jgħaddi lill-werrieta tagħha:
u f’dan il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan
igħoddu wkoll għal dawk il-werrieta.
Jeddijiet ta’ dawn 
il-werrieta.
857. Il-werrieta li jkunu aċċettaw il-wirt tal-persuna li minn
għandha jgħaddi lilhom il-jedd imsemmi fl-aħħar artikolu qabel
dan jistgħu, b’dan kollu, jirrinunzjaw għall-wirt li kien imiss lil dik
il-persuna, imma illi kien għad ma ġiex aċċettat minnha: 
Iżda, ir-rinunzja għall-wirt ta’ dik il-persuna ġġib ukoll ir-
rinunzja għall-wirt li kien imiss lilha.
Meta aċċettazzjoni 
tista’ tiġi attakkata.
858. (1) Min jaċċetta wirt, ma jistax jattakka l-aċċettazzjoni
ħlief meta din tkun saret minħabba vjolenza, jew minħabba qerq li
jsir bi ħsara tiegħu.
(2) Iżda, jekk jinkixef testment li, fi żmien l-aċċettazzjoni, ma
kienx jaf bih dak li aċċetta l-wirt, dan ma jkunx obbligat iħallas il-
legati mħollija f’dak it-testment f’aktar mill-valur tal-wirt, bla
ħsara tal-jedd tal-leġittima jew sehem ieħor ta’ beni li jkunu jmissu
lilu.
Preskrizzjoni tal-
jedd ta’ l-
aċċettazzjoni ta’ 
wirt battal.
859. Il-jedd ta’ l-aċċettazzjoni ta’ wirt battal jispiċċa bil-
preskrizzjoni egħluq tletin sena.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        165
FUQ IR-RINUNZJA TA’ WIRT
Ir-rinunzja ma 
tistax tkun 
preżunta.
860. (1) Ir-rinunzja għal wirt ma tistax tkun preżunta.
(2) Ir-rinunzja tista’ ssir biss b’dikjarazzjoni ppreżentata fir-
reġistru tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja fil-gżira fejn il-mejjet
kien joqgħod fiż-żmien tal-mewt tiegħu.
Il-werriet li 
jirrinunzja għas-
suċċessjoni 
b’testment jitlef il-
jedd għas-
suċċessjoni ab 
intestato.
861. Il-werriet illi jirrinunzja għas-suċċessjoni b’testment jitlef
kull jedd għas-suċċessjoni ab intestato:
Iżda, dan il-werriet jista’, fl-att tar-rinunzja, iżomm il-jedd
għal-leġittima jew sehem ieħor tal-beni illi, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 614 sas-653, ikunu jmissu lilu.
Il-werriet li 
jirrinunzja għall-
wirt jista’ jitlob il-
legati.
862. (1) Il-werriet li jirrinunzja jitqies bħallikieku ma kien
qatt werriet.
(2) Iżda, ir-rinunzja tiegħu ma ttellfux il-jedd li jitlob il-legati
mħollija favur tiegħu.
Is-sehem ta’ dak li 
jirrinunzja jiżdied 
ma’ dak tal-
werrieta l-oħra.
863. (1) Fis-suċċessjoni ab intestato, is-sehem ta’ dak li
jirrinunzja jiżdied ma’ dak tal-werrieta l-oħra.
(2) Jekk dak li jirrinunzja jkun werriet waħdu, is-suċċessjoni
tmiss lil dawk illi jiġu fi grad warajh.
Ma jistax wieħed 
jidhol bil-jedd tar-
rappreżentazzjoni 
flok werriet li 
jirrinunzja.
864. (1) Ħadd ma jista’ jidħol fil-wirt bil-jedd tar-
rappreżentazzjoni flok werriet li jirrinunzja.
(2) Jekk min jirrinunzja jkun hu biss werriet fil-grad tiegħu,
jew, jekk il-werrieta kollha jirrinunzjaw, jidħlu flokhom it-tfal bil-
jedd tagħhom innifishom, u jirtu per capita.
Sehem ta’ min 
jirrinunzja fis-
suċċessjonijiet 
b’testment.
865. Fis-suċċessjoni b’testment, is-sehem ta’ dak li jirrinunzja
jgħaddi favur dawk li jkunu werrieta miegħu jew favur il-werrieta
leġittimi, bħal ma jingħad fl-artikoli 737 u 741.
Il-kredituri tal-
werriet li 
jirrinunzja jistgħu 
jaċċettaw 
minfloku. 
Emendat: 
XLVI. 1973.64.
866. (1) Il-kredituri ta’ persuna illi tirrinunzja għall-wirt bi
ħsara tal-jeddijiet tagħhom, jistgħu jitolbu lill-qorti l-
awtorizzazzjoni biex jaċċettaw dak il-wirt minflok id-debitur
tagħhom.
(2) Fil-każ imsemmi fis-subartikolu (1) r-rinunzja tiġi
annullata mhux favur il-werriet li jirrinunzja, imma favur il-
kredituri, u sa l-ammont biss tal-jeddijiet ta’ dawk il-kredituri.
(3) Kull wieħed li jkun werriet flimkien ma’ dak li jirrinunzja,
jista’ jopponi l-azzjoni tal-kredituri billi jħallas il-krediti tagħhom,
u il-werriet li jħallas jidħol ipso jure fil-jeddijiet tal-kredituri li
huwa jkun ħallas.
Werriet li 
jirrinunzja jista’ 
dejjem jaċċetta l-
wirt battal.
867. (1) Il-werriet li ikun irrinunzja għall-wirt jista’ dejjem
jaċċetta dak il-wirt kemm-il darba - 
(a) il-jedd ta’ l-aċċettazzjoni tal-wirt ma jkunx spiċċa
kontra tiegħu bil-preskrizzjoni; u
(b) il-wirt ma jkunx ġie aċċettat minn werrieta oħra.
(2) Iżda, dik l-aċċettazzjoni mhix ta’ ħsara għall-jeddijiet
  166      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
miksubin minn terzi persuni fuq il-beni tal-wirt, sew bil-
preskrizzjoni jew bis-saħħa ta’ atti magħmulin skond il-liġi mal-
kuratur tal-wirt battal.
Il-werriet jista’ jigi 
mġiegħel jiddikjara 
jridx jaċċetta l-wirt 
jew le.
868. Il-qorti tagħti, fuq talba ta’ kull min għandu interess, li il-
werriet b’testment jew ab intestato, iż-żmien ta’ xahar, li, għal
raġuni tajba, jista’ jiġi mġedded għal xahar ieħor, biex jiddikjara
jekk jaċċettax il-wirt jew jirrinunzjax għalih; u fin-nuqqas ta’ dik
id-dikjarazzjoni fiż-żmien hawn fuq imsemmi, kif mogħti mill-bidu
jew kif imġedded, il-wirt jitqies irrinunzjat.
Werriet li fil-fatt 
jkollu l-pussess ma 
jistax jirrinunzja 
għall-wirt wara 
tliet xhur.
869. B’dak kollu li jingħad fl-artikoli ta’ qabel dan, l-imsejħin
għall-wirt, illi jkollhom fil-fatt il-pusses tal-ħwejjeġ tal-wirt,
jitilfu, wara tliet xhur mill-ftuħ tas-suċċessjoni jew minn dak in-
nhar li jkunu saru jafu li l-wirt imiss lilhom, il-jedd tar-rinunzja
għal dak il-wirt, kemm-il darba ma jkunux imxew skond id-
disposizzjonijiet dwar il-benefiċċju ta’ l-inventarju; u, jitqiesu
bħala werrieta mingħajr dan il-benefiċċju ukoll jekk kontra dan
igħidu illi huma jippossjedu dawk il-ħwejjeġ taħt titolu ieħor.
Werriet li jaħbi 
ħwejjeġ tal-wirt 
jitlef il-jedd li 
jirrinunzja għall-
wirt.
870. Il-werrieta li jkunu ħadu b’qerq jew ħbew xi ħwejjeġ tal-
wirt, jitilfu l-jedd tar-rinunzja ta’ dak il-wirt, u, għalkemm jagħmlu
r-rinunzja jibqgħu werrieta mingħajr il-benefiċċju ta’ l-inventarju. 
Ir-rinunzja għall-
wirt ta’ wieħed ħaj 
hija nulla.
871. Bla ħsara ta’ disposizzjonijiet oħra ta’ dan il-Kodiċi dwar
ir-rinunzji f’okkażjoni ta’ żwieġ, ħadd ma jista’ jirrinunzja għall-
wirt ta’ wieħed ħaj, jew jittrasferixxi l-jeddijiet li għad jista’ jkollu
għal dak il-wirt, ħlief meta jieħu l-voti ta’ reliġjuż f’ordni
monastiku jew f’xirka reliġjuża ta’ regulari.
Ir-rinunzja 
minħabba vot 
f’ordni monastiku 
għandha tkun 
assoluta,
872. Ir-rinunzja li ssir minħabba voti f’ordni monastiku jew
f’xirka reliġjuża ta’ regulari, għandha ssir b’mod illi la l-persuna li
tirrinunzja u lanqas l-ordni jew ix-xirka ma jkunu jistgħu f’ebda
każ jissuċċjedu fil-beni li għalihom tkun saret ir-rinunzja.
iżda jista’ jin-
żamm il-jedd 
għall-vitalizju.
873. Iżda, ir-rinunzjant jista’ jżomm għalih vitalizju fuq il-beni
li għalihom jirrinunzja, u, f’dak il-każ, l-ordni jew ix-xirka jistgħu
huma wkoll jitolbu, wara l-mewt tar-rinunzjant, il-ħlas tal-vitalizju
li ma jkunx ġie mħallas lilu, kemm-il darba huwa jkun iddikjara
espressament li ma tħallasx, u d-dejn ma jkunx preskritt.
Ir-rinunzja tista’ 
ssir minn minuri li 
jidħol f’ordni 
reliġjuż.
874. Ir-rinunzja msemmija fl-artikolu 872 tista’ ssir ukoll minn
minuri, basta li jkollu l-età  meħtieġa mil-liġi biex jieħu l-voti ta’
reliġjuż.
Effett tar-rinunzja. 875. Ir-rinunzja msemmija fl-artikolu 872 għandha effett
kwantu għall-dawk li favur tagħhom tkun saret, ukoll jekk huma ma
kinux preżenti, u ma jkunux, sal-ftuħ tas-suċċessjoni għall-beni li
għalihom ir-rinunzja tkun saret, aċċettaw dik ir-rinunzja.
L-annullament tal-
voti ta’ reliġjuż 
igib l-annullament 
tar-rinunzja.
876. (1) L-annullament tal-voti ta’ reliġjuż iġib ukoll l-
annullament tar-rinunzja.
(2) Iżda, jibqa’ sħiħ kull trasferiment tal-beni rrinunzjati illi
jkun sar qabel ma jkunu ġew annullati l-voti ta’ reliġjuż, bla ħsara
tal-jedd tar-rinunzjant li jitlob id-danni mingħand dawk li jkunu
għaldaqshekk obbligati skond il-liġi.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        167
FUQ IL-BENEFIĊĊJU TA’ L-INVENTARJU
Il-projbizzjoni lill-
werriet li jagħmel 
l-inventarju hija 
nulla.
877. Il-werriet jista’ jinqeda bil-benefiċċju ta’ l-inventarju,
għad li t-testatur ikun ipprojbielu li jagħmlu.
Id-dikjarazzjoni li 
wieħed bi ħsiebu 
jieħu l-kwalità  ta’ 
werriet bil-
kondizzjoni tal-
benefiċċju ta’ l-
inventarju.
878. (1) Id-dikjarazzjoni ta’ werriet illi hu mhux bi ħsiebu
jieħu dik il-kwalità  ħlief bil-benefiċċju ta’ l-inventarju, għandha
tiġi magħmula fir-reġistru tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja tal-
gżira li fiha l-mejjet, fiż-żmien tal-mewt tiegħu, kien joqgħod, jew
tal-gżira li fiha dak, illi tiegħu tkun is-suċċessjoni, ikun ħa l-voti
ta’ reliġjuż f’ordni monastiku jew f’xirka reliġjuża ta’ regulari.
(2) Meta l-ftuħ tas-suċċessjoni jkun sar bis-saħħa ta’ sentenza
li biha jkun ġie deċiż illi dak li tiegħu tkun is-suċċessjoni għandu
jitqies mejjet minħabba li jkun ilu assenti żmien twil, id-
dikjarazzjoni fuq imsemmija għandha tiġi magħmula mill-werriet
fir-reġistru tal-qorti tal-gżira illi fiha s-sentenza tkun ġiet mogħtija.
Id-dikjarazzjoni 
għandha ssir billi 
qabilha jew 
warajha jiġi 
magħmul l-
inventarju.
Kap. 12.
879. Id-dikjarazzjoni fuq imsemmija tibqa’ bla effett jekk
qabilha jew warajha ma jsirx l-inventarju tal-beni tal-wirt, bil-mod
li jingħad fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Jekk il-werrieta ma 
jkunux jaqblu fuq 
l-aċċettazzjoni tal-
wirt bil-benefiċċju 
ta’ l-inventarju.
880. (1) Jekk fost il-werrieta, wieħed minnhom ikun irid
jaċċetta l-wirt bil-benefiċċju ta’ l-inventarju, u wieħed ieħor jew
iżjed mingħajru, l-inventarju għandu jsir.
(2) F’dak il-każ ikun biżżejjed li wieħed biss jagħmel id-
dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 878.
(3) Il-benefiċċju jgawdih biss il-werriet li jagħmel id-
dikjarazzjoni.
Il-werriet li fil-fatt 
ikollu l-pussess tal-
wirt għandu 
jagħmel l-
inventarju fi żmien 
tliet xhur.
881. Il-werriet li fil-fatt ikollu l-assi tal-wirt f’idejh, għandu
jagħmel l-inventarju fi żmien tliet xhur mill-ftuh tas-suċċessjoni,
jew minn dak in-nhar li jsir jaf li l-wirt imiss lilu.
Il-werriet li jonqos 
li jagħmel jew li 
jlesti l-inventarju 
fiż-żmien li jmiss 
jingħadd li aċċetta 
l-wirt mingħajr il-
benefiċċju ta’ l-
inventarju.
882. Jekk il-werriet ma jkunx, fi żmien l-ewwel tliet xhur, beda
jagħmel l-inventarju, jew ma jkunx lestieh f’dak iż-żmien, jew fi
żmien ieħor li jkun ġie lilu mġedded, huwa jitqies li aċċetta l-wirt
mingħajr il-benefiċċju ta’ l-inventarju.
Żmien sabiex 
wieħed jaħsibha 
jekk għandux 
jaċċetta l-wirt jew 
le wara li jsir l-
inventarju.
883. Wara li l-inventarju jitlesta, il-werriet illi jkun għad ma
għamilx id-dikjarazzjoni li jaċċetta l-wirt, għandu ż-żmien ta’
erbgħin ġurnata, li jibdew igħoddu minn dak in-nhar li jitlesta l-
inventarju, sabiex jaħsibha jekk għandux jaċċetta l-wirt jew
jirrinunzja għalih; u jekk igħaddi dak iż-żmien mingħajr ma l-
werriet ikun iddikjara fir-reġistru tal-qorti fuq imsemmija li
jirrinunzja għall-wirt, jew li jaċċettah bil-benefiċċju ta’ l-
inventarju, jitqies li hu aċċettah bil-benefiċċju ta’ l-inventarju.
  168      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Kif jimxi z-żmien 
kwantu għall-
werriet li ma 
jkollux l-assi tal-
wirt f’idejh.
884. (1) Jekk ikun hemm talba ġudizzjarja kontra werriet illi
fil-fatt ma jkollux l-assi tal-wirt f’idejh u ma jkunx indaħal fih, iż-
żminijiet imsemmijin fl-artikoli 881, 882 u 883 sabiex hu jagħmel
l-inventarju u jaħsibha jekk għandux jaċċetta jew le, jibdew
għaddejjin biss mill-ġurnata li tiġi mogħtija mill-qorti.
(2) Jekk ma jkun hemm ebda talba ġudizzjarja kontra dan il-
werriet, huwa jibqagħlu l-jedd li jagħmel l-inventarju sakemm iż-
żmien sabiex jaċċetta l-wirt ma jkunx spiċċa bil-preskrizzjoni.
Minuri u interdetti. 885. Il-minuri u l-interdetti ma jingħaddux li waqgħu mill-
benefiċċju ta’ l-inventarju ħlief wara sena minn dak in-nhar li jsiru
ta’ l-età , jew li tispiċċa l-interdizzjoni, skond il-każ, kemm-il darba
f’dak iż-żmien ma jkunux imxew skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli ta’ qabel dan.
Fiż-żmien li fih 
ikun isir l-
inventarju l-werriet 
jitqies kuratur.
886. (1) Matul iż-żmienijiet mogħtijin lill-werriet sabiex
jagħmel l-inventarju u sabiex jaħsibha jekk jaċċettax jew le, dak li
jkun imsejjaħ għall-wirt mhux obbligat jieħu l-kwalità  ta’ werriet.
(2) Iżda, huwa jitqies de jure kuratur tal-wirt, u, f’dik il-
kwalità , jista’ jiġi msejjaħ f’kawża biex jidher għall-wirt, u biex
iwieġeb għat-talbiet ġudizzjarji li jinġiebu kontra l-wirt.
(3) Kemm-il darba hu ma jidhirx, il-qorti taħtar kuratur biex
jidher għall-wirt fil-kawża.
Il-werriet jista’ 
jaqla’ permess biex 
ibiegħ oġgetti tal-
wirt li ma jistgħux 
jiġu ikkonservati.
887. Jekk fil-wirt ikun hemm ħwejjeġ li ma jistgħux jiġu
kkonservati, jew li biex jiġu kkonservati tkun tinħtieġ spiża kbira,
il-werriet jista’, matul iż-żminijiet hawn fuq imsemmija, jitlob lill-
qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, jew, jekk ikun hemm
opposizzjoni, lill-qorti kompetenti, li tagħti s-setgħa li jbiegħ dawn
il-ħwejjeġ bil-mod li l-qorti jidhrilha l-aħjar:
Iżda werriet ma jiġix magħdud, minħabba din il-proċedura,
li aċċetta l-wirt.
Spejjeż magħmulin 
qabel ir-rinunzja.
888. Jekk il-werriet jirrinunzja għall-wirt qabel ma jagħlqu ż-
żminijiet, oriġinali jew imġedda, imsemmijin fl-artikoli ta’ qabel
dan, l-ispejjeż leġittimi li jkun għamel sa dak in-nhar tar-rinunzja
jaqgħu fuq il-wirt.
Il-werriet li jaħbi 
b’qerq ħwejjeġ tal-
wirt.
889. Il-werriet ħati illi naqas b’qerq li jdaħħal fl-inventarju
ħwejjeġ tal-wirt, jaqa’ mill-benefiċċju ta’ l-inventarju.
Effett ta’ l-
inventarju.
890. L-effett ta’ l-inventarju hu -
(a) illi l-werriet ma jkunx obbligat għall-ħlas tad-djun tal-
wirt f’iżjed minn kemm ikunu jiswew il-ħwejjeġ li
jkun missu;
(b) illi hu jista’ jeħles mill-ħlas tad-djun billi jċedi l-
ħwejjeġ kollha tal-wirt lill-kredituri, legatarji, u wkoll
lil dak li jiret flimkien miegħu u li ma jkunx irid
jagħmel iċ-ċessjoni bħalu;
(ċ) illi ħwejġu ma jiġux imħalltin ma’ dawk tal-wirt, u illi
jżomm sħiħ il-jedd tiegħu li jitlob il-ħlas tat-krediti
tiegħu kontra l-wirt.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        169
Obbligi tal-werriet 
bil-benefiċċju ta’ l-
inventarju.
891. (1) Il-werriet bil-benefiċċju ta’ l-inventarju għandu
jamministra l-ħwejjeġ tal-wirt, u għandu jagħti kont ta’ l-
amministrazzjoni tiegħu lill-kredituri u lil-legatarji.
(2) Hu ma jistax jiġi mġiegħel iħallas bi ħwejġu, ħlief wara li
jkun ġie mqiegħed in mora biex jagħti l-kont tiegħu u sakemm ikun
għad ma qdiex dan l-obbligu.
(3) Wara l-likwidazzjoni tal-kont, hu ma jistax jiġi mġiegħel
iħallas bi ħwejġu ħlief sa l-ammont tas-somom li tagħhom jinsab
debitur.
Il-werriet bil-
benefiċċju ta’ l-
inventarju jwieġeb 
għall-ħtijiet gravi.
892. Il-werriet bil-benefiċċju ta’ l-inventarju, fl-
amministrazzjoni tiegħu ma jweġibx ħlief għall-ħtijiet gravi.
Iż-żmien għall-
għoti tal-kont.
893. ll-kredituri u l-legatarji jistgħu jitolbu li jiġi stabbilit iż-
żmien li fih it-werriet għandu jagħti l-kont.
Jekk il-werriet li 
jmissu l-leġittima 
ma jagħmilx l-
inventarju.
894. Jekk il-werriet li jmissu l-leġittima, jew sehem ieħor mill-
ħwejjeġ tal-wirt, ma jiħux ħsieb li jagħmel l-inventarju, jitlef il-
jedd li jitlob li jiġu mnaqqsin id-donazzjonijiet u l-legati mħollijin
lil persuni oħra, li ma jkunux werrieta flimkien miegħu.
Il-werriet bil-
benefiċċju ta’ l-
inventarju għandu 
jagħti garanzija.
895. (1) Il-werriet bil-benefiċċju ta’ l-inventarju għandu, fuq
talba tal-kredituri jew ta’ oħrajn li jkollhom interess, jagħti
garanzija tajba għall-valur tal-ħwejjeġ mobbli li jkunu mdaħħlin fl-
inventarju, għall-frottijiet ta’ l-immobbli, u għall-bilanċ tal-prezz
tal-bejgħ ta’ dawk l-immobbli illi jista’ jibqa’ wara li jitħallsu l-
kredituri tal-wirt.
(2) Jekk il-werriet jonqos li jagħti dik il-garanzija, il-qorti
tagħti dawk il-provvedimenti li jidhrilha meħtieġa biex jitqegħdu
fiż-zgur il-jeddijiet ta’ l-interessati.
Ħlas ta’ xi kredituri 
qabel il-ħlas ta’ 
legati.
896. Il-werriet bil-benefiċċju ta’ l-inventarju ma jista’ jħallas
ebda legat qabel ma jiġu mħallsa l-kredituri illi jkunu, qabel il-
pubblikazzjoni ta’ l-inventarju, b’ittra uffiċjali jew att ieħor,
għarrfuh bil-krediti tagħhom, u dawk illi l-krediti tagħhom ikunu
mniżzlin fir-Reġistru Pubbliku.
Ħlas lil kredituri u 
legatarji oħra.
897. (1) Wara li jiġu mħallsin il-kredituri msemmijin fl-aħħar
artikolu qabel dan, il-werriet bil-benefiċeju ta’ l-inventarju għandu
jħallas dawk il-kredituri l-oħra li jiġu ’l quddiem, u l-legatarji,
skond l-ordni li fih jitolbu l-ħlas.
(2) Madankollu, f’dak il-każ ukoll, il-werriet bil-benefiċċju ta’
l-inventatju ma jistax iħallas legat jekk, qabel ma jagħmel il-ħlas,
jiġi nnotifikat b’xi kreditu kontra l-wirt.
Djun imniżżlin fir-
Reġistru Pubbliku 
għandhom jitħallsu 
skond l-ordni ta’ 
preferenza.
898. Il-werriet bil-benefiċċju ta’ l-inventarju għandu jħallas id-
djun imniżżlin fir-Reġistru Pubbliku, u d-djun li fiż-żmien tal-ħlas
ikunu ġew innotifikati lilu, u jaqta’ l-kreditu tiegħu nnifsu kontra l-
wirt, skond l-ordni tal-privileġġ jew ta’ l-ipoteka ta’ dawn id-djun. 
Jedd ta’ kreditur 
preġudikat bi ħlas 
magħmul mill-
werriet.
899. Il-kredituri illi bi ħsara tagħhom il-werriet ikun ħallas
kredituri oħra jew legatarji, għandhom il-jedd li jduru sew kontra
tiegħu kemm ukoll kontra l-kredituri jew legatarji mħallsin. 
  170      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Jeddijiet tal-
kredituri li jidhru 
wara li ma jkun 
fadal xejn tat-wirt.
900. (1) Il-kredituri illi jidhru wara li l-ġid kollu tal-wirt ikun
ġie minfuq fi ħlas ta’ kredituri oħra jew ta’ legati, jistgħu jduru biss
għall-ħlas tal-kreditu tagħhom kontra l-legatarji.
(2) Il-jedd għal din l-azzjoni jintilef bil-preskrizzjoni wara tliet
snin minn dak in-nhar ta’ l-aħħar ħlas.
Eżerċizzju ta’ l-
azzjoni ipotekarja.
901. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
jtellfux lill-kreditur mhux imħallas l-azzjoni li hu għandu kontra
kull pussessur ta’ immobbli ipotekat għall-krediti tiegħu.
Spejjeż ta’ l-
inventarju u tal-
kontijiet.
902. L-ispejjeż ta’ l-inventarju u tal-kontijiet ibatihom il-wirt.
FUQ IL-WIRT BATTAL
Meta l-wirt 
jingħadd battal.
Kap. 12.
903. Il-wirt, sakemm ma jkunx aċċettat, jitqies battal; u, fuq
talba ta’ kull min ikollu interess, il-qorti, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 886, taħtar kuratur, kif jingħad fil-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Dmirijiet tal-
kuratur.
904. (1) Il-kuratur ta’ wirt battal għandu, qabel xejn, jagħmel
l-inventarju ta’ dak il-wirt.
(2) Dan il-kuratur għandu jeżerċita u jmexxi l-jeddijiet ta’ dak
il-wirt: hu għandu jwieġeb għat-talbiet ġudizzjarji li jinġiebu
kontra l-wirt, u għandu jamministrah bl-obbligu li jiddepożita l-flus
li jkunu jinsabu fil-wirt stess jew li jidħlu mill-bejgħ ta’ ħwejjeġ
mobbli jew immobbli, u li jagħti kont lil min imiss.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ l-artikolu 904 
ma jgħoddux għall-
kuraturi ta’ l-
elenku.
Kap. 12.
905. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
jgħoddux għall-kuratur maħtur biss għall-finijiet imsemmija fl-
artikolu 929 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
§  III. FUQ IL-QASMA
Il-qasma tal-wirt 
tista’ tintalab f’kull 
żmien.
906. (1) Tista’ dejjem tintalab il-qasma tal-wirt, għalkemm it-
testatur ikun ipprojbiha.
Każijiet li fihom 
tista’ tiġi ipprojbita 
jew sospiża.
(2) Iżda, meta l-werrieta istitwiti jkunu kollha minuri, jew meta
xi wieħed minn dawn il-werrieta jkun minuri, it-testatur jisa’
jipprojbixxi l-qasma tal-wirt bejn il-werrieta sa egħluq sena minn
dak in-nhar li l-iżgħar wieħed fosthom isir ta’ l-età .
(3) It-testatur jista’ wkoll b’testment jissospendi l-qasma għal
żmien mhux aktar minn ħames snin, għalkemm ebda wieħed mill-
werrieta ma jkun minuri. Kull disposizzjoni li tissospendi l-qasma
għal żmien iżjed twil, ma tiswiex għaż-żmien li jaqbeż il-ħames
snin.
Disposizzjonijiet li 
jirregolaw il-
qasma.
907. Fil-qasma tal-wirt għandhom jigu mħarsa d-
disposizzjonijiet miġjubin fis-Sub-titoli II u III tat-Titolu V tat-
Taqsima I tat-Tieni Ktieb ta’ dan il-Kodiċi u fl-artikoli 908 sad-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        171
912.
Ħatra ta’ persuna 
biex tifforma l-
ishma, eċċ.
908. Meta l-partijiet ma jiftehmux bejniethom fuq il-għażla, il-
qorti tagħżel persuna sabiex tifforma l-istat ġenerali tal-beni, u
tgħid kemm għandu jkun kull sehem tal-wirt u x’għandu jingħata lil
kull waħda mill-partijiet li jkunu qegħdin jagħmlu l-qasma.
Preżunzjoni li l-ġid 
kien jeżisti minn 
qabel ma sar iż-
żwieġ ta’ wara. 
Kap. 12.
909. Dak kollu illi, fil-ftuħ tas-suċċessjoni ta’ persuna li tkun
ħalliet tfal jew dixxendenti oħra minn żewġ żwiġijiet jew iżjed,
jinsab fl-assi tagħha, jitqies, fl-interess tat-tfal jew dixxendenti taz-
żwieġ ta’ qabel, li kien jeżisti f’dak l-assi minn qabel ma sar iż-
żwieġ ta’ wara, meta ma jiġix ippruvat il-kuntrarju jew b’inventarju
li jkun ġie magħmul qabel dan iż-żwieġ ta’ wara bil-mod li jingħad
fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jew b’mezzi
oħra.  
Konferiment mill-
werrieta.
910. (1) Kull wieħed mill-werrieta għandu, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 913 sad-938, jikkonferixxi jew iġib
lura fil-massa tal-wirt kull donazzjoni li tkun saret lilu, u kull
somma li tagħha jkun debitur.
(2) Jekk il-kollazzjoni ma ssirx in natura, il-werrieta l-oħra li
favur tagħhom il-kollazzjoni għandha ssir, jieħdu qabel xejn mill-
massa tal-wirt sehem daqs dak li jmissu jinġieb lura fil-wirt.
(3) Dawn il-prelevamenti għandhom isiru, kemm jista’ jkun,
billi jittieħdu oġġetti ta’ l-istess xorta, kwalità , u valur, bħal dawk
li ma jkunux intraddu in natura.
Formazzjoni ta’ 
ishma ndaqs.
911. Wara li ssir il-kollazzjoni jew isiru l-prelevamenti, l-assi
jiġi maqsum f’tant ishma ndaqs daqskemm ikunu l-werrieta jew iċ-
ċippijiet li jkunu qegħdin jaqsmu.
Iċ-ċessjonarju ta’ 
sehem ta’ wirt 
jista’ jiġi eskluż 
mill-qasma mill-
werrieta l-oħra.
912. (1) Jekk wieħed mill-werrieta jkun ċeda, b’titolu oneruż,
il-jeddijiet tiegħu fuq il-wirt lil xi ħadd li ma jkunx ukoll werriet,
il-werrieta l-oħra jew wieħed jew iżjed minnhom jistgħu jeskludu
liċ-ċessjonarju, allavolja dan ikun qarib tal-mejjet, mill-qasma,
billi jħallsu lilu l-prezz taċ-ċessjoni, l-ispejjeż li jkun għamel għal
dik iċ-ċessjoni, u l-imgħaxijiet fuq il-prezz minn dak in-nhar li dak
il-prezz ikun ġie mħallas minnu liċ-ċedent.
(2) Il-jedd li għandhom il-werrieta l-oħra kif jingħad hawn fuq,
jispiċċa wara xahar min-notifika li ssir lilhom ta’ dik iċ-ċessjoni,
kemm-il darba f’dak iz-żmien huma ma jiddikjarawx li jridu
jeżerċitaw dak il-jedd.
(3) Meta wieħed mill-werrieta jkun eżerċita dak il-jedd, il-
werrieta l-oħra jistgħu jingħaqdu miegħu, basta li jiddikjaraw dan fi
żmien ħmistax-il ġurnata min-notifika magħmula lilhom.
(4) Dawn in-notifiki u dikjarazzjonijiet għandhom isiru b’att
ġudizzjarju.
  172      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
§  IV. FUQ IL-KOLLAZZJONI
It-tfal jew id-
dixxendenti huma 
obbligati għall-
kollazzjoni favur 
ta’ tfal jew 
dixxendenti oħra.
913. (1) It-tfal u d-dixxendenti biss, li jiġu għall-wirt ta’
axxendent, sew b’testment kemm ab intestato, għandhom iġibu fil-
massa tal-wirt, fl-interess biss tat-tfal jew dixxendenti l-oħra, li
jirtu flimkien magħhom, dak kollu li jkunu ħadu b’donazzjoni
mingħand il-mejjet, direttament jew indirettament, meta d-donatur
ma jkunx iddispona xort’oħra.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll għad li
t-tfal jew dixxendenti jiġu għall-wirt bil-benefiċċju ta’ l-inventarju.
Ħelsien mill-
obbligu tal-
kollazzjoni.
914. Il-ħelsien mill-kollazzjoni jista’ jiġi mogħti fl-att stess li
bih issir id-donazzjoni, jew b’att wara li jkollu l-formalitajiet
meħtieġa sabiex id-donazzjonijiet jew it-testmenti jkunu validi.
Meta d-donazzjoni 
taqbeż is-sehem li 
l-mejjet seta’ 
jiddisponi minnu, 
iż-żejjed hu suġġett 
għall-kollazzjoni.
915. It-tifel jew dixxendent ma jistax, għalkemm ikun ġie
meħlus espressament mill-obbligu tal-kollazzjoni, iżomm id-
donazzjoni ħlief sa l-ammont tas-sehem li minnu l-mejjet seta’
jiddisponi, u ż-żejjed hu suġġett għall-kollazzjoni.
Werriet li 
jirrinunzja għas-
suċċessjoni jista’ 
jżomm id-
donazzjoni.
916. Il-werriet illi jirrinunzja għas-suċċessjoni jista’, b’dan
kollu, iżomm id-donazzjoni, jew jitlob il-legat li jkun ġie mħolli
lilu, sa l-ammont tas-sehem li minnu l-mejjet seta’ jiddisponi, bla
ħsara, kemm-il darba dan il-werriet jitlob il-leġittima jew sehem
ieħor ta’ beni li jkun imissu skond il-liġi, tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 620(4), u ta’ l-artikoli 634 u 643.
Jekk id-donatarju 
ma kienx il-werriet 
preżuntiv fiż-
żmien tad-
donazzjoni.
917. Id-donatarju li ma kienx il-werriet preżuntiv fiż-żmien tad-
donazzjoni, iżda illi, fiż-żmien tal-ftuħ tas-suċċessjoni, ikun jinsab
fi grad li jiret, għandu jikkonferixxi l-ħwejjeġ li kienu ġew
mogħtija lilu, jekk id-donatur ma jkunx ħelsu minn dan l-obbligu.
Id-donazzjonijiet 
magħmula lid-
dixxendent tal-
werriet huma 
meħlusa mill-
kollazzjoni.
918. (1) Id-donazzjonijiet magħmulin lid-dixxendent ta’ dak li
jkun jinsab fi grad li jiret fiż-żmien tal-ftuħ tas-suċċessjoni, jitqiesu
dejjem bħala magħmula mingħajr obbligu tal-kollazzjoni.
(2) L-axxendent, illi jiret lid-donatur, mhux obbligat irodd
dawk id-donazzjonijiet.
Id-dixxendent illi 
jiġi b’jeddu stess 
għall-wirt mhux 
obbligat irodd id-
donazzjonijiet 
mogħtija lill-
axxendent tiegħu.
919. (1) Id-dixxendent, illi jiġi b’jeddu stess għall-wirt tad-
donatur, mhux obbligat jikkonferixxi l-ħwejjeġ mogħtija lill-
axxendent tiegħu, għalkemm huwa jkun aċċeta l-wirt ta’ dan l-
axxendent.
(2) Iżda, jekk hu jiġi għall-wirt b’jedd ta’ rappreżentazzjoni,
huwa għandu jikkonferixxi l-ħwejjeġ mogħtija lill-axxendent
tiegħu, ukoll jekk jirrinunzja għall-wirt ta’ dan l-axxendent.
Donazzjonijiet lil 
żewġ jew mart il-
persuna li tkun fi 
grad li tiret.
920. (1) Id-donazzjonijiet magħmulin lil żewġ jew mart il-
persuna li hija fi grad li tiret jitqiesu magħmulin bil-ħelsien mill-
obbligu tal-kollazzjoni.
(2) Jekk id-donazzjoni tkun saret lir-raġel u lil martu flimkien,
u minn dawn iż-żewg persuni waħda biss tkun fi grad li tiret, is-
sehem ta’ din hu suġġett għall-kollazzjoni.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        173
Il-kollazzjoni ssir 
fil-wirt tad-
donatur.
921. Il-kollazzjoni ssir biss fil-wirt tad-donatur.
Liema ħwejjeġ 
huma suġġetti 
għall-kollazzjoni.
922. Hu suġġett għall-kollazzjoni dak illi l-mejjet ikun nefaq
biex iddota lid-dixxendenti bniet, jew biex għamel donazzjonijiet
f’kontemplazzjoni ta’ żwieġ, jew biex għamel patrimonju
ekkleżjastiku lid-dixxendent, jew biex akkwistalu benefiċċju
ekkleżjastiku, jew xi impieg jew stabbiliment, jew biex ħallas id-
djun tiegħu.
Dak kollu li hu 
mħolli b’testment 
mhux suġġett għal 
kollazzjoni.
923. Dak kollu li hu mħolli b’testment, ħlief fil-każ ta’
disposizzjoni kuntrarja, mhux suġġett għal kollazzjoni, bla ħsara
tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 938.
Spejjeż ta’ 
manteniment, eċċ., 
mhumiex suġġetti 
għal kollazzjoni.
924. L-ispejjez ta’ manteniment, ta’ edukazzjoni, u ta’ tagħlim,
l-ispejjeż tas-soltu f’okkażjoni ta’ żwiġijiet, u r-rigali li huwa użu li
jingħataw, mhumiex suġġetti għal kollazzjoni.
Utili akkwistati 
minn konvenzjoni 
mal-mejjet.
925. Hekk ukoll mhumiex suġġetti għal kollazzjoni l-utili
akkwistati minn konvenzjoni magħmula mal-mejjet, basta li din il-
konvenzjoni, fiż-zmien li tkun ġiet magħmula, ma kienet tagħti
ebda vantaġġ indirett.
Soċjetajiet 
partikolari 
magħmula bejn il-
mejjet u l-werriet.
926. Lanqas ma tingħata kollazzjoni minħabba xi soċjetajiet
partikolari magħmulin mingħajr qerq bejn il-mejjet u wieħed mill-
werrieta tiegħu.
Immobbli illi 
jispiċċa b’aċċident 
mhux suġġett għal 
kollazzjoni.
927. L-immobbli illi jispiċċa b’aċċident u mingħajr ħtija tad-
donatarju, mhux suġġett għal kollazzjoni.
Frottijiet, eċċ., ta’ 
ħwejjeġ suġġetti 
għal kollazjoni.
928. Il-frottijiet u l-imgħaxijiet tal-ħwejjeġ suġġetti għal
kollazzjoni ma jkollhomx jitħallsu ħlief minn dak in-nhar tal-ftuħ
tas-suċċessjoni.
Pensjonijiet jew 
renti mħallsin jew 
li għandhom 
jitħallsu mhumiex 
suġġetti għal 
kollazzjoni.
929. Il-pensjonijiet jew renti illi d-donatur kien obbliga ruħu li
jħallas lid-donatarju fil-ħajja tad-donatur innifsu, sew jekk ikunu
ġa tħallsu kemm jekk ikunu għad ma tħallsux, u l-konċessjoni ta’
renti, jew ta’ imgħaxijiet ta’ kapitali, jew ta’ frottijiet ta’ ħwejjeġ
oħra, li għandhom jittieħdu mid-donatarju fil-ħajja tad-donatur,
mhumiex suġġetti għal kollazzjoni.
Il-legatarji u l-
kredituri ma 
jistgħux jitolbu l-
kollazzjoni.
930. (1) Il-kollazzjoni tingħata biss mid-dixxendent werriet
lill-werriet l-ieħor miegħu, kif jingħad fl-artikolu 913.
(2) Bla ħsara tad-disposizzjoni ta’ l-artikolu 938, il-kollazzjoni
ma tingħatax lil legatarji jew kredituri tal-wirt, ħlief kemm-il darba
d-donatur ikun ordna xort’oħra.
Kif issir il-
kollazzjoni ta’ beni 
immobbli.
931. (1) Għal dawk li huma immobbli, il-kollazzjoni ssir, kif
jagħżel id-donatarju, jew billi jġib lura l-ħaġa nfisha, ħielsa minn
kull piż jew ipoteka li jkun għamel fuqha, inkella billi jgħodd
akkont ta’ sehmu l-valur tal-ħaġa fiż-żmien tal-kollazzjoni. 
(2) F’dan l-aħħar każ, kull wieħed mill-oħrajn li jkun parti fil-
qsim għandu l-jedd jieħu qabel xejn mill-massa tal-wirt fond
wieħed jew iżjed, fi kwantità  u kwalità , għall-anqas bejn wieħed u
ieħor xorta waħda, bħall-ħaġa li l-werriet l-ieħor ikun ikkonferixxa
billi għaddieha akkont ta’ sehmu, kif jingħad hawn fuq.
  174      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Spiża ta’ 
miljoramenti.
932. (1) Fil-każijiet kollha d-donatarju għandu jedd għall-ħlas
lura ta’ l-ispejjeż li bihom ikun għamel l-immobbli aħjar milli kien,
sa l-ammont li dan l-immobbli jkun b’hekk sar jiswa iżjed, billi
jittieħed qies taż-żmien tal-kollazzjoni.
(2) Hu għandu jedd ukoll għall-ħlas lura ta’ l-ispejjeż meħtieġa
li jkun għamel sabiex iżomm l-immobbli fi stat tajjeb, għad li dan l-
immobbli ma jkunx b’hekk sar aħjar milli kien.
(3) Id-donatarju, mill-banda l-oħra, iwieġeb għal kull ħaġa li
titgħarraq bi ħtija tiegħu u illi tkun tnaqqas il-valur ta’ l-immobbli.
Jekk id-donatarju 
jittrasferixxi l-
immobbli.
933. Jekk l-immobbli jkun ġie ttrasferit mid-donatarju, il-
miljoramenti jew il-ħsarat magħmulin mill-akkwirent jitqiesu bħal
ma jingħad fl-aħħar artikolu qabel dan.
Donazzjoni iżjed 
mis-sehem li 
minnu seta jagħmel 
id-donatur.
934. Jekk id-donatur ikun ħeles lid-donatarju mill-obbligu tal-
kollazzjoni, u d-donazzjoni tkun iżjed mis-sehem li minnu seta’
jagħmel id-donatur, il-kollazzjoni ta’ dak li jaqbeż dan is-sehem
issir skond ir-regoli miġjubin fl-artikolu 653.
Jedd tal-werriet li 
jżomm il-ħaġa li 
jikkonferixxi.
935. Il-werriet illi jikkonferixxi l-ħaġa nfisha, jista’ jżomm il-
pussess tagħha sakemm jiġi mħallas ta’ dak li jkollu jieħu għal
spejjeż u miljoramenti.
Kollazzjoni ta’ 
ħwejjeġ mobbli.
936. (1) Il-kollazzjoni ta’ ħwejjeġ mobbli ssir biss billi
jinqata’ mis-sehem il-valur tagħhom.
(2) Dan il-valur jitqies fuq l-istima li jkun hemm ma’ l-att tad-
donazzjoni, jew, jekk ma jkunx hemm din l-istima, fuq dik li tiġi
magħmula minn periti, billi jittieħed qies taż-żmien tad-donazzjoni. 
Kollazzjoni tal-
flus.
937. (1) Il-kollazzjoni tal-flus issir billi wieħed jieħu kwantità
anqas mill-flus li jinsabu fil-wirt.
(2) Jekk dawn il-flus ma jkunux biżżejjed, id-donatarju jista’
jeħles milli jrodd flus oħra billi jċedi ħwejjeġ mobbli, inkella, jekk
ma jkunx hemm ħwejjeġ mobbli, immobbli tal-wirt, sas-somma li
jkollu jagħti.
Jekk il-werriet, 
eċċ., li għandu l-
jedd għal-
leġittima, eċċ., 
jitlob li jiġu 
mnaqqsa l-ħwejjeġ 
mogħtija lill-
oħrajn.
938. (1) B’dak kollu li jingħad fl-artikoli 923 u 930, jekk id-
donatarju jew legatarju li għandu jedd għal-leġittima jew għal
sehem ieħor tal-beni, jitlob li tiġi mnaqqsa xi disposizzjoni
magħmula favur donatarju, werriet ieħor, jew legatarju wkoll jekk
barrani, minħabba illi dik id-disposizzjoni tkun taqbeż is-sehem illi
l-mejjet seta’ jagħmel minnu, għandu jqis bħala meħudin akkont
tal-leġittima jew sehem tiegħu, id-donazzjonijiet u l-legati
magħmulin lilu, meta ma jkunx ġie meħlus espressament minn dan.
(2) Dan il-ħelsien m’għandux effett bi ħsara ta’ donatarju qabel
fiż-żmien.
(3) Kull ħaġ’oħra illi, skond ir-regoli imsemmija fl-artikoli ta’
qabel dan, hija meħlusa mill-kollazzjoni, hija wkoll meħlusa milli
titqies bħala meħuda akkont.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        175
§  V. FUQ IL-ĦLAS TAD-DJUN
Kif il-werrieta 
joħorġu sehem 
bejniethom għall-
ħlas tad-djun.
939. (1) Il-werrieta jħallsu bejniethom id-djun tal-wirt f’dik il-
proporzjon u b’dak il-mod illi jkun ordna t-testatur.
(2) Jekk il-mejjet ma jkunx għamel testment jew ma jkunx
ordna kif għandhom jitqassmu d-djun, il-werrieta jħallsu d-djun
kull wieħed minnhom fil-proporzjon ta’ sehmu fil-wirt.
Kull wieħed mill-
werrieta hu 
obbligat quddiem 
il-kredituri skond 
ma jkun sehmu.
940. (1) Fil-każijiet kollha, quddiem il-kredituri, kull wieħed
mill-werrieta hu obbligat personalment għad-djun tal-wirt, skond
ma jkun sehmu.
(2) Iżda, jekk wieħed mill-werrieta jkollu l-pussess ta’ ħwejjeġ
ipotekati għad-dejn, huwa jkun, kwantu għal dawk il-ħwejjeġ,
obbligat b’ipoteka għad-dejn kollu, bla ħsara tal-jedd li jdur kontra
l-werrieta l-oħra.
Jedd tal-werriet illi 
jħallas id-dejn 
kollu, kontra l-
werrieta l-oħra.
941. (1) Dak fost il-werrieta illi, minħabba l-ipoteka, ikun
ħallas iżjed minn sehmu ta’ dejn komuni, m’għandux jedd idur
kontra l-werrieta l-oħra ħlief għas-sehem li kull wieħed minnhom
ikun imissu jagħti personalment, allavolja meta ħallas id-dejn, ikun
ġie mdaħħal fil-jeddijiet tal-kreditur.
(2) Iżda, il-werriet illi, bis-saħħa tal-benefiċċju ta’ l-inventarju,
ikun żamm il-jedd li jitlob il-ħlas tal-kreditu tiegħu nnifsu, jista’,
bħal kull kreditur ieħor, jitlob il-ħlas ta’ dan il-kreditu, bit-tnaqqis
tal-biċċa li hu għandu jbati bħala wieħed mill-werrieta.
Insolvenza ta’ 
wieħed mill-
werrieta.
942. Jekk wieħed mill-werrieta ma jkunx solvibbli, is-sehem
tiegħu tad-dejn ipotekarju jinqasam fuq il-werrieta l-oħra kollha,
kull wieħed skond sehmu.
Il-firda ta’ 
patrimonju minn 
ieħor.
943. Il-kredituri tal-wirt u l-legatarji jistgħu jitolbu l-firda tal-
patrimonju tal-mejjet minn dak tal-werriet, stabbilita fl-artikoli
2096 sa l-2106.
Il-legatarju mhux 
obbligat iħallas id-
djun tal-wirt.
944. Il-legatarju mhux obbligat iħallas id-djun tal-wirt, iżda bla
ħsara tal-jedd tal-kredituri, meta hemm dan il-jedd, għall-azzjoni
ipotekarja fuq il-fond imħolli b’legat, u bla ħsara wkoll ta’ l-
eżerċizzju tal-benefiċċju tal-firda ta’ patrimonju minn ieħor hawn
fuq imsemmi.
Il-legatarju li 
jħallas id-dejn 
jidħol fil-jeddijiet 
tal-kreditur.
945. Il-legatarju li jkun ħallas id-dejn li għalih il-fond imħolli
b’legat kien ipotekat, jidħol fil-jeddijiet tal-kreditur kontra l-
werrieta.
§  VI. FUQ L-EFFETTI TAL-QASMA U L-GARANZIJA TA’ 
L-ISHMA
Wara l-qasma l-
werriet hu 
magħdud li hu 
suċċessur waħdu u 
dirett fil-beni li 
jagħmlu s-sehem 
tiegħu.
946. Kull wieħed mill-werrieta hu magħdud suċċessur waħdu u
dirett fil-beni kollha li jagħmlu s-sehem tiegħu, jew li messu lilu
b’liċitazzjoni, u jitqies li qatt ma kellu l-proprjetà  tal-beni l-oħra
tal-wirt.
  176      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Il-werrieta jagħmlu 
tajjeb wieħed lill-
ieħor għall-
molestja u l-
evizzjoni.
947. (1) Il-werrieta jagħmlu tajjeb wieħed lill-ieħor għall-
molestja u l-evizzjoni, iżda biss kemm-il darba din il-molestja u
evizzjoni jkunu ġejjin minn raġuni li kienet teżisti minn qabel il-
qasma.
(2) L-obbligu ta’ din il-garanzija jispiċċa, jekk il-werriet ibati
l-evizzjoni bi ħtija tiegħu.
Il-partijiet jistgħu 
jiftiehmu li ma 
jagħmlux tajjeb 
wieħed lill-ieħor.
948. Il-partijiet li jagħmlu l-qasma jistgħu jiftiehmu li ma
jagħmlux tajjeb wieħed lill-ieħor; u f’dan il-każ igħoddu d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1411 u 1412.
Effetti tal-
garanzija.
949. (1) Kull wieħed mill-werrieta hu obbligat personalment,
skond ma jkun sehmu fil-wirt, li jindennizza lill-werriet sieħbu tat-
telf li dan ibati bl-evizzjoni.
(2) Jekk xi wieħed mill-werrieta ma jkunx solvibbli, is-sehem
li hu jkun imissu jħallas jiġi, fil-proporzjon imsemmija fis-
subartikolu (1), maqsum bejn il-persuna garantita u l-werrieta l-
oħra kollha li jkunu solvibbli.
Garanzija għall-
ħlas tad-djun.
950. (1) Il-werrieta huma garanti lejn xulxin tas-solvibbilità
tad-debituri tal-wirt.
(2) Dik il-garanzija ddum isseħħ biss għaż-żmien li jinħtieġ
għall-proċeduri meħtieġa biex jinġabar il-kreditu.
Il-garanzija għas-
solvibbilità  ta’ 
debitur ta’ renta 
ddum isseħħ ħames 
snin.
951. Il-garanzija għas-solvibbilità  ta’ debitur ta’ renta ma
ddumx isseħħ iżjed minn ħames snin mill-qasma.
Debitur li jsir 
insolvibbli wara l-
qasma.
952. Ma hemmx lok għall-garanzija meta d-debitur isir
insolvibbli wara li tkun saret il-qasma.
§  VII. FUQ IL-QASMA MAGĦMULA MILL-MISSIER, JEW
L-OMM, JEW MINN AXXENDENTI OĦRA, BEJN ID-DIXXENDENTI 
TAGĦHOM
Il-ġenituri jistgħu 
jqassmu ġidhom 
bejn uliedhom.
953. Il-missier, l-omm, u l-axxendenti l-oħra jistgħu jaqsmu u
jqassmu ġidhom bejn uliedhom u d-dixxendenti tagħhom, u fil-
qasma jistgħu idaħħlu wkoll l-biċċa li mhix disponibbli.
Il-qasma tista’ ssir 
b’testment jew 
b’att bejn il-ħajjin.
954. (1) Dik il-qasma tista’ ssir b’att bejn il-ħajjin jew
b’testment, bil-formalitajiet, u taħt il-kondizzjonijiet u r-regoli
stabbiliti għad-donazzjonijiet u għat-testmenti.
(2) Jekk il-qasma ssir b’att bejn il-ħajjin, ma jistgħux jidħlu
fiha ħlief il-beni preżenti.
ll-beni mhux 
imdaħħlin fil-
qasma jinqasmu 
skond il-liġi.
955. Jekk fil-qasma ma jkunux ġew imdaħħlin il-beni kollha
mħollija mill-axxendent fiż-żmien tal-mewt tiegħu, il-beni li ma
jkunux ġew imdaħħlin jiġu maqsuma skond il-liġi.
Il-qasma ma 
tiswiex jekk ma 
ssirx bejn it-tfal 
kollha.
956. (1) Il-qasma li ma tkunx saret bejn it-tfal kollha li jkunu
ħajjin fiż-żmien tal-ftuħ tas-suċċessjoni u d-dixxendenti tat-tfal li
jkunu mietu qabel illi jkollhom il-jedd għas-suċċessjoni, hija nulla
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        177
in toto.
(2) F’dan il-każ, it-tfal jew id-dixxendenti illi ma jkunux ġew
imdaħħlin fil-qasma, kemm ukoll dawk illi bejniethom tkun saret
il-qasma, jistgħu jitolbu qasma mill-ġdid.
Meta l-qasma tista’ 
tiġi attakkata.
Emendat: 
LVIII. 1975.5.
957. Il-qasma magħmula minn axxendent tista’ tiġi attakkata
meta minn dik il-qasma jew minn disposizzjonijiet oħra magħmulin
mill-axxendent, jinsab illi xi wieħed minn dawk li bejniethom ġew
maqsuma l-beni bata ħsara fis-sehem tal-leġittima tiegħu. 
In-nullità  tal-
qasma ma ġġibx 
in-nullità  ta’ 
disposizzjonijiet 
oħra.
958. In-nullità  tal-qasma ma ġgibx in-nullità  tad-
disposizzjonijiet li b’esekuzzjoni tagħhom il-qasma tkun saret,
lanqas jekk bl-att tal-qasma jkun ħa ġid wieħed barrani.
Titolu IV
FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET IN ĠENERALI
Mnejn jitnisslu l-
obbligazzjonijiet.
959. L-obbligazzjonijiet li mhumiex ġejjin mis-setgħa biss tal-
liġi, jitnisslu minn kuntratti, kważi-kuntratti, delitti, jew kważi-
delitti.
Sub-titolu I
FUQ IL-KUNTRATTI
Tifsir ta’ kuntratt.
nies jew iżjed, illi bih tiġi magħmula, regolata, jew maħlula
obbligazzjoni.
Il-kuntratt jista’ 
jkun bilaterali jew 
unilaterali,
961. (1) Il-kuntratt huwa sinallagmatiku jew bilaterali meta
dawk illi jikkuntrattaw jobbligaw ruħhom lejn xulxin.
(2) Il-kuntratt huwa unilaterali meta persuna waħida jew iżjed
jobbligaw ruħhom lejn persuna waħda jew iżjed, mingħajr ma jkun
hemm ebda obbligazzjoni min-naħa ta’ dawn ta’ l-aħħar.
b’titolu oneruż jew 
b’titolu gratuwitu,
962. (1) Meta kull waħda mill-partijiet tintrabat għall-
esekuzzjoni ta’ xi obbligazzjoni, il-kuntratt huwa b’titolu oneruż.
(2) Meta waħda mill-partijiet tagħti bla ħlas xi utli lill-oħra, il-
kuntratt huwa b’titolu gratuwitu.
kommutattiv,
partijiet tobbliga ruħha li tagħti jew tagħmel xi ħaġa li titqies bħala
li tiswa daqs dik li tiġi mogħtija lilha jew li tiġi magħmula għaliha.
aleatorju.
waħda minnhom, ikun jiddependi minn ġrajja mhix żgura, il-
kuntratt huwa aleatorju.
Regoli dwar l-
kuntratti.
965. Il-kuntratti, sew jekk ikollhom isem speċjali kemm jekk ma
jkollhomx, jaqgħu taħt ir-regoli ġenerali miġjubin f’dan it-Titolu,
  178      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
bla ħsara tad-disposizzjonijiet partikolari dwar xi kuntratti. 
§  I. FUQ IR-REKWIŻITI TAL-KUNTRATTI
Rekwiżiti tal-
kuntratti.
966. Ir-rekwiżiti essenzjali sabiex kuntratt ikun jiswa, huma:
(a) illi l-partijiet ikunu kapaċi biex jikkuntrattaw;
(b) il-kunsens ta’ dak illi jobbliga ruħu;
(ċ) ħaġa żgura li tkun l-oġġett tal-kuntratt;
(d) kawża leċita biex wieħed jobbliga ruħu.
FUQ IL-KAPACITÀ  TAL-PARTIJIET LI JIKKUNTRATTAW
Kapaċità  tal-
partijiet.
Emendat: 
XLVI. 1973.65.
967. (1) Kull persuna tista’ tikkuntratta, jekk mil-liġi mhix
iddikjarata inkapaċi.
(2) L-inkapaċità  ta’ l-ikkundannati għal kull piena li tkun, hija
mneħħija.
(3) Huma inkapaċi li jikkuntrattaw fil-każijiet imsemmijin mil-
liġi -
(a) il-minuri;
(b) l-interdetti jew inabilitati; u
(ċ) ġeneralment, dawk kollha illi l-liġi timpedihom minn
xi kuntratti.
Persuni li 
m’għandhomx 
l’użu tar-raġuni.
968. Kull kuntratt magħmul minn persuna li m’għandhiex l-użu
tar-raġuni, jew li tkun għad ma għalqitx seba’ snin, huwa null.
Persuni li ma 
għalqux l-età  ta’ 
erbatax-il sena.
Emendat: 
XXXVII. 1975.23.
969. (1) Hija wkoll nulla kull obbligazzjoni li biha jintrabat
tifel li ma għalaqx l-età  ta’ erbatax-il sena.
(2) Iżda, jekk it-tifel ikun għalaq disa’ snin, il-ftehim ikun
jiswa għal dawk l-obbligazzjonijiet li ħaddieħor ikun intrabat
bihom favur tiegħu.
Persuni li għalqu l-
età  ta’ erbatax-il 
sena imma mhux 
dik ta’ tmintax-il 
sena, jekk ikunu 
taħt is-setgħa tal-
ġenituri, eċċ.,
Emendat:
XXI. 1993.2.
970. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll fil-każ ta’ tfal li jkunu għalqu l-età  ta’ erbatax-il sena, iżda li
jkun għad ma għalqux dik ta’ tmintax-il sena, jekk ikunu taħt is-
setgħa tal-ġenituri, jew jekk ikollhom kuratur bla ħsara dejjem ta’
kull disposizzjoni oħra ta’ liġi dwar iż-żwieġ.
jekk ma jkunux 
taħt is-setgħa tal-
ġenituri.
Emendat: 
XXI. 1993.2.
Kap. 13.
971. (1) Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra tal-Kodiċi tal-
Kummerċ, il-minuri li għalaq erbatax-il sena, meta ma jkunx taħt
is-setgħa tal-ġenituri u lanqas ma jkollu kuratur, ma jistax
jittrasferixxi jew jipoteka l-beni immobbli tiegħu mingħajr l-
awtorizzazzjoni tal-qorti kompetenti.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        179
(2) Iżda, dan il-minuri jista’ jikkuntratta obbligazzjonijiet oħra,
bla ħsara, kwantu għal dawk l-obbligazzjonijiet l-oħra, ta’ l-azzjoni
tat-tħassir tal-kuntratt, li jista’ jkollu jedd għaliha, fil-każ ta’
leżjoni, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1214 sa l-1219. 
Tifel ’il fuq mill-
età  ta’ sittax-il sena 
jista’ jiftaħ u 
jħaddem kont 
f’bank. 
Miżjud: 
XXI. 1993.76.
971A. Minkejja kull disposizzjoni ta’ dan il-Kodiċi, tifel li jkun
għalaq is-sittax-il sena jista’ jiddepożita flus f’kont f’bank miftuħ
mit-tifel f’ismu, u kull flus depożitati f’kull kont bħal dak jistgħu
jkunu rtirati biss minn dak it-tifel minkejja li dawk il-flus jistgħu
jkunu suġġetti għall-amministrazzjoni, użufrutt jew awtorità  ta’ xi
persuna oħra. Għall-finijiet kollha tal-liġi, tifel, dwar il-ftuħ u
tħaddim ta’ xi kont bħal dak, jitqies li hu ta’ l-età .
Interdetti.
Kap. 12.
972. L-inkapaċità  ta’ l-interdetti hija jew ġenerali għal kull
xorta ta’ kuntratti, jew speċjali għal xi kuntratti biss, kif jingħad
fid-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Taqsima II tat-Tieni Ktieb
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
In-nullità  ma tistax 
tiġi eċċepita minn 
persuna kapaċi li 
tikkuntratta.
973. Il-persuni kapaċi li jikkuntrattaw ma jistgħux jeċċepixxu n-
nullità  tal-kuntratt minħabba l-inkapaċità  ta’ dawk li magħhom
ikunu kkuntrattaw.
FUQ IL-KUNSENS
Kunsens.
vjolenza, jew b’egħmil doluż, ma jkunx jiswa.
Żball dwar il-liġi.
meta dan ikun il-kawża waħdenija jew ewlenija tiegħu.
Żball dwar il-fatt.
ħlief meta jaqa fuq is-sustanza nfisha tal-ħaġa li tkun l-oġgett tal-
ftehim.
(2) Il-ftehim ma jkunx null jekk l-iżball jaqa’ biss fuq il-
persuna li magħha jkun sar il-ftehim, ħlief meta l-għażla ta’ dik il-
persuna tkun il-kawża ewlenija ta’ dak il-ftehim.
Vjolenza.
obbligazzjoni hija motiv ta’ nullità , ukoll jekk dik il-vjolenza tkun
ġiet magħmula minn wieħed ieħor li ma jkunx dak li favur tiegħu
tkun saret l-obbligazzjoni.
(2) Iżda, l-obbligazzjoni favur dak li ma jkunx ħa sehem fil-
vjolenza, bħala ħlas ta’ l-għajnuna li jkun ta biex jeħles lill-parti li
tobbliga ruħha mill-vjolenza magħmula fuqha minn wieħed ieħor,
ma tistax tiġi annullata minħabba dik il-vjolenza; iżda s-somma jew
ħaġ‘oħra mwiegħda tista’ tiġi mnaqqsa, kemm-il darba tkun barra
mill-qies.
Meta jitqies li 
kunsens ġie meħud 
bi vjolenza.
978. (1) Il-kunsens jitqies meħud bil-vjolenza meta l-vjolenza
hija tali li taħkem fuq persuna raġonevoli u ġġegħilha tibża’ li hija
nfisha jew ħwejjiġha jistgħu jiġu mqiegħda għal xejn b’xejn
f’perikolu ta’ ħsara kbira.
(2) F’dawn il-każijiet, għandhom jitqiesu l-età,  is-sess, u l-
  180      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
kondizzjoni tal-persuna.
Meta l-vjoienza 
hija wżata fuq ir-
raġel jew il-mara, 
eċċ., tal-parti li 
tikkuntratta.
979. (1) Il-vjolenza hija motiv ta’ nullità  tal-kuntratt, ukoll
meta d-deni mhedded ikun dirett biex jolqot il-persuna jew il-
ħwejjeġ tal-mara, jew tar-raġel, jew ta’ dixxendent, jew ta’
axxendent tal-parti li tikkuntratta. 
(2) Jekk id-deni mhedded ikun dirett biex jolqot il-persuna jew
il-ħwejjeġ ta’ persuni oħra, huwa mħolli fid-dehen tal-qorti, skond
iċ-ċirkostanzi tal-każ, li tannulla l-kuntratt jew li twettaq il-validità
tiegħu.
Il-biza’ ta’ qima. 980. Il-biża biss ta’ qima lejn il-missier, l-omm, jew axxendenti
oħra, jew lejn ir-raġel, mhix biżżejjed biex tannulla l-kuntratt jekk
ebda vjolenza ma tkun ġiet użata.
Egħmil doluż. 981. (1) L-egħmil doluż huwa motiv ta’ nullità  tal-ftehim,
meta l-inganni magħmulin minn waħda mill-partijiet ikunu tali illi
mingħajrhom il-parti l-oħra ma kenitx tikkuntratta.
(2) L-egħmil doluż ma jistax ikun preżunt, imma għandu jiġi
ppruvat.
FUQ L-OĠĠETTI TAL-KUNTRATTI
L-oġġett tal-
kuntratti.
982. (1) Kull kuntratt għandu b’oġġett ħaġa illi waħda mill-
partijiet li jikkuntrattaw tintrabat li tagħti, li tagħmel, jew li ma
tagħmilx.
(2) Il-ħwejjeġ biss li ma humiex extra commercium jistgħu
jkunu oġġett ta’ ftehim.
(3) L-użu biss jew il-pussess biss ta’ ħaġa jista’, bħal ħaġa
nfisha, ikun oġġett ta’ kuntratt.
L-ogġett ta’ 
obbligazzjoni 
għandu jkun ħaġa 
determinata.
983. (1) L-obbligazzjoni għandu jkollha b’oġġett tagħha ħaġa
determinata, għall-inqas għal dik li hija l-ispeċi tagħha.
(2) Il-biċċa jew il-kwantità  tal-haġa tista’ ma tkunx żgura,
basta li tista’ tiġi determinata.
Il-ħwejjeġ futuri 
jistgħu jkunu 
oġġett ta’ kuntratt.
984. (1) Il-ħwejjeġ futuri jistgħu jkunu oġġett ta’ kuntratt.
(2) Iżda, ħadd ma jista’ jirrinunzja għal suċċessjoni illi tkun
għad ma nfetħitx, jew jagħmel ftehim fuqha, sew mal-persuna illi
tagħha tkun is-suċċessjoni, kemm ma ħaddieħor, allavolja jkun
hemm il-kunsens ta’ dik il-persuna; bla ħsara ta’ kull disposizzjoni
oħra tal-liġi dwar dawn ir-rinunzji jew dan il-ftehim, meta jsiru
f’okkażjoni ta’ żwieġ, jew meta jittieħdu l-voti reliġjużi.
Ħwejjeġ li ma 
jistgħux ikunu 
oġġett ta’ kuntratt.
985. Il-ħwejjeġ impossibbli, jew ipprojbiti mil-liġi, jew
kuntrarji għall-egħmil xieraq, jew għall-ordni pubbliku, ma
jistgħux ikunu oġġett ta’ kuntratt.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        181
Patt quotae litis.
Emendat: 
XXXIX. 1961.2; 
VI.1983.2.
986. (1) Il-pattijiet quotae litis huma nulli.
Imgħaxijiet żejda.
kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-Kodiċi jew ta’ xi liġi oħra, kull
obbligazzjoni għall-ħlas ta’ mgħaxijiet f’iżjed minn tmienja fil-
mija fis-sena hija wkoll nulla għal dak li hu żejjed.
FUQ IL-KAWŻA TAL-KUNTRATTI
Obbligazzjoni 
mingħajr kawża 
jew illeċita.
987. L-obbligazzjoni mingħajr kawża, jew magħmula fuq kawża
falza jew illeċita, m’għandha ebda effett.
Il-kawża tista’ tiġi 
ppruvata 
għalkemm ma 
tkunx espressa.
988. Il-ftehim, b’dan kollu, jibqa’ jiswa jekk jiġi ppruvat li kien
hemm kawża biżżejjed, għalkemm mhux espressa.
Jekk il-kawża 
espressa hija falza.
989. Jekk il-kawża espressa tkun falza, il-ftehim jista’, b’dan
kollu, jinżamm sħiħ, kemm-il darba jiġi ppruvat li kien hemm
kawża oħra.
Kawża illeċita.
kuntrarja għall-egħmil xieraq jew għall-ordni pubbliku.
Jekk il-kawża ma 
tkunx leċita min-
naħa biss tal-parti 
li favur tagħha ssir 
obbligazzjoni jew 
min-naħa taż-żewġ 
partijiet.
991. (1) Jekk il-kawża li għaliha tkun ġiet imwiegħda xi ħaġa
hija illeċita min-naħa biss tal-parti li favur tagħha ssir l-
obbligazzjoni, kull ħaġa li tkun ġiet mogħtija għall-esekuzzjoni tal-
kuntratt tista’ tintalab lura.
(2) Jekk il-kawża hija illeċita għaż-żewġ partijiet, ebda waħda
minnhom, jekk ma tkunx minuri, ma tista’ titlob lura dak li tkun tat
lill-oħra, bla ħsara tad-disposizzjoni ta’ l-artikolu 1716. 
§ II . FUQ L-EFFETTI TAL- KUNTRATTI
Effetti tal-kuntratti.
ta’ liġi għal dawk li jkunu għamluhom.
(2) Dawn il-kuntratti ma jistgħux jiġu mħassra ħlief bil-
kunsens ta’ xulxin tal-partijiet, jew għal raġunijiet magħrufin mil-
liġi.
Il-kuntratti 
għandhom jiġu 
esegwiti bil-bona 
fidi.
993. Il-kuntratti għandhom jiġu esegwiti bil-bona fidi, u
jobbligaw mhux biss għal dak li jingħad fihom, iżda wkoll għall-
konsegwenzi kollha li ġġib magħha l-obbligazzjoni skond ix-xorta
tagħha, bl-ekwità , bl-użu jew bil-liġi.
Effett tal-kuntratti 
meta l-ħaġa 
ttrasferita hija 
żgura u 
determinata.
994. Jekk il-kuntratt ikollu bħala oġġett it-trasferiment tal-
proprjetà , jew ta’ jedd ieħor fuq ħaġa żgura u determinata, din il-
proprjetà  jew dan il-jedd jiġu ttrasferiti u akkwistati b’effett tal-
kunsens tal-partijiet, u l-ħaġa tibqa’ għar-riskju ta’ min
jakkwistaha, għalkemm ma tkunx għadha saret il-kunsinna tagħha.
  182      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Jekk il-ħaġa 
ttrasferita mhix 
żgura jew mhix 
determinata.
995. (1) Jekk il-kuntratt ikollu bħala oġġett ħaġa mhix żgura
jew mhix determinata, il-kreditur ma jsirx sid dik il-ħaġa sakemm
din ma ssirx żgura, jew sakemm id-debitur ma jispeċifikax liema
hija, u jgħarraf lill-kreditur li huwa speċifikaha.
(2) Sakemm il-ħaġa ma ssirx żgura u determinata, tibqa’ għar-
riskju tad-debitur.
Effetti tal-kuntratti 
quddiem it-terzi.
996. (1) B’dan kollu, quddiem it-terzi, kull kuntratt li bih tiġi
ttrasferita l-proprjetà  ta’ ħwejjeġ immobbli, jew jedd ieħor fuq
dawk il-ħwejjeġ, ma jibdiex, f’ebda każ, ikollu seħħ ħlief mill-waqt
li dak il-kuntratt jiġi mniżżel fl-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, kif
jingħad fl-artikolu 330.
(2) Jekk it-trasferiment ikun sar b’bejgħ fl-irkant fil-qorti, in-
nota ta’ l-iskrizzjoni għandha tiġi ffirmata mir-reġistratur tal-qorti
li taħt is-setgħa tagħha tkun saret il-liberazzjoni tal-ħaġa. 
Jekk ħaġa mobbli 
tiġi mwiegħda bi 
ftehim wara ieħor 
lil żewġ persuni 
jew iżjed.
997. Jekk il-ħaġa illi persuna, b’konvenzjonijiet, waħda wara l-
oħra, tkun intrabtet li tagħti jew li tikkunsinna lil żewġ persuni jew
iżjed, tkun mobbli minnha nfisha, jew titolu għall-purtatur, il-
persuna li lilha tkun ġiet ikkunsinnata, u illi tkun akkwistata b’
bona fidi, hija ppreferita għall-oħra jew għall-oħrajn u għandha l-
jedd iżżommha, għalkemm it-titolu ta’ l-akkwist tagħha jkun wara
fid-data.
Għandu jitqies li 
wieħed wiegħed 
jew ftiehem għalih 
innifsu, għall-
werrieta tiegħu, 
eċċ.
998. Għandu jitqies illi wieħed wiegħed jew ftiehem għalih
innifsu, għall-werrieta tiegħu, u għal dawk illi minnu ġejjin il-
jeddijiet tagħhom, meta l-kuntrarju mhux stabbilit espressament
mil-liġi, jew mill-partijiet fil-ftehim, jew ma jkunx jidher mix-
xorta tal-ftehim.
Wieħed li 
jikkuntratta f’ismu 
ma jistax jorbot 
ħlief lilu nnifsu,
999. (1) Hadd ma jista’ b’kuntratt f’ismu jobbliga ruħu jew
jikkuntratta ħlief għalih innifsu.
iżda jista’ jintrabat 
għall-esekuzzjoni 
ta’ obbligazzjoni 
minn persuna oħra.
(2) B’dan kollu, wieħed jista’ jobbliga ruħu lejn ieħor, billi
jwiegħed xi ħaġa li għandha tiġi magħmula minn persuna oħra;
iżda, f’dan il-każ, jekk din il-persuna l-oħra ma tkunx trid
tesegwixxi l-obbligazzjoni, dak li jkun obbliga ruħu jew wiegħed
it-twettiq ta’ l-obbligazzjoni, ikun suġġett biss għall-ħlas tal-ħsara. 
Meta wieħed jista’ 
jikkuntratta għall-
vantaġġ ta’ persuna 
oħra.
1000.  Wieħed jista’ wkoll jikkuntratta għall-vantaġg ta’ terza
persuna, meta dan ikun il-mod jew il-kondizzjoni ta’ patt li jagħmel
għalih innifsu, jew ta’ donazzjoni jew ta’ konċessjoni magħmula
minnu lil ħaddieħor; u l-persuna li tagħmel dan il-patt ma tistax
tħassru jekk dik it-terza persuna tkun iddikjarat li trid tinqeda bih.
Il-kuntratti 
għandhom effett 
biss bejn dawk li 
jikkuntrattaw 
flimkien.
1001.  Il-kuntratti  għandhom  effett  bejn  il-partijiet li
jikkuntrattaw biss, u ma jistgħux ikunu ta’ ħsara jew ta’ ġid għal
ħaddieħor, ħlief fil-każijiet li tgħid il-liġi.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        183
§  III. FUQ L-INTERPRETAZZJONI TAL-KUNTRATTI
M’hemmx lok għal 
interpretazzjoni 
meta s-sens tal-
kliem hu ċar.
1002.  Meta l-kliem ta’ konvenzjoni, meħud fis-sens li għandu
skond l-użu fiż-żmien tal-kuntratt, hu ċar, ma hemmx lok għal
interpretazzjoni.
Jekk is-sens tal-
kelma ma jaqblix 
ma’ l-intenzjoni 
tal-partijiet.
1003.  Meta s-sens tal-kelma ma jaqbilx ma’ dak li kellhom fi
ħsiebhom il-partijiet kollha, kif ikun jidher ċar mill-pattijiet
meħudin kollha flimkien, għandha tgħodd l-intenzjoni tal-partijiet. 
Klawsola li tista’ 
tfisser żewġ 
ħwejjeġ.
1004. Meta klawsola tista’ tfisser haġa u oħra, għandha tiftiehem
li tfisser dik il-ħaġa li biha jista’ jkun hemm xi effett milli dik il-
ħaġa li biha ma jista’ jkun hemm ebda effett.
Kliem li jistgħu 
ifissru żewġ 
ħwejjeġ.
1005. Il-kliem li jista’ jfisser ħaġa u oħra għandu jiftiehem fis-
sens li l-iżjed jaqbel ma’ l-oġġett tal-kuntratt.
Dak li mhux ċar.
ikun sar il-kuntratt.
Klawsoli ta’ użu.
ukoll jekk ma jkunux ġew espressi.
Il-klawsoli jitfissru 
l-waħda bl-oħra.
1008.  Il-klawsoli kollha ta’ kuntratt jitfissru l-waħda bl-oħra,
billi lil kull klawsola jingħata s-sens illi jidher mill-att kollu.
Dubju.
tiegħu saret l-obbligazzjoni u favur dak illi ntrabat bl-
obbligazzjoni.
Kliem ġenerali.
jkunu ġenerali, fil-konvenzjoni ma jidħlux ħlief il-ħwejjeġ li
fuqhom ikun jidher li l-partijiet kellhom il-ħsieb li jikkuntrattaw.
Tismija ta’ każ 
biex jitfisser 
ftehim.
1011.  Meta f’kuntratt jiġi msemmi każ wieħed sabiex bih
jitfisser il-ftehim, ma jitqiesx b’daqshekk illi l-partijiet riedu jħallu
barra każijiet oħra li ma ġewx imsemmija, jekk dawn il-każijiet l-
oħra, skond ir-raġuni, kienu wkoll fl-iskop tal-ftehim.
Sub-titolu II
FUQ IL-KWAŻI KUNTRATTI, DELITTI U KWAŻI-DELITTI
§  I. FUQ IL-KWAŻI KUNTRATTI
Tifsir.
toħroġ obbligazzjoni lejn persuna oħra, jew obbligazzjoni tal-
partijiet lejn xulxin.
Dmirijiet ta’ 
negotiorum gestor.
1013.  Jekk persuna ta’ l-età  u kapaċi li tikkuntratta, minrajha
tindaħal għal affari ta’ persuna oħra, hija ssir suġġetta għall-
obbligu li tissokta fit-tmexxija ta’ l-affari li tkun bdiet u li
twassalha sat-tmiem, sakemm il-parti interessata tkun tista’ hija
nfisha tieħu ħsieb dik l-affari, u għandha tieħu ħsieb ta’ dak kollu li
jkun jiddependi minn dik l-affari, u hija suġġetta għall-
obbligazzjonijiet kollha li jġib miegħu mandat.
  184      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Mewt tal-parti 
nteressata qabel ma 
l-affari tiġi 
mwassla sat-
tmiem.
1014.  Jekk il-parti interessata tmut qabel ma l-affari tiġi
mwassla sat-tmiem, dak li jkun indaħal hu obbligat jissokta fit-
tmexxija ta’ l-affari sakemm il-werriet ikun jista’ jieħu t-triġija
tagħha. 
Il-ħsieb li għandu 
jieħu min jindaħal.
1015.  Il-persuna li tindaħal għandha tuża fit-triġija ta’ dik l-
affari l-ħsieb kollu ta’ missier tajjeb tal-familja.
Każijiet li fihom 
jinħtieġ grad akbar 
ta’ ħsieb.
1016. Id-disposizzjoni ta’ l-aħħar artikolu qabel dan għandha tiġi
applikata b’mod aktar sever f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) jekk min indaħal, ikun hekk indaħal kontra l-
projbizzjoni tal-parti interessata;
(b) jekk, minħabba li jkun hekk indaħal, ma tkunx indaħlet
għat-tmexxija ta’ l-affari persuna ta’ ħila aktar;
(ċ) jekk min indaħal stess ma kellux il-ħila meħtieġa.
Setgħa tal-qorti li 
timmodera d-
danni.
1017.  Il-qorti tista’ dejjem timmodera d-danni li jkunu saru
minħabba nuqqas ta’ ħsieb jew ta’ kont tal-persuna li tkun indaħlet,
skond ma jkunu ċ-ċirkostanzi li jkunu ġegħluha tindaħal għal dik l-
affari. 
Obbligi tal-parti 
interessata.
1018.  Jekk l-affari tkun ġiet immexxija tajjeb, il-parti
interessata, ukoll jekk it-tmexxija, b’aċċident, ma tkunx sfat ta’ ġid
għaliha, għandha tesegwixxi l-obbligazzjonijiet li f’isimha jkun
ikkuntratta dak li ndaħal, għandha tindennizzah ta’ kull
obbligazzjoni li jkun ħa fuqu f’ismu, u tagħtih lura l-ispejjeż
meħtieġa jew utili, flimkien ma’ l-imgħaxijiet minn dak in-nhar li
dawk l-ispejjeż ikunu ġew magħmula.
Meta min indaħal 
ikun ħaseb li l-
affari kienet 
tiegħu.
1019. Iżda, jekk min indaħal ikun ħaseb li qiegħed imexxi affari
tiegħu nnifsu, m’għandu jedd għal ebda indennizz iżjed mill-
benefiċċju li l-parti interessata fil-fatt tkun ħadet.
Meta dak li 
jindaħal 
m’għandux jedd 
għal indennizz billi 
jkun indaħal kontra 
l-volontà  tal-parti 
interessata.
1020. Dak li jkun indaħal kontra l-projbizzjoni espressa tal-parti
interessata, m’għandu jedd għal ebda indennizz.
Radd ta’ ħwejjeġ li 
wieħed ma kellux 
jieħu.
1021. Kull min jirċievi, sew xjentement jew bi żball, ħaġa li hu
ma kellux jieħu la taħt obbligazzjoni ċivili lanqas naturali, għandu
jroddha lil dak li minn għandu jkun irċiviha bla jedd.
Jekk dejn jiġi 
mħallas bi żball.
1022.  (1) Kull min, billi jaħseb bi żball li hu debitur, iħallas
dejn, għandu jedd jitlob il-ħlas lura mingħand il-kreditur.
(2) Iżda, dan il-jedd jispiċċa jekk, minħabba dak il-ħlas, il-
kreditur ikun, b’bona fidi, telaq minn idejh il-prova jew il-garanzija
ta’ dak il-kreditu, bla ħsara tal-jedd ta’ dak li jkun ħallas li jdur
kontra l-veru debitur.
Radd ta’ kapital u 
mgħaxijiet jekk 
min jirċievi l-ħlas 
jagħmlu b’mala 
fidi.
1023.  (1) Dak li mingħajr jedd ikun irċieva l-ħlas ta’ somma ta’
flus għandu, jekk ikun għamlu b’mala fidi, irodd sew il-kapital
kemm ukoll l-imgħaxijiet minn dak in-nhar tal-ħlas.
(2) lżda, jekk ikun għamlu b’bona fidi, mhux obbligat irodd
ħlief il-kapital biss.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        185
Radd tal-ħaġa 
nfisha.
1024. Dak li mingħajr jedd ikun irċieva xi ħaġ‘oħra, li mhix flus,
illi tkun għadha għandu, hu obbligat irodd il-ħaġa nfisha lil dak li
minn għandu jkun irċevieha.
Jekk il-ħaġa li 
wieħed jirċievi 
mingħajr jedd ma 
tkunx għadha iżjed 
għandu.
1025.  (1) Jekk il-ħaġa ma tkunx għadha iżjed għandu, jew tkun
tgħarrqet, huwa, jekk ikun irċevieha b’mala fidi, għandu l-istess
obbligi li, skond l-artikoli 556 u 557, għandu l-pussessur ta’ mala
fidi.
(2) Jekk ikun irċieva l-ħaġa b’bona fidi, hu obbligat għar-radd
ta’ kemm tiswa, jew, skond il-każ, għat-tiswija tat-tgħarriq tal-
ħaġa, iżda biss sas-somma tal-profitt li, bit-trasferiment jew bit-
tgħarriq tal-ħaġa, huwa jkun għamel; u kemm-il darba hu jkun għad
ma daħħalx l-oġġett tal-profitt li jkun ħa minn dak it-trasferirnent
jew tgħarriq, hu obbligat biss iċedi l-azzjoni għad-dħul tiegħu.
(3) Mhux obbligat irodd il-valur tal-ħaġa, jekk ikun tilifha,
taha jew qeridha.
Igħoddu d-
disposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 540 
sal-545, u 547.
1026.  (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 540 sal-545, u 547
igħoddu għal kull persuna li tkun irċeviet ħaġa mingħajr jedd,
skond jekk tkun irċevietha b’bona fidi jew b’mala fidi.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 548, 549 u 550 igħoddu
wkoll fil-każijiet kollha għal dik il-persuna.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni sabiex 
jintalab lura dak li 
jkun ġie mogħti bla 
ma jmiss.
1027.  L-azzjoni biex jintalab lura dak li jkun ingħata mingħajr
ma kien imiss, meta ma tkunx waqgħet bil-preskrizzjoni bis-saħħa
tad-disposizzjonijiet miġjuba taħt it-titolu dwar il-preskrizzjoni,
taqa’ bil-preskrizzjoni bl-egħluq ta’ sentejn minn dak in-nhar illi
dak li lilu tmiss l-azzjoni jikxef l-iżball.
Dak li jħallas bi 
żball ma jistax 
jirkupra l-ħaġa 
mingħand terza 
persuna.
1028.  Dak li bi żball ikun ta l-ħaġa, ma jistax jitlobha lura
mingħand terza persuna illi lilha, b’kull titolu li jkun, tkun ġiet
mogħtija mingħand dak li kien irċeviha.
§  II. FUQ ID-DELITTI U KWAŻI-DELITTI
Ħsara b’aċċident.
fin-nuqqas ta’ disposizzjoni espressa tal-liġi li tgħid il-kuntrarju,
dak illi fuq il-persuna jew il-beni tiegħu tiġri l-ħsara.
Użu tal-jedd fil-
qies li jmiss.
1030. Kull min jagħmel użu ta’ jedd tiegħu fil-qies li jmiss, ma
jweġibx għall-ħsara li tiġri b’dan l-użu.
Kull wieħed 
iwieġeb għall-
ħsara li tiġri bi ħtija 
tiegħu.
1031.  lżda, kull wieħed iwieġeb għall-ħsara li tiġri bi ħtija
tiegħu.
Meta persuna 
titqies li hija fi 
ħtija.
1032.  (1) Jitqies fi ħtija kull min bl-egħmil tiegħu ma jużax il-
prudenza, id-diliġenza, u l-ħsieb ta’ missier tajjeb tal-famiija.
(2) Ħadd ma jwieġeb, fin-nuqqas ta’ disposizzjoni espressa tal-
liġi, għall-ħsara li tiġri minħabba nuqqas ta’ prudenza, ta’ diliġenza
jew ta’ ħsieb fi grad akbar.
  186      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Nuqqas ta’ 
diliġenza.
1033.  Kull min, bil-ħsieb jew mingħajr ħsieb li jagħmel deni,
għax ikun irid jew b’nuqqas ta’ diliġenza, ta’ prudenza jew ta’
ħsieb, jagħmel jew jonqos li jagħmel xi ħaġa ii biha jikser xi dmir
impost mil-liġi, hu obbligat għall-ħlas tal-ħsara li tiġri minħabba
f’hekk.
Responsabbiltà  ta’ 
min jieħu ħsieb ta’ 
minuri jew ta’ 
miġnun.
1034. Kull min jieħu ħsieb ta’ wieħed minuri jew ta’ miġnun, hu
obbligat għall-ħsara li jagħmel il-minuri jew il-miġnun meta huwa
ma jkunx ħa l-ħsieb ta’ missier tajjeb tal-familja biex il-fatt ma
jiġrix.
Ħsara magħmula 
minn tfal ta’ taħt l-
età  ta’ disa’ snin, 
eċċ.
1035. L-imġienen, it-tfal ta’ taħt l-età  ta’ disa’ snin, u, meta ma
jiġix ippruvat li mxew bil-ħażen, it-tfal ukoll li ma jkunux għalqu l-
età  ta’ erbatax-il sena, mhumiex obbligati għall-ħlas tal-ħsarat
magħmulin minnhom; iżda jibqa’ sħiħ il-jedd ta’ min ikun bata l-
ħsara għall-azzjoni, meta hemm lok għaliha, kontra dawk li huma
obbligati għal dawk il-ħsarat, skond l-aħħar artikolu qabel dan.
Setgħa tal-qorti li 
tordna li l-ħsara 
tiġi mħallsa minn 
ħwejjeġ il-minuri, 
eċċ.
1036. Madankollu, jekk min bata l-ħsara ma jkunx jista’ jitħallas
tagħha mingħand dawk il-persuni l-oħra, minħabba li dawn ma
jkunux obbligati jew minħabba li ma jkollhomx mezzi, u min ikun
bata l-ħsara ma jkunx, b’nuqqas ta’ diliġenza, ta’ ħsieb jew ta’
prudenza, ta huwa nnifsu lok għall-ħsara, il-qorti tista’, wara li tqis
iċ-ċirkostanzi tal-każ, u b’mod partikolari l-mezzi ta’ dak li jkun
ikkaġuna u ta’ l-ieħor li jkun bata l-ħsara, tordna li din il-ħsara tiġi,
kollha jew biċċa minnha, imħallsa bi ħwejjeġ il-minuri jew il-
miġnun imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan.
Responsabbiltà  ta’ 
min iqabbad 
persuna mhux ta’ 
ħila.
1037. Kull min għal xi xogħol jew servizz ieħor iqabbad persuna
mhux ta’ ħila, jew illi hu ma jkollux raġun jaħseb li hija ta’ ħila, hu
obbligat għall-ħsara illi dik il-persuna, minħabba n-nuqqas ta’ ħila
tagħha, tikkaġuna lil ħaddieħor fl-esekuzzjoni tax-xogħol jew
servizz hawn fuq imsemmi.
Min jindaħal għal 
xogħol bla ma 
jkollu l-ħila għalih.
1038. Kull min mingħajr ma jkollu l-ħila meħtieġa jindaħal għal
xogħol jew servizz, hu obbligat għall-ħsara li, minħabba n-nuqqas
ta’ ħila tiegħu, jikkaġuna lil ħaddieħor.
Responsabbiltà  ta’ 
lukandieri. 
Sostitwit: 
II. 1966.2.
1039.  (1) Il-lukandier ikun responsabbli sa ammont ta’ mhux
iżjed minn ħamsa u sebgħin lira għal kull ħsara jew distruzzjoni
jew telf ta’ proprjetà  li tkun inġiebet fil-lukanda minn xi alloġġjant.
(2) Ir-responsabbiltà  ta’ lukandier tkun illimitata -
(a) jekk il-proprjetà  tkun ġiet depożitata għandu, jew
(b) jekk huwa jkun irrifjuta li jirċievi d-depożitu ta’
proprjetà  li huwa obbligat li jirċievi għal kustodja
żgura skond id-disposizzjoni tas-subartikolu li jaħbat
sew sew wara dan; jew
(ċ) f’kull każ li fih il-ħsara fil-proprjetà , jew id-
distruzzjoni jew telf tagħha tkun ġiet kaġunata,
volontarjament jew minħabba negliġenza jew nuqqas
ta’ sengħa, anki fi grad żgħir ħafna, minnu jew minn
persuna fl-impieg tiegħu jew minn xi persuna li huwa
jkun responsabbli għall-egħmil tagħha.
(3) ll-lukandier ikun obbligat li jirċievi għall-kustodja żgura
titoli, flus u oġġetti ta’ valur ħlief oġġetti perikolużi u dawk l-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        187
oġġetti li meta jittieħed kont tad-daqs jew grad tal-lukanda jkunu
ingombranti jew ikunu ta’ valur eċċessiv.
(4) Il-lukandier ikollu dritt li jeħtieġ li l-oġġetti konsenjati
għall-kustodja żgura jkunu f’pakk marbut jew issiġillat.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ma għandhomx
japplikaw jekk l-alloġġjant, wara li jsir jaf bil-ħsara, distruzzjoni
jew telf ma jinformax lil-lukandier mingħajr telf ta’ żmien jew jekk
il-ħsara fil-proprjetà , id-distruzzjoni jew it-telf tagħha tkun
minħabba -
(a) fatt aċċidentali jew forza irresistibbli; jew
(b) raġuni inerenti għax-xorta tal-proprjetà  danneġġjata,
distrutta jew mitlufa; jew
(ċ) att jew ommissjoni ta’ l-alloġġjant li jkun ġiebha fil-
lukanda, jew ta’ xi persuna, li ma tkunx il-lukandier, li
lilha dak l-alloġgjant ikun fada dik il-proprjetà  jew ta’
xi persuna fl-impieg ta’ dak l-alloġġjant jew li tkun
takkompanjah jew tivviżitah.
(6) Kull ftehim taċitu jew espress li jsir bejn lukandier u
alloġġjant qabel ma tkun saret xi ħsara fi proprjetà  jew id-
distruzzjoni jew telf tagħha li juri li jeskludi, inaqqas jew jagħmel
anqas oneruża r-responsabbiltà  tal-lukandier kif stabbilit f’dan l-
artikolu jkun null u bla effett:
Iżda fil-każijiet imsemmija fis-subartikolu (2)(a) u (ċ),
meta l-ħsara fil-proprjetà  jew id-distruzzjoni jew telf tagħha ma
tkunx ġiet kaġunata minn persuna msemmija fl-imsemmi paragrafu
(ċ) volontarjament jew minħabba negliġenza kbira, kull ftehim
iffirmat f’kull żmien mill-alloġġjant li bih ir-responsabbiltà  tal-
lukandier tkun imnaqqsa għal ammont li ma jkunx anqas minn
ħamsa u sebgħin lira jkun validu.
(7) F’dan l-artikolu u fl-artikolu 2009  "alloġġjant" tfisser
persuna li toqgħod fil-lukanda u li jkollha kumdità  għall-irqad
għad-disposizzjoni tagħha fil-lukanda, iżda li ma tkunx impjegata
fil-lukanda.
(8) F’dan l-artikolu, kull riferenza għal "lukandier", ħlief
safejn ir-responsabbiltajiet hemmhekk stabbiliti jkunu mposti fuq
il-lukandier, għandha tiftiehem li tinkludi riferenza għall-persuna
inkarigata mil-lukanda jew mir-reception ta’ l-alloġġjanti fil-
lukanda, u kull riferenza għal "telf" għandha titqies li tinkludi
riferenza għal serq.
Responsabbiltà  ta’ 
sid annimal.
1040. Is-sid ta’ annimal, jew il-persuna li tagħmel użu minn
annimal għaż-żmien li tagħmel użu minnu, iwieġbu għall-ħsara li
dak l-annimal jikkaġuna, sew jekk ikun jinsab taħt idejhom kemm
jekk ikun intilef jew ħarab.
Responsabbiltà  ta’ 
sid ta’ bini.
1041. Is-sid ta’ bini jwieġeb għall-ħsara li ssir mit-tiġrif tal-bini,
meta dan it-tiġrif jiġri minħabba nuqqas ta’ tiswijiet, jew minħabba
difett fix-xogħol tal-bini, iżda dan kemm-il darba s-sid kien jaf
b’dak id-difett, jew kellu raġun jaħseb li dak id-difett kien jeżisti.
  188      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Responsabbiltà  
tad-detentur ta’ 
bini f’każ ta’ ħsara 
kkaġunata bit-tiġrif 
tal-ħaġa.
1042. Jekk issir ħsara lil xi ħadd bil-waqgħa ta’ ħaġa mdendla
jew imqiegħda f’qagħda ta’ perikolu, inkella bit-tfigħ jew xħit ta’
xi ħaġa minn bini, id-detentur ta’ dak il-bini, meta huwa nnifsu ma
jkunx għamel il-fatt, u ma jkun bl-ebda mod ħa sehem fih, ma
jweġibx għall-ħsara, ħlief sa fejn id-disposizzjonijiet ta’ dan it-
Titolu dwar ir-responsabbiltà  ta’ persuna għall-ħsara magħmula
minn oħra, jkunu jgħoddu għalih.
Sokor. 1043.  Hemm ukoll jedd għall-azzjoni għall-ħlas tal-ħsara meta
min jagħmilha jkun f’dak il-waqt fis-sakra.
Kompliċi. 1044.  Għall-ħsara magħmula kontra s-sewwa, iwieġbu wkoll
dawk li bi ħsieb magħmul ikunu ħadu sehem fiha b’pariri, b’
theddid jew bi kmandi.
Kif jitqiesu d-
danni. 
Emendat: 
III. 1938.2; 
XXI. 1962.17.
1045.  (1) ll-ħsara li l-persuna responsabbli għandha twieġeb
għaliha, skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel, hija t-telf effettiv li l-
egħmil tagħha jkun ġieb direttament lill-parti li tbati l-ħsara, l-
ispejjeż li din il-parti setgħet kellha tagħmel minħabba l-ħsara, it-
telf tal-paga jew qligħ ieħor attwali, u t-telf ta’ qligħ li tbati ’l
quddiem minħabba inkapaċità  għal dejjem, totali jew parzjali, li
dak l-egħmil seta’ jġib.
(2) Is-somma li għandha tiġi mogħtija għal din l-inkapaċità  tiġi
stabbilita mill-qorti, wara li tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, u, b’mod
partikolari, ix-xorta u grad ta’ inkapaċità  ikkaġunata, u l-
kondizzjoni tal-parti li tbati l-ħsara.
Danni lill-werrieta 
tal-parti li tmut. 
Sostitwit: 
III. 1938.3.
1046. Jekk minħabba l-egħmil li jagħti lok għad-danni xi ħadd
imut, il-qorti tista’, flimkien mat-telf u spejjeż attwali ikkaġunati,
tagħti lill-werrieta tal-mejjet id-danni, bħal fil-każ ta’ inkapaċità
totali għal dejjem, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan.
Meta l-ħsara 
tikkonsisti f’illi 
ttellef lil persuna l-
użu tal-flus tagħha. 
Emendat: 
XXXIX. 1939.2; 
VI. 1983.3.
1047.  (1) ll-ħsara li tikkonsisti f’illi ttellef lil persuna l-użu tal-
flus tagħha, tissewwa bil-ħlas ta’ l-imgħaxijiet li jinqiesu bit-
tmienja fil-mija fis-sena.
(2) Iżda, jekk il-parti li tikkaġuna l-ħsara tkun għamlet dan
dolożament, il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tagħti wkoll lill-
parti li tbati l-ħsara indennizz għal kull ħsara oħra li tkun batiet,
kompriż kull telf ta’ qligħ, jekk jigi ppruvat li l-parti li kkaġunat il-
ħsara, meta tellfet lill-parti li batietha l-użu ta’ flusha, kellha
partikolarment il-ħsieb li tagħmlilha dik il-ħsara l-oħra, jew jekk
dik il-ħsara tkun il-konsegwenza immedjata u diretta tal-fatt li l-
parti li batiet il-ħsara ġiet hekk imtellfa l-użu ta’ flusha.
(3) Is-somma li għandha tingħata għal dak it-teIf ta’ qligħ fuq
imsemmi tiġi likwidata mill-qorti skond iċ-ċirkostanzi tal-każ. 
Jedd li bih wieħed 
idur kontra l-parti 
li tikkaġuna l-
ħsara.
1048.  Kull min hu obbligat għall-ħsara magħmula minn
ħaddieħor, u jħallas dik il-ħsara, ma jistax idur kontra l-parti li
ikkaġunatha, ħlief meta din għandha hija wkoll twieġeb għal dik il-
ħsara.
Obbligazzjoni in 
solidum meta l-
ħsara ssir 
dolożament.
1049.  (1) Meta żewġ persuni jew iżjed ikunu dolożament
għamlu ħsara, l-obbligazzjoni tagħhom għall-ħlas ta’ dik il-ħsara
hija in solidum.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        189
(2) Meta xi wħud minn dawn ikunu mxew dolożament, u oħrajn
le, dawk ta’ l-ewwel huma kollha obbligati in solidum, u kull
wieħed mill-oħrajn huwa obbligat biss għal dik il-biċċa tal-ħsara li
huwa nnifsu jkun ikkaġuna.
Meta l-biċċa tal-
ħsara li ssir minn 
persuna waħda jew 
iżjed ma tistax tiġi 
stabbilita.
1050.  (1) Jekk il-biċċa tal-ħsara li kull wieħed ikun ikkaġuna
ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, min ikun bata l-ħsara jista’ jitlob il-
ħlas tal-ħsara kollha mingħand kull min irid minn dawk li jkunu
ħadu sehem fiha, ukoll jekk ilkoll jew xi wħud minnhom ma jkunux
imxew dolożament, bla ħsara tal-jedd tal-konvenut li jdur kontra l-
ieħor jew l-oħrajn.
Kap. 12.
(2) F’dan il-każ, il-konvenut jista’ jitlob li dawk kollha li jkunu
ikkaġunaw il-ħsara jiġu msejħa fil-kawża bil-mod u għall-effetti
msemmijin fl-artikolu 962 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, u l-qorti tista’ tqassam fuq kull wieħed minnhom
is-somma meħtieġa għall-ħlas tal-ħsara, f’ishma ndaqs jew mhux
indaqs, skond iċ-ċirkostanzi; bla ħsara dejjem tal-jedd ta’ dak li
jbati l-ħsara illi jitlob il-ħlas tas-somma kollha mingħand kull min
irid minnhom, u dawn lejh għandhom ilkoll jiġu kkundannati in
solidum.
Kontribuzzjoni 
għall-ħsara mill-
parti li tbatiha. 
Emendat:
III. 1938.4; 
XXXIX. 1939.3.
1051. Jekk il-parti li tbati l-ħsara tkun b’nuqqas ta’ prudenza, ta’
diliġenza jew ta’ ħsieb ikkontribwiet jew tat okkażjoni għall-ħsara,
il-qorti, fil-likwidazzjoni ta’ l-ammont tad-danni li għandhom
jitħallsu lil dik il-parti, tiddeċidi, fid-diskrezzjoni tagħha, f’liema
proporzjoni din tkun ikkontribwiet jew tat okkażjoni għall-ħsara li
batiet, u l-ammont tad-danni li għandu jitħallas lilha mill-persuni l-
oħra li jkunu dolożament jew bla ma riedu ikkontribwew għal dik
il-ħsara, jiġi mnaqqas f’dik il-proporzjoni. 
Rimedji ċivili 
f’każijiet ta’ 
korruzzjoni.
Miżjud:
XX. 2002.2.
1051A. (1) Ghall-finijiet ta’ dan l-artikolu "korruzzjoni" tfisser
li titlob, toffri, tagħti jew taċċetta, direttament jew indirettament,
tixħim jew xi vantaġġ ieħor mhux dovut jew li jkun prospettat, li
jgħawweġ it-twettiq kif imiss ta’ xi dmir jew imġieba meħtieġa
minn min jirċievi t-tixħim, bil-vantaġġ mhux dovut jew kif ikun
prospettat.
(2) Kull min ivanta li jkun sofra danni bħala riżultat ta’
korruzzjoni għandu jkollu l-jedd li jieħu azzjoni biex jikseb
kumpens għad-dannu kaġunat lilu bl-att ta’ korruzzjoni kontra l-
persuni li jkunu għamlu jew awtorizzaw l-att ta’ korruzzjoni jew li
jkunu naqsu li jieħdu passi raġonevoli biex jipprevjenu l-att ta’
korruzzjoni.
(3) Il-persuni li jkunu għamlu r-reat jew awtorizzaw l-att ta’
korruzzjoni u l-persuni li jkunu naqsu milli jieħdu passi raġonevoli
biex jipprevjenu l-att ta’ korruzzjoni għandhom ikunu solidalment
responsabbli għad-danni msemmija fis-subartikolu (2).
(4) Meta l-att ta’ korruzzjoni jkun sar minn uffiċjal jew minn
impjegat tal-Gvem jew minn korp magħqud stabbilit bil-liġi, il-
Gvern jew skond ma jkun il-każ il-korp magħqud stabbilit bil-liġi
għandu hu nnifsu jkun responsabbli biex jagħmel il-hlas dovut
għad-dannu kaġunat bl-att ta’ korruzzjoni meta:
(a) min ikun qiegħed ivanta l-pretensjoni li jkun sofra d-
  190      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
danni jkun ta, meta jkun sar jaf bl-imġieba mhux
xierqa ta’ l-uffiċjal jew ta’ l-impjegat, avviż bħal dak
lill-Gvern jew lill-korp magħqud, skond il-każ, biex
jieħu dawk il-miżuri preventivi li jkunu raġonevoli fiċ-
ċirkostanzi biex jipprevjenu l-għemil ta’ l-att ta’
korruzzjoni;
(b) min ikun qed ivanta li sofra d-danni ma jkunx hu
nnifsu għar-rigward ta’ l-istess kwistjoni ġiegħel lil xi
uffiċjal jew impjegat jagħmel l-att ta’ korruzzjoni, jew
b’xi mod kien parti f’dak l-att;
(ċ) min ikun sofra d-danni jkun ha kull azzjoni kontra l-
persuna responsabbli għad-danni skond is-subartikolu
(3) biex jirkupra d-danni; u
(d) il-Gvern jew il-korp magħqud, skond il-każ, ikun sar
parti fil-kawża kontra l-persuni responsabbli għad-
danni skond is-subartikolu (3) sabiex jiddefendi l-
interessi tiegħu taht dan is-subartikolu:
Iżda l-Gvern jew il-korp magħqud, skond il-każ, ikun biss
responsabbli għal dik il-parti tad-danni li ma tkunx qed tiġi
rkuprata mill-persuni responsabbli għal dawk id-danni skond is-
subartikolu (3).
(5) Ma għandu jkun hemm ebda dritt għall-hlas ta’ danni
b’kumpens meta l-parti li tvanta li tkun sofriet id-danni kienet hi
nnifisha xjentement parti fl-att ta’ korruzzjoni:
Iżda ebda baġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem
bħala li tipprekludi lil xi persuna milli tirkupra xi hlas li jkun sar
jew xi ħaġa li tkun ġiet mogħtija, jew il-valur tagħha, meta l-ħlas
ikun sar jew il-ħaġa tkun ġiet mogħtija għal xi korrispettiv li ma
jkunx skond il-liġi.
(6) Kull azzjoni għall-irkupru ta’ danni taħt dan l-artikolu
għandha tinġieb qabel ma jiskadu tliet snin mid-data meta min ikun
qed jitlob id-danni jkun sar jaf jew imissu raġonevolment ikun sar
jaf li tkun ġrat il-ħsara jew li jkun sar att ta’ korruzzjoni u min tkun
il-persuna responsabbli għaldaqstant jew qabel ma jiskadu għaxar
snin mid-data ta’ l-att ta’ korruzzjoni, skond liema jiġi l-ewwel, u
ma tista’ tinġieb ebda azzjoni wara li jiskadi dak iż-żmien.
(7) Meta jsir xi kuntratt minn xi persuna (inkluż il-Gvern jew
xi korp magħqud stabbilit bil-liġi) u l-kuntratt jew xi klawsola
relattiva jkunu ġew mitmuma minn xi impjegat, uffiċjal jew aġent
ta’ dik il-persuna minħabba f’xi att ta’ korruzzjoni favur dak l-
uffiċjal, impjegat jew aġent, il-persuna li tkun marbuta b’dak il-
kuntratt u li jkollha lil dak l-uffiċjal, impjegat jew aġent tagħha li
jkun ġarrab dak l-att ta’ korruzzjoni, għandu jkollha, mingħajr
preġudizzju għal kull dritt ta’ azzjoni biex tirkupra d-danni skond
dan l-artikolu, dritt li tibda azzjoni mhux aktar tard minn sena wara
li ssir taf b’dak l-att ta’ korruzzjoni jew minn meta hija kien
imissha raġonevolment saret taf b’dan, biex tannulla l-kuntratt jew
xi klawsola minnu li tkun iddaħħlet minhabba f’dik il-korruzzjoni:
Iżda ma tista’ tinġieb ebda azzjoni wara li jiskadu għaxar
snin mid-data ta’ l-att ta’ korruzzjoni.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        191
Sub-titolu III
FUQ XORTA U OĦRA TA’ OBBLIGAZZJONIJIET
§  I. FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET KONDIZZJONALI
FUQ IL-KONDIZZJONI IN ĠENERALI U FUQ IX-XORTA U OĦRA 
TAGĦHA
Tifsir ta’ 
obbligazzjoni 
kondizzjonali.
1052. L-obbligazzjoni hija kondizzjonali meta tkun magħmula li
tiddependi minn ġrajja mhux żgura u li għad trid tiġri, sew billi l-
obbligazzjoni tinżamm sospiża sakemm il-ġrajja tiġri, kemm billi
tiġi maħlula kemm-il darba l-ġrajja tiġri jew ma tiġrix.
Kondizzjoni 
każwali u 
potestattiva.
1053.  (1) Il-kondizzjoni hija każwali meta tagħmel l-
obbligazzjoni tiddependi minn ġrajja ta’ bla ħsieb li ma tkunx fis-
setgħa la tad-debitur u lanqas tal-kreditur.
(2) Il-kondizzjoni potestattiva hija dik li tagħmel l-
obbligazzjoni tiddependi minn ġrajja li waħda jew l-oħra mill-
partijiet li jikkuntrattaw tkun tista’ ġġiegħel jew ma tħallix li tiġri. 
(3) Il-kondizzjoni mista tagħmel l-obbligazzjoni tiddependi
mir-rieda ta’ waħda mill-partijiet li jikkuntrattaw, u, fl-istess ħin,
mir-rieda ta’ wieħed barrani, jew minn ġrajja li tiġri bla ħsieb. 
Kondizzjoni 
kuntrarja għall-
egħmil xieraq, eċċ.
1054. Kull kondizzjoni kuntrarja għall-egħmil xieraq, jew għall-
ordni pubbliku, jew ipprojbita mil-liġi, jew illi ġġiegħel l-
esekuzzjoni ta’ haġa impossibbli, ma tiswiex, u tagħmel ma jiswiex
il-ftehim li jkun jiddependi minnha.
Effett tal-
kondizzjoni li 
wieħed ma 
jagħmilx ħaġa 
impossibbli, eċċ.
1055.  (1) Il-kondizzjoni li wieħed ma jagħmilx ħaġa
impossibbli, ma tagħmilx ma tiswiex l-obbligazzjoni li tkun ġiet
miftiehma taħt dik il-kondizzjoni.
(2) lżda, il-kondizzjoni li wieħed ma jagħmilx ħaġa kuntrarja
għall-egħmil xieraq, jew għall-ordni pubbliku jew ipprojbita mil-
liġi, tista’ tagħmel ma tiswiex l-obbligazzjoni.
Il-kondizzjoni hija 
nulla jekk 
tiddependi biss 
minn dak li hu 
obbligat għall-
esekuzzjoni.
1056.  (1) L-obbligazzjoni ma tiswiex meta tkun ikkuntrattata
taħt kondizzjoni li tagħmilha tiddependi biss mir-rieda ta’ dak illi
jobbliga ruħu.
(2) lżda, jekk l-obbligazzjoni tkun tiddependi minn fatt illi jkun
fis-setgħa tad-debitur li jagħmel li dak il-fatt jiġri, id-debitur huwa
obbligat jekk il-fatt jiġri.
Esekuzzjoni tal-
kondizzjoni 
għandha ssir skond 
l-intenzjoni tal-
partijiet.
1057.  Kull kondizzjoni għandha tiġi esegwita kif il-partijiet
aktarx riedu u fehmu li għandha tiġi esegwita.
Meta l-
obbiigazzjoni hija 
miftiehma taħt 
kondizzjoni li 
għandha tiġri ġrajja 
f’ċertu żmien.
1058.  (1) Meta obbligazzjoni ssir taħt il-kondizzjoni li għandha
tiġri ġrajja f’ċertu żmien, dik il-kondizzjoni titqies li ma seħħitx
jekk jagħlaq iż-żmien mingħajr ma l-ġrajja tkun ġrat.
(2) Jekk ma jkunx hemm żmien stabbilit, il-kondizzjoni ma
titqiesx li ma seħħitx ħlief meta hu żgur li l-ġrajia ma tiġrix:
lżda, jekk il-kondizzjoni tkun tikkonsisti f’xi ħaġa li tista’
  192      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
tiġi magħmula minn dak li favur tiegħu l-obbligazzjoni tkun saret,
il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tagħti żmien għall-esekuzzjoni
tal-kondizzjoni, u jekk, meta jagħlaq dak iż-żmien, il-kondizzjoni
ma tkunx seħħet, l-obbligazzjoni tispiċċa.
Meta l-
obbligazzjoni issir 
taħt kundizzjoni li 
ma tiġrix ġrajja 
f’ċertu żmien.
1059.  (1) Meta obbligazzjoni ssir taħt kondizzjoni illi ma tiġrix
ġrajja f’ċertu żmien, il-kondizzjoni titqies li seħħet sew jekk iż-
żmien igħaddi mingħajr ma l-ġrajja tkun ġrat kemm ukoll jekk,
qabel l-egħluq taż-żmien, ikun żgur li l-ġrajja ma tkunx sejra tiġri.
(2) Jekk ma jkun ġie stabbilit ebda żmien, il-kondizzjoni ma
titqiesx li seħħet ħlief meta hu żgur li l-ġrajja ma tkunx sejra tiġri:
Iżda, kemm-il darba l-kondizzjoni tkun tikkonsisti f’xi ħaġa
li tkun fis-setgħa tad-debitur, il-qorti tista’ tiffissa żmien, u jekk
dan iż-żmien jagħlaq mingħajr ma l-fatt maħsub fil-kondizzjoni
jiġri, il-kondizzjoni titqies li seħħet, u d-debitur għandu jesegwixxi
l-obbligazzjoni.
Meta jitqies li l-
kondizzjoni seħħet.
1060.  (1) Il-kondizzjoni titqies li seħħet meta d-debitur obbligat
taħt dik il-kondizzjoni jkun dak li impedixxa li tiġri.
(2) Id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu ma tgħoddx fil-każ li l-
impediment ikun minħabba fl-eżerċizzju ta’ jedd leġittimu illi ma
kienx maħsub fil-ftehim.
Effett retroattiv tal-
kondizzjoni.
1061.  (1) Il-kondizzjoni meta sseħħ għandha effett retroattiv.
(2) Jekk il-kreditur imut qabel ma tkun seħħet il-kondizzjoni,
il-jeddijiet tiegħu jgħaddu lill-werrieta tiegħu.
Il-kreditur jista’ 
jagħmei atti biex 
iżomm il-jeddijiet 
tiegħu qabel ma 
sseħħ il-
kondizzjoni.
1062. Il-kreditur jista’, qabel ma sseħħ il-kondizzjoni, jagħmel l-
atti kollha meħtieġa biex iżomm sħaħ il-jeddijiet tiegħu. 
FUQ IL-KONDIZZJONI SUSPENSIVA
Tifsir tal-
kondizzjoni 
suspensiva.
1063.  (1) Il-kondizzjoni suspensiva hija dik illi tagħmel l-
eżistenza ta’ l-obbligazzjoni tiddependi minn ġrajja li għad trid
tiġri u li mhix żgura.
(2) L-obbligazzjoni taħt kondizzjoni suspensiva ma teżistix
qabel ma l-ġrajja tiġri.
Jekk il-ħaġa 
tispiċċa jew 
titgħarraq qabel ma 
sseħħ il-
kondizzjoni.
1064. Meta l-obbligazzjoni ssir taħt kondizzjoni suspensiva, u l-
ħaġa li tkun l-oġġett tal-konvenzjoni tispiċċa jew titgħarraq qabel
ma sseħħ il-kondizzjoni, għandhom jitħarsu dawn ir-regoli:
(a) jekk il-ħaġa tispiċċa għal kollox, mingħajr ebda ħtija
tad-debitur, il-konvenzjoni ma jkollha ebda effett; 
(b) jekk il-ħaġa tispiċċa għal kollox, bi ħtija tad-debitur,
dan ikun obbligat lejn il-kreditur għad-danni;
(ċ) jekk il-ħaġa tispiċċa f’parti biss, jew titgħarraq,
mingħajr ebda ħtija tad-debitur, it-telfa jbatiha l-
kreditur, illi għandu jieħu l-ħaġa fl-istat li tkun tinsab
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        193
mingħajr ebda tnaqqis tal-prezz tagħha;
(d) jekk il-ħaġa tispiċċa f’parti, jew titgħarraq, bi ħtija
tad-debitur, il-kreditur għandu l-jedd jagħżel jew li
jħoll il-konvenzjoni jew li jitlob il-ħaġa fl-istat li tkun
tinsab, flimkien mad-danni.
Jekk l-
obbiigazzjoni tkun 
tiddependi minn 
ġrajja li ġà  ġrat.
1065. L-obbligazzjoni li tiddependi minn ġrajja li ġà  ġrat, iżda li
l-partijiet ikunu għadhom ma sarux jafu biha, għandha effett minn
dak in-nhar li tkun ġiet ikkuntrattata, iżda d-debitur ma jistax jiġi
mġiegħel jesegwiha qabel ma jiġi żgurat il-fatt li ma kienx
magħruf.
FUQ IL-KONDIZZJONI RIŻOLUTTIVA
Tifsir tal-
kondizzjoni 
riżoluttiva.
1066.  (1) Il-kondizzjoni riżoluttiva hija dik illi, meta sseħħ,
tħoll l-obbligazzjoni, u terga’ tqiegħed il-ħwejjeġ fl-istess stat bħal
kieku l-obbligazzjoni ma kienet ġiet qatt magħmula.
(2) Din il-kondizzjoni ma twaqqafx l-esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjoni, iżda, jekk il-ġrajja maħsuba fil-kondizzjoni tiġri, il-
kreditur ikun obbligat irodd dak li jkun irċieva.
Effett tal-
kondizzjoni 
riżoluttiva 
espressa.
1067.  Jekk il-kondizzjoni riżoluttiva hija espressa fil-kuntratt,
dan il-kuntratt, meta l-kondizzjoni sseħħ, jinħall ipso jure, u l-qorti
ma tista’ tagħti ebda żmien lill-konvenut.
Il-kondizzjoni 
riżoluttiva 
tingħadd bħala 
mdaħħla fil-
kuntratti bilaterali.
1068.  1l-kondizzjoni riżoluttiva tingħadd dejjem bħala li ġiet
magħmula fil-kuntratti bilaterali, fil-każ li waħda mill-partijiet
tonqos għall-obbligazzjoni tagħha:
Iżda, f’dak il-każ, il-kuntratt ma jinħallx ipso jure, u l-qorti
tista’, skond iċ-ċirkostanzi, tagħti żmien xieraq lill-konvenut, bla
ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra tal-liġi dwar il-kuntratt tal-bejgħ.
Jeddijiet tal-parti li 
lejha ma tkunx ġiet 
esegwita l-
obbligazzjoni.
1069.  (1) Meta l-kondizzjoni riżoluttiva, sew dik magħmula
espressament kemm dik li titqies bħala magħmula, tkun għall-każ li
fih waħda mill-partijiet tonqos għall-obbligazzjoni tagħha, il-parti
li lejha l-obbligazzjoni ma tkunx ġiet esegwita, tista’ tagħżel, jekk
il-kondizzjoni sseħħ, jew li titlob il-ħall tal-kuntratt, jew li ġġiegħel
lill-parti l-oħra tesegwixxi l-obbligazzjoni, meta dan ikun possibli.
(2) Fil-każ il-wieħed u l-ieħor, il-konvenut jista’ jiġi
kkundannat għall-ħlas tad-danni.
§  II. FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET BI ŻMIEN
Żmien għall-
esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjoni.
1070.  (1) Iż-żmien ifisser iż-żmien stabbilit għall-esekuzzjoni
ta’ obbligazzjoni.
(2) lż-żmien jista’ jiġi stabbilit sew billi jiġi ffissat jum żgur,
sew b’riferenza għal ġrajja li għandha tiġri żgur, għalkemm f’jum
  194      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
mhux żgur.
Iż-żmien ma 
jissospendix l-
obbligazzjoni.
1071.  lż-żmien ma jissospendix l-obbligazzjoni, iżda jdewwem
biss l-esekuzzjoni tagħha.
Il-ħaġa ma tistax 
tintalab qabel ma 
jagħaq iż-żmien.
1072.  Dak li ma jkollux jingħata ħlief fi żmien stabbilit, ma
jistax jintalab qabel l-egħluq ta’ dak iż-żmien, imma dak li jkun
tħallas bil-quddiem, ma jistax jintalab lura lanqas jekk id-debitur
fiż-żmien tal-ħlas ma kienx jaf bil-ftehim dwar iż-żmien.
Iż-żmien jitqies 
miftiehem favur id-
debitur.
1073. lż-żmien jitqies dejjem li ġie miftiehem favur id-debitur,
jekk mill-ftehim jew miċ-ċirkostanzi ma jkunx jidher li jkun ġie
miftiehem ukoll favur il-kreditur.
Għadd taż-żmien. 1074. Fl-għadd taż-żmien, il-ġurnata titqies ta’ erbgħa u għoxrin
siegħa: ix-xahar u s-sena jitqiesu skond il-kalendarju. 
Il-jum li minnu 
għandu jibda 
jgħaddi ż-żmien 
ma jingħaddx.
1075. Il-jum li fih tkun ġiet magħmula l-obbligazzjoni bi żmien,
jew dak li minnu ż-żmien għandu jibda jgħaddi, ma jingħaddx fiż-
żmien.
Ġranet ta’ vakanza. 
Emendat:
XXII. 1976.4.
1076.  (1) ll-granet ta’ vakanza pubblika ma jwaqqfux il-mixi
taż-żmien:
lżda, jekk l-aħħar jum taż-żmien ikun ta’ vakanza pubblika,
iż-żmien ma jitqiesx magħluq qabel ma jgħaddi l-ewwel jum ta’
wara li ma jkunx vakanza pubblika.
Kap. 12.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-granet ta’ vakanza
pubblika huma dawk li fihom ma tista’ tinżamm ebda seduta
ordinarja tal-qorti kif hemm provdut fl-artikolu 109 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Meta ma jkun 
hemm ebda żmien 
stabbilit għall-
esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjoni.
1077. Meta ma jkun ġie stabbilit ebda żmien għall-esekuzzjoni
ta’ l-obbligazzjoni, din għandha tiġi esegwita minnufih, iżda dan
kemm-il darba x-xorta ta’ l-obbligazzjoni, jew il-mod li bih
għandha tiġi esegwita, jew il-lok miftiehem għall-esekuzzjoni
tagħha, ma jġibux magħhom il-ħtieġa ta’ żmien li, jekk ikun hemm
bżonn, jiġi stabbilit mill-qorti.
Jekk iż-żmien 
għall-esekuzzjoni 
jitħalla fir-rieda 
tad-debitur.
1078.  Jekk iż-żmien għall-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni jkun
ġie mħolli fir-rieda tad-debitur, jew jekk ikun ġie miftiehem illi d-
debitur għandu jesegwixxi l-obbligazzjoni meta jkun jista’, jew
meta huwa jkollu l-mezzi biex jesegwiha, għandhom jitħarsu r-
regoli li ġejjin:
(a) jekk l-obbligazzjoni għandha bħala oġġett tagħha l-
ħlas ta’ somma ta’ flus, dik għandha tiġi esegwita fi
żmien sentejn, jekk din is-somma għandha tingħata
mingħajr imgħax, jew, fi żmien sitt snin jekk is-somma
għandha tingħata bl-imgħax;
(b) jekk l-obbligazzjoni jkollha bħala oġġett tagħha xi
ħaġ‘oħra li ma tkunx somma ta’ flus, iż-żmien li fih
għandha tiġi esegwita l-obbligazzjoni jiġi stabbilit
mill-qorti, skond iċ-ċirkostanzi.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        195
Meta d-debitur ma 
jistax jitlob il-
benefiċċju taż-
żmien.
1079.  Id-debitur ma jkunx jista’ jitlob iżjed il-benefiċċju taż-
żmien jekk isir mhux solvibbli, jew jekk l-istat tiegħu jkun hekk
tbiddel li jqiegħed fil-perikolu l-ħlas tal-kreditu, jew jekk
b’egħmilu jkun naqqas il-garanzija illi skond il-kuntratt kien ta lill-
kreditur, jew jekk ma jkunx tah il-garanzija li kien wiegħdu.
§  III. FUQ L-OBBLIIGAZZJONIJIET ALTERNATTIVI U 
FAKULTATTIVI
Kif tinħeles 
obbligazzjoni 
alternattiva.
1080.  (1) Id-debitur f’obbligazzjoni alternattiva jeħles minn dik
l-obbligazzjoni bil-kunsinna ta’ waħda miż-żewġ ħwejjeġ li jkunu
mdaħħlin fl-obbligazzjoni.
(2) Id-debitur ma jistax iġiegħel lill-kreditur jieħu biċċa mill-
ħaġa l-waħda u biċċa mill-oħra.
Il-għażla tmiss lid-
debitur.
1081.  Il-għażla tmiss lid-debitur, jekk fil-ftehim ma tkunx
tħalliet espressament għall-kreditur.
Jekk dak li għandu 
l-għażla ma 
jagħmilhiex.
1082.  (1) Jekk il-parti li lilha tmiss il-għażla ma tagħmilhiex
fiż-żmien li jkun ġie miftiehem espressament għaldaqshekk, il-jedd
ta’ l-għażla jgħaddi għall-parti l-oħra.
(2) Jekk ebda żmien bħal dak ma jkun ġie miftiehem, il-qorti
tista’ tiffissa żmien, u jekk il-parti li jkollha l-għażla ma
tagħmilhiex f’dak iż-żmien, il-jedd ta’ l-għażla jgħaddi għall-parti
l-oħra. 
Jekk waħda miż-
żewġ ħwejjeġ 
imwiegħda ma 
setgħatx tkun 
oġġett ta’ l-
obbligazzjoni,
1083.  Jekk waħda miż-żewġ ħwejjeġ imwiegħda ma setgħatx
tkun l-oġġett ta’ l-obbligazzjoni, dik l-obbligazzjoni titqies pura u
sempliċi dwar il-ħaġa l-oħra.
jew tispiċċa.
il-ħaġa li tibqa’, jekk waħda miż-żewġ ħwejjeġ imwiegħda tispiċċa,
jew ma tkunx tista’ aktar tiġi kkunsinnata, ukoll jekk dan jigri bi
ħtija tad-debitur. Il-valur tal-ħaġa li tispiċċa ma jistax jiġi offert
minflok dik il-ħaġa.
(2) Jekk jispiċċaw iż-żewġ ħwejjeġ, u d-debitur ikun fi ħtija
dwar waħda minnhom, hu għandu jħallas il-valur tal-ħaġa li tkun
spiċċat l-aħħar waħda.
Meta l-għażla hija 
mħollija għall-
kreditur.
1085. Meta, fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan,
il-jedd ta’ l-għażla jkun ġie fil-ftehim imħolli għall-kreditur,
għandhom jitħarsu r-regoli li ġejjin:
(a) jekk mill-ħwejjeġ tispiċċa waħda biss, iżda bla ħtija
tad-debitur, il-kreditur għandu jieħu dik li tibqa’: jekk
id-debitur ikun fi ħtija, il-kreditur jista’ jitlob jew il-
ħaġa li tibqa’ jew il-valur tal-ħaġa li spiċċat;
(b) jekk jispiċċaw iż-żewġ ħwejjeġ, u d-debitur ikun fi
ħtija dwar it-tnejn jew imqar dwar waħda biss, il-
kreditur jista’ jitlob il-valur tal-ħaġa l-waħda jew l-
  196      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
oħra, kif jagħżel hu.
Jekk iż-żewġ 
ħwejjeġ jispiċċaw 
bla ħtija tad-
debitur.
1086.  Jekk iż-żewġ ħwejjeġ jispiċċaw bla ħtija tad-debitur, u
qabel ma huwa jkun in mora, l-obbligazzjoni tispiċċa kif jingħad
fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1207.
Meta fl-
obbligazzjoni 
alternattiva jkunu 
mdaħħlin iżjed 
minn żewġ 
ħwejjeġ.
1087. L-istess regoli jgħoddu meta fl-obbligazzjoni alternattiva
jkunu mdaħħlin iżjed minn żewġ ħwejjeġ.
Tifsir ta’ l-
obbligazzjoni 
fakultattiva.
1088.  (1) Meta f’obbligazzjoni li jkollha b’oġġett ħaġa
determinata, id-debitur ikollu l-jedd li jeħles mill-obbligazzjoni
billi joffri ħaġ‘oħra, din l-obbligazzjoni tissejjaħ fakultattiva.
(2) F’dan il-każ il-kreditur jista’jitlob biss il-ħaġa msemmija
fil-ftehim.
(3) Jekk dik il-ħaġa tispiċċa, l-obbligazzjoni tispiċċa wkoll,
iżda dan bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra tal-liġi fil-każ li d-
debitur ikun in mora fil-kunsinna tal-ħaġa, jew fil-każ li dik
tispiċċa bi ħtija tiegħu.
§  IV. FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET IN SOLIDUM
Ma jitqiesx li l-
partijiet huma 
obbligati in 
solidum.
1089. Ma jitqiesx li hemm solidarjetà . Jekk ma tkunx iddikjarata
mil-liġi, għandha tkun miftiehma espressament.
FUQ L-OBBLIGAZZJONI IN SOLIDUM KWANTU GĦALL-KREDITURI
Obbligazzjoni in 
solidum favur 
żewġ kredituri jew 
iżjed.
1090. L-obbligazzjoni hija in solidum favur żewġ kredituri jew
iżjed meta hija tagħti espressament lil kull wieħed minn dawn il-
kredituri l-jedd li jitlob il-ħlas tal-kreditu kollu, u l-ħlas magħmul
lil wieħed minnhom jeħles lid-debitur, ukoll jekk il-benefiċċju ta’
l-obbligazzjoni jkun jista’ jinqasam bejn il-kredituri kollha.
Id-debitur jista’ 
jagħżel li jħallas 
’il-wieħed jew ’l-
ieħor mill-kredituri 
in solidum.
1091. Id-debitur jista’ jagħżel li jħallas ’il-wieħed jew ’l-ieħor
mill-kredituri in solidum, meta qabel ma jkunx ġie mwissi minn
wieħed minn dawk il-kredituri b’talba ġudizzjarja jew b’att ieħor
tal-qorti.
Ksur u sospensjoni 
tal-preskrizzjoni.
1092.  (1) Kull att li jikser il-preskrizzjoni għal wieħed mill-
kredituri in solidum, jiswa xorta waħda għall-kredituri l-oħra.
(2) ls-sospensjoni tal-preskrizzjoni favur ta’ wieħed mill-
kredituri in solidum, ma tiswiex għall-oħrajn.
Effetti tal-maħfra 
tad-dejn minn 
wieħed mill-
kredituri in 
solidum. 
1093.  Jekk wieħed mill-kredituri in solidum jaħfer id-dejn, id-
debitur jiġi meħlus biss mis-sehem ta’ dak il-kreditur.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        197
FUQ L-OBBLIGAZZJONI IN SOLIDUM KWANTU GĦAD-DEBITURI
Obbligazzjoni in 
solidum għad-
debituri.
1094. L-obbligazzjoni hija in solidum għad-debituri meta huma
kollha obbligati għall-istess ħaġa, b’mod li kull wieħed minnhom
jista jiġi mġiegħel għall-ħlas tad-dejn kollu, u li l-ħlas magħmul
minn wieħed minnhom jeħles lill-oħrajn lejn il-kreditur.
L-obbligazzjoni 
tista’ tkun in 
solidum għalkemm 
id-debituri ma 
jkunux obbligati 
xorta waħda.
1095.  L-obbligazzjoni tista’ tkun in solidum ukoll jekk wieħed
mid-debituri jkun, għall-ħlas ta’ l-istess ħaġa, obbligat xort’oħra
mill-oħrajn, bħal meta l-obbligazzjoni ta’ wieħed tkun
kondizzjonali, waqt li l-obbligazzjoni ta’ l-ieħor tkun pura u
sempliċi, jew bħal meta wieħed għandu żmien biex iħallas illi ma
jkunx mogħti lill-ieħor, inkella meta d-debituri jkunu obbligati li
jħallsu min f’post u min f’ieħor.
Il-kreditur jista’ 
jdur kontra kull 
min irid mid-
debituri in solidum.
1096. Il-kreditur jista’ jdur kontra kull min irid mid-debituri in
solidum, b’għażla tiegħu, mingħajr ma d-debitur ikun jista’ jopponi
l-benefiċċju tal-qsim ta’ l-obbligazzjoni.
It-talba ġudizzjarja 
kontra wieħed mid-
debituri in solidum 
ma ttellifx il-jedd 
ta’ din it-talba 
kontra kull wieħed 
mill-oħrajn.
1097. It-talba ġudizzjarja magħmula kontra wieħed mid-debituri
in solidum ma tneħħix lill-kreditur il-jedd li jaġixxi b’talba bħal dik
kontra kull wieħed ieħor mid-debituri l-oħra, lanqas jekk fl-ewwel
talba, il-kreditur ma jkunx żamm espressament dak il-jedd. 
Talba għall-ħlas ta’ 
l-imgħaxjiet.
1098.  It-talba għall-ħlas ta’ l-imgħaxijiet, meta hemm jedd
għaliha, magħmula kontra wieħed mid-debituri in solidum, iġġib li
dawn l-imgħaxijiet igħaddu kontra d-debituri kollha.
Eċċezzjonijiet li 
jista’ jagħti wieħed 
mid-debituri in 
solidum.
1099.  (1) Meta l-kreditur jaġixxi kontra wieħed mill-
kondebituri in solidum, dan il-kondebitur jista’ jagħti l-
eċċezzjonijiet kollha li huma personali għalih, kif ukoll dawk li
jgħoddu għalih u għall-kondebituri l-oħra kollha.
(2) Iżda, dak il-kondebitur ma jistax jagħti l-eċċezzjonijiet li
jkunu għal kollox personali għal xi wieħed biss mill-kondebituri l-
oħra.
Ksur tal-
preskrizzjoni.
1100.  L-aċċettazzjoni tad-dejn minn wieħed mid-debituri in
solidum, u kull att ieħor li jikser il-preskrizzjoni għall-wieħed minn
dawk id-debituri, jikser il-preskrizzjoni wkoll għad-debituri l-oħra
u għall-werrieta tagħhom.
L-aċċettazzjoni 
tad-dejn minn 
wieħed mill-
werrieta tad-
debituri in solidum.
1101.  (1) L-aċċettazzjoni tad-dejn minn wieħed mill-werrieta
ta’ wieħed mid-debituri in solidum, u kull att ieħor li jiġi esegwit
kontra wieħed minn dawk il-werrieta, għalkemm dik l-aċċettazzjoni
jew dak l-att ikunu jistgħu jiksru l-preskrizzjoni kontra dak il-
werriet, ma jiksrux il-preskrizzjoni kontra l-werrieta l-oħra sħabu,
lanqas jekk id-dejn ikun ipotekarju, kemm-il darba l-obbligazzjoni
ma tkunx indiviżibbli.
(2) Il-ksur tal-preskrizzjoni kontra wieħed mill-werrieta ta’
wieħed mid-debituri in solidum, m’għandux effett kontra l-
kondebituri l-oħra, ħlief għal dik il-biċċa tad-dejn li għaliha dak il-
werriet ikun obbligat.
(3) lżda, meta l-preskrizzjoni tiġi miksura kontra l-werrieta
kollha tal-kondebitur mejjet, dik il-preskrizzjoni tinkiser kontra l-
kondebituri kollha li jkunu għadhom ħajjin għad-dejn kollu. 
  198      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Jekk il-ħaġa 
tispiċċa bi ħtija ta’ 
wieħed jew izjed 
mid-debituri in 
solidum.
1102.  (1) Jekk il-ħaġa li għandha tingħata tispiċċa bi ħtija ta’
wieħed jew iżjed mid-debituri in solidum, jew fiż-żmien li wieħed
jew iżjed minnhom ikunu in mora, il-kondebituri l-oħra ma jiġux
meħlusa mill-obbligu li jħallsu l-valur tal-ħaġa, iżda huma ma
jkunux obbligati għall-ħlas tad-danni.
(2) Il-kreditur jista’ jitlob il-ħlas tad-danni mid-debitur jew
mid-debituri biss li bi ħtija tagħhom il-ħaġa tkun spiċċat, jew li
kien jew kienu in mora,
Meta wieħed mid-
debituri isir werriet 
tal-kreditur, eċċ.
1103.  Meta wieħed mid-debituri jsir werriet tal-kreditur, jew
meta l-kreditur isir werriet ta’ wieħed mid-debituri, il-kreditu in
solidum, bil-konfużjoni, jispiċċa kwantu għas-sehem ta’ dak id-
debitur.
Kreditur li jagħti l-
kunsens għall-qsim 
ta’ l-obbligazzioni 
favur ta’ wieħed 
mid-debituri.
1104. Il-kreditur li jagħti 1-kunsens tiegħu għall-qsim tad-dejn
favur ta’ wieħed mid-debituri, ma jitlifx il-jedd tiegħu ta’ l-azzjoni
in solidum kontra d-debituri l-oħra għall-kreditu kollu.
Meta l-kreditur 
jieħu biċċa mill-
ħlas tad-dejn.
1105.  (1) Il-fatt li l-kreditur jircievi bicca mid-dejn, f’darba
waħda jew iżjed, mingħand wieħed jew iżjed mid-debituri in
solidum ma jfissirx rinunzja għall-obbligazzjoni in solidum, la
favur id-debitur jew id-debituri li jkunu ħallsu l-biċċa mid-dejn,
lanqas favur l-oħrajn, għalkemm il-kreditur, meta rċieva dik il-
biċċa, ma jkunx żamm espressament il-jedd għall-azzjoni tiegħu in
solidum jew il-jeddijiet tiegħu in ġenerali.
(2) Dan igħodd ukoll meta l-kreditur jagħmel xi talba
ġudizzjarja kontra wieħed jew iżjed mill-kondebituri għal biċċa
mid-dejn.
(3) Lanqas jingħadd li hemm rinunzja, għalkemm is-somma
meħuda b’akkont jew mitluba tkun daqs is-sehem tad-dejn li għalih
id-debitur li jkun ħallas, jew li kontra tiegħu tkun saret it-talba
għall-ħlas, huwa obbligat bejnu u 1-kondebituri l-oħra.
Id-debituri 
bejniethom huma 
obbligati kull 
wieħed għal 
sehmu.
1106.  L-obbligazzjoni tad-debituri in solidum lejn il-kreditur,
tinqasam ipso jure bejn id-debituri li, bejniethom, huma obbligati
kull wieħed għal sehmu biss.
Il-kondebitur li 
ħallas id-dejn jista’ 
jitlob mingħand 
kull wieħed mid-
debituri l-oħra s-
sehem tiegħu biss.
1107.  (1) Il-kondebitur li jħallas id-dejn in solidum kollu, ma
jistax jitlob mingħand l-oħrajn ħlief is-sehem ta’ kull wieħed
minnhom bl-imgħax minn dak in-nhar tal-ħlas, allavolja jkun
hemm ċessjoni ta’ jeddijiet.
(2) Jekk wiehed mid-debituri l-oħra ma jkunx solvibbli, it-telf
li ġġib dik l-insolvenza jitqassam bejn id-debituri l-oħra kollha
solvibbli, kompriż il-wieħed li jkun għamel il-ħlas, kull wieħed
skond is-sehem li jmissu mid-dejn.
Jekk il-kreditur 
jeħles wieħed mill-
kondebituri mill-
obbligazzjoni 
solidali tiegħu.
1108.  Jekk il-kreditur ikun irrinunzja għall-azzjoni in solidum
lejn xi wieħed mid-debituri, u xi wieħed jew iżjed mid-debituri l-
oħra isir mhux solvibbli, is-sehem ta’ dawk li ma jkunux solvibbli
jiġi mqassam bejn id-debituri kollha, fosthom ukoll dawk illi jkunu
ġew qabel mill-kreditur meħlusa mill-obbligazzjoni solidali, kull
wieħed skond is-sehem li jmissu mid-dejn.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        199
Meta ma’ l-oġġett 
ta’ l-obbligazzjoni 
solidali jkollu 
x’jaqsam wieħed 
mill-kondebituri 
biss.
1109.  Jekk fil-ħaġa li għaliha gie magħmul id-dejn in solidum
ma jkollux x’ jaqsam ħlief wieħed mill-kondebituri, dak hu
obbligat għad-dejn kollu lejn il-kondebituri l-oħra, u dawn, rigward
dak il-kondebitur, jitqiesu biss bħala garanti.
§  V. FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET DIVIŻIBBLI U INDIVIŻIBBLI
Obbligazzjoni 
diviżibbli.
1110.  L-obbligazzjoni hija diviżibbli jew indiviżibbli, skond
jekk il-ħaġa jew il-fatt illi jkunu l-ogġett ta’ l-obbligazzjoni nfisha,
ikunux kapaċi jew le illi jsir tagħhom qsim materjali jew
intellettwali.
Obbligazzjoni 
indiviżibbli.
1111.  L-obbligazzjoni hija indiviżibbli jekk, għalkemm il-ħaġa
jew il-fatt illi jkunu l-oġġett tagħha minnhom infishom jinqasmu,
il-mod li bih dik il-ħaġa jew dak il-fatt kienu tqiesu fl-
obbligazzjoni ma jkunx jippermetti li l-esekuzzjoni ssir in parti.
Il-fatt li 
obbligazzjoni tkun 
in solidum ma 
ġġibx li hija tkun 
ukoll indiviżibbli.
1112. L-obbligazzjoni ma titqiesx li hija indiviżibbli minħabba
biss li tkun obbligazzjoni in solidum.
FUQ L-OBLIGAZZJONIJIET DIVIŻIBBLI
Kif tiġi esegwita 
bejn il-kreditur u d-
debitur 
obbligazzjoni 
diviżibbli. 
1113.  (1) L-obbligazzjoni, għalkemm tkun li tista’ tinqasam,
għandha tiġi esegwita, bejn il-kreditur u d-debitur, bħallikieku
kienet indiviżibbli.
(2) Il-qsim ta’ dik l-obbligazzjoni jista’ jsir biss bejn il-
werrieta tagħhom, illi ma jistgħux jitolbu d-dejn, jew ma jkunux
obbligati jħallsuh, ħlief fl-ishma li jmissu lilhom, jew fl-ishma li
għalihom huma obbligati, bħala li jidhru flok il-kreditur jew id-
debitur.
Meta r-regola ta’ 
qsim ta’ 
obbligazzjoni ma 
tgħoddx għall-
werrieta tad-
debitur.
1114.  (1) Ir-regola ta’ qsim ta’ obbligazzjoni bejn il-werrieta
tad-debitur ma tgħoddx fil-każjiet li ġejjin:
(a) meta jkollha tingħata ħaġa determinata;
(b) meta, bis-saħħa tat-titolu, wieħed mill-werrieta waħdu
jkun inkarigat mill-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni;
(ċ) meta, mix-xorta jew mill-oġġett ta’ l-obbligazzjoni
jew mill-iskop li l-partijiet kellhom fil-kuntratt jidher
illi l-intenzjoni tal-partijiet kienet illi d-dejn ma jistax
jiġi mħallas biċċa biċċa.
(2) Fil-każijiet imsemmija fis-subartikolu (1)(a) u (b), il-
werriet li jkollu l-pussess tal-ħaġa, jew li jkun waħdu inkarigat
mid-dejn, u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu (ċ) ta’ dak is-
subartikolu, kull wieħed mill-werrieta, jista’ jiġi mħarrek dwar
kollox, bla ħsara tal-jedd tiegħu li jdur kontra l-oħrajn li jkunu
werrieta miegħu.
  200      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET INDIVIŻIBBLI
Obbligu ta’ dawk li 
jikkuntrattaw 
flimkien dejn li ma 
jinqasamx.
1115.  (1) Jekk żewġ persuni jew iżjed ikunu ikkuntrattaw
flimkien dejn li ma jinqasamx, kull waħda minn dawk il-persuni
hija obbligata għad-dejn kollu, għalkemm l-obbligazzjoni ma tkunx
in solidum.
(2) Dan igħodd ukoll għall-werrieta tal-persuna li tkun
ikkuntrattat obbligazzjoni bħal dik.
Jeddijiet tal-
werrieta tal-
kreditur 
f’obbligazzjoni 
indiviżibbli.
1116.  (1) Kull wieħed mill-werrieta tal-kreditur jista’ jitlob l-
esekuzzjoni sħiħa ta’ l-obbligazzjoni indiviżibbli.
(2) Ma jistax huwa waħdu jaħfer id-dejn kollu, jew jirċievi,
minflok il-ħaġa nfisha, il-valur tal-ħaġa.
(3) Jekk wieħed waħdu mill-werrieta ikun ħafer id-dejn, jew
ikun irċieva l-valur tal-ħaġa, ebda wieħed mill-werrieta l-oħra ma
jista’ jitlob il-ħaġa li ma tistax tinqasam mingħajr ma jieħu qies tas-
sehem tal-werriet li jkun ħafer id-dejn jew li jkun irċieva l-valur.
Jedd ta’ wieħed 
mill-werrieta tad-
debitur li jsejjaħ 
fil-kawża l-
werrieta l-oħra.
1117. Il-werriet tad-debitur meta jkun imħarrek għad-dejn kollu,
jista’ jitlob żmien biex isejjaħ fil-kawża l-werrieta l-oħra, iżda dan
kemm-il darba id-dejn ma jkunx ta’ xorta li ma jistax jiġi mħallas
ħlief mill-werriet imħarrek; f’dan il-każ hu jista’ jiġi kkundannat
waħdu, bla ħsara tal-jedd ta’ regress kontra l-werrieta l-oħra.
§  VI. FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET BI KLAWSOLI PENALI
Tifsir ta’ klawsola 
penali.
1118. Il-klawsola penali hija dik li biha wieħed, sabiex jiżgura l-
esekuzzjoni ta’ ftehim, jobbliga ruħu għal xi ħaġa fil-każ li jonqos
li jesegwih.
Effetti tan-nullità  
ta’ l-obbligazzjoni 
prinċipali u tal-
klawsola penali.
1119.  (1) In-nullità  ta’ l-obbligazzjoni prinċipali ġġib magħha
n-nullità  tal-klawsola penali.
(2) In-nullità  tal-klawsola penali ma ġġibx magħha n-nullità  ta’
l-obbligazzjoni prinċipali.
Il-penali tgħodd 
flok id-danni.
1120.  (1) Il-penali hija l-kumpens tal-ħsara li jbati l-kreditur
minħabba n-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni prinċipali. 
(2) Il-kreditur jista’ jaġixxi għall-esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjoni prinċipali minflok ma jitlob il-penali li fiha jkun
waqa’ d-debitur.
(3) Hu ma jistax jitlob il-ħaġa prinċipali u l-penali flimkien,
ħlief meta l-penali tkun ġiet miftiehma għad-dewmien biss.
Meta wieħed jaqa’ 
fil-penali.
1121.  (1) Jekk l-obbligazzjoni tkun li wieħed m’għandux
jagħmel xi ħaġa, hu jaqa’ fil-penali hekk kif jikser l-obbligazzjoni. 
(2) Jekk l-obbligazzjoni ma setgħetx tiġi esegwita ħlief f’ċertu
żmien, id-debitur jaqa’ fil-penali hekk kif jagħlaq dak iż-żmien,
kemm-il darba fil-ftehim ma jkunx ġie stabbilit żmien ieħor.
(3) F’ kull każ ieħor, id-debitur jaqa’ fil-penali meta jsir ħati
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        201
ta’ dewmien, bħal ma jingħad fl-artikolu 1130.
Tibdil jew tnaqqis 
tal-penali.
1122.  (1) Il-qorti ma tistax tnaqqas jew ittaffi l-penali ħlief
f’dawn il-każijiet:
(a) jekk id-debitur ikun esegwixxa parti mill-
obbligazzjoni, u l-kreditur ikun aċċetta espressament
il-biċċa li ġiet esegwita;
(b) jekk  id-debitur  ikun  esegwixxa  parti  mill-
obbligazzjoni, u l-parti hekk esegwita, meta jitqiesu ċ-
ċirkostanzi partikolari tal-kreditur, tkun biċ-ċar
tiswielu. lżda, f’ dan il-każ, ebda tnaqqis ta’ penali ma
jista’ jsir, jekk id-debitur, meta ntrabat għall-penali,
ikun irrinunzja espressament għal kull tnaqqis jew
jekk il-penali tkun ġiet miftiehma għad-dewmien biss.
(2) Meta skond dan l-artikolu l-penali għandha tiġi mnaqqsa,
it-tnaqqis għandu jsir fil-proporzjon tal-parti ta’ l-obbligazzjoni li
tkun baqgħet mhux esegwita.
Klawsola penali 
f’obbligazzjoni 
indiviżibbli.
1123. Meta l-obbligazzjoni prinċipali bi klawsola penali jkollha
bħala oġġett ħaġa li ma tistax tinqasam, ikun hemm lok għall-ħlas
tal-penali wkoll jekk jonqos mill-obbligazzjoni wieħed biss mill-
werrieta tad-debitur; u f’ dan il-każ, il-penali tista’ tintalab jew -
(a) kontra dak li jkun naqas għas-somma kollha, jew
(b) kontra kull wieħed mill-werrieta għal sehmu, jew,
b’azzjoni ipotekarja għas-somma kollha, bla ħsara tal-
jedd ta’ regress kontra dak li jkun naqas.
Klawsola penali 
f’obbligazzjoni 
diviżibbli.
1124.  (1) Jekk l-obbligazzjoni prinċipali bi klawsola penali
tkun diviżibbli, u wieħed mill-werrieta tad-debitur jikser l-
obbligazzjoni, jaqa’ fil-penali dak il-werriet biss, u għall-biċċa biss
ta’ l-obbligazzjoni prinċipali li għaliha hu kien obbligat, u ma jkun
hemm jedd ta’ ebda azzjoni kontra dawk li jkunu esegwew l-
obbligazzjoni.
(2) Ir-regola miġjuba fis-subartikolu (1) ma tgħoddx għall-
każijiet li fihom il-klawsola penali tkun ġiet magħmula sabiex il-
ħlas ma jkunx jista’ jsir f’biċċa, u wieħed mill-werrieta ma jkunx
ħalla li l-obbligazzjoni tiġi esegwita kollha. F’dan il-każ, tista’ tiġi
mitluba mingħand dan il-werriet il-penali kollha, u mingħand il-
werrieta l-oħra s-sehem biss tagħhom, bla ħsara tal-jedd ta’ regress
li dawn għandhom kontra l-werriet li jkun naqas mill-
obbligazzjoni.
Sub-titolu IV
FUQ L-EFFETTI TA’ L-OBBLIGAZZJONIJIET
Effetti jekk l-
obbligazzjoni ma 
tiġix esegwita.
1125. Kull minn jonqos li jesegwixxi obbligazzjoni li huwa jkun
ikkuntratta, hu obbligat għad-danni.
  202      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Fl-obbligazzjoni li 
tagħti ħaġa tidhol l-
obbligazzjoni ta’ 
rfigħ u tal-
kunsinna.
1126.  (1) Fl-obbligazzjoni li biha wieħed jintrabat li jagħti ħaġa
tidħol l-obbligazzjoni li jikkunsinna l-ħaġa, u li jikkonservaha sal-
kunsinna.
(2) Jekk id-debitur ikun in mora fil-kunsinna tal-ħaġa, il-ħaġa
tibqa’ għar-riskju u periklu tiegħu, għalkemm qabel il-mora kienet
għar-riskju u periklu tal-kreditur.
Nuqqas ta’ 
esekuzzjoni ta’ 
obbligazzjoni li 
biha wieħed 
jintrabat u jagħmel 
xi ħaġa.
1127. Fil-każ li ma tiġix esegwita obbligazzjoni li biha wieħed
ikun intrabat li jagħmel xi ħaġa, il-kreditur jista’ jiġi mogħti s-
setgħa li jieħu ħsieb jesegwiha huwa nnifsu bi spejjeż tad-debitur.
Obbligazzjoni li 
biha wieħed 
jintrabat li 
m’għandux 
jagħmel xi ħaġa.
1128. Jekk l-obbligazzjoni tkun li wieħed m’ għandux jagħmel
xi ħaġa, id-debitur li jonqos mill-obbligazzjoni hu obbligat għad-
danni minħabba biss li jkun hekk naqas.
Jeddijiet tal-
kreditur meta 
tinkiser 
obbligazzjoni li 
biha jintrabat li ma 
jagħmilx xi ħaġa.
1129.  Bla ħsara tal-jedd tiegħu għad-danni, il-kreditur jista’
jitlob li tiġi mneħħija kull ħaġa li tkun saret bi ksur ta’ l-
obbligazzjoni, u jista’ jiġi mogħti s-setgħa li jneħħiha hu stess bi
spejjeż tad-debitur.
Meta d-debitur hu 
ħati ta’ dewmien.
1130.  (1) Jekk l-obbligazzjoni tkun li wieħed għandu jagħti jew
jagħmel, u fil-ftehim ikun ġie stabbilit żmien, id-debitur jiġi
mqiegħed in mora bl-egħluq biss ta’ dak iż-żmien, bla ħsara, għal
dawk li huma mgħaxijiet imsemmijin fl-artikolu 1141, tad-
disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu.
(2) Jekk fil-ftehim ma jkun ġie stabbilit ebda żmien, jew jekk
iż-żmien ikun jagħlaq wara l-mewt tad-debitur, id-debitur jew il-
werriet tiegħu ma jiġix imqiegħed in mora ħlief wara li jiġi msejjaħ
b’ att ġudizzjarju.
Obbligu għad-
danni meta jagħlaq 
iz-żmien ta’ l-
obbligazzjoni li 
tagħti jew li 
tagħmel.
1131.  Id-debitur hu obbligat ukoll għall-ħlas tad-danni jekk il-
ħaġa li hu jkun intrabat li jagħti jew li jagħmel ma setgħetx tiġi
mogħtija jew magħmula ħlief f’ċertu żmien, u hu jkun ħalla jgħaddi
dak iż-żmien.
Id-diliġenza li 
wieħed għandu 
juża fl-esekuzzjoni 
ta’ obbligazzjoni.
1132.  (1) Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-Kodiċi
dwar id-depożiti, id-diliġenza li wieħed għandu juża fl-esekuzzjoni
ta’ kull obbligazzjoni, sew jekk din ikollha bi ħsieb il-ġid biss ta’
waħda mill-partijiet sew jekk tal-parti l-waħda u l-oħra, hija, f’kull
każ, dik ta’ missier tajjeb tal-familja, kif hemm provdut fl-artikolu
1032.
(2) Iżda, din ir-regola għandha tiġi mħarsa b’mod iżjed jew
anqas sever f’ xi każijiet imsemmijin f’ dan il-Kodiċi.
Obbligu għad-
danni fin-nuqqas 
ta’ esekuzzjoni.
1133.  Id-debitur, ukoll jekk ma jkunx mexa b’mala fidi, jiġi
kkundannat għad-danni, jekk ikun hemm lok, sew minħabba li jkun
naqas għall-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni kemm ukoll minħabba
d-dewmien fl-esekuzzjoni tagħha, kemm-il darba hu ma jippruvax
illi n-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni jew id-dewmien sar minhabba xi
ħaġa barranija li tagħha huwa ma kienx htija.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        203
Ebda obbligu jekk 
in-nuqqas ta’ l-
esekuzzjoni kien 
minħabba forza 
maġġuri.
1134.  Id-debitur mhux obbligat għad-danni jekk hu ma setax
jagħti jew jagħmel il-ħaġa li obbliga ruhu li jagħti jew li jagħmel,
jew għamel il-ħaġa li ma kellux jagħmel, minħabba forza maġġuri
jew minħabba aċċident.
Id-danni li 
għandhom jitħallsu 
lill-kreditur.
1135. Bla ħsara ta’ l-eċċezzjonijiet u tat-tibdil kif miġjubin hawn
aktar ’il quddiem, id-danni li għandhom jitħallsu lill-kreditur huma,
b’mod ġenerali, għat-telf li jkun bata’ u l-qligħ li jkun ġie mtellef.
Id-debitur hu 
obbligat biss għad-
danni mibsura jew 
li setgħu jinbasru.
1136. Id-debitur hu obbligat biss għal dawk id-danni li basar jew
li wieħed seta’ jobsor fiż-żmien ta’ l-obbligazzjoni, iżda dan
kemm-il darba n-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni ma
jkunx ġej minn egħmil tiegħu doluż.
Ma jistgħux 
jintalbu danni li 
mhumiex 
immedjati u diretti.
1137.  Fil-każ ukoll illi n-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjoni jkun ġej minn egħmil doluż tad-debitur, fid-danni
dwar it-telf li jkun bata l-kreditur u l-qligħ li hu jkun ġie mtellef,
għandhom jidħlu biss dawk id-danni li jkunu l-effett immedjat u
dirett tan-nuqqas ta’ l-obbligazzjoni.
Meta fil-ftehim tiġi 
stabbitita s-somma 
li għandha titħallas 
bħala danni.
1138.  Meta l-ftehim jistabbilixxi illi l-parti li tonqos mill-
esekuzzjoni tiegħu għandha tħallas somma determinata bħala
danni, ma tistax tiġi mogħtija lill-parti l-oħra somma akbar jew
iżgħar.
Danni li għandhom 
jitħallsu jekk 
obbligazzjoni 
tikkonsisti fi ħlas 
ta’ somma ta’ flus. 
Emendat: 
VI.1983.4.
1139.  Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra tal-liġi dwar il-
garanzija u s-soċjetà , jekk l-obbligazzjoni jkollha biss bħala oġġett
il-ħlas ta’ somma determinata, id-danni li jiġu mid-dewmien ta’ l-
esekuzzjoni tagħha jkunu jikkonsistu biss fl-imgħaxijiet fuq is-
somma li jkollha tingħata meqjusin bit-tmienja fil-mija fis-sena.
L-imgħaxijiet 
għandhom jitħallsu 
bla ma hija 
meħtieġa prova tat-
telf.
1140.  L-imgħaxijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan
għandhom jitħallsu, mingħajr ma jkun jinħtieġ li l-kreditur jipprova
li bata xi telf.
Minn meta jibdew 
igħaddu l-
imgħaxijiet.
1141.  (1) Jekk l-obbligazzjoni tkun ta’ xorta kummerċjali jew
jekk il-liġi tkun tiddisponi li l-imgħaxijiet għandhom jibdew
igħaddu ipso jure, l-imgħaxijiet għandhom igħaddu minn dak in-
nhar li l-obbligazzjoni kellha tiġi esegwita.
(2) F’ kull każ ieħor, l-imgħaxijiet għandhom igħaddu minn
dak in-nhar illi ssir sejħa għall-ħlas b’ att ġudizzjarju, għalkemm
fil-ftehim ikun ġie stabbilit żmien għall-esekuzzjoni ta’ l-
obbligazzjoni. 
Imgħaxijiet fuq l-
imgħaxijiet.
1142.  L-imgħaxijiet magħluqa jistgħu jagħtu mgħaxijiet oħra,
sew bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan, minn
dak in-nhar tat-talba ġudizzjarja għaldaqshekk jew bi ftehim li jsir
wara li jagħlqu, basta li, fil-każ il-wieħed u l-ieħor, l-imgħaxijiet
ikollhom jingħataw għal żmien ta’ mhux anqas minn sena.
Actio debitor 
debitoris mei.
1143.  Kull kreditur jista’ biex jitħallas ta’ dak li jkollu jieħu,
jeżerċita l-jeddijiet jew l-azzjonijiet kollha tad-debitur tiegħu, barra
minn dawk li huma għal kollox personali.
  204      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Actio Pauliana.
Kap. 12.
1144.  (1) Kull kreditur jista’ wkoll, f’ismu, jattakka l-atti
magħmula b’qerq mid-debitur bi ħsara tal-jeddijiet tiegħu, bla
preġudizzju tal-jedd tal-konvenut għall-eċċezzjoni tal-benefiċċju
ta’ l-eskussjoni, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 795 sat-801
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Jekk dawn l-atti jkunu b’titolu oneruż, il-kreditur għandu
jipprova li kien hemm qerq min-naħa taż-żewġ partijiet fil-kuntratt.
(3) Jekk dawn l-atti jkunu b’ titolu gratuwitu, biżżejjed li l-
kreditur jipprova li kien hemm qerq min-naħa tad-debitur.
(4) L-azzjoni li tmiss lill-kredituri taħt dan l-artikolu ma tistax
tiġi eżerċitata kontra minuri, ħlief sas-somma li minnha dawn ikunu
kisbu qligħ, bla ħsara tal-jedd ta’ kull azzjoni oħra li tista’ tmiss
lill-kredituri kontra t-tutur li jkun ħa sehem fil-qerq.
Sub-titolu V
FUQ IL-MOD LI BIH JISPIĊĊAW L-OBBLIGAZZJONIJIET
Kif jispiċċaw 
obbligazzjonijiet.
1145. Barra mill-effetti tal-kondizzjoni riżoluttiva, u mill-effetti
tal-preskrizzjoni, l-obbligazzjonijiet jispiċċaw:
(a) bil-ħlas;
(b) bin-novazzjoni;
(ċ) bil-maħfra tad-dejn;
(d) bit-tpaċija;
(e) bil-konfużjoni;
(f) bit-telfa tal-ħaġa;
(g) bir-rexxissjoni.
§ I.  FUQ IL-ĦLAS
FUQ IL-ĦLAS IN ĠENERALI
Tifsir ta’ ħlas. 1146.  Ħlas ifisser l-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni sew jekk l-
oġġett ta’ l-obbligazzjoni jkun li tingħata xi ħaġa sew jekk ikun li
tiġi magħmula xi ħaġa.
Il-ħlas jissoponi 
dejn.
1147.  (1) Kull ħlas jissoponi dejn, u dak li jitħallas bla ma
jkollu jingħata, jista’ jintalab lura.
(2) Iżda, ma hemmx jedd ta’ azzjoni għall-ħlas lura jekk dak li
tħallas kellu jingħata bis-saħħa ta’ obbligazzjoni naturali. 
Minn min jista’ jsir 
il-ħlas.
1148.  (1) L-obbligazzjoni tista’ tiġi mitmuma bil-ħlas magħmul
minn kull persuna li jkollha interess fiha, bħal wieħed li jkun
obbligat flimkien ma’ oħrajn jew garanti.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        205
(2) L-obbligazzjoni tista’ wkoll tiġi mitmuma bil-ħlas
magħmul minn terza persuna li ma jkollhiex interess fiha, basta li
din il-persuna taġixxi fl-isem u għall-ħelsien tad-debitur, jew, jekk
taġixxi fl-isem tagħha nfisha, basta li ma tiġix imdaħħla fil-
jeddijiet tal-kreditur.
Il-kreditur ma 
jistax jirrifjuta ħlas 
minn terza 
persuna.
1149.  (1) Il-kreditur ma jistax jirrifjuta ħlas li toffri lilu terza
persuna, jekk il-ħlas ikun ta’ vantaġġ għad-debitur.
(2) Dan igħodd ukoll meta l-oġġett ta’ l-obbligazzjoni huwa li
wieħed jagħmel xi ħaġa, basta li, f’dan il-każ, il-kreditur ma
jkollux interess illi l-obbligazzjoni tiġi esegwita mid-debitur
innifsu, u l-esekuzzjoni tiġi offerta minn terza persuna fuq talba
tad-debitur.
Meta l-ħlas 
jittrasferixxi 
proprjetà  tal-ħaġa.
1150.  (1) Jekk il-ħlas ikollu bħala skop li tiġi ttrasferita lill-
kreditur il-proprjetà  tal-ħaġa mħallsa, dan il-ħlas ma jiswiex jekk
ma jsirx mis-sid ta’ dik il-ħaġa.
(2) Iżda, il-ħlas ta’ somma ta’ flus, jew ta’ ħaġ‘oħra li tintemm
bl-użu, ma jistax jintalab lura kontra l-kreditur illi jkun, b’ bona
fidi, temm il-flus jew il-ħaġa, għalkemm il-ħlas ikun ġie magħmul
minn wieħed li ma kienx is-sid tal-flus jew tal-ħaġa.
Nullità  ta’ ħlas 
magħmul minn 
persuna inkapaċi li 
tagħmel 
trasferimenti.
1151.  Il-ħlas magħmul minn persuna inkapaċi li tagħmel
trasferimenti, jista’ jiġi, fl-interess ta’ dik il-persuna, annullat.
Lil min għandu jsir 
il-ħlas.
1152.  (1) Il-ħlas għandu jsir lill-kreditur, jew lill-persuna li
jkollha mingħandu, mill-qorti jew mil-liġi, is-setgħa li tirċievi l-
ħlas.
(2) Il-ħlas li jsir lil persuna li ma jkollhiex din is-setgħa isir
jiswa jekk il-kreditur iwettqu jew ikun ħa ġid minnu.
Ħlas magħmul 
b’bona fidi lil 
persuna fil-pussess 
tal-kreditu.
1153. Il-ħlas magħmul b’ bona fidi lil persuna li tkun fil-pussess
tal-kreditu jiswa, għalkemm wara l-pussessur ikun tilef b’evizzjoni
dak il-kreditu.
Meta jiswa l-ħlas 
magħmul lill-
kreditur inkapaċi li 
jirċevih.
1154.  Ma jiswiex il-ħlas magħmul lill-kreditur jekk dan ma
kienx kapaċi li jirċevih, ħlief jekk id-debitur jipprova illi l-ħaġa
mħallsa marret għall-vantaġġ tal-kreditur.
Ħlas mid-debitur bi 
ksur ta’ mandat ta’ 
sekwestru, eċċ.
1155. Il-ħlas magħmul mid-debitur lill-kreditur tiegħu bi ksur ta’
mandat ta’ sekwestru, jew ta’ ordni ieħor tal-qorti, ma jiswiex
kontra l-persuni li favur tagħhom il-mandat jew l-ordni jkun ġie
mogħti; u dawn il-persuni jistgħu, għall-jeddijiet tagħhom, iġiegħlu
lid-debitur iħallas mill-ġdid, bla ħsara tal-jedd tiegħu ta’ regress
kontra l-kreditur.
Il-kreditur ma 
jistax jiġi mġiegħel 
jieħu ħaġa li ma 
tkunx dik li 
għandha tingħata, 
jew li jirċievi biċċa 
mill-ħlas.
1156.  Il-kreditur ma jistax jiġi mġiegħel jirċievi ħaġa li ma
tkunx dik li għandha tingħata lilu, għalkemm il-ħaġa offerta tkun
tiswa daqs l-oħra, jew ukoll iżjed; jew li jirċievi l-ħlas ta’ biċċa
mid-dejn, għalkemm dan id-dejn ikun li jista’ jinqasam.
  206      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Kunsinna ta’ ħaġa 
żgura u 
determinata.
1157. Id-debitur ta’ ħaġa żgura u determinata jiġi meħlus meta
jagħtiha fl-istat li tkun tinsab fiż-żmien tal-kunsinna, basta li ma
kienx in mora qabel ma jkun ġara t-tgħarriq tagħha, u dan it-
tgħarriq ma jkunx ġara bi ħtija tad-debitur jew ta’ dawk li għalihom
hu jwieġeb.
Kunsinna ta’ ħaġa 
determinata fl-
ispeċi tagħha biss.
1158. Jekk id-dejn hu ta’ ħaġa determinata fl-ispeċi tagħha biss,
id-debitur, biex jiġi meħlus, mhux obbligat jagħti ħaġa ta’ l-aħjar
kwalità,  iżda lanqas ma jista’ jagħti ħaġa ta’ l-agħar kwalità . 
Fejn għandu jsir il-
ħlas.
1159.  (1) Il-ħlas għandu jsir fil-lok miftiehem fil-kuntratt.
(2) Jekk fil-kuntratt ma jkun ġie miftiehem ebda lok, u l-ħaġa li
għandha tingħata hija żgura u determinata, il-ħlas għandu jsir fil-
lok fejn fiż-żmien tal-kuntratt kienet tinsab il-ħaġa li hija l-oġġett
tal-ħlas.
(3) Jekk il-ħaġa li għandha tingħata bi ħlas hija somma ta’ flus
jew ħaġ’oħra li tista’, mingħajr spiża ta’ xejn, tinġieb jew
tintbagħat, u sew id-debitur kemm il-kreditur ikunu joqogħdu fl-
istess gżira, il-ħlas għandu jsir fid-dar tal-kreditur.
(4) F’ kull każ ieħor, il-ħlas għandu jsir fejn ikun joqgħod bid-
dar id-debitur.
Preżunzjoni ta’ 
ħlas f’każ ta’ kera, 
imgħaxijiet jew 
ħlasijiet oħra ta’ 
kull tant żmien.
1160. Jekk, f’ każ ta’ kera, imgħaxijiet, jew ħlasijiet oħra ta’ kull
tant żmien, ikun jidher minn riċevuti illi d-debitur ħallas id-dejn
kull darba li għalaq għal tliet darbiet wara xulxin, mingħajr ebda
riżerva għal somom li jkunu għalqu qabel, dawn is-somom jitqiesu
mħallsin.
Każijiet oħra li 
fihom id-dejn 
jitqies imħallas.
1161. Hekk ukoll id-dejn jitqies li ġie mħallas jekk -
(a) il-partijiet ikunu għamlu bejniethom kontijiet ġenerali
ta’ dak li l-parti l-waħda kellha tagħti lill-oħrajn,
għall-anqas tliet darbiet wara li jagħlaq id-dejn,
mingħajr ma semmew xejn dak id-dejn jew mingħajr
ma għamlu ebda riżerva għalih; u
(b) it-talba dwar dan id-dejn issir wara l-mewt tad-debitur,
jew wara żmien ta’ mhux anqas minn tliet snin minn
dak in-nhar tar-riċevuta ta’ l-aħħar kont ġenerali.
Meta m’hemmx 
lok għall-
preżunzjoni.
1162.  F’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ
artikoli qabel dan, il-ħlas ma jitqiesx li sar jekk ikun hemm
ċirkostanzi li minnhom jidher illi mhux probabbli li d-dejn tħallas,
jew illi minnhom jidher li kien hemm raġuni tajba sabiex dak id-
dejn ma jissemmiex fil-ħlas li sar jew fil-kontijiet magħmulin wara
li dak id-dejn ikun għalaq.
Spejjeż tal-ħlas. 1163.  (1) L-ispejjeż tal-ħlas ibatihom id-debitur.
(2) Dak li jħallas id-dejn jista’ jitlob li r-riċevuta, bi spejjeż
tiegħu, tiġi magħmula b’ att pubbliku.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        207
FUQ IL-ĦLAS B’SURROGA
Meta min iħallas 
jidħol fil-jeddijiet 
tal-kreditur.
1164.  Min iħallas id-dejn ta’ wieħed ieħor ma jidħolx fil-
jeddijiet tal-kreditur, ħlief bis-saħħa ta’ konvenzjoni, jew b’
disposizzjoni tal-liġi.
Surroga b’ 
konvenzjoni.
1165.  Min iħallas id-dejn jidħol fil-jeddijiet tal-kreditur, b’
konvenzjoni -
(a) meta l-kreditur idaħħal floku l-persuna li mingħandha
jieħu l-ħlas fil-jeddijiet tiegħu kollha kontra d-debitur,
basta li din is-surroga ssir espressament u flimkien
mal-ħlas:
(b) meta d-debitur jieħu b’self somma ta’ flus biex iħallas
dejnu, u biex idaħħal lil min jisilfu fil-jeddijiet tal-
kreditur:
Iżda sabiex din is-surroga tkun tiswa hu meħtieġ -
(i) illi s-self u r-riċevuta jsiru b’ att pubbliku.
(ii) illi fl-att tas-self jiġi ddikjarat li s-somma ġiet
meħuda b’ self sabiex jitħallas id-dejn, u
(iii) illi fir-riċevuta jiġi ddikjarat li l-ħlas sar bil-flus
maħruġa għaldaqshekk mill-kreditur il-ġdid.
(2) Is-surroga msemmija fis-subartikolu (1)(b) ssir mingħajr
ma jkun jinħtieġ il-kunsens tal-kreditur.
Meta s-surroga ssir 
ipso jure.
1166. Is-surroga ssir ipso jure favur -
(a) ta’ dak illi hu kreditur huwa stess u jħallas lil kreditur
ieħor illi jkollu fuqu jedd ta’ preferenza minħabba
privileġġ jew ipoteka;
(b) ta’ dak illi jakkwista immobbli u jħallas il-prezz tiegħu
lill-kredituri illi lejhom il-fond kien ipotekat:
(ċ) ta’ dak li kien obbligat ma’ oħrajn jew għal oħrajn
għall-ħlas tad-dejn u kellu interess iħallsu;
(d) ta’ kull werriet bil-benefiċċju ta’ l-inventarju li, bi
flusu, ħallas id-djun tal-wirt.
Is-surroga għandha 
effett kontra l-
garanti u d-
debituri.
1167.  Is-surroga, sew b’ konvenzjoni kemm bis-saħħa tal-liġi,
għandha effett sew kontra garanti kemm kontra d-debituri; iżda ma
hix ta’ ħsara għall-kreditur, jekk dan il-kreditur ikun irċieva biċċa
biss mil-ħlas; u, f’ dan il-każ, il-kreditur jista’ jitlob il-bqija li jkun
fadallu jieħu bi preferenza fuq dak li mingħandha jkun ħa biċċa
mill-ħlas.
FUQ L-IMPUTAZZJONI TAL-ĦLAS
Id-debitur għandu 
jedd jiddikjara għal 
liema dejn għandu 
jmur il-ħlas.
1168.  (1) Id-debitur li jkollu iżjed minn dejn wieħed, għandu
jedd jiddikjara, fil-waqt tal-ħlas, liema huwa d-dejn li jrid iħallas.
  208      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) Iżda d-debitur ma jistax, mingħajr il-kunsens tal-kreditur,
jimputa l-ħlas għal dejn mhux magħluq minflok li għal dejn
magħluq, fil-każ li jkun preżunt li ż-żmien tad-dejn mhux magħluq
kien ġie miftiehem ukoll favur il-kreditur.
(3) Lanqas ma jista’ jimputa l-ħlas għar-renti jew għall-
imgħaxijiet tas-snin ta’ wara minflok li għar-renti jew imgħaxijiet
tas-snin ta’ qabel.
Dejn li jagħti 
mgħaxijiet.
1169.  (1) Id-debitur ta’ somma ta’ flus li tagħti mgħaxijiet ma
jistax, mingħajr il-kunsens tal-kreditur, jimputa l-ħlas għall-
kapital, minflok li għall-imgħaxijiet.
(2) Il-ħlas ta’ parti mid-dejn magħmul akkont ta’ kapitali u
mgħaxijiet, mingħajr ma jingħad għal liema minnhom, imur l-
ewwel għall-imgħaxijiet.
Meta d-debitur 
jaċċetta riċevuta 
b’imputazzjoni 
magħmula mill-
kreditur.
1170. Jekk id-debitur, li jkollu iżjed minn dejn wieħed, jaċċetta
riċevuta li biha l-kreditur jimputa espressament il-ħlas għal wieħed
minn dawn id-djun, ma jistax jitlob li l-ħlas imur għal dejn ieħor,
kemm-il darba ma jkunx hemm egħmil doluż jew sorpriża min-naħa
tal-kreditur.
Regoli dwar l-
imputazzjoni tal-
ħlasijiet.
1171. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan,
meta ebda imputazzjoni ma tkun saret fil-waqt tal-ħlas, għandhom
jitħarsu r-regoli li ġejjin:
(a) il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn mhux ikkontestat
qabel id-dejn ikkontestat;
(b) meta hemm iżjed minn dejn wieħed mhux ikkontestat,
il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn illi fiż-żmien tal-
ħlas ikun ġa magħluq qabel id-djun li jkunu għad ma
għalqux, ħlief jekk fost dawn id-djun imsemmijin l-
aħħar ikun hemm dejn illi għalih id-debitur hu suġġett
għall-arrest tal-persuna, f’liema każ il-ħlas għandu
jitqies li sar fuq dak id-dejn, kemm-il darba ż-żmien
għall-ħlas ma kienx ġie miftiehem ukoll favur il-
kreditur;
(ċ) fost id-djun magħluqa, il-ħlas għandu jitqies li sar
għad-dejn li għalih id-debitur hu suġġett għall-arrest
tal-persuna, jew, meta ma jkunx hemm dejn ta’ din ix-
xorta, għal dejn li jagħti mgħaxijiet, qabel djun oħra;
(d) il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn imsaħħaħ b’
garanzija qabel dejn ieħor mhux hekk imsaħħaħ; u fuq
id-dejn bi privileġġ jew b’ipoteka qabel dejn li ma
jkunx bi privileġġ jew b’ipoteka;
(e) il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn illi dak illi ħallas
kellu jagħti bħala debitur prinċipali jew bħala obbligat
waħdu qabel dejn li kellu jagħti bħala garanti ta’
ħaddieħor jew bħala debitur in solidum ma’ debituri
oħra;
(f) fil-każijiet mhux imsemmija espressament fir-regoli
ta’ qabel din, il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn illi,
fiż-żmien tal-ħlas, id-debitur kellu l-iżjed interess li
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        209
jħallas;
(g) meta d-debitur ma jkollu ebda interess li jħallas dejn
qabel ieħor, il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn l-
iżjed qadim: u fost id-djun li jkunu saru f’ġurnata
waħda, u li ma jagħilqux fi żmien wieħed, jitqies bħala
iżjed qadim id-dejn li jagħlaq l-ewwel;
(h) jekk id-djun ikunu f’kondizzjoni waħda, l-
imputazzjoni ssir pro rata.
Regoli dwar l-
imputazzjoni 
f’każijiet li kreditur 
jitħallas bil-prezz 
tal-bejgħ tal-ħaġa li 
fuqha jkun hemm 
id-dejn.
1172.  Meta l-kreditur jitħallas billi jdaħħal il-prezz ta’ ħaġa li
fuqha kellu l-jedd ta’ privileġġ jew ta’ ipoteka, u li huwa jkun ġieb
għall-bejgħ, jitħarsu r-regoli li ġejjin:
(a) il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn bi privileġġ jew
b’ipoteka qabel djun oħra, għalkemm id-debitur ikollu
iżjed interess li jħallas dawn id-djun l-oħra;
(b) jekk il-ħaġa kienet suġġetta għal dejn bi privileġġ u b’
ipoteka, il-ħlas għandu jitqies li sar għad-dejn bi
privilegġ; u jekk il-ħaġa kienet suġġetta għal żewġ
djun ipotekarji jew iżjed, il-ħlas imur fuq id-dejn bl-
ipoteka l-iżjed qadima;
(ċ) jekk id-djun ikunu f’kondizzjoni waħda, l-
imputazzjoni ssir pro rata.
FUQ L-OFFERTA TA’ ĦLAS U FUQ ID-DEPOŻITU
Meta d-debitur 
jista’ jiddepożita s-
somma jew il-ħaġa 
li jkollu jagħti.
Kap. 12.
1173.  (1) Jekk il-kreditur ma jkunx irid jieħu l-ħlas, id-debitur,
jew dak li għandu jedd iħallas, jista’, bi spejjeż tal-kreditur,
jiddepożita s-somma jew il-ħaġa li għandha tingħata bil-mod li
jingħad fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Id-depożitu magħmul skond il-liġi jiswa daqs il-ħlas u l-
ħaġa ddepożitata tibqa’ għar-riskju tal-kreditur.
Id-depożitu għandu 
jsir wara li tiġi 
rrifjutata offerta 
valida.
1174.  (1) Id-depożitu m’għandux l-effetti msemmijin fl-aħħar
artikolu qabel dan jekk il-kreditur ma jkunx qabel irrifjuta offerta
valida.
(2) L-offerta tista’ tkun ukoll bil-fomm.
(3) Il-ħlas hekk offert jitqies li ġie rrifjutat jekk ma jiġix
aċċettat fi żmien erbat ijiem minn dak in-nhar ta’ l-offerta.
(4) Iż-żmien hu ta’ tmint ijiem, jekk waħda mill-partijiet tkun
toqgħod Malta, u l-oħra Għawdex jew Kemmuna.
Kondizzjonijiet 
biex offerta tkun 
tiswa.
1175. Sabiex l-offerta tkun tiswa, hu meħtieġ -
(a) li tiġi magħmula lill-kreditur kapaċi li jirċievi l-ħlas,
jew lil min ikollu s-setgħa li jirċievi għalih; 
(b) li tiġi magħmula minn persuna kapaċi biex tħallas;
(ċ) li tkun tiġbor fiha s-somma kollha li jkollha tingħata
għall-kapital u għall-imgħaxijiet magħluqa, u għall-
  210      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
ispejjeż likwidi, u somma oħra għall-ispejjeż mhux
likwidi, b’riżerva tal-ħlas ta’ kull somma li tkun
tonqos;
(d) li ż-żmien, meta miftiehem favur il-kreditur, ikun
għalaq;
(e) li tkun seħħet il-kondizzjoni li taħtha jkun sar id-dejn;
(f) li l-offerta tkun saret fil-lok li skond il-ftehim, jew,
jekk ma jkunx hemm ftehim, skond il-liġi, il-ħlas
għandu jsir.
Meta d-depożitu 
jista’ jittieħed lura.
1176.  (1) Id-depożitu, sakemm ma jiġix aċċettat mill-kreditur,
jista’ jiġi meħud lura mid-debitur, kemm-il darba ma jkunx ġie
ssekwestrat mill-kreditur stess jew minn ħaddieħor.
(2) Jekk id-debitur jieħu lura d-depożitu, il-kondebituri jew il-
garanti ma jiġux meħlusa.
Meta d-debitur 
jieħu sentenza li 
tiddikjara validu d-
depożitu.
1177.  Meta d-debitur ikun ħa sentenza li tiddikjara validu d-
depożitu, ma jistax iżjed, lanqas bil-kunsens tal-kreditur, jieħu lura
d-depożitu bi ħsara tal-kondebituri jew tal-garanti.
Meta l-kreditur 
jagħti l-kunsens 
għat-teħid lura ta’ 
depożitu ddikjarat 
validu.
1178.  Il-kreditur illi jkun ta l-kunsens tiegħu sabiex id-debitur
jieħu lura d-depożitu wara li dan ikun ġie ddikjarat validu, ma
jistax iżjed, għall-ħlas tal-kreditu tiegħu, jinqeda b’xi privileġġ jew
ipoteka li hu kellu għal dak il-kreditu; u dan il-kreditur ma jkollux
iżjed jedd ta’ ipoteka ħlief minn dak in-nhar illi l-att, li bih ikun ta
l-kunsens tiegħu sabiex id-depożitu jittieħed lura, jekk ikun att
magħmul bil-formalitajiet meħtieġa biex inissel ipoteka u biex jiġi
rreġistrat fir-Reġistru Pubbliku, ikun ġie hekk irreġistrat.
§ II . FUQ IN-NOVAZZJONI
Meta hemm 
novazzjoni.
1179. Hemm novazzjoni -
(a) meta d-debitur jagħmel mal-kreditur tiegħu dejn ġdid,
u dan jiġi mqiegħed flok il-qadim, illi jispiċċa; 
(b) meta debitur ġdid jiġi mqiegħed flok il-qadim, illi jiġi
meħlus mill-kreditur;
(ċ) meta, bis-saħħa ta’ obbligazzjoni ġdida, kreditur ġdid
jiġi mqiegħed flok il-qadim, li lejh id-debitur jiġi
meħlus.
Minn min tista’ ssir 
in-novazzjoni.
1180.  (1) ln-novazzjoni tista’ ssir biss bejn persuni kapaċi li
jikkontrattaw.
(2) Hija mhix preżunta; l-intenzjoni li ssir għandha tidher biċ-
ċar.
(3) In-novazzjoni bis-sostituzzjoni ta’ debitur ġdid, tista’ ssir
mingħajr il-kunsens ta’ l-ewwel debitur.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        211
M’ hemmx 
novazzjoni jekk l-
obbligazzjoni il-
qadima ma tiġix 
maqtula.
1181.  (1) Ma hemmx novazzjoni jekk l-obbligazzjoni qadima
ma tiġix maqtula, għalkemm tiġi mbiddla.
(2) It-tismija waħidha, magħmula mid-debitur, ta’ persuna li
għandha tħallas minfloku, ma ġġibx novazzjoni.
(3) Lanqas ma ġġib novazzjoni t-tismija waħidha, magħmula
mill-kreditur, ta’ persuna li għandha tirċievi għalih.
L-aċċettazzjoni ta’ 
titoli għad-dejn ta’ 
qabel ma ġġibx 
novazzjoni.
1182.  (1) L-aċċettazzjoni ta’ biljetti jew titoli negozjabbli oħra
għal dejn ta’ qabel, ma ġġibx novazzjoni, meta ma jidhirx biċ-ċar
minn ċirkostanzi oħra li l-ħsieb kien li jiġi maqtul dak id-dejn ta’
qabel.
(2) Lanqas ma hemm novazzjoni ta’ dejn li fil-bidu kien
kummerċjali, minħabba biss li wara jiġi magħruf b’att ta’ nutar, u
msaħħaħ b’ipoteka.
Meta delegazzjoni 
ma ġġibx 
novazzjoni.
1183. Id-delegazzjoni li biha d-debitur jagħti lill-kreditur tiegħu
debitur ieħor, illi jintrabat lejn dan il-kreditur, ma ġġibx
novazzjoni, jekk il-kreditur ma jkunx iddikjara espressament il-
volontà  tiegħu li jeħles lid-debitur li jkun għamel id-delegazzjoni.
Jekk id-delegat isir 
mhux solvibbli.
1184.  Il-kreditur li jeħles lid-debitur li jkun għamel id-
delegazzjoni, ma jistax idur kontra dak id-debitur, kemm-il darba
d-delegat isir mhux solvibbli, ħlief jekk il-kreditur fiż-żmien tad-
delegazzjoni, ikun żamm espressament il-jedd għaldaqshekk, jew
jekk id-delegat kien ġa mhux solvibbli jew fallut jew wasal biex
ifalli.
Il-privileġġi, eċċ., 
tal-kreditu l-qadim 
ma jgħaddux fil-
krediti li jitqiegħdu 
floku.
1185. Il-privileġġi jew l-ipoteki tal-kreditu l-qadim ma jgħaddux
fil-kreditu li jiġi mqiegħed floku, jekk il-kreditur ma jkunx żamm
espressament il-jedd għaldaqshekk.
Il-privileġġi, eċċ., 
ma jgħaddux fuq 
il-beni tad-debitur 
il-ġdid.
1186.  Meta n-novazzjoni ssir billi jiġi mqiegħed debitur ġdid
minflok l-ewwel debitur, il-privileġġi u l-ipoteki li qabel kien
hemm mal-kreditu ma jgħaddux fuq il-beni tad-debitur il-ġdid.
Novazzjoni bejn 
kreditur u wieħed 
mid-debituri 
solidali.
1187.  Jekk in-novazzjoni ssir bejn il-kreditur u wieħed mid-
debitur in solidum, il-privileġġi u l-ipoteki tal-kreditu il-qadim ma
jistgħux jinżammu ħlief fuq il-beni ta’ dak li jintrabat bid-dejn il-
ġdid.
Effetti tan-
novazzjoni.
1188.  (1) In-novazzjoni bejn il-kreditur u wieħed mid-debituri
in solidum teħles lill-kondebituri l-oħra, bla ħsara tal-jedd tad-
debitur li jkun intrabat bl-obbligazzjoni l-ġdida li jdur kontra l-
kondebituri għal sehemhom tad-dejn il-qadim li huwa jkun ħallas.
(2) In-novazzjoni li ssir favur id-debitur prinċipali teħles lill-
garanti.
(3) Iżda, jekk il-kreditur jitlob il-kunsens tal-kondebituri fil-
każ imsemmi fis-subartikolu (1), jew il-kunsens tal-garanti fil-każ
imsemmi fis-subartikolu (2), u dawn il-kondebituri jew garanti ma
jaċċettawx il-ftehim il-ġdid, il-kreditu l-qadim jibqa’ jseħħ.
Eċċezzjonijiet li d-
debitur delegat 
jista’ jagħti kontra 
l-kreditur il-ġdid.
1189.  (1) Id-debitur delegat li jkun aċċetta d-delegazzjoni ma
jistgħax jagħti kontra l-kreditur il-ġdid l-eċċezzjonijiet li seta’
jagħti kontra l-ewwel kreditur tiegħu, bla ħsara tal-jedd li jdur
  212      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
kontra dan ta’ l-aħħar.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma jgħoddux jekk il-
ħsieb tal-parti li tkun għamlet id-delegazzjoni kien li b’din id-
delegazzjoni tagħmel donazzjoni lil-parti li favur tagħha d-
delegazzjoni tkun saret.
(3) Id-disposizzjonijijet ta’ hawn fuq lanqas ma jgħoddu għall-
eċċezzjonijiet li jiddependu mill-kondizzjoni tal-persuna, bħal dik
ta’ minuri, basta li din il-kondizzjoni tagħhom kienet teżisti fiż-
żmien li fih id-delegat aċċetta d-delegazzjoni.
§ III . FUQ IL-MAĦFRA TAD-DEJN
Maħfra tad-dejn f’ 
każ ta’ debituri in 
solidum.
1190.  (1) Il-maħfra jew ħelsien bi ftehim favur wieħed mid-
debituri in solidum teħles lill-oħrajn kollha, jekk il-kreditur ma
jkunx żamm espressament il-jeddijiet tiegħu kontra tagħhom.
(2) Jekk il-kreditur ikun żamm dawn il-jeddijiet, hu ma jistax
jitlob il-kreditu ħlief bit-tnaqqis tas-sehem maħfur.
Effetti tal-maħfra 
kwantu għall-
garanti.
1191.  (1) Il-maħfra jew ħelsien bi ftehim favur id-debitur
prinċipali, teħles lill-garanti.
(2) ll-ħelsien tal-garanti ma jeħlisx lid-debitur prinċipali.
(3) Il-ħelsien ta’ wieħed mill-garanti ma jeħlisx lill-garanti l-
oħra ħlief mis-sehem li għalih setgħu jduru kontra l-garanti hekk
meħlus.
Il-kreditur għandu 
jaqta’ mid-dejn 
kull ma jirċievi 
mill-garanti b’ 
ħelsien tad-dejn.
1192.  Il-ħlas li l-kreditur ikun ħa mingħand il-garanti biex
jeħilsu mill-garanzija, jinqata’ mid-dejn, b’ħelsien tad-debitur
prinċipali tal-garanti l-oħra.
Meta r-radd ta’ l-
iskrittura hu 
magħdud maħfra.
1193.  (1) Ir-radd ta’ l-oriġinal ta’ l-iskrittura tal-kreditu, li l-
kreditur jagħmel minn rajh lid-debitur, hija preżunzjoni tal-ħelsien
mid-dejn, meta ma jiġix ippruvat li dan ir-radd sar bi ħsieb ieħor
minn dak li jeħles lid-debitur.
(2) Ir-radd ta’ l-iskrittura hawn fuq imsemmija magħmul lil
wieħed mid-debituri in solidum, għandu l-istess effett favur il-
kondebituri l-oħra.
Meta f’ riċevuta 
ma jinżammx il-
jedd għal dejn 
ieħor.
1194. In-nuqqas biss ta’ riżerva ta’ dejn fir-riċevuta dwar dejn
ieħor, ma hux preżunzjoni tal-maħfra ta’ dak id-dejn.
Radd tar-rahan. 1195. Ir-radd tar-rahan mhux biżżejjed biex joħloq preżunzjoni
tal-maħfra tad-dejn.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        213
§ I V. FUQ IT-TPAĊIJA
Meta u kif issir it-
tpaċija.
1196.  (1) Meta tnejn min-nies huma debituri lejn xulxin, issir
bejniethom tpaċija.
(2) It-tpaċija ssir ipso jure, u wkoll mingħajr ma jkunu jafu d-
debituri. Hekk kif ikunu jeżistu żewġt idjun fi żmien wieħed,
jinqatlu wieħed bl-ieħor sa fejn ikunu ndaqs.
Bejn liema djun 
issir it-tpaċija.
1197.  (1) It-tpaċija ssir biss bejn żewġt idjun li jkollhom it-
tnejn bħala oġġett somma ta’ flus, jew kwantità  determinata ta’
ħwejjeġ funġibbli ta’ l-istess speċi, u li jkunu t-tnejn likwidi u li
jistgħu jintalbu.
(2) Id-dejn hu likwidu meta hu ċert ukoll f’dik li hija kwantità .
Żmien mogħti 
għall-ħlas mhux ta’ 
xkiel għat-tpaċija.
1198.  Iż-żmien għall-ħlas, mogħti bil-bona grazzja, mhux ta’
xkiel għat-tpaċija.
Meta ma ssirx 
tpaċija.
1199. It-tpaċija ssir, tkun xi tkun il-kawża tad-dejn il-wieħed jew
l-ieħor, minbarra minn fil-każijiet li ġejjin:
(a) meta jintalab ir-radd ta’ ħaġa li tagħha s-sid ikun bata
spoll kontra l-ħaqq;
(b) meta jintalab ir-radd ta’ depożitu inkella ta’ self ta’ l-
użu jew kommodat;
(ċ) meta d-dejn hu għal manteniment li ma jkunx suġġett
għal sekwestru.
Il-garanti jista’ 
jeċċepixxi t-
tpaċija.
1200.  (1) Il-garanti jista’ jeċċepixxi t-tpaċija ta’ dak li l-
kreditur ikollu jagħti lid-debitur prinċipali.
(2) Iżda d-debitur prinċipali ma jistax jeċċepixxi t-tpaċija ta’
dak li l-kreditur ikollu jagħti lill-garanti.
(3) Id-debitur in solidum ma jistax jeċċepixxi t-tpaċija ta’ dak
li l-kreditur ikollu jagħti lil kondebitur, ħlief għas-sehem ta’ dan il-
kondebitur.
Jekk id-debitur 
jaċċetta ċ-ċessjoni 
tal-kreditu.
1201.  (1) Id-debitur li jkun aċċetta mingħajr ebda riżerva u
kondizzjoni ċ-ċessjoni li l-kreditur ikun għamel tal-jeddijiet tiegħu
lil terza persuna, ma jistax jeċċepixxi kontra ċ-ċessjonarju t-tpaċija
li, qabel l-aċċettazzjoni taċ-ċessjoni, seta’ jeċċepixxi kontra ċ-
ċedent.
(2) Iżda, iċ-ċessjoni li d-debitur ma jkunx aċċetta, imma li tkun
ġiet lilu nnotifikata, mhix ta’ xkiel għat-tpaċija ħlief tal-krediti ta’
wara n-notifika.
Jekk ikun hemm 
iżjed minn dejn 
wieħed li jista’ 
jitpaċa.
1202.  Meta l-istess persuna jkollha iżjed minn dejn wieħed li
jista’ jitpaċa, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1168, 1169 u 1171
dwar l-imputazzjoni tal-ħlas igħoddu għat-tpaċija.
It-tpaċija mhix ta’ 
ħsara tal-jeddijiet 
ta’ terza persuna.
1203.  (1) It-tpaċija ma tistax issir bi ħsara tal-jeddijiet li jkunu
ġew akkwistati minn terza persuna.
(2) Id-debitur illi jsir kreditur wara li jkun sar sekwestru f’idejh
favur ta’ terza persuna, ma jistax jeċċepixxi t-tpaċija bi ħsara tas-
  214      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
sekwestrant.
Ħlas ta’ dejn li 
spiċċa bi tpaċija.
1204.  Kull min iħallas dejn tiegħu li, skond il-liġi, spiċċa bi
tpaċija, jekk jaġixxi għall-kreditu li għalih ma kienx oppona t-
tpaċija, ma jistax, bi ħsara tat-terzi, jinqeda bil-privileġġi, bl-
ipoteki jew garanziji oħra li kienu jsaħħu l-kreditu tiegħu, ħlief
jekk kellu raġuni tajba biex ma jkunx jaf bil-kreditu li bih kien
imissu paċa d-dejn tiegħu.
§  IV. FUQ IL-KONFUŻJONI
Meta ssir il-
konfuzjoni.
1205. Meta l-kwalità  ta’ kreditur u ta’ debitur jingħaqdu fl-istess
persuna, tiġri ipso jure konfużjoni illi toqtol id-dejn u l-kreditu.
Il-konfużjoni tiswa 
lill-garanti.
1206.  (1) Il-konfużjoni li tiġri fil-persuna tad-debitur prinċipali,
tiswa lill-garanti tiegħu.
(2) Il-konfużjoni li tiġri fil-persuna tal-garanti ma toqtolx l-
obbligazzjoni prinċipali.
(3) Il-konfużjoni li tiġri fil-persuna ta’ wieħed mid-debituri in
solidum, ma tiswiex lill-kondebituri l-oħra ħlief għas-sehem li
tiegħu hu kien debitur.
§  VI. FUQ IT-TELFA TAL-ĦAĠA
Meta l-
obbligazzjoni 
tispiċċa bit-telf tal-
ħaġa.
1207.  (1) Meta ħaġa ċerta u determinata, illi kienet l-oġġett ta’
l-obbligazzioni, tispiċċa, jew tiġi mqiegħda extra commercium, jew
tintilef b’mod li tkun għal kollox mhix magħrufa l-eżistenza
tagħha, l-obbligazzjoni tispiċċa, kemm-il darba l-ħaġa tkun spiċċat
jew ġiet maħruġa mill-kummerċ jew intilfet mingħajr ħtija tad-
debitur, u qabel ma dan kien in mora.
(2) Ukoll jekk id-debitur ikun in mora, iżda ma kienx ħa fuqu
r-riskju tal-każijiet aċċidentali, l-obbligazzjoni tispiċċa kemm-il
darba l-ħaġa kienet tispiċċa xorta waħda għand il-kreditur li kieku
kienet ġiet lilu kkunsinnata.
(3) Id-debitur għandu jipprova l-każ aċċidentali li hu jallega.
(4) Tkun kif tkun spiċċat jew intilfet ħaġa misruqa, it-telfa
tagħha ma teħlisx lil min seraqha mill-obbligu li jrodd il-valur
tagħha.
Ċessjoni ta’ l-
azzjoni mid-
debitur lill-
kreditur.
1208. Meta l-ħaġa tispiċċa jew tiġi mqiegħda extra commercium
jew tintilef mingħajr ħtija tad-debitur, dan għandu jċedi lill-
kreditur kull jedd jew azzjoni li jista’ jkollu għall-ħlas tad-danni
dwar dik il-ħaġa.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        215
§ VII.  FUQ IR-REXXISSJONI
Effetti tar-
rexxissjoni.
1209.  (1) Bir-rexxissjoni ta’ kuntratt, jekk il-liġi ma tiddisponix
xort’oħra, il-partijiet jiġu mqiegħda fl-istat li fih kienu qabel il-
ftehim.
(2) Kull parti għandha trodd lill-oħra dak li tkun irċeviet jew
daħħlet b’effett jew bis-saħħa tal-kuntratt.
(3) Dwar il-frottijiet u l-imgħaxijiet li jkunu nġabru jew daħlu
sa dak in-nhar tat-talba għar-rexxissjoni tal-kuntratt, il-qorti tista’,
skond iċ-ċirkostanzi, tordna li jitpaċew b’xulxin.
(4) Meta l-kuntratt jiġi rexxiss minħabba egħmil doluż jew
vjolenza, il-parti ħatja ta’ dak l-egħmil doluż jew ta’ dik il-vjolenza
għandha trodd lill-oħra wkoll il-frottijiet li setgħu jiġu miġbura, u
li, bi ħtija jew bi traskuraġni tagħha, ma ġewx hekk miġbura. 
Ir-rexxissjoni 
għandha effett 
kontra t-terzi.
1210.  (1) Ir-rexxissjoni għandha effett ukoll kontra t-terzi
pussessuri.
(2) Ir-rexxissjoni tħassar kull jedd li jkun ġie mogħti jew kull
piż li jkun ġie magħmul fuq il-ħaġa li, minħabba t-tħassir tal-
kuntratt, għandha tintradd.
Meta r-rexxissjoni 
tintalab dwar biċċa 
biss mill-att.
1211.  (1) Jekk att ikun fih żewġ taqsimiet jew iżjed li ma
jkollhomx x’jaqsmu waħda ma’ l-oħra, tista’ tintalab ir-rexxissjoni
ta’ waħda biss minn dawk it-taqsimiet.
(2) Jekk it-taqsimiet ta’ l-att ikollhom b’xi mod x’jaqsmu
bejniethom, u l-attur jitlob ir-rexxissjoni ta’ taqsima waħda biss, il-
konvenut jista’ jitlob, sew kontra l-attur, sew, fil-każ li fit-taqsima
mhux imdaħħla fit-talba ta’ l-attur ikun hemm persuni oħra
interessati, kontra dawn il-persuni l-oħra, ir-rexxissjoni ta’ l-att
kollu, jew tat-taqsimiet kollha li jkollhom x’jaqsmu bejniethom.
Meta att jista’ jiġi 
rexxiss. 
Emendat: 
LVIII.1975.6.
1212.  Kull ftehim li fih tkun nieqsa xi waħda mill-
kondizzjonijiet essenzjali sabiex kuntratt ikun jiswa, jew li l-liġi
tiddikjara espressament li hu null, hu suġġett għar-rexxissjoni.
Rexxissjoni 
minħabba leżjoni. 
Emendat: 
LVIII.1975.7.
1213.  Ir-rexxissjoni minħabba leżjoni ma tistax tintalab minn
min hu ta’ l-età .
Minuri.
rexxissjoni, f’kull xorta ta’ ftehim mhux eċċettwat espressament
mil-liġi, u jkun kemm ikun l-ammont tal-leżjoni, basta li ma jkunx
żgħir ħafna.
(2) Iżda, lanqas il-minuri ma jista’ jitlob ir-rexxissjoni
minħabba leżjoni, meta din il-leżjoni tkun ġejja minn xi ħaġa
aċċidentali u mhux mibsura.
Każijiet oħra ta’ 
leżjoni f’każ ta’ 
minuri.
1215.  Ir-rexxissjoni minħabba leżjoni tista’ ssir ukoll favur il-
minuri, jekk, għalkemm ma jinsabx li hu fil-fatt bata telf, jiġi
ppruvat li l-ftehim jista’ jdaħħlu f’kawżi jew fi spejjeż kbar, jew
itellfu xi vantaġġ li għalih kellu jedd.
  216      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta l-partijiet li 
jikkuntrattaw huma 
t-tnejn minuri.
1216. Il-minuri jista’ jeżerċita l-azzjoni ta’ rexxissjoni minħabba
leżjoni, ukoll il-parti l-oħra tkun hija wkoll minuri.
Meta l-minuri 
jiddikjara li hu ta’ 
l-età .
1217.  (1) Id-dikjarazzjoni waħidha magħmula mill-minuri li hu
ta’ l-età , ma ttellfux l-azzjoni ta’ rexxissjoni.
(2) Iżda, il-minuri ma jistax jattakka l-obbligazzjoni tiegħu
minħabba li ma kienx kapaċi li jikkuntratta, meta hu jkun inqeda
b’inganni li setgħu jġiegħlu li wieħed jaħseb li hu kien kapaċi
jikkuntratta, u jkun, b’dan il-mod, qarraq lill-parti l-oħra. 
Każijiet li fihom il-
minuri ma jistax 
jitlob ir-rexxissjoni 
ħlief meta dan il-
jedd hu mogħti lill-
persuna ta’ l-età . 
Kap. 13.
1218.  Meta l-ftehim huwa tali li għalih il-minuri, skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Kummerċ, jitqies bħala li hu ta’ l-
età , jew meta jiġi magħmul mill-minuri minħabba s-sengħa tiegħu,
jew meta l-obbligazzjoni tkun imnissla minn delitt jew kważi-
delitt, f’dawk il-każijiet il-minuri ma jistax jitlob ir-rexxissjoni tal-
kuntratt, ħlief f’dawk il-każijiet li fihom jistgħu jitolbuha l-persuni
ta’ l-età , bla ħsara, fil-każ ta’ delitt jew kważi-delitt, tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1035 u 1036.
Każijiet li fihom il-
minuri jitqiesu li 
huma ta’ l-età .
1219. Meta l-formalitajiet meħtieġa għal atti tal-minuri jew ta’ l-
interdetti, jew għal atti li jkollhom x’jaqsmu magħhom dawn il-
minuri jew interdetti, ikunu ġew imħarsa, jew meta t-tuturi jew
kuraturi jkunu għamlu atti li ma joħorġux barra mill-limiti ta’ l-
amministrazzjoni tagħhom, dawn il-minuri jew interdetti jitqiesu,
għal dawk l-atti, li huma ta’ l-età  jew mhux interdetti, bla ħsara tal-
jedd tagħhom li jduru kontra t-tutur jew il-kuratur, jekk ikun hemm
lok għal dan il-jedd.
Meta l-
obbligazzjoni li 
tikkuntratta tolqot 
il-każ ta’ delitt jew 
kważi-delitt. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.67.
1220.  L-obbligazzjonijiet ta’ l-interdett, imnisslin minn delitt
jew kważi-delitt, mhumiex suġġetti għar-rexxissjoni minħabba li l-
interdett mhuwiex persuna kapaċi skond il-liġi li jikkuntratta. 
Kemm għandhom 
iħallsu lura l-
minuri u l-
interdetti. 
Emendat: 
XLVI. 1973.68.
1221.  (1) Meta l-minuri jew l-interdetti jistgħu jitolbu r-
rexxissjoni ta’ l-obbligazzjonijiet tagħhom minħabba li mhumiex
persuni kapaċi, ma jistax jintalab lura dak li jkun tħallas lilhom
minħabba dawn l-obbligazzjonijiet fiż-żmien li kienu minuri, jew
interdetti, ħlief sas-somma li dak il-ħlas ikun safa ta’ vantaġġ
lilhom.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll għall-
każ imsemmi fl-artikolu 1216.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni ta’ 
rexxissjoni 
minħabba 
vjolenza, żball, 
eċċ. 
Emendat: 
XLVI. 1973.69.
1222.  (1) Meta l-liġi f’xi każ partikolari ma tistabbilixxix
żmien aqsar, l-azzjoni għar-rexxissjoni minħabba vjolenza, żball,
egħmil doluż, stat ta’ interdizzjoni, jew nuqqas ta’ età , taqa’ bil-
preskrizzjoni egħluq sentejn.
(2) Dan igħodd ukoll għar-rexxissjoni ta’ obbligazzjonijiet
mingħajr kawża, jew magħmulin fuq kawża falza.
Minn meta jibda 
għaddej iż-żmien 
tal-preskrizzjoni.
1223.  (1) Iż-żmien tal-preskrizzjoni hawn fuq imsemmi jibda
jgħodd biss, fil-każ ta’ vjolenza, minn dak in-nhar li l-vjolenza
tispiċċa, u, fil-każ ta’ żball, ta’ egħmil doluż, jew ta’ kawża falza,
minn dak in-nhar li jinkixef id-difett.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        217
(2) Fil-każ ta’ obbligazzjoni mingħajr kawża, iż-żmien jibda
jgħodd minn dak in-nhar tal-kuntratt.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni ta’ 
rexxissjoni 
f’każijiet oħra.
1224.  F’kull każ ieħor mhux imsemmi fl-aħħar żewġ artikoli
qabel dan, il-jedd ta’ l-azzjoni ta’ rexxissjoni ta’ obbligazzjoni
jaqa’ bil-preskrizzjoni egħluq ħames snin minn dak in-nhar li l-
azzjoni tista’ titmexxa, bla ma jittieħed qies ta’ l-istat jew tal-
kondizzjoni tal-persuni li jkollhom jedd għal din l-azzjoni, bla
ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-Kodiċi.
Il-jedd ta’ l-azzjoni 
ta’ rexxissjoni 
jgħaddi fil-
werrieta.
1225. ll-jedd ta’ l-azzjoni għar-rexxissjoni jgħaddi fil-werrieta:
Iżda dawn ma jistgħux jeżerċitaw dan il-jedd ħlief fiż-
żmien li kien fadlilhom dawk li mingħandhom ġejjin il-jeddijiet
tagħhom, bla ħsara ta’ kull disposizzjoni oħra tal-liġi dwar il-ksur
jew is-sospensjoni tal-preskrizzjoni.
Eċċezzjoni ta’ 
nullità .
1226.  (1) L-eċċezzjoni ta’ nullità  tista’, f’kull żmien, tiġi
mogħtija minn dak li jkun imħarrek għall-esekuzzjoni tal-kuntratt,
fil-każijiet kollha li fihom huwa nnifsu seta’ jaġixxi għar-
rexxissjoni.
(2) Din l-eċċezzjoni ma taqax taħt il-preskrizzjoni stabbilita fl-
artikoli 1222 u 1224.
Twettiq jew 
ratifika ta’ 
obbligazzjoni.
1227. It-twettiq jew ir-ratifika ta’ obbligazzjoni li kontra tagħha
l-liġi tagħti l-jedd għall-azzjoni jew għall-eċċezzjoni ta’ rexxissjoni
minħabba nullità  jew għal raġuni oħra, ikollhom l-effett tagħhom
bejn il-partijiet li jikkuntrattaw bla ħsara tal-jeddijiet tat-terzi.
Meta t-twettiq jew 
ir-ratifika jġibu 
rinunzja għall-
azzjoni ta’ 
rexxissjoni.
1228.  It-twettiq jew ir-ratifika ma jġibux ir-rinunzja għall-
azzjoni ta’ rexxissjoni, ħlief meta jiġi ppruvat li min wettaq jew
irratifika kien jaf bid-difett li jagħti jedd għal dik l-azzjoni. 
It-twettiq jew ir-
ratifika jistgħu 
jsiru taċitament.
1229.  Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel
dan, it-twettiq jew ir-ratifika jistgħu jsiru taċitament bl-esekuzzjoni
volontarja ta’ l-obbligazzjoni li kontra tagħha l-liġi tagħti l-azzjoni
ta’ rexxissjoni, jew b’xi att ieħor li juri l-intenzjoni li jingħata
effett għall-obbligazzjoni.
Twettiq jew 
ratifika ta’ att li l-
liġi tannulla 
espressament 
minħabba nuqqas 
ta’ formalità .
1230.  Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni speċjali oħra tal-liġi, it-
twettieq jew ir-ratifika ta’ att li l-liġi espressament tannulla
minħabba nuqqas tal-formalitajiet meħtieġa, ma jsewwux dan l-att
meta ma jsirux b’att li jkollu l-formalitajiet kollha meħtieġa sabiex
kien ikun jiswa l-att li jiġi mwettaq jew ratifikat.
Twettiq jew 
ratifika ta’ 
donazzjoni jew 
disposizzjoni 
testamentarja.
1231.  Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
jgħoddux għall-każijiet ta’ twettiq jew ta’ ratifika ta’ donazzjoni
jew ta’ disposizzjoni testamentarja magħmulin wara l-mewt tad-
donatur jew testatur mill-werrieta tiegħu jew minn persuni oħra li l-
jeddijiet tagħhom ikunu ġejjin mid-donatur jew testatur. F’dan il-
każ it-twettiq jew ir-ratifika, għalkemm ikunu ġew magħmula
taċitament mill-werrieta jew minn dawk il-persuni l-oħra, iġibu r-
rinunzja tagħhom għall-azzjoni jew eċċezzjoni ta’ rexxissjoni.
  218      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Sub-titolu VI.
FUQ IL-PROVA TA’ L-OBBLIGAZZJONIJIET U TAT-TMIEM TAGĦHOM
Prova ta’ l-
obbligazzjonijiet u 
tat-tmiem 
tagħhom. 
Emendat: 
XIV.1913.1.
Kap. 12.
1232.  (1) Meta mhux meħtieġ mil-liġi li l-obbligazzjoni jew it-
tmiem tagħha jidhru minn att pubbliku jew minn kitba privata, il-
prova ta’ l-obbligazzjoni jew tat-tmiem tagħha tista’ ssir b’xhieda
jew f’mezzi oħra magħrufin mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
(2) L-att publiku hu dak li jiġi magħmul jew riċevut, bil-
formalitajiet meħtieġa, minn nutar jew minn uffiċjal pubbliku ieħor
li jkollu s-setgħa skond il-liġi li jagħti fidi pubblika lill-att.
Atti li għandhom 
isiru b’att pubbliku 
jew b’kitba privata. 
Emendat: 
XIV. 1913.2.
1233.  (1) Bla ħsara tal-każijiet li fihom il-liġi, espressament,
tagħmel meħtieġ l-att pubbliku, għandhom isiru b’att pubbliku jew
b’kitba privata, taħt piena ta’ nullità  -
(a) il-ftehim li jkun fih wegħda ta’ trasferiment jew ta’
akkwist, taħt kull titolu li jkun, tal-proprjetà  ta’ beni
immobbli jew ta’ jedd ieħor fuq dawk il-beni;
(b) il-wegħdiet ta’ self għall-użu jew mutuum;
(ċ) il-garanziji;
(d) it-transazzjoni;
(e) il-kiri ta’ immobbli għal żmien ta’ iżjed minn sentejn
għal dak li hu bini, jew minn erba’ snin, għal dak li hu
raba’;
(f) is-soċjetajiet ċivili; u
Kap. 5. (g) għall-finijiet tal-Liġi dwar il-Wegħdiet ta’ Żwieġ, kull
wegħda, kuntratt jew ftehim hemm imsemmija.
Kap. 12.
(2) Jekk, fil-każ ta’ kitba privata, il-kitba ma tkunx iffirmata
minn kull waħda mill-partijiet, għandha tiġi awtentikata bħal ma
jingħad fl-artikolu 634 tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura
Ċivili.
Preżunzjoni tal-
liġi.
1234. Dak li għandu favur tiegħu preżunzjoni stabbilita mil-liġi,
hu meħlus minn kull prova tal-fatt preżunt.
Meta tista’ tinġieb 
prova kontra l-
preżunzjoni.
1235.  (1) Ma tista’ tinġieb ebda prova kontra l-preżunzjoni
stabbilita mil-liġi f’dawk il-każijiet biss meta fuq dik il-
preżunzjoni l-liġi tannulla xi atti, jew tiċħad l-azzjoni jew l-
eċċezzjoni, mingħajr ma żżomm il-jedd għall-prova kuntrarja.
(2) F’kull każ ieħor, tista’ tinġieb il-prova kontra l-
preżunzjoni, allavolja l-liġi ma żżommx espressament il-jedd għall-
prova kuntrarja.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        219
Titolu V
FUQ IL-KITBIET TAŻ-ŻWIEĠ
Kitba taż-żwieġ. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.77.
1236.  Ħlief għal dawk li huma l-akkwisti msemmija fis-Sub-
titolu III ta’ dan it-Titolu, il-liġi ma tistabbilixxi ebda soċjetà  jew
kommunjoni ta’ beni bejn il-miżżewġin.
L-għarajjes jistgħu 
jagħmlu ftehim li 
ma jkunx kontra l-
għemil xieraq, eċċ. 
Sostitwit: 
XXI. 1993.77.
1237.  (1) Iżda, l-għarajjes jistgħu jagħmlu kull ftehim ieħor, li
ma jkunx kontra l-għemil xieraq, jew kontra r-regoli li jinsabu
f’dan l-artikolu jew fl-artikoli li jiġu wara ta’ dan il-Kodiċi.
(2) Il-miżżewġin jistgħu, fi ftehim li jsir qabel iż-żwieġ jew
wara, jiftiehmu li l-beni li jinkisbu matul iż-żwieġ tagħhom jibqgħu
separati jew li jkunu regolati b’kommunjoni ta’ residwu taħt
amministrazzjoni separata taħt is-Sub-titolu ta’ dan it-Titolu, u, bla
ħsara għas-subartikolu (3), ebda soċjetà  jew komunjoni ta’ beni ma
tista’, b’mod ġenerali, tkun stabbilita bejn il-miżżewġin ħlief kif
imsemmi f’dan l-artikolu jew fl-artikolu 1236.
Kap. 168.
(3) Il-miżżewġin jistgħu, mingħajr ma jirrikorru għal qorti, sew
weħedhom jew ma xi ħadd ieħor, u tkun liema tkun is-sistema li
jirregola l-beni tagħhom, jagħmlu soċjetà  b’responsabbiltà  limitata
taħt l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali*; jeddijiet għall-
votazzjoni li jkunu marbuta ma’ ishma reġistrati f’isem parti
miżżewġa jkunu eżerċitati mill-parti li f’isimha l-ishma jkunu
reġistrati. Il-proprjetà  ta’ l-ishma f’dik is-soċjetà  tibqa’ regolata
skond is-sistema li jirregola l-beni tal-miżżewġin.
Ċertu ftehim ma 
jistax isir. 
Emendat: 
XLVI. 1973.70. 
Sostitwit: 
XXI. I993.77.
1238.  (1) L-għarajjes ma jistgħu jagħmlu ebda ftehim fejn
wiehed minnhom ikun stabbilit kap tal-familja, jew ftehim biex
jitneħħew jew jitnaqqsu xi wieħed mill-jeddijiet li jiġu mis-setgħa
tal-ġenituri, jew kontra d-disposizzjonijiet tal-liġi dwar l-età  tal-
minuri, jew kontra xi disposizzjoni tal-liġi li fiha xi projbizzjoni.
(2) Madankollu, xi ftehim illi l-ulied kollha, jew xi wħud
minnhom, għandhom jitrabbew fir-reliġjon ta’ xi wieħed mill-
mizżewġin ikun validu.
Ebda ftehim ma 
jista’ jsir biex jiġi 
mbiddel l-ordni 
skond il-liġi tas-
suċċessjoni.
1239. L-għarajjes ma jistgħu jagħmlu ebda ftehim jew rinunzja li
jistgħu jbiddlu l-ordni tas-suċċessjoni skond il-liġi, sew dwarhom
infishom fis-suċċessjoni ta’ wliedhom jew dixxendenti tagħhom,
kemm dwar uliedhom bejniethom, bla ħsara tad-disposizzjonijiet
testamentarji jew tad-donazzjonijiet li jistgħu jsiru taħt dan il-
Kodiċi.
Xi wegħdiet li 
jistgħu jsiru fil-
kitba taż-żwieġ. 
Emendat: 
XXl. 1993.78.
1240.  (1) Hija valida l-wegħda magħmula f’kitba ta’ żwieġ
minn ġenitur ta’ wieħed mill-għarajjes lil dan il-għarus-
(a) li ma jħallix mill-wirt tiegħu lil dan il-għarus sehem
anqas minn dak li kieku jmiss lil dan il-għarus
b’suċċessjoni ab intestato; jew
(b) li ma jnaqqasx dak is-sehem b’donazzjoni favur ta’ tfal
oħra tiegħu jew ta’ xi persuni oħra; jew
(ċ) li ma jagħtix jew ma jħallix, b’donazzjoni jew
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
  220      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
b’testment, lil ebda wieħed mit-tfal l-oħra tiegħu, iżjed
minn dak li jagħti jew li jħalli lil dan il-għarus.
(2) Kull wieħed mill-għarajjes jista’ wkoll jirrinunzja għas-
suċċessjoni ta’ wieħed mill-ġenituri tiegħu jew axxendent ieħor,
minħabba dak li jkun ħa mingħand dak il-ġenitur jew axxendent
ieħor b’titolu ta’ donazzjoni għaż-żwieġ.
(3) Iżda, dik ir-rinunzja ma tiswiex jekk ma ssirx espressament.
Kitba taż-żwieġ 
magħmula minn 
minuri. 
Emendat: 
XLVI. 1973.72. 
Sostitiwit: 
XXI. 1993.79.
1241.  Tgħodd il-kitba taż-żwieġ magħmula minn minuri bil-
kunsens tal-ġenituri jew tal-ġenitur li jkun qed jeżerċita s-setgħa
tal-ġenituri, jew jekk iż-żewġ ġenituri jkunu assenti, mejta,
interdetti jew imġienen, bl-awtorizzazzjoni tal-qorti.
Interdetti. 1242.  L-awtorizzazzjoni tal-qorti hi dejjem meħtieġa sabiex tkun
tiswa l-kitba taż-żwieġ ta’ persuna li hija inibita li tikkuntratta.
Tibdil tal-kitba taż-
żwieġ qabel iż-
żwieġ.
1243.  Huwa null kull tibdil jew kontra-dikjarazzjoni li l-
għarajjes jagħmlu dwar il-kitba taż-żwieġ, qabel iż-żwieġ,
mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha f’dik il-kitba.
Ftehim ta’ wara ż-
żwieġ. 
Emendat: 
XXX. 1981.9; XXI. 
1993.80.
1244. (1) Wara ż-żwieġ, ir-raġel u l-mara jistgħu, bis-setgħa
tal-qorti, ibiddlu l-ftehim tal-kitba taż-żwieġ, mingħajr ħsara tal-
jeddijiet tat-tfal jew ta’ terzi persuni.
(2) Jekk ma tkun saret ebda kitba taż-żwieġ qabel iż-żwieġ, ir-
raġel u l-mara jistgħu wkoll, bl-awtorizzazzjoni tal-qorti, jagħmlu
kitba taż-żwieġ.
(3) Kull ftehim li bil-liġi ma jistax isir qabel iż-żwieġ lanqas
ma jista’ jsir wara ż-żwieġ.
(4) Wara ż-żwieġ, ir-raġel u l-mara jistgħu, mingħajr il-ħtieġa
ta’ xi awtorità  tal-qorti, jissostitwixxu b’ipoteka speċjali kull
ipoteka ġenerali stabbilita f’xi kitba taż-żwieġ.
Il-kitba taż-żwieġ 
għandha ssir b’att 
pubbliku.
1245. Kull kitba ta’ żwieġ, tibdil, jew kontro-dikjarazzjoni, ma
jiswewx jekk ma jsirux b’att pubbliku.
L-iskrizzjoni. 1246.  Ebda kitba ta’ żwieġ, tibdil, jew kontro-dikjarazzjoni,
m’għandha sseħħ mat-terzi, jekk ma tiġix imniżżla fir-Reġistru
Pubbliku.
In-nutar għandu 
jagħmel in-noti ta’ 
riferenza.
Kap. 55.
1247.  Fil-każ ta’ tibdil jew kontro-dikjarazzjoni, in-nutar
għandu, taħt il-pieni msemmijin fl-Att dwar il-Professjoni Nutarili
u l-Arkivji Nutarili, jagħmel in-noti ta’ riferenza bħal fil-każ ta’ att
li bih jitħassar jew jinħall kuntratt.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        221
Id-disposizzjon-
ijiet ta’ dan is-Sub-
titolu huma kif 
imbiddla bl-Att 
XXI. 1993.81.
Sub-titolu I*
ISTITUZZJONIJIET TAD-DOTA U DOTARJU
Tneħħija ta’ l-
istituzzjonijiet.
1248.  L-istituzzjonijiet tad-dota u tad-dotarju huma b’dan
imneħħija.
Imħassar: 
XXI. 1993.81.
§  I. FUQ IL-KOSTITUZZJONI TAD-DOTA
L-artikoli minn 1249 sa 1258 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-
1993.
Imħassar: 
XXI. 1993.81.
§  II. FUQ IL-JEDDIJIET TAR-RAĠEL FUQ ID-DOTA
L-artikoli minn 1259 sa 1267 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-
1993.
Imħassar: 
XXI. 1993.81.
§  III. FUQ LI D-DOTA MA TISTAX TIĠI TTRASFERITA JEW 
OBBLIGATA
L-artikoli minn 1268 sa 1299 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-
1993.
Imħassar: 
XXI.1993.81.
§  IV. FUQ IR-RADD TAD-DOTA
L-artikoli minn 1300 sa 1312 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-
1993.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ dan is-Sub-
titolu huma kif 
imbiddla bl-Att 
XXI. 1993.81.
Sub-titolu II
FUQ ID-DOTARJU
L-artikoli minn 1313 sa 1315 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-
1993.
*Għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-Sub-titolu ara l-artikolu
89 ta’ l-Att XXI ta’ l-1993.
  222      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Id-disposizzjonijiet 
ta’ dan is-Sub-
titolu huma kif 
inibiddla bl-Att 
XXI. 1993.82.
Sub-titolu III*
FUQ IL-KOMUNJONI TA’ L-AKKWISTI
Iż-żwieġ iġib il-
komunjoni ta’ l-
akkwisti.
1316.  (1) Iż-żwieġ li jsir f’Malta iġib ipso jure bejn il-
miżżewġin, il-komunjoni ta’ l-akkwisti, meta ma jkunx hemm
ftehim xort’oħra b’att pubbliku.
(2) Iż-żwieġ li jsir barra minn Malta min-nies li, wara jiġu
joqogħdu f’Malta, iġib ukoll bejniethom il-komunjoni ta’ l-
akkwisti, għal dawk il-beni li huma jakkwistaw wara li jaslu
f’Malta.
Il-komunjoni ta’ l-
akkwisti tista’ ssir 
wara ż-żwieġ.
1317.  Il-miżżewġin jistgħu wkoll wara ż-żwieġ, bl-
awtorizzazzjoni tal-qorti, jistabbilixxu l-komunjoni ta’ l-akkwisti
li, bil-kitba taż-żwieġ jew b’att ieħor kienet ġiet eskluża, jew
iħassru dik il-komunjoni ta’ l-akkwisti stabbilita b’kuntratt jew bis-
saħħa tal-liġi.
Ma jistax ikun 
hemm deroga mid-
disposizzjonijiet.
1318.  Il-miżżewġin ma jistgħux jidderogaw mid-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi safejn dawn jirreferu għall-
komunjoni ta’ l-akkwisti.
Meta tibda u 
tispiċċa l-
komunjoni.
1319.  Il-jedd ta’ kull parti miżżewġa għall-komunjoni ta’ l-
akkwisti jibda, bla ħsara ta’ xi disposizzjoni oħra tal-liġi, minn dak
inhar taż-żwieġ u jispiċċa malli jinħall iż-żwieġ.
Beni tal-komunjoni 
ta’ l-akkwisti.
1320. Fil-komunjoni ta’ l-akkwisti jidħlu - 
(a) dak kollu li ż-żewġ partijiet miżżewġa jakkwistaw bix-
xogħol jew bil-ħidma tagħhom;
(b) il-frottijiet tal-beni tal-partijiet miżżewġa, magħduda
l-frottijiet tal-beni tad-dota jew suġġetti għal
fedekommess, sew jekk il-beni kienu għand ir-raġel
jew il-mara minn qabel iż-żwieġ, sew jekk ikunu
missew lil parti minnhom wara b’wirt, b’donazzjoni,
jew b’titolu ieħor, basta ma jkunux ingħataw jew
tħallew bil-kondizzjoni li l-frottijiet tagħhom
m’għandhomx jidħlu fl-akkwisti;
(ċ) bla ħsara għal xi disposizzjoni oħra tal-Kodiċi li ma
taqbilx, il-frottijiet ta’ dawk il-beni tat-tfal li huma
suġġetti għall-użufrutt legali tal-missier jew ta’ l-
omm;
(d) kull beni akkwistati bi flus jew ħwejjeġ oħra li jkunu
ġejjin mill-akkwisti, ukoll jekk l-akkwist ta’ dawk il-
beni ikun sar f’isem parti waħda mill-miżżewġin;
(e) kull beni akkwistati bi flus jew ħwejjeġ oħra li waħda
mill-partijiet miżżewġin kellha minn qabel iż-żwieġ,
jew li, wara ż-żwieġ, missew lilha b’donazzjoni,
b’wirt, jew b’titolu ieħor, ukoll jekk dawk il-beni
jkunu hekk akkwistati f’isem dik il-parti, bla ħsara tal-
jedd tagħha li tieħu lura l-ispejjeż li tkun għamlet
*Għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-Sub-titolu ara l-artikolu
89 ta’ l-Att XXI ta’ l-1993.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        223
għall-akkwist ta’ dawk il-beni;
(f) rebħ bix-xorti li jmiss lil parti waħda jew liż-żewġ
miżżewġin, u dak is-sehem ta’ teżor misjub minn parti
minnhom, u li skond il-liġi jmiss lil min isib it-teżor,
sew jekk dik il-parti tkun sabet it-teżor fil-fond tagħha,
jew fil-fond tal-parti l-oħra, jew fil-fond ta’ terzi:
Iżda dak is-sehem ta’ teżor li jmiss lis-sid tal-
fond jibqa’ kollu għal dik il-persuna li fil-fond tagħha
t-teżor ikun instab. 
Preżunzjoni dwar 
l-akkwisti.
1321.  (1) Il-beni kollha li l-miżżewġin ikollhom jew parti
minnhom ikollha, jitqiesu li jagħmlu parti mill-akkwisti sakemm
ma jkunx ippruvat xort’oħra.
(2) Iżda ma jidħlux fl-akkwisti l-beni li messew b’xi titolu lil
waħda mill-partijiet miżżewġa qabel iż-żwieġ, minkejja li l-beni
setgħu ġew għand dik il-parti biss wara ż-żwieġ.
Amministrazzjoni 
tal-komunjoni ta’ l-
akkwisti. 
Emendat:
IV.1995.2.
1322.  (1) L-amministrazzjoni ordinarja ta’ l-akkwisti u l-jedd li
wieħed iħarrek jew jiġi mħarrek dwar dik l-amministrazzjoni
ordinarja imissu lil kull waħda mill-partijiet miżżewġa.
(2) Il-jedd li jitwettqu l-atti ta’ amministrazzjoni straordinarja,
u l-jedd li wieħed iħarrek jew jiġi mħarrek dwar dawk l-atti jew li
ssir xi transazzjoni dwar xi atti jkunu li jkunu, imissu liż-żewġ
miżżewġin flimkien.
(3) Dawn li ġejjin huma l-atti ta’ amministrazzjoni
straordinarja:
(a) atti fejn jeddijiet reali fuq beni immobbli jkunu
akkwistati, maħluqa jew trasferiti;
(b) atti li joħolqu jew jolqtu l-ipoteka ta’ beni;
(ċ) atti fejn ikun hemm qsim ta’ beni;
(d) atti li jagħtu jedd ta’ użu u, jew, tgawdija ta’ proprjetà
immobbli;
(e) donazzjonijiet barra minn dawk imsemmija fl-artikolu
1753(2)(a);
(f) li tissellef jew tislef flus, barra minn depożitu ta’ flus
f’kont f’bank;
(g) l-akkwist ta’ proprjetà  mobbli jew ta’ xi jedd ta’ użu
jew tgawdija ta’ xi proprjetà  mobbli jew immobbli li l-
prezz tiegħu ma jitħallasx mal-konsenja jew qabel:
Iżda dan ma japplikax għal xi dejn magħmul
għall-ħtiġiet tal-familja skond l-artikolu 1327(ċ), jew
għall-kiri ta’ mobbli jew immobbli meta l-prezz tiegħu
jkun moderat meta tqabblu mal-kondizzjoni tal-familja
u l-kirja tkun għal żmien qasir;
(h) il-kuntratt għal xi garanzija;
(i) l-għoti ta’ pleġġ; 
(j) is-sħubija b’responsabbiltà  mhux limitata f’soċjetà
kummerċjali, jew is-sottoskrizzjoni għal xi ishma li ma
  224      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
jkunux imħallsa kollha jew l-akkwist tagħhom
f’soċjetà  b’ responsabbiltà  limitata;
(k) it-trasferiment ta’ negozju kif ukoll it-trasferiment ta’
xi sehem f’soċjetà  kummerċjali barra minn
kumpannija pubblika;
(l) kull att li joħloq privileġġ speċjali skond l-artikolu
2010(b); u
(m) kull att ta’ rexissjoni ta’ xi att imsemmi fil-paragrafi
(a) u (ċ), u kull att ta’ dikjarazzjoni magħmula inter
vivos li permezz tagħha jiġi rikonoxxut jew rinunzjat
xi jedd fuq beni immobbli.
(4) Kull flus depożitati f’bank għall-kreditu ta’ persuna
miżżewġa jistgħu jkunu rtirati biss minn dik il-persuna mingħajr
ma l-bank joqgħod jara jekk dawk il-flus humiex tal-komunjoni ta’
l-akkwisti jew le.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) għandhom jibqgħu
japplikaw ukoll wara li tispiċċa l-komunjoni ta’ l-akkwisti għal kull
raġuni li tkun u huma mingħajr ħsara għal kull dritt ta’ kull wieħed
jew waħda mill-miżżewġin għas-sehem sħiħ tiegħu jew tagħha
mill-komunjoni meta l-istess tiġi biex tinqasam.
Kap. 12.
(6) Kull waħda mill-partijiet miżżewġa tista’, b’att pubbliku
jew b’kitba privata awtentikata skond l-artikolu 634 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, taħtar lill-parti l-oħra jew lil xi
persuna oħra, bħala l-mandatarju tagħha dwar atti ta’
amministrazzjoni straordinarja u transazzjoni.
(7) In-nutar li jippublika att pubbliku kif imsemmi fis-
subartikolu (6), u l-avukat jew in-nutar li jawtentikaw kitba privata
kif imsemmija fl-istess subartikolu, għandu f’kull każ iwissi ‘1
parti fiż-żwieġ li tkun qed hekk taħtar mandatarju, bl-importanza u
l-konsegwenzi ta’ dik il-ħatra, u għandha fl-att pubbliku jew il-
kitba privata, skond il-każ, tiddikjara li tkun hekk wissiet lill-parti
fiż-żwieġ.
Ċaħda jew nuqqas 
ta’ kunsens.
1323.  (1) Jekk parti mill-miżżewġin tiċħad il-kunsens tagħha
għal att ta’ amministrazzjoni straordinarja, il-parti l-oħra tista’
titlob lill-qorti kompetenti ta’ ġurisdizzjoni kontenzjuża biex tagħti
l-awtorizzazzjoni tagħha meta l-att ta’ l-amministrazzjoni
straordinarja jkun meħtieġ fl-interessi tal-familja:
Iżda l-partijiet jistgħu, f’każijiet bħal dan, jagħżlu li
jadottaw il-proċeduri kontemplati fl-artikolu 6A biex twassalhom
għal ftehim jew biex ikun hemm arbitraġġ bejniethom.
Kap. 12.
(2) Jekk waħda mill-partijiet tkun barra minn Malta jew jekk
ikun hemm xi impediment ieħor dwar waħda mill-partijiet u f’ kull
każ ma jkunx hemm awtorizzazzjoni b’ att pubbliku jew b’kitba
privata kkonfermata skond l-artikolu 634 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, il-parti l-oħra tista’ twettaq
dawk l-atti meħtieġa ta’ amministrazzjoni straordinarja ta’ l-
akkwisti li skond il-liġi jkunu jeħtiegu l-kunsens taż-żewġ partijiet,
u li l-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja tista’ tagħti l-
awtorizzazzjoni b’ mod speċifiku; b’dan li l-qorti ma tistax f’dawn
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        225
il-każijiet tawtorizza l-atti meħtieġa kollha ta’ amministrazzjoni
straordinarja b’ mod ġenerali.
(3) Ir-reġistrazzjoni meħtieġa bl-artikolu 996 jew 2033, skond
il-każ, dwar xi att li jittrasferixxi l-proprjetà  jew xi jedd reali fuq
proprjetà  immobbli, u kull ipoteka jekk ġenerali jew speċjali
għandhom iġibu wkoll isem il-parti l-oħra wkoll daqslikieku l-parti
l-oħra kienet parti fl-atti tat-trasferiment jew fl-ipoteka, u meta dik
ir-reġistrazzjoni ssir f’isem parti waħda biss mill-miżżewġin, din
għandha dwar terzi, tapplika biss dwar il-parti li f’isimha tkun
reġistrata.
Amministrazzjoni 
ta’ kummerċ, 
negozju,eċċ.
1324.  Atti normali ta’ ġestjoni ta’ kummerċ, negozju jew
professjoni li jkunu qed jigu eżerċitati minn parti waħda biss mill-
miżżewġin, ikunu vestiti biss f’dik il-parti li fil-fatt tkun qed
teżerċita dak il-kummerċ, negozju jew professjoni anke fejn dawk
l-atti kieku ma kenux magħmula in relazzjoni ma’ dik is-sengħa,
negozju jew professjoni kienu jikkostitwixxu amministrazzjoni
straordinarja.
Esklużjoni ta’ parti 
mill-
amministrazzjoni 
tal-komunjoni.
1325.  (1) Il-qorti kompetenti ta’ ġurisdizzjoni kontenzjuża
tista’ fuq talba ta’ parti fiż-żwieġ tordna li l-parti l-oħra tkun
eskluża jew b’mod ġenerali jew limitat għal għanijiet jew atti
partikolari, mill-amministrazzjoni tal-komunjoni ta’ l-akkwisti,
meta l-parti l-aħħar imsemmija -
(a) ma jkollhiex ħila tamministra; jew
(b) tkun amministrat ħażin il-komunjoni;
u f’ kull każ bħal dan l-amministrazzjoni tal-komunjoni ta’ l-
akkwisti tgħaddi, sal-limiti ta’ l-esklużjoni ta’ dik il-parti, għand il-
parti li ma tkunx hekk eskluża.
(2) Il-parti li tkun ġiet hekk eskluża mill-amministrazzjoni ta’
l-akkwisti tista’, jekk ma jkunux għadhom jeżistu r-raġunijiet li
għalihom ġiet eskluża, titlob lill-qorti sabiex tirreintegraha fl-
amministrazzjoni.
Kap. 56.
(3) Kull ordni magħmul skond dan l-artikolu għandu jkun
notifikat fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mir-reġistratur lid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku li għandu jżomm dan f’reġistru
speċjali li jżomm indiċi għalih. Dawk l-ordnijiet għandu jkun fihom
il-partikolaritajiet kollha taż-żewġ miżżewġin kif meħtieġa għal
noti ta’ iskrizzjoni taħt l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku u għandhom
jibdew iseħħu, dwar terzi, minn dik ir-reġistrazzjoni.
(4) Bla ħsara għal kull ordni magħmul skond is-subartikolu (1),
fil-każ ta’ interdizzjoni jew inkapaċitazzjoni ta’ waħda mill-
partijiet miżżewġa u sakemm tispiċċa dik l-interdizzjoni jew
inkapaċitazzjoni, dik il-parti tkun eskluża mill-amministrazzjoni ta’
l-akkwisti u f’kull każ bħal dan l-amministrazzjoni ta’ l-akkwisti
tkun vestita biss fil-parti li ma tkunx hekk eskluża.
Atti mwettqa 
mingħajr il-
kunsens meħtieġ.
1326.  (1) Atti li jeħtieġ l-kunsens taż-żewġ partijiet miżżewġa
iżda li jitwettqu minn parti waħda mingħajr il-kunsens tal-parti l-
oħra jistgħu jkunu annullati fuq it-talba tal-parti l-aħħar imsemmija
meta dawk l-atti jkunu dwar it-trasferiment jew il-ħolqien ta’ jedd
reali jew personali fuq proprjetà  immobbli; u meta dawk l-atti
  226      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
jkunu dwar proprjetà  mobbli dawn jistgħu jkunu annullati biss meta
l-jeddijiet fuqhom ikunu ngħataw b’titolu gratuwitu.
(2) Kull azzjoni għal annullament tista’ tittieħed biss mill-parti
li kien meħtieġ il-kunsens tagħha u fiż-żmien perentorju ta’ tlett
snin - 
(a) mid-data minn meta dik il-parti saret taf bl-att, jew
(b) mid-data tar-reġistrazzjoni, meta dak l-att jeħtieġ
reġistrazzjoni, jew
(ċ) mid-data li tintemm il-komunjoni ta’ l-akkwisti, 
skond liema tkun l-ewwel data.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-jedd
mogħti bis-subartikolu (1) lil parti li titlob annullament ta’ att
jispiċċa malli jagħlqu tliet xhur mill-jum li fih ikun notifikat l-att
lil dik il-parti bil-mezz ta’ att ġudizzjarju, kemm-il darba dik il-
parti ma tkunx bdiet azzjoni għal dak l-annullament.
(4) Il-parti li ma tkunx bdiet l-azzjoni għal annullament fiż-
żmien stabbilit u li ma tkunx irratifikat l-att espressament jew
taċitament, b’danakollu tkun tista’ tieħu azzjoni biex iġġiegħel lill-
parti l-oħra tirreintegra l-komunjoni ta’ l-akkwisti jew, meta dan
ma jkunx jista’ jsir, tagħmel tajjeb għad-danni li jkunu ġġarbu.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
meta f’xi att li jkun jeħtieġ il-kunsens tal-parti l-oħra u li jkun dwar
mobbli, parti taġixxi waħedha, il-parti l-oħra ma tkunx tista’ titlob
annullament ta’ l-att; meta iżda, il-parti l-oħra ma tkunx ratifikat
dak l-att, espressament jew taċitament, dik il-parti tkun tista’ tieħu
azzjoni biex iġġiegħel lill-parti li tkun aġixxit waħedha tirreintegra
l-komunjoni ta’ l-akkwisti, jew meta dan ma jkunx jista’ jsir,
tagħmel tajjeb għad-danni li jkunu ġġarbu.
(6) Id-disposizzionijiet ta’ dan l-artikolu jkunu bla ħsara għal
kull jedd li parti miżżewġa għandha taħt dan il-Kodiċi jew xi liġi
oħra.
Djun li jmorru fuq 
il-komunjoni.
1327. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1329 il-beni
li jkunu parti mill-komunjoni ta’ l-akkwisti jbatu biss id-djun li
ġejjin:
(a) il-piżijiet u l-obbliġi marbutin mal-beni skond l-att li
bihom ikunu akkwistati;
(b) l-ispejjeż u l-obbligi li jkunu saru għall-
amministrazzjoni ta’ l-akkwisti, ħlief dawk l-ispejjeż li
jsiru b’atti li jeħtieġu l-kunsens taż-żewġ partijiet
miżżewġa iżda li jsiru minn parti waħda mingħajr il-
kunsens tal-parti l-oħra;
(ċ) l-ispejjeż u l-obbliġi, ukoll jekk isiru separatament,
għall-ħtiġiet tal-familja magħduda dawk għall-
edukazzjoni u t-trobbija ta’ l-ulied;
(d) kull obbligu li jintrabtu għalih flimkien iż-żewġ
miżżewġin;
(e) djun li jkollhom x’jaqsmu mat-tiswijiet ordinarji tal-
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        227
beni ta’ xi waħda mill-partijiet fiż-żwieġ, li l-utili
tagħha huma magħdudin fl-akkwisti;
(f) kull dejn jew indennizz dovut bħala rimedju ċivili
minn xi waħda mill-partijiet fiż-żwieġ meta dak l-
indennizz ma jkunx dovut bħala rimedju ċivili dwar
reat li jkun sar bir-rieda.
Kredituri ta’ parti 
partikolari.
1328.  Kredituri ta’ parti partikolari fiż-żwieġ jiġu wara l-
kredituri tal-komunjoni ta’ l-akkwisti, kemm-il darba ma jkollhomx
raġuni leġittima għal preferenza.
Obbligazzjonijiet li 
jsiru separatament 
minn parti waħda.
1329.  (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, il-kredituri ta’ parti fiż-żwieġ għal djun li ma tbatihomx
il-komunjoni ta’ l-akkwisti, sew jekk id-dejn ikun sar qabel iż-
żwieġ jew wara, jistgħu, meta dawk il-kredituri ma jkunux jistgħu
jissodisfaw it-talba tagħhom kontra l-beni parafernali ta’ dik il-
parti, jinforzaw it-talba tagħhom in subsidium kontra l-beni li jkunu
parti mill-komunjoni ta’ l-akkwisti iżda biss sal-valur li dik il-parti
jkollha mill-komunjoni ta’ l-akkwisti.
(2) Bla ħsara għall-jedd tal-parti miżżewġa lid-debitur li jitlob
separazzjoni ġudizzjarja tal-beni, il-parti miżżewġa lid-debitur ma
jkollhiex jedd topponi għal att li jinforza kreditu kontra xi beni tad-
debitur jew tal-komunjoni ta’ l-akkwisti ħlief meta l-beni li fuqhom
tkun qed issir l-esekuzzjoni jkunu beni parafernali ta’ dik il-parti
miżżewġa lid-debitur.
Meta l-beni 
parafernali jkunu 
suġgetti għad-djun 
tal-komunjoni.
1330.  Meta l-beni tal-komunjoni ta’ l-akkwisti ma jkunux
biżżejjed biex jitħallsu d-djun li jkunu piż fuqhom, il-kredituri ta’
dik il-komunjoni jistgħu jinforzaw it-talba tagħhom in subsidium
kontra l-beni parafernali tal-miżżewġin:
Iżda meta -
(a) id-dejn jew indennizz ikun dovut bħala rimedju ċivili
dwar reat magħmul bir-rieda minn xi waħda mill-
partijiet fiż-żwieġ; jew
(b) id-dejn jinħoloq mill-eżerċizzju ta’ sengħa, negozju
jew professjoni kif imsemmi fl-artikolu 1324; 
il-kredituri ma jistgħux jinfurzaw it-talba tagħhom kontra l-beni
parafernali tal-parti miżżewġa li ma tkunx hi li minħabba fiha
nħolqot it-talba, iżda jistgħu f’dawn il-każijiet jinfurzaw it-talba
tagħhom sal-limitu ta’ kull parti li tibqa’ ma titħallasx mill-beni
tal-komunjoni ta’ l-akkwisti, kontra l-beni parafernali tal-parti li
minħabba fiha nħolqot it-talba.
Ħlasijiet u radd 
lura ta’ flus.
1331.  (1) Kull waħda mill-partijiet fiż-żwieġ għandha tagħti
lura lill-komunjoni ta’ l-akkwisti kull somma ta’ flus jew il-valur
ta’ kull oġġett li parti tista’ tkun ħadet mill-akkwisti biex tħallas
djun li ma jaqgħux taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1327,
kemm-il darba ma turix li l-att kien wieħed vantaġġuż għall-
komunjoni jew ikun sar biex jinqdew il-ħtiġiet tal-familja.
(2) Kull waħda mill-partijiet fiż-żwieġ għandha jedd li titħallas
lura kull somma ta’ flus jew il-valur ta’ kull oġġett li jkunu ttieħdu
mill-beni parafernali tagħha meta dawk il-flus ikunu ntefqu jew dak
  228      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
l-oġġett ikun intuża dwar dejn jew investiment tal-komunjoni ta’ l-
akkwisti.
(3) Parti fiż-żwieġ li tkun kreditur tal-komunjoni ta’ l-akkwisti
tista’ titlob li tingħata beni tal-komunjoni sal-valur tal-kreditu
tagħha. Il-ħlas lura mill-beni tal-komunjoni ta’ l-akkwisti jsir l-
ewwel billi jingħataw flus, imbagħad mobbli u fl-aħħarnett
immobbli.
(4) Dan il-ħlas lura għandu jsir meta tispiċċa l-komunjoni ta’ l-
akkwisti:
Iżda l-qorti tista’ tawtorizza li kull ħlas lura bħal dan isir,
f’data qabel meta l-interessi tal-familja hekk jeħtieġu jew
jippermettu.
Qsim ġudizzjarju 
ta’ beni.
1332.  (1) Il-qsim ġudizzjarju ta’ beni jista’ jiġi dikjarat - 
(a) ma’ l-interdizzjoni jew l-inkapaċità  ta’ waħda mill-
partijiet fiż-żwieġ; jew
(b) meta s-sitwazzjoni diżordinata ta’ waħda mill-partijiet
fiż-żwieġ jew l-imġieba tagħha dwar l-
amministrazzjoni ta’ l-akkwisti tipperikola l-interessi
tal-komunjoni ta’ l-akkwisti, jew tal-familja jew tal-
parti li titlob il-qsim ġudizzjarju tal-beni; jew
(ċ) meta waħda mill-partijiet fiż-żwieġ tonqos
sostanzjalment fid-dmir li tagħti sehemha għall-ħtiġiet
tal-familja skond l-artikolu 3; jew
(d) meta waħda mill-partijiet fiż-żwieġ tkun ġiet eskluża
mill-amministrazzjoni skond l-artikolu 1325, jew b’
mod ġenerali jew sostanzjalment.
(2) Il-qsim ġudizzjarju ta’ beni jista’ jintalab biss minn waħda
mill-partijiet fiż-żwieġ jew mir-rappreżentanti leġittimi tagħha;
hekk iżda li dak il-qsim ma jistax jintalab mill-parti jew mir-
rappreżentanti tal-parti li minħabba fiha jkunu nqalgħu r-raġunijiet
għal qsim ġudizzjarju msemmija fis-subartikolu (1)(b) jew (ċ).
(3) Meta l-qsim ġudizzjarju jkun intalab mill-parti eskluża
mill-amministrazzjoni tal-komunjoni ta’ l-akkwisti skond is-
subartikolu (1)(d), il-qorti għandha, meta l-qsim ġudizzjarju jġib
telf finanzjarju lill-parti l-oħra, tordna lill-parti li titlob il-qsim
ġudizzjarju li tħallas kumpens lill-parti l-oħra għat-telf li din
setgħet ġarrbet minħabba l-qsim.
(4) Fis-sentenza li tiddikjara l-qsim ġudizzjarju ta’ beni, il-
qorti għandha tordna li l-komunjoni ta’ l-akkwisti tispiċċa mill-jum
li fih is-sentenza bejn il-partijiet tista tkun finali u konklużiva:
Iżda l-qorti tista’, bla ħsara għal kull jedd akkwistat minn
terzi, tordna li s-sentenza tibda tgħodd qabel id-data li fiha jkun ġie
ppreżentat l-att tal-kawża li tkun ġiet deċiża.
(5) Il-kredituri ta’ kull waħda mill-partijiet miżżewġa jew tal-
komunjoni ta’ l-akkwisti jistgħu jimpunjaw il-qsim dikjarat mill-
qorti, ukoll jekk dan ikun ingħata seħħ, jekk il-qsim ikun inkiseb
b’qerq tal-jeddijiet tagħhom.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        229
(6) Il-qorti tista’, meta fil-fehma tagħha ċ-ċirkostanzi hekk
jeħtieġu, tordna li l-beni li jkunu parti mill-komunjoni ta’ l-
akkwisti ma jinqasmux qabel ma jgħaddi dak iż-żmien, wara li
tispiċċa l-komunjoni ta’ l-akkwisti, li tista’ tistabbilixxi.
(7) Kull ordni mogħti mill-qorti bis-saħħa tas-subartikolu (6),
jista’, jekk tingħata raġuni tajba, jinbidel jew ikun revokat mill-
qorti.
(8) It-talba għal qsim ġudizzjarju ta’ beni ma twaqqafx xi
azzjoni li tinforza xi dejn tal-komunjoni ta’ l-akkwisti.
(9) Meta tkun ġiet ippreżentata talba għall-qsim ta’ beni,
kreditur ta’ waħda mill-partijiet miżżewġa jista’ jibda jew ikompli
proċedimenti biex jinforza t-talba tiegħu kontra l-beni tal-
komunjoni ta’ l-akkwisti u f’kull każ bħal dan il-parti miżżewġa
lid-debitur tista’ titlob li nofs ir-rikavat mill-bejgħ ta’ kull oġġett
tal-komunjoni ta’ l-akkwisti jibqa’ depożitat fil-qorti akkont tas-
sehem fil-komunjoni ta’ l-akkwisti tal-parti miżżewġa lid-debitur;
hekk iżda li jekk dawk id-depożiti jkunu iktar mis-sehem ta’ dik il-
parti fil-komunjoni ta’ l-akkwisti dik is-somma li tkun depożitata
iktar tibqa’ għall-kreditu tal-parti debitriċi u tista’ tiġi sekwestrata
mill-kredituri tagħha.
(10) Kull sentenza li tordna qsim ġudizzjarju ta’ beni ma
jkollhiex seħħ kontra terzi ħlief mill-jum li fih dik is-sentenza tkun
reġistrata fir-Reġistru Pubbliku.
Qsim tal-
komunjoni.
1333. Il-qsim tal-komunjoni ta’ l-akkwisti għandu jsir billi nofs
il-beni u l-passiv tal-komunjoni jinqasmu nofs kull wieħed bejn il-
miżżewġin.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ dan is-Sub-
titolu huma kif 
imibiddla bl-Att: 
XXI.1993.82.
Sub-Titolu IV*
FUQ IL-BENI PARAFERNALI
Definizzjoni ta’ 
proprjetà 
parafernali.
1334.  (1) Meta l-komunjoni ta’ l-akkwisti jew il-komunjoni tar-
residwu taħt amministrazzjoni separata jkunu jeżistu bejn il-
miżżewġin, il-beni kollha li ma jaqgħux taħt l-artikolu 1320(a) sa
(f) jew ma jkunux dotali huma parafernali. Meta l-beni tal-
miżżewġin ikunu miżmuma bis-sistema ta’ beni separati, il-beni
kollha li m’humiex dotali huma parafernali.
(2) L-amministrazzjoni tal-beni parafernali tkun b’mod
esklużiv f’idejn dik il-parti fiż-żwieġ li tagħha jkunu l-beni.
(3) Sabiex il-familja jkollha għajnuna, il-miżżewġin għandhom
l-ewwel jużaw id-dħul li jinkiseb minn beni komuni qabel id-dħul li
jkun esklużivament ta’ parti minnhom, u l-ewwel għandhom jużaw
il-kapitali li jkun parti mill-beni komuni jew mill-komunjoni ta’ l-
akkwisti qabel il-kapital li jkun esklużivament ta’ waħda mill-
*Għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-Sub-titolu   l-artikolu
89 ta’ l-Att XXI ta’ l-1993.
  230      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
partijiet.
Meta parti fiż-
żwieġ taħtar lill-
parti l-oħra bħala 
aġent.
1335.  Meta parti fiż-żwieġ taħtar lill-parti l-oħra bħala aġent
biex tamministra l-beni parafernali tagħha it-tieni parti tkun
responsabbli lejn l-ewwel parti bl-istess mod bħal aġent ieħor,
b’dan iżda li dik il-parti tkun obbligata li tagħti kont ta’ l-utili jekk
hekk jingħad espressament fil-mandat.
Meta parti fiż-
żwieġ tgawdi beni 
mingħajr awtorità  
jew b’awtorità  iżda 
mingħajr 
kondizzjoni li 
tagħti kont ta’ l-
utili.
1336.  (1) Meta parti fiż-żwieġ tkun gawdiet il-beni parafernali
tal-parti l-oħra, mingħajr awtorità , iżda mingħajr oppożizzjoni, dik
il-parti jew il-werrieta ta’ dik il-parti, għandhom, malli jispiċċa ż-
żwieġ jew ma’ l-ewwel talba tal-parti li l-beni jkunu proprjetà
tagħha, ikunu biss obbligati li jgħaddu l-utili eżistenti, u
m’għandhomx jagħtu kont ta’ l-utili li jkunu ntużaw sa dak iż-
żmien.
(2) L-istess għandu japplika meta dik il-parti tkun gawdiet
dawk il-beni b’awtorità  iżda mingħajr il-kondizzjoni espressa li
tagħti kont ta’ l-utili.
Meta parti fiż-
żwieġ tgawdi l-
beni minkejja 
oppożizzjoni.
1337. Meta parti fiż-żwieg tkun gawdiet il-beni tal-parti l-oħra
minkejja oppożizzjoni, l-ewwel parti tkun responsabbli għall-utili
kollha li jkunu jeżistu u li jkunu ntużaw.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ dan is-Sub-
titolu huma kif 
imbiddla bl-Att: 
XXI. 1993.82.
Sub-Titolu V*
FUQ IL-KOMUNJONI TA’ RESIDWU TAĦT 
AMMINISTRAZZJONI SEPARATA
Komunjoni ta’ 
residwu taħt 
amministrazzjoni 
separata.
1338.  (1) Meta għarajjes f’kitba taż-żwieġ jistipulaw li l-beni
akkwistati minnhom matul iż-żwieġ għandhom ikunu regolati bis-
sistema ta’ komunjoni ta’ residwu taħt amministrazzjoni separata
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan is-Sub-
titolu.
(2) Il-beni li jkunu regolati bis-sistema ta’ komunjoni ta’
residwu taħt amministrazzjoni separata huma l-beni li jaqgħu taħt l-
artikolu 1320(a) sa (f).
Kif ikunu reġistrati 
akkwisti.
1339.  (1) Taħt is-sistema ta’ komunjoni ta’ residwu taħt
amministrazzjoni separata l-akkwisti li jsiru minn kull waħda mill-
partijiet fiż-żwieġ matul iż-żwieġ tagħhom jinżammu u jkunu
amministrati mill-parti li tkun għamlet dawk l-akkwisti u, bla ħsara
għal-limitazzjonijiet li jinsabu f’dan is-Sub-titolu, għandhom, dwar
terzi, ikunu trattati minn dik il-parti daqslikieku dik il-parti kienet
is-sid esklussiv tagħhom.
(2) Meta taħt is-sistema ta’ komunjoni ta’ residwu taħt
amministrazzjoni separata beni jinkisbu mill-partijiet fiż-żwieġ
flimkien, dawn ikunu amministrati flimkien. Is-sehem ta’ kull parti
f’dawk il-beni tista’ tiġi biss trasferita inter vivos bil-kunsens tal-
parti l-oħra, jew, meta dak il-kunsens jinżamm mingħajr raġuni, bl-
*Għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-Sub-titolu   l-artikolu
89 ta’ l-Att XXI ta’ l-1993.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        231
awtorizzazzjoni tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, jew b’bejgħ
b’irkant ġudizzjarju fuq it-talba tal-kreditur ta’ dik il-parti.
Kif tispiċċa l-
komunjoni ta’ 
residwu taħt 
amministrazzjoni 
separata.
1340.  (1) Il-komunjoni ta’ residwu taħt amministrazzjoni
separata għandha, sakemm ma tintemmx qabel bil-kunsens tal-
partijiet fiż-żwieġ b’att pubbliku bl-awtorizzazzjoni tal-qorti,
tispiċċa max-xoljiment taż-zwieġ; taħt l-istess ċirkostanzi, mutatis
mutandis, li japplikaw għall-komunjoni ta’ l-akkwisti taħt l-
artikolu 1332(1)(b) u (ċ); u mas-separazzjoni legali tal-mizżewġin.
(2) Is-subartikoli (2), (4), (5), (9) u (10) ta’ l-artikolu 1332
għandhom japplikaw mutatis mutandis meta x-xoljiment tal-
komunjoni ta’ residwu taħt amministrazzjoni separata jkun dikjarat
b’sentenza tal-qorti.
Kif ikun meqjus ir-
residwu.
1341.  (1) Meta tispiċca b’liema mod ikun il-komunjoni tar-
residwu taħt amministrazzjoni separata, ir-residwu li għandu
jittieħed kont tiegħu minn kull waħda mill-partijiet fiż-żwieġ
għandu jinkludi kull spiża li ssir minn dik il-parti biss fl-interess
tagħha mill-beni regolati minn dik il-komunjoni u li jkun f’idejn
dik il-parti, u jkun suġġett għat-tnaqqis ta’ kull ammont imħallas
mill-beni parafernali ta’ dik il-parti għal djun ta’ dik il-parti dwar
il-beni f’idejn dik il-parti u regolati bis-sistema ta’ komunjoni ta’
residwu taħt amministrazzjoni separata, kif ukoll il-passiv li jkun
għadu ma tħallasx minn dik il-parti li jkun sar dwar dawk il-beni.
(2) Għandu jitnaqqas mir-residwu kif stabbilit fis-subartikolu
(1) kull dejn parafernali tal-parti fiż-żwieġ li jkun aktar mill-beni
parafernali ta’ dik il-parti.
(3) Dak li jibqa’ bil-mod stabbilit fis-subartikolu (2) ikun,
sakemm mhux debitu, ir-residwu finali ta’ dik il-parti fiż-żwieġ.
Jekk ir-riżultat ikun debitu għandu jitqies li ma jkun hemm ebda
residwu finali għal dik il-parti.
(4) Meta r-residwu finali ta’ waħda mill-partijiet miżżewġa
ikun iktar mir-residwu tal-parti l-oħra, jew meta parti waħda biss
ikollha residwu finali, għandu jingħata lill-parti bl-inqas residwu
jew mingħajr residwu finali, skond il-każ, daqstant mir-residwu
finali tal-parti bl-akbar residwu finali jew bl-uniku residwu finali li
jkun meħtieġ sabiex kull waħda mill-partijiet ikollha sehem indaqs
tal-beni li jifformaw ir-residwu finali taż-żewġ partijiet fiż-żwieġ.
Meta dejn ma 
jkunx parafernali.
1342.  (1) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 1341(2) kull dejn li
m’huwiex imsemmi hawn taħt huwa dejn parafernali:
(a)
bihom ikunu akkwistati;
( ) l-ispejjeż u l-obbligi li jkunu saru fl-amministrazzjoni
(ċ l-ispejjeż u l-obbligi wkoll jekk ikunu saru
separatament, għall-ħtiġiet tal-familja magħduda dawk
(d djun li jkollhom x’jaqsmu mat-tiswijiet ordinarji ta’
beni parafernali tal-parti li l-utili tagħhom ikunu
  232      ħ       
amministrazzjoni separata;
( ) kull dejn jew indennizz dovut bħala rimedju ċivili
dovut bħala rimedju ċivili dwar reat li jkun sar bir-
rieda.
1343.   Terzi jistgħu biss jeżerċitaw il-jeddijet tagħhom
kontra dik il-parti fiż-żwieġ li tkun għamlet il-kuntratt jew id-dejn
(2 Malli tispiċca l-komunjoni ta’ residwu taħt
amministrazzjoni separata u wara li jingħata r-residwu finali, il-
sar magħhom qabel ma tkun spiċċat il-komunjoni ta’ residwu taħt
amministrazzjoni separata, jitolbu   kontra l-parti l-oħra
sa l-ammont, jekk ikun hemm, tal-beni tar-residwu finali tal-parti
Trasferimenti 
gratuwiti.
 (1)
komunjoni ta’ residwu taħt amministrazzjoni separata, parti fiż-
żwieġ ma tistax tittrasferixxi   xi beni tagħha b’titolu
gratuwitu mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra.
2) (1) ma japplikax għal donazzjonijiet ta’ valur
oħra kollha.
( ) Azzjoni għall-annullament ta’ att ta’ trasferiment b’titolu
meħtieġ u fiż-żmien perentorju ta’ tlett snin -
( ) mid-data li fiha dik il-parti saret taf bl-att, jew
b)
reġistrazzjoni, jew
( ) mid-data li tispiċċa l-komunjoni ta’ residwu taħt
skond liema tkun l-ewwel data.
Atti magħmulin bi  1345.   Meta parti fiż-żwieġ tagħmel xi att bil-ħsieb li tqarraq
bil-parti l-oħra u ċċaħħadha mill-jeddijiet kompetenti li jkollha
separata, dik il-parti l-oħra tista’ teżerċita l-azzjoni maħsuba fl-
artikolu 1144  daqslikieku kienet kreditur.
jew għall-werrieta tagħha u ma jkunx jista’ jiġi eżerċitat mill-
kredituri tal-parti.
2)
jagħlqu ħames snin -
( ) mid-data li fiha l-parti ssir taf bl-att, jew
b)
reġistrazzjoni, jew
( ) mid-data li tispiċċa l-komunjoni ta’ residwu taħt
KODIĊI ĊIVILI   KAP. 16.        233
Titolu VI
FUQ IL-BEJGĦ
FUQ IL-KUNTRATT TA’ BEJGĦ
ta’ bejgħ.
1346. Il-bejgħ hu kuntratt li bih waħda mill-partijiet tintrabat li
tagħti ħaġa lill-oħra bi prezz li din il-parti l-oħra tintrabat li tħallas
Meta l-bejgħ hu 
perfett.
  Il-bejgħ hu perfett bejn il-partijiet, u, kwantu għall-
à  tal-ħaġa tgħaddi għand ix-xerrej, malli jsir il-
ġietx ikkunsinnata u lanqas ma jkun għad tħallas il-prezz; u minn
dak il-ħin il-ħaġa nfisha tibqa’ għar-riskju u għall-użu tax-xerrej.
ħwejjeġ mobbli, 
eċċ.
 (1)
kollha f’salt iżda bl-użin, jew bil-għadd, jew bil-kejl, il-bejgħ mhux
perfett, jiġifieri, il-proprjet  ma tgħaddix għax-xerrej u l-ħwejjeġ
mibjugħa jibqgħu għar-riskju tal-bejjiegħ, sakemm ma jiġux
(2 Iżda x-xerrej jista’ jitlob li l-ħwejjeġ jiġu miżuna,
magħduda jew imkejla u kkunsinnati lilu, jew, jekk l-obbligazzjoni
(3 Il-bejjiegħ, ukoll, jista’ jġiegħel lix-xerrej għall-
esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni, jew, fin-nuqqas, għall-ħlas tad-
(4 Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll meta l-
ħaġa mibjugħa tkun immobbli u ma tistax tiġi determinata fiż-żgur
Bejgħ ta’ kollox 
f’salt.
  Jekk, għall-kuntrarju, il-ħwejjeġ ikunu ġew mibjugħa
ma ġewx miżuna, magħduda jew imkejla.
Tifsira ta’ bejgħ ta’ 
bil-piż, eċċ.
1350. (1) Il-bejgħ hu ta’ kollox f’salt, jekk il-ħwejjeġ jiġu
għadd jew tal-kejl ta’ dawn il-ħwejjeġ.
( ) Il-bejgħ jitqies li sar bl-użin, bil-għadd jew bil-kejl, jekk il-
bejgħ isir għall-kwantità
determinat kemm jekk isir għal biċċa biss minn dawk il-ħwejjeġ.
( ) Il-bejgħ jitqies ukoll li sar bl-użin, bil-għadd jew bil-kejl,
jew ta’ tant kejl ta’ ħaġa determinata, għalkemm għal dak il-għadd
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
ta’ oġġetti jew għal dawk il-kwantitajiet ta’ ħaġa determinata jkun
Meta għandu jsir 
assaġġ jew prova 
1351.   Kwantu għal dawk il-ħwejjeġ illi tagħhom, skond l-
użu jew bis-saħħa ta’ patt espress, għandu, qabel ix-xiri, isir l-
approvahom.
( ) Madankollu, dan ma jgħoddx meta l-ħaġa li tagħha, skond
isir l-assaġġ jew il-prova, m’għandhiex tissodisfa l-gost jew il-
fehma tax-xerrej innifsu, iżda l-assaġġ jew il-prova jsiru biss
jekk il-ħaġa hija ħaġa ċerta, u jkun sar il-ftehim fuq il-prezz, huma
obbligati ż-żewġ partijiet, iżda l-ftehim jitqies li jkun sar taħt
jħallas il-prezz tagħha jekk jiġi ppruvat li din il-ħaġa hija tajba u
kummerċjabbli, għalkemm hu ma jkunx appruvaha.
1352.   Il-prezz għandu jikkonsisti fi flus.
( ) Madankollu, il-kuntratt jibqa’ ta’ bejgħ jekk, mas-somma
in
natura
Kif għandu jiġi 
stabbilit il-prezz.
 (1)
partijiet.
( ) Iżda, il-prezz jista’ jitħalla fil-ġudizzju ta’ persuna waħda
persuna jew xi waħda minn dawn il-persuni ma tkunx trid jew ma
tkunx tista’ tistabbilixxi dan il-prezz, il-bejgħ ma jkunx jiswa.
stabbilit minn 
periti.
  ll-prezz jista’ wkoll jitħalla fil-ġudizzju ta’ perit wieħed
partijiet ma jiftehmux dwar il-perit jew periti li għandhom jiġu
maħtura, il-ħatra ssir mill-qorti.
mħolli fil-ġudizzju 
ta’ żewġ persuni 
1355. 
żewġ persuni jew iżjed, dan il-prezz, jekk il-persuni jkunu iżjed
minn tnejn, jiġi magħmul fuq il-fehma tal-maġġoranza; iżda jekk il-
jkunu iżjed minn tnejn u ma jkunux jaqblu, b’mod li ma tkunx tista’
toħroġ maġġoranza ta’ voti, isir kalkolu ta’ waħda għall-oħra bejn
Prezz tas-suq. 1356. Il-bejgħ jista’ jsir bil-prezz tas-suq fi żmien determinat; u
b’dan il-prezz wieħed għandu jifhem il-prezz meħud wieħed għall-
għandu jiġi esegwit.
Wegħda ta’ bejgħ. 
XXVII.1976.2.
1357. (1) Il-wegħda ta’ bejgħ ta’ ħaġa bi prezz determinat, jew
bħalma jingħad fl-artikoli ta’ qabel dan, ma titqiesx bejgħ; iżda,
jekk tiġi aċċettata, iġġib, f’dak li wiegħed, l-obbligu li jagħmel il-
jħallas id-danni lill-accettant.
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
(2 L-effett ta’ din il-wegħda jispiċċa meta jagħlaq iż-żmien
miftiehem bejn il-partijiet għal hekk jew, jekk ma jkun hemm ebda
ikun jista’ jsir, kemm-il darba l-aċċettant ma jsejjaħx lil dak li
wiegħed, b’att ġudizzjarju ppreżentat qabel ma jgħaddi ż-żmien
darba, fil-każ li dak li wiegħed jonqos li jagħmel hekk, it-talba
b’ċitazzjoni sabiex titwettaq il-wegħda ma tiġix ippreżentata fi
Wegħda ta’ bejgħ 
bi prezz ġust.
 Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
Wegħda ta’ bejgħ 
bil-kapparra.
 Jekk b’wegħda ta’ bejgħ tkun ġiet mogħtija kapparra, kull
tat il-kapparra billi titlef din il-kappara, u l-parti li tkun irċevietha,
bili trodd darbtejn daqsha, kemm-il darba ma jkunx hemm użu
mogħtija l-kapparra.
Id-disposizzjonijiet 
bejgħ, igħoddu 
għall-wegħda ta’ 
1360. 
għall-wegħda ta’ xiri.
Spejjeż tal-bejgħ.
bejgħ, fosthom dawk li jsiru għall-ħelsien ta’ immobbli minn
ù   ew piżijiet oħra li
għalihom l-immobbli jkun suġġett, skond id-disposizzjonijiet
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, ibatihom ix-xerrej.
( ) Is-senserija kif ukoll id-dritt tal-periti jew tal-persuni
ieħor mix-xerrej.
Senserija.
l-bejgħ hu ta’ immobbli.
Meta l-bejgħ jew 
b’att pubbliku.
2) pro persona
nominanda
lnterpretazzjoni ta’ 
pattijiet oskuri.
  Kull patt oskur jew ambigwu ta’ kuntratt, għandu jiġi
interpretazzjoni tal-kuntratti in ġenerali.
Sub-titolu II
ERSUNI L ISTGĦ IXTRU J W IB GĦU
Min jista’ jixtri jew 
ipprojbit mil-liġi.
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
Kuntratt ta’ bejgħ 
mara.
1366. Il-kuntratt ta’ bejgħ bejn ir-raġel u l-mara ma jiswiex,
ħlief f’dawn il-każijiet li ġejjin -
a)
somma li jkollha tagħtih għad-dota;
( ) meta l-kawża tal-bejgħ jew taċ-ċessjoni li r-raġel
il-ħlas ta’ kreditu jew l-impjieg ta’ flus tax-xerrej jew
taċ-ċessjonarju:
partijiet miżżewġin flimkien tieħu b’hekk xi vantaġġ indirett, il-
werrieta tal-parti l-oħra, jew oħrajn li jkollhom interess, jistgħu
pro tanto.
beni fuq talba tal-
kredituri tar-raġel 
1367. 
jipprojbixxu lir-raġel u lill-mara li jixtru beni mingħand xulxin, ma
jgħoddux għall-każ ta’ beni mibjugħin fl-irkant fuq talba tal-
Persuni oħra li ma 
jistgħux jixtru xi 
1368. 
interposti, lil tuturi jew kuraturi, ta’ beni ta’ persuni li jkunu taħt it-
tutela jew il-kurazija tagħhom, jew lil mandatarji ta’ dawk il-beni li
taħt is-setgħa tal-qorti.
Bejgħ jew ċessjoni 
imħallfin jew 
maġistrati.
  Il-bejgħ jew ċessjoni ta’ kawżi jew ta’ jeddijiet jew
persuni interposti, favur ta’ mħallfin jew maġistrati, huma wkoll
nulli. 
Ħ EJ EĠ LI JIS GĦU JIN IE U
Ħwejjeġ li jistgħu 
jinbiegħu.
 Tista’ tinbiegħ kull ħaġa li hi fil-kummerċ, kemm-il darba
Ħwejjeġ futuri. 1371. (1) Il-bejgħ ta’ ħwejjeġ futuri hu bejgħ taħt kondizzjoni;
ma jkollu ebda effett.
( ) Iżda, jekk l-oġġett tal-bejgħ ikun it-tama ta’ ħaġa futura,
prezz għalkemm il-ħaġa tibqa’ għal kollox bla eżistenza.
( ) Fid-dubju, il-bejgħ jitqies li sar taħt kondizzjoni.
ħaddieħor. 
Emendat:
1372. 
disposizzjonijiet dwar Il-Monti kwantu għar-rahan, il-bejgħ ta’
ħaġa ta’ ħaddieħor hu null:
ix-xerrej ma kienx jaf illi l-ħaġa kienet ta’ ħaddieħor:
Iżda wkoll, in-nullit  ta’ dan il-bejgħ ma tista’ qatt tiġi
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
opposta mill-bejjiegħ.
Bejgħ ta’ jedd ta’ 
persuna ħajja.
1373. Il-bejgħ jew ċessjoni ta’ jedd għas-suċcessjoni ta’ persuna
ħajja, hu null, għalkemm din il-persuna tkun tat il-kunsens tagħha
Bejgħ ta’ jeddijiet 
dwar pensjonijiet, 
għall-
manteniment.
1374. 
mogħtija jew legati mħollija espressament għall-manteniment, jew
pensjonijiet mogħtija mill-Gvern, huma wkoll nulli, bla ħsara,
ta’ disposizzjonijiet oħra tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
żmien tal-kuntratt.
1375. (1) Jekk fiż-żmien tal-kuntratt tal-bejgħ, il-ħaġa
(2 Jekk mill-ħaġa mibjugħa kienet spiċċat biċċa biss, ix-xerrej
jista’ jagħżel jew li jerġa’ lura mill-kuntratt jew li jitlob il-biċċa li
Jeddijiet tal-
bejjiegħ u tax-
wieħed jew l-ieħor 
kien jaf li l-ħaġa 
1376.   Jekk il-bejjiegħ kien jaf li l-ħaġa kienet spiċċat, ix-
xerrej li ma kienx jaf b’dan, għandu jedd għall-ħlas tad-danni.
2)
kienet spiċċat, ix-xerrej li kien jaf b’dan mhux obbligat għall-ħlas
tal-prezz, imma hu obbligat għall-ħlas tad-danni. Jekk il-prezz ikun
L-artikolu 1426 
igħodd meta l-ħaġa 
fil-kummerċ, eċċ.
1377. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll għall-każ li l-bejgħ ma jkunx jiswa minħabba li l-ħaġa ma
Sub-titolu IV
FUQ L-OB LI  T L-B JJ EGĦ
bejjiegħ.
1378. 1l-bejjiegħ għandu fuq kollox żewġ obbligi, jiġifieri, li
jikkunsinna, u li jiggarantixxi l-ħaġa mibjugħa.
 I. FUQ IL-KUNSINNA
immobbli.
Kap. 12.
 Il-kunsinna ta’ immobbli ssir   bil-pubblikazzjoni
tal-kuntratt tal-bejgħ, bla ħsara, kwantu għad-dħul fil-pussess ta’
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Kunsinna ta’ 
ħwejjeġ jiġu mgħoddija f’idejn ix-xerrej, jew billi jingħataw f’idejh
l-imfietaħ tal-lok fejn dawn il-ħwejjeġ mobbli jkunu qegħdin, jew
liġi, issarraf daqs kieku ġew mogħtija l-ħwejjeġ li għalihom dawk
id-dokumenti jirriferixxu, jew billi l-bejjiegħ iġiegħel li x-xerrej
238      KAP. 16.       KODIĊI ĊIVILI
ħaġa.
Kunsinna ta’ 
bil-kunsens biss.
1381. Il-kunsinna ta’ ħwejjeġ mobbli tista’ ssir ukoll bil-kunsens
biss tal-partijiet -
a)
jew
( ) meta l-bejjiegħ, li jkun żamm għalih it-tgawdija tal-
tax-xerrej; jew
( ) meta l-kunsinna tal-ħaġa mibjugħa ma tistax issir fiż-
Iżda, fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi ( ) u  ċ)
kunsinna ma tistax tkun ta’ ħsara għat-terzi.
Kunsinna ta’ ħaġa  1382. 
minnha x-xerrej bil-kunsens tal-bejjiegħ, jew bil-kunsinna tad-
dokumenti, meta l-bejgħ hu ta’ jeddijiet li ġejjin minn dokumenti li
Spejjeż tal-
kunsinna.
 (1)
(2 F’dawn l-ispejjeż jidħlu dawk ta’ l-użin, tal-għadd jew tal-
kejl tal-ħaġa, meta l-bejgħ isir bl-użin, bil-għadd jew bil-kejl.
3)
xerrej, meta l-bejgħ isir ta’ kollox f’salt u x-xerrej ikun irid jiżen,
jgħodd jew ikejjel il-ħaġa biex jara jekk hemmx il-kwantit li
kienet ġiet iddikjarata jew imwiegħda.
4)
Il-lok tal-kunsinna. 1384. Il-kunsinna għandha ssir fil-lok li fih il-ħaġa kienet tinsab
fiż-żmien tal-bejgħ.
jagħmilx il-
kunsinna.
  Jekk il-bejjiegħ jonqos li jagħmel il-kunsinna, fiż-żmien
maħlul, jew li huwa jiġi mqiegħed fil-pussess tal-ħaġa mibjugħa,
iżda dan kemm-il darba d-dewmien ikun ġie kkaġunat mill-bejjiegħ
Responsabbiltà 
bejjiegħ għad-
danni.
  Fil-każijiet kollha, il-bejjiegħ għandu jiġi kkundannat
kunsinna tal-ħaġa fiż-żmien miftiehem.
Merkanzija li 
bastiment.
1387. Meta wieħed jobbliga ruhu li jikkunsinna merkanzija li
għandha tasal fuq bastiment li hu jkun żamm il-jedd li jsemmi fi
milli jwieġeb għad-danni, jista’ jiġi kkundannat li jikkunsinna, fi
żmien li jiġi mogħti mill-qorti, skond iċ-ċirkostanzi, merkanzija
à  u kwantit  bħal dik li tkun ġiet miftiehma.
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
Nuqqas tal-
kunsinna ta’ 
għandha tasal fi 
żmien stabbilit ma’ 
imsemmi fil-
ftehim.
  Dan igħodd ukoll meta persuna tobbliga ruħha li
jkun ingħata l-isem fil-ftehim u tonqos li tagħmel il-kunsinna fiż-
żmien stabbilit, kemm-il darba hija ma tippruvax li għamlet dak
żmien stabbilit u li din ma waslitx f’dak iż-żmien minħabba forza
maġġuri.
kunsinna ta’ 
ħwejjeġ li 
jingħaddu jew 
jitkejlu.
 Jekk il-bejjiegħ ikun obbliga ruhu li jikkunsinna, fi żmien
ma jitqiesx li esegwixxa l-obbligazzjoni tiegħu jekk jirrifjuta li
jikkunsinnahom lix-xerrej li jmur biex jirċevihom fi żmien li jkun
egħluq taż-żmien stabbilit:
Iżda, kemm-il darba l-bejjiegħ ikun lest biex jagħmel il-
tal-ħwejjeġ mibjugħa jkun jista’ jibda konvenjentement qabel l-
egħluq taż-żmien miftiehem, ix-xerrej ma jistax, għalkemm qabel
ħsara tal-jedd tiegħu għall-azzjoni tad-danni, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1385 u 1386.
skond il-kwalità
miftiehma jew 
bħall-kampjun.
  Jekk il-ħaġa li l-bejjiegħ iġib biex jikkunsinna ma tkunx
à  mwiegħda, jew ma tkunx bħall-kampjun li fuqu l-bejgħ
danni, jew li jircievi l-ħaġa bi prezz anqas fuq stima ta’ periti.
Il-ħlas u l-kunsinna 
kondizzjonijiet li 
jimxu flimkien.
  Il-bejjiegħ mhux obbligat jikkunsinna l-ħaġa jekk ix-
xerrej żmien għall-ħlas.
Il-bejjiegħ mhux 
kunsinna jekk ix-
xerrej isir mhux 
1392.   Il-bejjiegħ lanqas mhu obbligat għall-kunsinna tal-
ħaġa, għalkemm ikun ta żmien lix-xerrej għall-ħlas tal-prezz, jekk,
kuntratt kien ta lill-bejjiegħ.
( ) Lanqas mhu obbligat għall-kunsinna jekk, wara l-bejgħ, ix-
b’mod li l-bejjiegħ ikun fil-periklu li jitlef il-prezz.
( ) Dan igħodd ukoll meta, għalkemm ix-xerrej kien fi stat ta’
deherx ħlief wara l-bejgħ u l-bejjiegħ ma kienx jaf bih fiż-żmien
tal-bejgħ.
4)
obbligat jikkunsinna l-ħaġa, jekk ix-xerrej jagħtih garanzija għall-
ħlas tal-prezz fiż-żmien miftiehem.
għandha tiġi 
kkunsinnata. 
  Il-ħaġa għandha tiġi kkunsinnata fl-istat li kienet tinsab
Il-frottijiet 
magħluqa jew li 
1394.   Minn dak in-nhar tal-bejgħ, il-frottijiet kollha jmissu
lix-xerrej.
2)
kollha magħluqa jew li jidħlu qabel ma l-kondizzjoni sseħħ, imissu
lill-bejjiegħ.
240      KAP. 16.       KODIĊI ĊIVILI
. 1395. Il-frottijiet mhux maqtugħa jew maqlugħa fiż-żmien tal-
bejgħ, jew, jekk il-bejgħ isir taħt kondizzjoni sospensiva, fiż-żmien
miżrugħa mill-bejjiegħ.
Qbiela ta’ raba’.  (1)
tal-bejgħ jew fiż-żmien li l-kondizzjoni sseħħ, tmiss ukoll lix-
xerrej. 
2)
sehem tal-kera għaż-żmien li matulu jkun sar il-bejgħ jew il-
kondizzjoni tkun seħħet, jinqasam bejn il-bejjiegħ u x-xerrej skond
kondizzjoni u kemm żmien ikun għadda wara.
Nol tal-vjagġ.  Fil-każ ta’ bejgħ ta’ bastiment li jkun jinsab fil-vjaġġ, in-
Il-ħaġa għandha 
tiġi kkunsinnata bl-
1398. 
kunsinna ta’ l-aċċessorji u ta’ dak kollu li għandu jservi għall-użu
ta’ dejjem tal-ħaġa nfisha.
à   1399.  à
kollha miftiehma, bla ħsara ta’ dak li jingħad xort’oħra fl-artikoli li
Bejgħ ad 
.
1400. (1) Jekk il-bejgħ ta’ immobbli jsir billi tingħad il-
à  b’tant flus għal kull tant kejl, il-bejjiegħ hu obbligat
à
msemmija fil-kuntratt.
2)
il-bejjiegħ għandu jnaqqas il-prezz skond kemm kejl ikun hemm
anqas.
kwantità
1401. 
qabel dan, il-kwantità
kuntratt, ix-xerrej għandu jħallas iż-żjieda tal-prezz:
Iżda, jekk il-biċċa li jkun hemm iżjed tkun aktar minn
à  msemmija fil-kuntratt, ix-xerrej
Bejgħ mhux ad  1402.  corpus
determinat u limitat, jew sew jekk il-bejgħ ikun ta’ fondi magħżulin
il-kejl, inkella jissemma l-ewwel il-corpus
it-tismija tal-kejl ma tagħti lok għal ebda żjieda mal-prezz favur il-
bejjiegħ għaż-żejjed fil-kejl, lanqas għal ebda tnaqqis ta’ prezz
kejl sewwa u dak imsemmi fil-kuntratt tkun aktar minn waħda minn
għoxrin, f’iżjed jew f’anqas, tal-valur tal-ħwejjeġ kollha mibjugħa
Iżda, ma jkunx hemm jedd għal żjieda jew għal tnaqqis ta’
prezz, għalkemm id-differenza tkun aktar minn waħda minn
ħaġa tkun ġiet mibjugħa fl-irkant taħt is-setgħa tal-qorti jew jekk
tkun ġiet mibjugħa espressament bla garanzija tal-kwantit  jew
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
jekk il-ħaġa tkun ġiet mibjugħa tale quale
ma jkunx sar fl-irkant bil-qorti, ta’ kull rimedju mogħti mil-liġi
f’każ ta’ leżjoni.
żjieda fil-prezz.
1403. Meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel
dan, ikollha titħallas żjieda fil-prezz għaż-żejjed fil-kejl, ix-xerrej
fond, li jħallas iż-żjieda tal-prezz, bl-imgħaxijiet.
Dmirijiet tal-
xerrej jagħżel li 
jerġa’ lura mill-
1404. 
mill-kuntratt, il-bejjiegħ għandu jroddlu, mal-prezz li jkun irċieva,
l-ispejjeż tal-kuntratt u kull spiża leġittima oħra li jkollha x’taqsam
Bejgħ ta’ żewġ 
fondi b’kuntratt 
1405. 
ġie msemmi kemm hu, ikunu ġew mibjugħa b’kuntratt wieħed, u bi
prezz wieħed, u jinsab li l-kwantit  ta’ wieħed mill-fondi hija anqas
u dik ta’ l-ieħor hija iżjed, in-nieqes tal-fond wieħed għandu
azzjoni għaż-żjieda jew għat-tnaqqis tal-prezz tista’ tiġi eżerċitata
biss skond ir-regoli miġjubin fl-artikoli ta’ qabel dan.
jew it-tnaqqis ta’ 
prezz.
  Fil-każijiet kollha illi jkun hemm lok għaż-żjieda jew
għall-ammont iżjed jew anqas li jaqbeż iż-żejjed jew in-nieqes li
tippermetti l-liġi.
azzjoni.
1407. (1) L-azzjoni li tmiss lill-bejjiegħ għaż-żjieda tal-prezz, u
mill-kuntratt, tintilef egħluq sentejn minn dak in-nhar tal-kuntratt.
( ) Dan iż-żmien tal-preskrizzjoni jimxi kontra l-assenti, l-
dawn il-persuni jkun ġej minn bejjiegħ jew xerrej li kontra tiegħu l-
mixi taż-żmien tal-preskrizzjoni ma jiġix sospiż.
 II. FUQ IL-GARANZIJA
Garanzija.
jidhrux ta’ dik il-ħaġa.
FUQ IL-G RA ZI A TA PUSSESS P IFIKU T L-ĦAĠ IBJUGĦ
preżunta.
1409. Għalkemm fil-kuntratt tal-bejgħ ma tkunx ġiet miftiehma
l-garanzija, il-bejjiegħ għandu   jagħmel tajjeb lix-xerrej
għall-evizzjoni li ttellfu l-ħaġa mibjugħa, kollha jew biċca minnha,
u li ma jkunux ġew imsemmijin fil-kuntratt.
Ftehim speċjali.
  242      ħ       
bejjiegħ m’għandu jkun suġġett għal ebda garanzija.
Obbligazzjoni tal-
jkollux jagħti 
garanzija.
  Għalkemm ikun ġie miftiehem illi l-bejjiegħ m’għandu
għal dik il-garanzija li jġib b’egħmilu, u kull ftehim kuntrarju għal
dan ma jiswiex.
evizzjoni l-bejjiegħ 
għandu jrodd il-
1412. 
hemm ebda garanzija, il-bejjiegħ, fil-każ ta’ evizzjoni, hu obbligat
għar-radd tal-prezz, jekk ma jkunx ġie miftiehem espressament il-
Jeddijiet tax-xerrej 
f’każ ta’ evizzjoni 
hija mwiegħda jew 
preżunta.
  Meta l-garanzija tkun ġiet imwiegħda jew ma jkun sar
jitlob mingħand il-bejjiegħ -
( ) ir-radd tal-prezz;
b)
iroddhom lis-sid li jkun ħa lura l-ħaġa;
( ) l-ispejjeż kollha ġudizzjarji, fosthom dawk li jkun
(d il-ħlas tal-ħsara, kif ukoll l-ispejjeż leġittimi tal-
kuntratt u kull ħlas leġittimu ieħor li jkollu x’jaqsam
Valur anqas tal-
ħaġa fiż-żmien ta’ 
1414.   Meta, fiż-żmien ta’ l-evizzjoni, il-ħaġa mibjugħa tkun
saret tiswa anqas jew tkun tgħarrqet bosta, sew bi traskuraġni tax-
għar-radd tal-prezz kollu.
( ) Iżda, jekk ix-xerrej ikun ħa utili mit-tgħarriq magħmul
somma daqs kemm ikun dak l-utili.
Jekk il-ħaġa ssir  1415. 
tiswa iżjed, ukoll jekk dan ma jkunx ġara b’egħmil ix-xerrej, il-
bejjiegħ għandu jħallas lix-xerrej is-somma li tkun taqbeż il-prezz
Ħlas lix-xerrej ta’ 
spejjeż.
 (1)
persuna li tkun ħadet il-fond lura li tħallas lix-xerrej, l-ispejjeż
kollha tat-tiswijiet u tal-miljoramenti utili illi x-xerrej ikun għamel
(2 Jekk il-bejjiegħ ikun biegħ b’mala fidi l-fond ta’ ħaddieħor,
hu għandu jħallas lix-xerrej l-ispejjeż kollha, fosthom ukoll dawk
Evizzjoni ta’ biċċa 
mill-ħaġa.
 (1)
biċċa, meta tinqies mal-ħaġa kollha, tkun ta’ hekk importanza, illi
mingħajrha x-xerrej ma kienx jixtri l-ħaġa, hu jista’, fi żmien sena
f’ġudikat, jitlob li jħoll il-bejgħ.
( ) Dan iż-żmien jimxi kif jingħad fl-artikolu 1407 2)
Stima tal-biċċa. 1418. Jekk, fil-każ imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, ix-
xerrej ma jagħżilx li jħoll il-bejgħ, il-valur li għandu jiġi mħallas
  ġ 243
mill-bejjiegħ lix-xerrej għall-biċċa milquta bl-evizzjoni, għandu
għandu jittieħed qies taż-żmien ta’ l-evizzjoni, sew jekk il-ħaġa
mibjugħa tkun saret tiswa iżjed kemm jekk tkun saret tiswa anqas.
servitù   mhux 
1419. (1)
ma jidhrux, li tagħhom ma tkunx saret dikjarazzjoni, u dawn is-
x-xerrej ma kienx jixtri l-fond li kieku ġie mgħarraf bihom, dan
(2)
bejgħ li jsir fl-irkant taħt is-setgħa tal-qorti.
f’każ ta’ fond 
ħieles minn servitù  
1420. Iżda, meta l-fond ikun ġie mibjugħ bħala frank u ħieles
ù
xort’oħra mwiegħda espressament, f’dawn il-każijiet ix-xerrej
bejjiegħ ma jneħħix kull servit  jew piż ieħor li ma jkunux ġew
ù
xorta li jidhru, u jiġi ppruvat illi x-xerrej kien jaf bihom fiż-żmien
tal-partijiet ma kienx li jdaħħlu din is-servit  jew piż fil-wegħda
Jekk ix-xerrej 
evizzjoni bi ħlas ta’ 
1421. Meta x-xerrej ikun skansa l-evizzjoni tal-fond bil-ħlas ta’
tal-garanzija billi jagħti lura lix-xerrej is-somma li dan ikun ħallas
Jekk ix-xerrej ma 
bejjiegħ fil-kawża 
1422. Il-garanzija għall-evizzjoni tispiċċa, jekk ix-xerrej ikun
ma sejjaħ fil-kawża lill-bejjiegħ, meta dan jipprova li seta’ jġib ‘il
talba ġudizzjarja kienet tiġi miċħuda.
azzjoni għall-
1423. (1)
aqsar, l-azzjoni għall-garanzija minħabba evizzjoni taqa’ bil-
nhar illi s-sentenza li biha x-xerrej ikun ġie kkundannat tgħaddi
(2)
jingħad fl-artikolu 1407(2).
UQ IL-GARANZIJA GĦAD DIFETTI LI MA JIDHRUX TAL-ĦAĠA 
MIBJUGĦA
Garanzija għad-
difetti li ma 
jidhrux.
1424.  Il-bejjiegħ hu obbligat jagħmel tajjeb għad-difetti li ma
jidhrux tal-ħaġa mibjugħa illi jagħmluha mhux tajba għall-użu li
għalih hija maħsuba, jew li jnaqqsu daqshekk il-valur tagħha illi x-
xerrej ma kienx jixtriha jew kien joffri prezz iżgħar, li kieku kien
jaf bihom.
  244      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Il-bejjiegħ ma 
jweġibx għad-
difetti li jidhru.
1425. Il-bejjiegħ ma jweġibx għad-difetti li jidhru, illi x-xerrej
seta’ jsir jaf bihom waħdu.
Il-bejjiegħ iwieġeb 
għad-difetti li ma 
jidhrux.
1426. Iżda, huwa jwieġeb għad-difetti li ma jidhrux, ukoll jekk
ma kienx jaf bihom, kemm-il darba ma jkunx ftiehem li, f’dan il-
każ, m’għandux ikun obbligat għal ebda garanzija.
Actio redhibitoria 
u actio 
aestimatoria.
1427. Fil-każijiet imsemmijin fl-artikoli 1424 u 1426, ix-xerrej
jista’ jagħżel, billi jiġi ‘1 quddiem bl-azzjoni redibitorja, li jagħti
lura l-ħaġa u jitlob ir-radd tal-prezz, inkella, billi jiġi ‘1 quddiem
bl-azzjoni stimatorja, li jżomm il-ħaġa u jitlob lura dik il-biċċa
mill-prezz li tiġi stabbilita mill-qorti.
Meta d-difett hu 
f’waħda minn 
żewġ ħwejjeġ jew 
iżjed mibjugħin 
flimkien.
1428.  (1) Meta żewġ ħwejjeġ jew iżjed jiġu mibjugħin flimkien,
b’mod li l-waħda ma kinitx tinbiegħ jew tinxtara mingħajr l-oħra, u
waħda minn dawn il-ħwejjeġ ikollha difett li jagħti lok għall-
azzjoni redibitorja jew għall-azzjoni stimatorja, ix-xerrej ma jistax
jinqeda bl-azzjoni redibitorja ħlief għall-ħwejjeġ kollha mixtrija,
għalkemm il-prezz ikun ġie magħmul għal kull ħaġa għaliha.
(2) Iżda, jekk il-ħwejjeġ mibjugħa flimkien ma jkollhomx
x’jaqsmu waħda ma’ l-oħra, l-azzjoni hawn fuq imsemmija ma
tistax titmexxa ħlief kwantu għall-ħaġa difettuża, għalkemm il-
ħwejjeġ kollha jkunu ġew mibjugħa bi prezz wieħed; u f’dan il-każ,
il-bejjiegħ għandu jrodd il-prezz ta’ dik il-ħaġa bi stima magħmula
fuq il-prezz li jkun ġie miftiehem għall-ħwejjeġ kollha f’daqqa.
Jekk il-bejjiegħ 
kien jaf jew le bid-
difetti.
1429.  (1) Jekk il-bejjiegħ kien jaf bid-difetti tal-ħaġa mibjugħa,
hu obbligat mhux biss li jrodd il-prezz li jkun irċieva iżda wkoll li
jħallas id-danni lix-xerrej.
(2) Jekk il-bejjiegħ ma kienx jaf bid-difetti tal-ħaġa, hu
obbligat biss irodd il-prezz u jħallas lix-xerrej l-ispejjeż li jkollhom
x’jaqsmu mal-bejgħ.
Jekk il-ħaġa 
difettuża tispiċċa.
1430.  (1) Jekk il-ħaġa difettuża tispiċċa minħabba d-difetti
tagħha, it-telfa tagħha jbatiha l-bejjiegħ, illi hu obbligat lejn ix-
xerrej għar-radd tal-prezz u għall-ħlasijiet l-oħra msemmijin fl-
aħħar artikolu qabel dan.
(2) Jekk il-ħaġa tispiċċa b’aċċident, it-telfa jbatiha x-xerrej.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni. 
Emendat: 
XXVIII.1994.45.
1431.  (1) L-azzjoni redibitorja u l-azzjoni stimatorja jaqgħu bil-
preskrizzjoni, għal dawk li huma immobbli, bl-egħluq ta’ sena
minn dak in-nhar tal-kuntratt, u, għal dawk li huma ħwejjeġ
mobbli, bl-egħluq ta’ sitt xhur minn dak in-nhar tal-kunsinna tal-
ħaġa mibjugħa.
(2) Iżda, jekk ma setax ikun li x-xerrej jikxef id-difett li ma
jidhirx tal-ħaġa, iż-żminijiet hawn fuq imsemmija tal-preskrizzjoni
ma jibdewx igħaddu ħlief minn dak in-nhar li seta’ jkun li hu jikxef
dak id-difett.
(3) Iż-żminijiet tal-preskrizzjoni hawn fuq imsemmija jimxu
kif jingħad fl-artikolu 1407(2).
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        245
L-azzjoni 
redibitorja u 
stimatorja ma 
jistgħux jitmexxew 
f’każ ta’ bejgħ fl-
irkant bil-qorti.
1432.  L-azzjoni redibitorja u l-azzjoni stimatorja ma jistgħux
jitmexxew f’każ ta’ bejgħ bl-irkant taħt is-setgħa tal-qorti. 
Sub-titolu V
FUQ L-OBBLIGI TAX-XERREJ
Meta u fejn għandu 
jitħallas il-prezz.
1433. Meta ż-żmien u l-lok tal-ħlas tal-prezz ma jiġux miftiehma
fil-kuntratt, ix-xerrej għandu jħallas fiż-żmien u fil-lok tal-
kunsinna tal-ħaġa.
Meta x-xerrej hu 
obbligat għall-
imgħaxijiet.
1434. Ix-xerrej, ukoll jekk ma jkunx hemm ftehim fuq daqshekk,
hu obbligat iħallas l-imgħaxijiet tal-prezz sa dak in-nhar tal-ħlas
bil-ħamsa fil-mija fis-sena, mingħajr distinzjoni, f’kull wieħed
mill-każijiet li ġejjin:
(a) jekk il-ħaġa mibjugħa u kkunsinnata tagħti frottijiet
jew utili ieħor;
(b) jekk, għalkemm il-ħaġa ma tkunx tagħti frottijiet jew
utili jeħor, ix-xerrej ikun ġie msejjaħ b’att ġudizzjarju
għall-ħlas tal-prezz;
(ċ) jekk il-kunsinna tal-ħaġa, meta din il-ħaġa tkun
mobbli, ma tkunx saret bi ħtija tax-xerrej, u l-bejjiegħ
ikun sejjaħlu, b’att ġudizzjarju, biex jirċeviha:
Iżda, fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi (b)  u (ċ), l-
imgħaxijiet ma jgħaddux ħlief minn dak in-nhar tan-notifika ta’ l-
att ġudizzjarju msemmi hawn fuq.
Meta x-xerrej 
mhux obbligat 
għall-imgħaxijiet.
1435.  (1) Ix-xerrej mhux obbligat għall-ħlas ta’ l-imgħaxijiet
matul iż-żmien mogħti lilu fil-kuntratt għall-ħlas tal-prezz.
(2) Iżda, iż-żmien mogħti mill-bejjiegħ wara l-kuntratt tal-
bejgħ ma jġibx rinunzja għall-imgħaxijiet tal-prezz, jekk dan iż-
żmien ma jkunx ġie mogħti b’testment.
Jekk il-ħaġa tista’ 
tagħti frottijiet.
1436. Jekk il-ħaġa tista’ tagħti frottijiet jew utili ieħor, ix-xerrej
jibqa’ obbligat għall-imgħaxijiet tal-prezz, għalkemm il-ħaġa, għal
xi aċċident jew għal xi raġuni oħra, ma tkunx tat dawk il-frottijiet
jew utili fiż-żmien li fih il-prezz ikun għad ma tħallasx.
Meta x-xerrej jista’ 
jissospendi l-ħlas 
tal-prezz.
1437.  (1) Jekk ix-xerrej jiġi mmolestat fil-pussess tal-ħaġa jew
ikollu raġuni tajba li jibża’ li sejjer ikun hekk immolestat, b’azzjoni
ipotekarja jew rivendikatorja, jista’ jissospendi l-ħlas tal-prezz
sakemm il-bejjiegħ ikun neħħa l-molestja jew ir-raġuni li minħabba
fiha jista’ jkun hemm biża ta’ dik il-molestja, jekk il-bejjiegħ ma
jagħżilx li jagħti garanzija, jew jekk ma jkunx ġie miftiehem illi x-
xerrej għandu jħallas għalkemm ikun hemm molestja.
(2) B’dan kollu, ukoll fil-każ imsemmi f’dan l-artikolu, jekk
jinsab li hemm xi waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fl-artikolu
1434, ix-xerrej, meta jissospendi l-ħlas tal-prezz, għandu jħallas l-
imgħaxijiet fuq dan il-prezz, kemm-il darba ma jagħżilx li jqiegħed
  246      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
il-prezz il-qorti.
Meta l-bejjiegħ 
jista’ jitlob it-
tħassir tal-bejgħ 
minħabba nuqqas 
tal-ħlas tal-prezz.
1438.  (1) Il-bejjiegħ ta’ immobbli ma jistax jitlob il-ħall tal-
bejgħ minħabba li ma jkunx ġie lilu mħallas il-prezz.
(2) Iżda, meta l-bejgħ hu ta’ merkanzija jew ta’ ħwejjeġ mobbli
oħra, il-ħall tal-bejgħ, għalkemm il-kondizzjoni riżoluttiva ma
tkunx ġiet miftiehma espressament, isir ipso jure fl-interess tal-
bejjiegħ, jekk ix-xerrej, qabel l-egħluq taż-żmien miftiehem għall-
kunsinna tal-ħaġa, ma jmurx biex jirċeviha, inkella, għad li jmur
biex jirċeviha, ma joffrix fl-istess ħin il-ħlas tal-prezz, kemm-il
darba ma jkunx ġie miftiehem żmien għal dan il-ħlas.
Jeddijiet tal-
bejjiegħ mhux 
imħallas fuq il- 
ħaġa mibjugħa.
1439. Jekk il-bejgħ ta’ ħaġa mobbli jkun sar mingħajr ma jkun
ġie miftiehem żmien għall-ħlas, il-bejjiegħ jista’, jekk il-ħlas ma
jsirx, jieħu lura l-ħaġa mibjugħa, sakemm din tkun tinsab f’idejn
ix-xerrej, jew ma jħallix lix-xerrej li jbigħha lil ħaddieħor, basta li
t-talba biex jeħodha lura tiġi magħmula fi żmien ħmistax-il ġurnata
mill-kunsinna u l-ħaġa tkun tinsab f’dak l-istess stat li kienet fiż-
żmien tal-kunsinna.
Sub-titolu VI
FUQ IL-ĦALL U R-REXXISSJONI TAL-BEJGĦ
Ħall ta’ kuntratt ta’ 
bejgħ b’irkupru, 
jew tħassir tal-
kuntratt minħabba 
leżjoni.
1440.  Barra mir-raġunijiet ġa msemmijin f’dan it-Titolu, li
għalihom jista’ jiġi rexxiss jew maħlul kuntratt ta’ bejgħ, u minn
dawk li jgħoddu għall-kuntratti kollha, il-kuntratt ta’ bejgħ jista’,
kollu jew biċċa minnu, jiġi maħlul bl-eżerċizzju tal-jedd ta’ rkupru,
u jista’ jiġi rexxiss minħabba leżjoni.
Emendat: 
IV. 1961.3.
FUQ L-IRKUPRU
Jedd ta’ rkupru. 
Sostitwit: 
IV. 1961.4.
1441. Il-jedd ta’ l-irkupru jiġi minn patt.
Azzjoni ta’ rkupru. 
Emendat: 
IV.1961.5.
1442.  L-azzjoni ta’ rkupru biex jittieħed lura immobbli, tista’
titmexxa mhux biss kontra x-xerrej, iżda wkoll kontra kull
pussessur ieħor ta’ l-immobbli; u bir-rivendizzjoni, l-immobbli
jgħaddi għand ir-retraent, ħieles minn kull ipoteka, servitù  jew piż
ieħor li bihom ikun għabbieh ix-xerrej jew pussessur ieħor; bla
ħsara, kwantu għall-kiri, ta’ dak li jingħad fl-artikolu 1530 u 1531.
Dmirijiet tar-
retraent.
1443.  Ir-retraent għandu jħallas lura lir-retrattarju l-prezz tal-
bejgħ li jkun ta lok għall-irkupru, u kull spiża leġittima oħra li jkun
għamel ix-xerrej f’dak il-bejgħ, kif ukoll l-ispejjeż kollha meħtieġa
u utili magħmulin fil-ħaġa mix-xerrej innifsu jew minn kull
pussessur ieħor, ukoll jekk, għal xi raġuni li għaliha m’għandux
iwieġeb la r-retrattarju u lanqas ebda pussessur ieħor ta’ qablu, ma
jibqax l-effett ta’ dawk l-ispejjeż.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        247
Jedd tar-retrattarju 
għall-imgħaxijiet.
1444.  Ir-retrattarju għandu jedd għall-imgħaxijiet minn dak in-
nhar li jkun ħareġ kull waħda mis-somom, li tagħhom, skond l-
aħħar artikolu qabel dan, għandu jiġi mħallas lura, iżda minn dawk
l-imgħaxijiet għandhom jiġu maqtugħa il-frottijiet li, min dak in-
nhar tal-bejgħ li ta lok għall-irkupru, huwa jew kull pussessur ieħor
ta’ qablu jkun daħħal jew bil-għaqal ta’ missier tajjeb tal-familja
seta’ jdaħħal:
Iżda, ir-retrattarju jista’ jżomm il-frottijiet hawn fuq
imsemmija u jirrinunzja għall-imgħaxijiet.
Meta jispiċċa l-
jedd għall-
imgħaxijiet.
1445.  Il-jedd tar-retrattarju għall-imgħaxijiet jispiċċa minn dak
in-nhar tan-notifika tad-depożitu ta’ dawk is-somom li għandhom
jiġu mħallsa lura lilu, basta li l-iżbank tad-depożitu ma jiġix
miżmum mingħajr raġuni tajba mir-retraent; f’dan l-aħħar każ, il-
jedd għall-imgħaxijiet ma jispiċċax ħlief minn dak in-nhar li
jispiċċa x-xkiel għall-iżbank tad-depożitu.
Radd tal-frottijiet.
retrattarju għandu jrodd lir-retraent il-frottijiet kollha li jkun daħħal
sa dak in-nhar li jitlaq il-ħaġa minn idejh jew, li bil-għaqal ta’
missier tajjeb tal-familja seta’ jdaħħal.
Fructus pendentes.
ħaġa minn idejh imissu lir-retraent, iżda, bl-obbligu li jħallas lura l-
ispejjeż magħmula sabiex saru u nżammu.
Kif jitmexxa l-jedd 
ta’ rkupru.
1448.  (1) Il-jedd ta’ rkupru jitmexxa bil-preżentata ta’ ċedola
ta’ rkupru fir-reġistru tal-qorti kompetenti, skond fejn ikun joqgħod
il-pussessur tal-ħaġa.
(2) Iżda r-retraent jitqies li mexxa sewwa l-jedd ta’ rkupru bil-
preżentata taċ-ċedola fir-reġistru tal-qorti kompetenti skond fejn
ikun joqgħod ix-xerrej, kemm-il darba hu ma jkunx ġie qabel, b’att
ġudizzjarju, innotifikat bit-trasferiment tal-ħaġa magħmul mix-
xerrej lil persuna oħra; u f’dan il-każ l-atti kollha ta’ wara dwar l-
irkupru hekk eżerċitat, għandhom isiru f’dik l-istess qorti.
Somma li retraent 
għandu jqiegħed il-
qorti. 
Emendat: 
IV. 1961.6.
1449. Ir-retraent għandu flimkien maċ-ċedola ta’ rkupru, jew fi
żmien għaxart ijiem minn dak in-nhar tal-preżentata tagħha,
iqiegħed il-qorti somma li tiġbor fiha -
(a) il-prezz tal-bejgħ li ta lok għall-irkupru;
(b) id-drittijiet tan-nutar li jkun irċieva l-kuntratt ta’ dak
il-bejgħ;
(ċ) id-drittijiet imħallsin għall-iskrizzjoni ta’ dak il-
kuntratt fir-Reġistru Pubbliku, meta din l-iskrizzjoni
tkun saret;
(d) kull spiża leġittima oħra li tkun tidher mill-kuntratt ta’
dak il-bejgħ, jew li r-retraent ikun xort’oħra ġie jaf li
saret mix-xerrej jew li baqgħet fuqu.
Żmien li fih 
għandu jsir id-
depożitu.
1450.  (1) Meta jiġi eżerċitat jedd ta’ rkupru, dan ma jistax jiġi
attakkat minħabba li d-depożitu jkun ġie magħmul wara ż-żmien li
fih dak il-jedd seta’ jiġi eżerċitat, basta li d-depożitu jsir fil-għaxart
ijiem imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan.
  248      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) Iżda, jekk id-depożitu ma jsirx fil-għaxart ijiem hawn fuq
imsemmija, iċ-ċedola ta’ rkupru ma jkollhiex iżjed effett,
għalkemm id-depożitu jkun sar qabel ma jagħlaq iż-żmien li hemm
għall-eżerċizzju ta’ dak il-jedd, bla ħsara tal-jedd tal-parti li tkun
ippreżentat iċ-ċedola li teżerċita mill-ġdid il-jedd tagħha ta’ rkupru
billi tippreżenta ċedola ġdida f’dak iż-żmien, u bla ħsara wkoll ta’
kull disposizzjoni oħra miġjuba fl-artikoli 1451 sal-1468.
Nuqqas tad-
depożitu kollu jew 
ta’ biċċa minnu.
1451.  (1) L-eżerċizzju tal-jedd ta’ rkupru ma jista’ lanqas jiġi
attakkat minħabba li ma jkunx sar id-depożitu, kollu jew biċċa
minnu, jekk ir-retraent, minflok is-somma tad-depożitu jew is-
somma li tkun tonqos, ikun offra li jpaċi somma daqsha, likwida u
li tista’ tintalab, li jkollu jieħu mingħand ir-retrattarju, jew, jekk id-
depożitu jkun nieqes biċċa biss u jkun jidher ċar miċ-ċirkostanzi li
dak in-nuqqas sar mingħajr ħsieb jew bi żball.
(2) Iżda, iċ-ċirkostanza li n-nuqqas fid-depożitu sar bla ħsieb
jew bi żball, ma tiswiex għar-retraent jekk dan ma jagħmilx sħiħ id-
depożitu fiż-żmien ta’ għaxart ijiem minn dak in-nhar li r-
retrattarju jkun, b’att ġudizzjarju, sejjaħlu għaldaqshekk.
Ir-retraent jista’ 
jerġa’ lura mill-
irkupru.
1452.  Ir-retraent jista’ jerġa’ lura mill-irkupru sakemm ir-
rettrattarju ma jkunx b’att ġudizzjarju aċċetta dak l-irkupru.
Rivendizzjoni lir-
retraent.
1453.  (1) Ir-retrattarju mhux obbligat jagħmel ir-rivendizzjoni
tal-ħaġa favur ir-retraent, qabel ma dan ikun għamel l-obbligi
tiegħu kollha skond l-artikoli 1443, 1444 u 1445.
(2) L-ispejjeż tar-rivendizzjoni jibqgħu fuq ir-retraent.
Jeddijiet tal-
partijiet.
1454.  (1) Ir-retrattarju jista’ f’kull żmien wara l-preżentata taċ-
ċedola ta’ rkupru, jitlob il-likwidazzjoni ta’ l-ispejjeż, meħtieġa
jew utili, li għalihom ikollu jedd, u jista’ jġiegħel lir-retraent
iħallas dawk l-ispejjeż fil-jum li, fuq talba ta’ l-istess retrattarju,
jiġi mogħti mill-qorti għar-rivendizzjoni.
(2) Ir-retraent jista’ wkoll, f’kull żmien wara l-preżentata taċ-
ċedola, jitlob il-likwidazzjoni ta’ l-ispejjeż hawn fuq imsemmija u
l-kundanna tar-retrattarju biex jagħmel ir-rivendizzjoni fiż-żmien u
bil-mod li jiġu ordnati mill-qorti.
Ħsara fil-ħaġa 
b’aċċident.
1455.  Ir-retraent m’għandux jedd, fil-każ ta’ ħsara fil-ħaġa
b’aċċident, jitlob ebda tnaqqis mis-somma li jkollu jagħti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan.
Meta l-ħsara fil-
ħaġa ssir mir-
retrattarju jew 
minn pussessur ta’ 
qablu. 
Emendat: 
IV.1961.7.
1456. Jekk il-ħsara fil-ħaġa tkun saret mir-retrattarju jew minn
pussessur ieħor ta’ qablu, ir-retraent m’għandux jedd għall-ħlas tal-
ħsara ħlief f’daqs kemm ikun ħa utili minnha dak li kkaġunaha,
meta ma jiġix ippruvat li dak li għamel il-ħsara jkun għamilha bil-
ħsieb li jeħles mill-irkupru jew li jagħmel deni lir-retraent, iżda, bla
preġudizzju, tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1461.
Żmien li ma 
jiġġeddidx. 
Emendat: 
IV. 1961.8.
1457.  Kull żmien stabbilit mil-liġi, dwar l-irkupru
konvenzjonali, hu perentorju.
Jedd ta’ rkupru 
konvenzjonali.
1458.  (1) Il-bejjiegħ jista’, fl-att tal-bejgħ, iżomm il-jedd ta’
rkupru, jiġifieri, il-jedd li jista jieħu lura l-ħaġa mibjugħa, billi
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        249
jrodd il-prezz u jħallas l-ispejjeż u l-imgħaxijiet kif jingħad fl-
artikoli 1443, 1444 u 1445.
(2) Kull ftehim li l-bejjiegħ għandu jrodd somma akbar, hu null
kwantu għaż-żejjed.
Il-jedd ta’ rkupru 
ma jistax jinżamm 
għal iżjed minn 
ħames snin.
1459.  (1) Il-jedd ta’ rkupru ma jistax jinżamm għal iżjed minn
ħames snin li jibdew igħoddu minn dak in-nhar tal-bejgħ.
(2) Meta dan il-jedd jinżamm mingħajr ma jiġi miftiehem ebda
żmien, inkella għal żmien itwal minn ħames snin, il-ftehim hu null
għal kull żmien li jaqbeż il-ħames snin.
 (3) Iż-żmien miftiehem bil-kuntratt jew imnaqqas, kif jingħad
hawn fuq, hu perentorju; u jimxi wkoll kontra l-minuri, l-interdetti
u l-assenti.
Jedd ta’ rkupru 
kontra t-terz 
pussessur.
1460.  (1) Il-bejjiegħ ta’ immobbli, illi jkun żamm għalih il-jedd
ta’ rkupru, jista’ jmexxi dan il-jedd kontra t-terz pussessur, ukoll
jekk fil-kuntratt li bih dan ikun akkwista l-immobbli ma tkun saret
ebda tismija fuq dak il-jedd.
(2) Dwar ħwejjeġ mobbli, l-irkupru ma jistax jitmexxa meta
dawn il-ħwejjeġ ikunu għaddew f'‘idejn ħaddieħor.
Jeddijiet tax-xerrej 
taħt patt ta’ rkupru.
1461.  (1) Ix-xerrej b’patt ta’ rkupru jista’ jeżerċita l-jeddijiet
kollha ta’ min biegħlu; hu jista’ jippreskrivi sew kontra s-sid veru
kemm kontra dawk li jkunu jippretendu jeddijiet jew ipoteki fuq il-
ħaġa mibjugħa; u jista’ wkoll jeċċepixxi l-benefiċċju ta’ l-
eskussjoni kontra l-kredituri ta’ min biegħlu.
(2) Iżda, ma jistax ibiddel il-għamla tal-ħaġa mibjugħa lilu.
Meta x-xerrej ta’ 
biċċa mhux 
maqsuma ta’ fond 
jakkwista l-fond 
kollu.
1462.  Jekk ix-xerrej ta’ biċċa mhux maqsuma ta’ fond bil-patt
ta’ rkupru jsir sid il-fond kollu bħala effett ta’ proċeduri ta’
liċitazzjoni mmexxija kontra tiegħu, hu jista’ jobbliga lill-bejjiegħ
jifdi l-fond kollu, meta dan ikun irid jinqeda b’dak il-patt.
Kif jitmexxa l-
irkupru meta l-
bejjiegħa huma 
tnejn jew iżjed.
1463.  Jekk tnejn min-nies jew iżjed ibigħu lkoll flimkien u
b’kuntratt wieħed fond komuni bejniethom, kull wieħed minnhom
jista’ jmexxi l-jedd ta’ rkupru fuq il-biċċa biss li kienet tmissu.
Jeddijiet tal-
werrieta tal-
bejjiegħ.
1464.  Meta dak li waħdu jkun biegħ il-fond ikun ħalla żewġ
werrieta jew iżjed, kull wieħed minn dawn jista’ jimxi bil-jedd ta’
rkupru għal dik il-biċċa biss li tagħha jkun werriet.
Jeddijiet tax-xerrej 
kontra l-bejjiegħa 
jew il-werrieta 
kollha tal-fond.
1465.  (1) lzda, ix-xerrej, fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ
artikoli qabel dan, jista’ jsejjah, b’att ġudizzjarju, lill-bejjiegħa l-
oħra kollha tal-fond komuni, jew il-werrieta l-oħra kollha, biex
jiddikjaraw jekk iridux huma wkoll jeżerċitaw il-jedd ta’ rkupru,
kull wieħed għas-sehem tiegħu.
(2) Il-bejjiegħa tal-fond komuni jew il-werrieta meta jiġu hekk
imsejħin għandhom jagħmlu d-dikjarazzjoni fuq imsemmija fiż-
żmien li jkun fadal għall-eżeċizzju tal-jedd ta’ rkupru, basta li, jekk
dan iż-żmien ikun anqas minn għaxart ijiem, inkella, ikun għalaq
għal kollox, din id-dikjarazzjoni ssir fi żmien għaxart ijiem li
jgħoddu minn dak in-nhar tan-notifika ta’ l-att ġudizzjarju fuq
imsemmi.
  250      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Jekk ma ssirx id-
dikjarazzjoni mill-
bejjiegħa tal-fond 
komuni jew mill-
werrieta x-xerrej 
isir s-sid għal 
kollox tal-fond 
kollu.
1466. Jekk fiż-żmien fuq imsemmi xi wieħed mill-bejjiegħa tal-
fond komuni jew mill-werrieta ma jiddikjarax li jrid jinqeda bil-
jedd ta’ rkupru għal dak li hu s-sehem tiegħu, ix-xerrej jibqa’ għal
kollox is-sid tal-fond kollu, kemm-il darba dawk mill-bejjiegħa jew
mill-werrieta li jkunu mxew bil-jedd ta’ rkupru għal sehemhom, fi
żmien għaxart ijiem minn dak in-nhar li jiġu mix-xerrej imsejħin
b’att ġudizzjarju, ma jifdux il-fond kollu bil-mod li jingħad fl-
artikolu 1448.
Meta kull bejjiegħ 
jista’ jimxi għalih 
bil-jedd ta’ rkupru.
1467.  Jekk il-bejgħ ta’ fond ta’ tnejn min-nies jew iżjed ma
jkunx sar minnhom ilkoll flimkien, u tal-fond kollu, iżda kull
wieħed minnhom ikun biegħ separatament sehmu, kull wieħed mill-
bejjiegħa jista’ jimxi bil-jedd ta’ rkupru separatament fuq is-sehem
li kien tiegħu, u x-xerrej ma jistax iġiegħel lil dak li hekk jinqeda
bil-jedd tiegħu ta’ rkupru, jirkupra l-fond kollu.
Jedd ta’ rkupru 
kontra l-werrieta 
tax-xerrej.
1468.  (1) Jekk ix-xerrej ikun ħalla żewġ werrieta jew iżjed, il-
jedd ta’ rkupru ma jistax jitmexxa kontra kull wieħed minnhom
ħlief għal sehmu, sew jekk il-fond mibjugħ ikun għad ma ġiex
maqsum kemm ukoll jekk il-werrieta jkunu ġa qasmuh bejniethom.
(2) Iżda, jekk il-wirt ikun ġie maqsum, u l-ħaġa mibjugħa tkun
misset kollha lis-sehem ta’ wieħed mill-werrieta, il-jedd ta’ rkupru
jista’ jitmexxa kontra dan il-werriet għall-fond kollu.
Sub-titolu VII
FUQ IĊ-ĊESSJONI TA’ KREDITI U JEDDIJIET OĦRA
Ċessjoni ta’ 
krediti, eċċ.
1469. Iċ-ċessjoni jew bejgħ ta’ kreditu, ta’ jedd, jew ta’ azzjoni
hija perfetta, u l-proprjetà  tagħhom tiġi akkwistata ipso jure miċ-
ċessjonarju, hekk kif isir il-ftehim fuq il-kreditu, fuq il-jedd jew
fuq l-azzjoni u fuq il-prezz, u, barra minn meta ċ-ċessjoni tkun ta’
jeddijiet trasferibbli bil-kunsinna tat-titolu, hekk kif isir l-att taċ-
ċessjoni.
Iċ-ċessjoni 
għandha ssir bil-
miktub.
1470.  (1) Iċ-ċessjoni ma tiswiex jekk ma ssirx bil-miktub.
(2) Iċ-ċessjoni ta’ jeddijiet ta’ wirt, jew ta’ krediti, ta’ jeddijiet,
jew azzjoniet li ġejjin minn atti pubbliċi, ma tiswiex jekk ma ssirx
b’att pubbliku.
Notifika lid-
debitur.
1471.  Iċ-ċessjonarju ma jistax, kwantu għat-terzi, jeżerċita l-
jeddijiet lilu ċeduti, ħlief wara li ċ-ċessjoni tkun ġiet imgħarrfa lid-
debitur b’att ġudizzjarju, miċ-ċessjonarju nnifsu jew miċ-ċedent.
Jekk ma ssirx in-
notifika.
1472. Fin-nuqqas ta’ dik it-tagħrifa, jew sakemm dik it-tagħrifa
ma ssirx -
(a) id-debitur ma jistax jeċċepixxi ċ-ċessjoni kontra l-
kreditur tiegħu, u jekk iħallas id-dejn lil dan il-
kreditur, jiġi meħlus minn dak id-dejn;
(b) jekk il-kreditur, wara li jkun ċeda l-kreditu lil wieħed,
jagħmel ċessjoni oħra ta’ dak il-kreditu lil ħaddieħor,
illi jkun f’bona fidi, it-tieni ċessjonarju, jekk ikun
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        251
innotifika ċ-ċessjoni magħmula lilu, hu preferit għall-
ewwel wieħed;
(ċ) jekk il-kredituri taċ-ċedent jissekwestraw f’idejn id-
debitur dak li dan ikollu jagħti, huma preferiti għaċ-
ċessjonarju, allavolja ma jkunux saru kredituri ħlief
wara ċ-ċessjoni;
(d) id-debitur jista’ jpaċi kull somma li għaliha jsir
kreditur taċ-ċedent; iżda, iċ-ċessjonarju ma jistax ipaċi
l-kreditu lilu ċedut ma’ dak li jkollu jagħti lid-debitur.
Aċċettazzjoni taċ-
ċessjoni.
1473.  It-tagħrifa mhix meħtieġa jekk id-debitur ikun aċċetta ċ-
ċessjoni.
Ċessjoni ta’ 
kambjalijiet, eċċ.
1474. La t-tagħrifa u lanqas l-aċċettazzjoni msemmijin fl-aħħar
artikolu qabel dan ma huma meħtieġa fil-każ ta’ kambjalijiet jew
titoli oħra ta’ kreditu li jiġu ttrasferiti bil-ġira jew bil-kunsinna.
Jeddijiet li jidħlu 
fiċ-ċessjoni ta’ 
kreditu.
1475. Fiċ-ċessjoni ta’ kreditu jidħlu l-garanziji, il-privileġġi, l-
ipoteki, u aċċessorji oħra ta’ l-istess kreditu; iżda ma jidħlux il-
frottijiet magħluqa u l-azzjoni ta’ rexxissjoni, meta dawn ma
jkunux ġew imsemmijin espressament fiċ-ċessjoni.
Garanzija.
tajjeb għall-eżistenza tiegħu fiż-żmien taċ-ċessjoni, għalkemm
ebda garanzija espressa ma tkun saret fiċ-ċessjoni.
(2) Jekk il-kreditu ma jkunx jeżisti, iċ-ċedent għandu jrodd il-
prezz li jkun ħa, kemm-il darba ma jkunx ftiehem li m’għandux
lanqas jagħmel tajjeb għall-eżistenza tal-kreditu, sew billi
jiddikjara li jċedi l-kreditu mingħajr l-ebda garanzija, jew bi kliem
ieħor li jfisser dan.
Is-solvibbiltà  tad-
debitur ma tidħolx 
fil-garanzija jekk 
ma tkunx 
miftiehma.
1477.  (1) Iċ-ċedent ma jweġibx għas-solvibbiltà  tad-debitur, la
għaż-żmien taċ-ċessjoni u lanqas għaż-żmien ta’ wara, jekk ma
jkunx intrabat għal dan espressament, sew billi jiddikjara illi l-
kreditu hu tajjeb u li jitħallas, jew bi kliem ieħor li jfisser dan.
(2) Jekk iċ-ċedent ikun wiegħed din il-garanzija, hu obbligat
biss sas-somma tal-prezz taċ-ċessjoni.
Kemm iddum il-
garanzija tas-
solvibbiltà  tad-
debitur.
1478.  (1) Meta ċ-ċedent ikun għamel tajjeb għas-solvibbiltà
tad-debitur mingħajr ma jkun ġie miftiehem kemm għandha ddum
din il-garanzija, din titqies li għandha ddum għal sena biss minn
dak in-nhar taċ-ċessjoni, jekk il-kreditu jkun ġa għalaq, jew minn
dak in-nhar li jagħlaq, jekk il-kreditu fiż-żmien taċ-ċessjoni jkun
għad ma għalaqx.
(2) Jekk il-kreditu ċedut ikun jedd għall-ħlas ta’ renta, il-
garanzija ma ddumx ħlief sa għaxar snin minn dak in-nhar taċ-
ċessjoni.
Tmiem tal-
garanzija.
1479.  L-obbligazzjoni tal-garanzija tispiċċa, jekk il-kreditu jsir
li ma jistax jitħallas bi traskuraġni taċ-ċessjonarju.
Iċ-ċessjonarju 
għandu jimxi 
kontra d-debitur 
qabel ma jdur 
kontra ċ-ċedent.
1480.  (1) Iċ-ċessjonarju għandu jimxi kontra d-debitur qabel
ma jdur kontra ċ-ċedent, barra minn meta jkun ġie miftiehem illi ċ-
ċedent għandu jħallas għad-debitur jekk dan ma jħallasx fuq
  252      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
sempliċi talba.
(2) Jekk ikun hemm dan il-ftehim, iċ-ċessjonarju mhu obbligat
jagħmel l-ebda att biex jinżamm il-jedd għall-kreditu; u ċ-ċedent hu
obbligat sas-somma tal-kreditu ċedut.
Garanzija fil-każ 
ta’ bejgħ ta’ wirt.
1481.  (1) Kull min ibiegħ wirt mingħajr ma jfisser ħaġa ħaġa
x’inhuma l-ħwejjeġ li hemm fih, mhux obbligat jagħmel tajjeb ħlief
għall-kwalità  tiegħu ta’ werriet.
(2) Jekk il-wirt ma jkunx jeżisti minħabba li s-suċċessjoni tkun
għad ma nfetħitx, jew jekk il-wirt ikun jeżisti iżda ma jkunx imiss
lill-bejjiegħ, dan hu obbligat lejn ix-xerrej għar-radd tal-prezz u
għall-ħlas tad-danni.
(3) Dak li jkun biegħ biss il-pretensjonijiet tiegħu fuq wirt,
sabiex ix-xerrej imexxihom għar-riskju tiegħu, mhu obbligat għal
ebda garanzija u lanqas għar-radd tal-prezz.
Jekk il-bejjiegħ 
ikun debitur jew 
kreditur tal-wirt.
1482. Jekk il-bejjiegħ ikun huwa nnifsu debitur lejn il-wirt jew
ikun irċieva xi ħaġa mill-wirt, hu obbligat iħallas id-dejn tiegħu
lix-xerrej, jew, skond il-każ, li jindennizzah: mill-banda l-oħra, ix-
xerrej għandu jrodd lill-bejjiegħ kull somma li dan ikun ħallas
għad-djun jew għall-piżijiet tal-wirt, u għandu jħallsu tal-krediti li
jkollu kontra l-wirt, kemm-il darba, fil-każ il-wieħed jew l-ieħor,
ma jkunx ġie miftiehem xort’oħra.
Ċessjoni ta’ jedd 
litiġjuż.
1483.  (1) Dak li kontra tiegħu jkun ġie ċedut jedd litiġjuż, jista’
jeħles miċ-ċessjonarju billi jagħtih lura l-prezz veru taċ-ċessjoni bl-
ispejjeż u bl-imgħaxijiet meqjusa minn dak in-nhar li ċ-ċessjonarju
jkun ħallas il-prezz taċ-ċessjoni.
(2) Il-jedd jitqies litiġjuż, meta jkun hemm kawża kkontestata
fuq jekk hemmx dak il-jedd, jew meta l-kreditu ma jkunx likwidu u
jkun diffiċli li jiġi likwidat.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ l-artikolu 1483 
ma jgħoddux.
1484.  Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
jgħoddux -
(a) jekk iċ-ċessjoni ssir minn wieħed mill-werrieta jew
minn komproprjetarju lil werriet ieħor jew
komproprjetarju ieħor tal-jedd ċedut;
(b) jekk iċ-ċessjoni ġiet magħmula lill-kreditur, bi ħlas ta’
dak li kellu jieħu;
(ċ) jekk iċ-ċessjoni ġiet magħmula lill-pussessur tal-fond
suġġett għall-jedd litiġjuż;
(d) jekk iċ-ċessjoni ġiet magħmula taħt titolu gratuwitu
għal kollox.
Titolu VII
FUQ IT-TPARTIT
Tifsir ta’ kuntratt 
ta’ tpartit.
1485.  (1) It-tpartit hu kuntratt li bih il-partijiet jobbligaw
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        253
ruħhom li jagħtu lil xulxin ħaġa li ma tkunx flus.
(2) It-tpartit isir bil-kunsens biss, bħall-bejgħ.
Żjieda fi flus.
għalkemm jiġi msemmi l-valur tal-ħwejjeġ li l-partijiet jintrabtu li
jagħtu lil xulxin jew għalkemm waħda mill-partijiet tintrabat li
tagħti, flimkien mal-ħaġa, żjieda fi flus.
(2) B’dan kollu, jekk is-somma ta’ flus li waħda mill-partijiet
tintrabat li tħallas, tkun taqbeż il-valur tal-ħaġa li dik il-parti
tintrabat li tagħti, il-kuntratt jitqies bħala xiri u bejgħ għall-ħwejjeġ
kollha illi l-partijiet ikunu ntrabtu li jagħtu lil xulxin.
Jeddijiet tal-parti li 
jkollha tieħu żjieda 
fi flus.
1487. Il-parti li jkollha tieħu żjieda fi flus, tista’ teżerċita fuq il-
ħaġa li tkun tat il-jeddijiet u l-privileġġi li għandu l-bejjiegħ għall-
prezz, ukoll meta l-kuntratt, taħt l-aħħar artikolu qabel dan, ikun
kuntratt ta’ tpartit.
Tpartit ta’ ħaġa 
mobbli ma’ 
immobbli.
1488. Ħaġa mobbli tista’ titpartat ma’ oħra immobbli.
Meta t-tpartit 
għandu jsir b’att 
pubbliku.
1489.  Iżda, fil-każijiet kollha li tiġi mogħtija bi tpartit ħaġa
immobbli għal oħra mobbli jew immobbli, il-kuntratt ma jiswiex
jekk ma jsirx b’att pubbliku.
Meta waħda mill-
partijiet tista’ ma 
tagħmilx il-
kunsinna.
1490. Waħda mill-partijiet fi tpartit, illi wara li tkun irċeviet il-
ħaġa mogħtija lilha bi tpartit, tipprova li l-parti li tathielha mhix sid
dik il-ħaġa, ma tistax tiġi mġiegħla tikkunsinna l-ħaġa li tkun
wiegħdet li tagħti, iżda biss li trodd il-ħaġa li tkun irċeviet. 
Jeddijiet tal-parti 
fil-każ ta’ 
evizzjoni.
1491.  (1) Il-parti li tbati l-evizzjoni tal-ħaġa li tkun ħadet bi
tpartit, tista’, kif tagħżel hija, jew titlob il-ħlas tad-danni, jew titlob
lura l-ħaġa li tkun tat.
(2) Jekk din il-parti tagħżel li tieħu lura l-ħaġa, hija għandha,
fil-każ ta’ ħaġa immobbli, azzjoni ta’ rivendikazzjoni wkoll kontra
t-terz pussessur; u terġa’ teħodha lura ħielsa minn kull piż jew
ipoteka li bihom il-parti l-oħra fit-tpartit jew it-terz pussessur ikunu
aggravawha:
Iżda, kwantu għall-kiri magħmul b’bona fidi u taħt
kondizzjonijiet ġusti, igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
1530. 
Spejjeż tal-kuntratt 
ta’ tpartit.
1492.  (1) L-ispejjeż kollha ta’ l-atti, u dawk l-oħra li jkollhom
x’jaqsmu mat-tpartit, ibatuhom iż-żewġ partijiet, f’sehem indaqs.
Kap. 12.
(2) Iżda, l-ispejjeż għall-ħelsien ta’ immobbli minn
fedekommessi, ipoteki, servitù , jew piżijiet oħra, skond id-
disposizzjonijiet miġjuba fit-Titolu II tat-Taqsima II tat-Tieni
Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, tbatihom
il-parti li tirċievi bi tpartit dak l-immobbli.
Regoli tal-kuntratt 
ta’ bejgħ li jgħoddu 
għat-tpartit.
1493. Ir-regoli l-oħra kollha dwar il-kuntratt ta’ bejgħ, igħoddu
wkoll għall-kuntratt ta’ tpartit.
  254      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Titolu VIII
FUQ L-ENFITEWSI
Tifsir ta’ kuntratt 
ta’ enfitewsi. 
Emendat: 
IV.1961.9.
1494.  (1) L-enfitewsi hija kuntratt li bih waħda mill-partijiet li
jikkuntrattaw tagħti lill-parti l-oħra, għal dejjem jew għal żmien,
fond, bi ħlas ta’ kull sena determinat jew b’ċens determinat, illi din
ta’ l-aħħar tintrabat li tħallas lilha, fi flus jew f’oġġetti, bħala
rikonoxximent tad-dominju.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu jgħoddu għal kull
enfitewsi, ukoll meta ċ-ċens ikun ġie meqjus fuq il-valur tal-
frottijiet tal-fond.
Min jista’ jagħti 
b’enfitewsi.
1495.  Ma jistgħux jagħtu b’enfitewsi dawk li mhumiex kapaċi
skond il-liġi li jagħmlu trasferimenti, jekk ma jkunux ġew
għaldaqshekk awtorizzati espressament mill-awtorità  kompetenti,
skond il-liġi.
Konċessjoni ta’ 
enfitewsi ta’ fondi 
taħt fedekommess. 
Kap. 12.
1496.  Għad li jkun hemm il-projbizzjoni fl-att li joħloq il-
fedekommess, il-pussessuri ta’ fondi taħt fedekommess jistgħu, bil-
proċeduri meħtieġa fis-Sub-titolu V tat-Titolu VIII tat-Taqsima I
tat-Tieni Ktieb u fit-Titolu I tat-Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jaqalgħu mill-qorti
kompetenti l-awtorizzazzjoni li jagħtu dawk il-fondi b’enfitewsi
għal dejjem jew għal żmien, kemm-il darba l-qorti tkun ta’ fehma
illi l-konċessjoni hija ta’ ġid għall-imsejħin għal dak il-
fedekommess.
Meta l-enfitewsi 
hija nulla.
1497. L-enfitewsi hija nulla -
(a) jekk ma tiġix magħmula b’att pubbliku; jew
(b) jekk il-konċessjoni ssir xort’oħra minn għal dejjem
jew għal żmien stabbilit li jibda jgħodd minn jum ċert;
jew
(ċ) jekk is-somma taċ-ċens ma tiġix imsemmija
espressament fil-kuntratt.
Meta xi 
konċessjoni titqies 
enfitewsi.
1498.  (1) Jekk fond jiġi mogħti għal iżjed minn sittax-il sena
jew b’mod li l-konċessjonarju jista’ jtawwal iż-żmien tal-
konċessjoni għal iżjed minn sittax-il sena u, fil-każ il-wieħed jew l-
ieħor, taħt kondizzjonijiet li jaqblu iżjed mad-disposizzjonijiet ta’
l-artikoli li ġejjin f’dan it-Titolu milli ma’ dawk dwar il-kuntratt ta’
kiri, il-konċessjoni titqies li hija ta’ enfitewsi, għalkemm il-partijiet
ikunu tawha isem ta’ kiri; u din il-konċessjoni hija nulla jekk tiġi
magħmula xort’oħra milli b’att pubbliku.
(2) Għall-kuntrarju, jekk fond jiġi mogħti b’titolu ta’ enfitewsi,
il-konċessjoni titqies li hija ta’ enfitewsi, ikun kemm ikun qasir iż-
żmien li għalih tiġi magħmula, u jkunu xi jkunu l-pattijiet li
taħthom tkun saret.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        255
Il-partijiet jistgħu 
jagħmlu kull patt li 
ma jkunx kontra l-
liġi. 
Sostitwit: 
XXVII. 1976.3. 
Emendat: 
XXX. 1981.10.
1499.  (1) Ir-regoli li jinsabu fl-artikoli ta’ qabel u fl-artikoli
1501, 1502, 1512, 1513 u 1519, għandhom jiġu mħarsa fil-każijiet
kollha u kull ftehim kontra għalihom ikun mingħajr effett.
(2) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (1), il-partijiet jistgħu
jagħmlu bħala kondizzjoni tal-kuntratt ta’ enfitewsi kull patt li
jidhrilhom li jaqbel, basta li ma jkun hemm xejn fih li hu kuntrarju
għal-liġi.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), jekk
ma jkunx hemm ftehim xort’oħra, għandhom jiġu mħarsa r-regoli li
jinsabu fl-artikoli li ġejjin.
Iċ-ċens ma 
jitbiddilx.
 1500. (1) Iċ-ċens matul iż-żmien ta’ enfitewsi ma jitbiddilx.
(2) Iċ-ċenswalist ma jistax jitlob it-tnaqqis taċ-ċens minħabba
tibdil ta’ ċirkostanzi.
(3) Lanqas ma jista’ jitlob ebda maħfra jew tnaqqis taċ-ċens ta’
sena jew iżjed, jekk minħabba xi aċċident, ordinarju jew
straordinarju, mibsur jew le, il-ġabra kollha tal-frottijiet jew biċċa
minnha, tintilef.
Iċ-ċenswalist jista’ 
jifdi ċ-ċens. 
Miżjud: 
XXX.1981.11. 
Emendat: 
XX. 1984.2;
XXIV.1995.362.
1501.  (1) Meta tingħata enfitewsi perpetwa, iċ-ċenswalist, ukoll
jekk iċ-ċens ikun jista’ jiġi rivedut kull tant żmien stabbilit, ikollu
l-għażla li jifdi ċ-ċens kif provdut fis-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, kemm-il darba il-kuntratt innifsu, li jkun kuntratt
magħmul qabel il-15 ta’ Awissu, 1981, ma jipprovdix b’mod
differenti kif tista’ ssir il-fidwa.
(2) Dik il-fidwa taċ-ċens issir bil-ħlas ta’ somma li tkun daqs l-
ammont taċ-ċens kapitalizzat bir-rata ta’ ħamsa fil-mija:
Iżda meta l-kuntratt jipprovdi li ċ-ċens jista’ jiġi rivedut fi
żmien speċifikat jew mal-ġrajja ta’ kondizzjoni speċifikata, iċ-
ċenswalist jista’ jagħżel li jifdi fi żmien l-ewwel sena mid-data ta’
xi reviżjoni bħal dik, jew tal-ġrajja ta’ dik il-kondizzjoni, u s-
somma li għandha titħallas għall-fidwa taċ-ċens tkun, f’dak il-każ,
daqs l-ammont taċ-ċens hekk rivedut kapitalizzat bil-medja tar-rata
ta’ l-imgħax li titħallas minn bank kummerċjali fuq depożiti li
jkunu ta’ xorta fissa fi żmien il-fidwa.
(3) Jekk ikun hemm iktar minn padrun dirett wieħed, iċ-
ċenswalist jista’ jifdi mingħand kull wieħed jew iżjed minnhom
separatament.
(4) Meta l-fond ikun miżmum b’subenfitewsi perpetwa, is-
subċenswalist ikollu l-jedd li jifdi ċ-ċens oriġinali u ż-żieda fiċ-
ċens bil-ħlas tas-somma li għandha titħallas għall-fidwa li tiġi
stabbilita skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(5) Kull klawżola f’xi ftehim li biha ċ-ċenswalist ma jkunx
jista’ jeżerċita l-jedd li jifdi ċ-ċens mogħti b’dan l-artikolu, titqies
li ma kenitx inkluża f'’dak il-ftehim.
(6) Il-fidwa taċ-ċens tista’ ssir bi ftehim bejn il-padrun dirett u
ċ-ċenswalist magħmul f’att pubbliku jew permezz taċ-ċedola
msemmija fis-subartikolu (7).
(7) Meta l-fidwa ma ssirx b’att pubbliku, iċ-ċenswalist jista’
  256      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
jagħmel dik il-fidwa billi jippreżenta għas-spejjeż tiegħu fir-
Reġistru tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, ċedola ta’ fidwa u fl-istess
ħin jiddepożita fl-imsemmi reġistru s-somma li għandha titħallas
għall-fidwa stabbilita skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(2); u dwar ċedola bħal dik, id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan is-
subartikolu għandu jkollhom effett, minkejja kull ħaġa kuntrarja li
tinsab f’xi liġi oħra:
(a) meta l-persuna li tagħti l-enfitewsi għall-ewwel darba
jew il-persuna li lilha jingħataw il-jeddijiet ta’ padrun
dirett tkun mejta, iċ-ċedola tal-fidwa tista’ tiġi
notifikata lil, u d-depożitu jista’ jsir favur, wieħed jew
iktar mill-werrieta tal-padrun dirett jew tal-persuna li
lilha jgħaddi dan il-jedd u dak il-werriet jew dawk il-
werrieta għandhom, għall-finijiet kollha tal-liġi,
jitqiesu li jirrappreżentaw lil dawk il-persuni kollha li
jkollhom interess legali fiċ-ċedola tal-fidwa u fil-flus
hekk depożitati;
(b) in-nuqqas miċ-ċedola ta’ l-isem ta’ xi persuna li
jkollha interess f’xi parti mill-flus depożitati skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ma jolqotx il-jedd
ta’ xi persuna li tkun hekk imħollija barra għal xi
sehem mill-ammont depożitat;
(ċ) iċ-ċedola għandu jkun fiha:
(i) l-isem u l-kunjom tal-persuna ta’ l-enfitewta, il-
post tat-twelid tagħha, il-post ta’ residenza
tagħha, il-professjoni tagħha, is-sengħa jew stat
ieħor tagħha, isem missierha u isem u kunjom
xbubit ommha, jew fil-każ ta’ korp ta’ persuni l-
isem korporat ta’ dak il-korp ta’ persuni u l-
partikolaritajiet dwar l-inkorporazzjoni tiegħu;
(ii) l-isem u l-kunjom tal-persuna msemmija fiċ-
ċedola, il-post tat-twelid tagħha, il-post ta’
residenza tagħha, il-professjoni tagħha, is-
sengħa jew stat ieħor tagħha, isem missierha, u
isem u kunjom xbubit ommha, jew
partikolaritajiet oħra biex jidentifikaw lil dik il-
persuna, jew fil-każ ta’ korp ta’ persuni l-isem
korporat ta’ dak il-korp ta’ persuni u l-
partikolaritajiet dwar l-inkorporazzjoni tiegħu; u
Kap. 56. (iii) l-indikazzjoni skond l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar
ir-Reġistru Pubbliku ta’ l-immobbli li dwaru ċ-
ċens mifdi kien jitħallas;
(d) l-enfitewta għandu jehmeż maċ-ċedola pjanta li turi l-
kobor u l-lok ta’ l-immobbli li jkun suġġett għaċ-ċens
mifdi;
(e) in-notifika taċ-ċedola ssir biss lill-persuna msemmija
f’dik iċ-ċedola u jekk fi żmien tliet xhur mill-jum li fih
tiġi depożitata ċ-ċedola, ma ssirx in-notifika lill-
imsemmija persuna, jew minħabba li tkun nieqsa jew
għal xi raġuni oħra, iċ-ċenswalist għandu għas-spejjeż
tiegħu jitlob lir-Reġistratur tal-Qrati biex jippubblika
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        257
fil-Gazzetta l-kontenut taċ-ċedola, u ma’ dik il-
pubblikazzjoni il-persuna li lilha kellha tiġi notifikata
ċ-ċedola għandha, għall-finijiet kollha tal-liġi titqies li
ġiet notifikata biċ-ċedola;
(f) iċ-ċenswalist għandu jara li żewġ kopji taċ-ċedola jiġu
notifikati lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku, li għandu
jżomm reġistru ta’ dawk iċ-ċedoli, u l-artikolu 30 ta’ l-
Att dwar ir-Reġistru Pubbliku għandu, mutatis
mutandis, japplika għal dawk iċ-ċedoli.
(8) Id-depożiti msemmija jistgħu jiġu rtirati mill-persuni
msemmija fih mal-prova tat-titolu tagħhom li ssir lir-Reġistratur
tal-Qrati.
Kif jinqasam iċ-
ċens. 
Sostitwit: 
XXVII. 1976.4.
1502.  (1) Iċ-ċens ma jistax jinqasam mingħajr il-kunsens tal-
padrun dirett; iżda jekk il-fond jiġi ttrasferit lil, jew xort’oħra jkun
il-proprjetà  ta’, żewġ persuni jew iżjed separatament, il-padrun
dirett ma jistax jirrifjuta l-kunsens tiegħu għall-qsim taċ-ċens jekk
dak il-qsim isir sostanzjalment fl-istess proporzjoni tal-partijiet
separati miżmuma mill-persuni li jkunu jeħtieġu l-kunsens.
(2) Il-kunsens mogħti mill-padrun dirett għat-trasferiment ta’
parti waħda jew iktar separati tal-fond lil persuni differenti, jew il-
ħlas li hu jieħu ta’ sehem wieħed jew iktar taċ-ċens, mingħand
waħda jew iktar minn dawk il-persuni, ikollhom l-istess effett daqs
kunsens mogħti mill-padrun dirett għall-qsim taċ-ċens.
Ħlas lura taċ-ċens 
lil wieħed mill-
pussessuri.
1503.  (1) Dak fost il-pussessuri illi jħallas iċ-ċens kollu,
jitħallas lura mingħand il-pussessuri l-oħra pro rata, skond il-biċċa
li kull wieħed minnhom ikun jippossjedi mill-fond, bla ma jittieħed
qies ta’ ebda ċessjoni ta’ jeddijiet.
(2) Huwa joħrog sehem, fl-istess proporzjon, flimkien mal-
pussessuri l-oħra, għall-ishma tal-pussessuri mhux solvibbli.
Jeddijiet taċ-
ċenswalist fuq il-
fond.
1504.  (1) Iċ-ċenswalist jista’ jbiddel il-wiċċ tal-fond, basta li
b’daqshekk ma jgħarrqux.
(2) Huwa jieħu l-utili kollha tal-fond, u għandu jedd
jirrivendika l-fond mingħand kull pussessur, saħansitra mingħand
il-padrun dirett.
(3) Imiss lilu t-teżor li jinsab fil-fond, bla ħsara tas-sehem li
jmiss, skond il-liġi, lil dak li jkun sabu.
Radd tal-fond fi 
stat tajjeb.
1505. Iċ-ċenswalist għandu jżomm u, fiż-żmien li jmiss, irodd il-
fond, fi stat tajjeb.
Miljoramenti.
huma tiegħu sakemm iddum l-enfitewsi.
(2) Huwa jista’ jbiddel il-għamla ta’ dawn il-miljoramenti; iżda
ma jistax jeqridhom mingħajr il-kunsens espress tal-padrun dirett.
Obbligi taċ-
ċenswalist.
1507. Hu dmir taċ-ċenswalist li jesegwixxi kull obbligu li skond
il-liġi għandhom is-sidien ta’ bini jew ta’ artijiet:
Iżda, jekk għall-esekuzzjoni ta’ dan l-obbligu tkun
  258      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
meħtieġa spiża kbira, u l-enfitewsi tkun għal żmien, il-qorti tista’,
fuq talba taċ-ċenswalist, iġġiegħel lill-padrun dirett joħroġ sehem
minn din l-ispiża, skond ma jkunu l-pattijiet ta’ l-enfitewsi, iż-
żmien li jkun baqa’ biex tispiċċa, is-somma taċ-ċens, u ċirkostanzi
oħra tal-każ. 
Iċ-ċenswalist jista’ 
jiddisponi mill-
fond.
1508.  (1) Iċ-ċenswalist jista’, mingħajr ma jgħarraf lill-padrun
dirett jew ma jitlob il-kunsens tiegħu, jiddisponi mill-fond suġġett
għal enfitewsi u mill-miljoramenti, sew b’att fost il-ħajjin kemm
b’disposizzjoni testamentarja.
(2) Iżda, kull trasferiment magħmul xort’oħra milli b’att
pubbliku, ma jiswiex.
Iċ-ċenswalist ma 
jeħlisx mill-obbligi 
tiegħu jekk l-
akkwirent ma jiġix 
magħruf mill-
padrun dirett.
1509.  (1) Jekk iċ-ċenswalist jiddisponi mill-fond mingħajr il-
kunsens tal-padrun dirett, hu ma jiġix meħlus mill-obbligazijonijiet
tiegħu lejn il-padrun dirett, jekk min jakkwista ma jiġix magħruf
minn dan.
Obbligazzjonijiet 
ta’ l-akkwirent, 
ukoll jekk ma jiġix 
magħruf. 
Emendat: 
VII. 1944.2; 
LVIlI.1975.9.
 (2) Iżda, l-akkwirent, għalkemm ma jkunx ġie magħruf mill-
padrun dirett, hu obbligat personalment lejh għall-ħlas taċ-ċens
kollu li jagħlaq, u għat-tiswija tal-ħsarat kollha li jsiru fi żmien il-
pussess tiegħu; imma hu mhux obbligat għaċ-ċnus magħluqa, jew
għall-ħsarat li jkunu saru, qabel dan il-pussess; dejjem bla
preġudizzju tal-jedd tal-padrun dirett, ukoll għal dawn iċ-ċnus u
ħsarat, fuq il-fond suġġett għal enfitewsi, fuq il-frottijiet, u fuq il-
valur ta’ dak kollu li jservi biex igħammar jew iforni l-fond jew
biex tinħadem l-art, ikunu ta’ min ikunu dawn il-ħwejjeġ:
Iżda illi dawn il-jeddijiet ma jingħatawx lis-sid dwar l-
imsemmijin ħwejjeġ jekk dawn ikunu ta’ jew miżmumin minn jew
f’isem xi dipartiment tal-Gvern ta’ Malta kull meta dak id-dejn ma
jkunx ta’ dak id-dipartiment.
Meta l-padrun 
dirett għandu 
jagħraf lill-
akkwirent. 
Emendat: 
IV.1961.10.
1510. Il-padrun dirett ma jistax jirrifjuta li jagħraf, minflok iċ-
ċenswalist, lil dak li lilu l-enfitewsi tkun giet, taħt kull titolu li
jkun, ittrasferita, jekk dan ikun persuna tajba biex tesegwixxi l-
obbligazzjonijiet li joħroġu mill-kuntrart tal-enfitewsi.
Meta l-akkwirent 
għandu jagħraf lill-
padrun dirett.
1511.  Dak li lilu l-enfitewsi tkun ġiet, b’kull titolu li jkun,
ittrasferita, illi jkollu l-pussess tal-fond, u li l-padrun dirett ikun
għaraf jew ikun lest jagħraf, ma jistax jirrifjuta li jagħraf
espressament lill-padrun dirett jew li jobbliga ruħu lejh
personalment għall-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu
mill-kuntratt ta’ l-enfitewsi.
Tagħrif. 
Sostitwit: 
XXVII.1976.5.
1512.  (1) Kull tagħrif imsemmi fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan
jista’ jkun imfisser jew mifhum; u l-ħlas ta’ ċens jew ta’ lawdemju
li jsir jew jittieħed minn jew mingħand dak li lilu jkun sar it-
trasferiment għandu jitqies bħala tagħrif mifhum, kemm-il darba
ma jkunx hemm riżerva mfissra f’att ġudizzjarju.
(2) Kemm il-padrun dirett kif ukoll dak li lilu jkun sar it-
trasferiment jistgħu jeħtieġu li t-tagħrif isir b’att pubbliku jew
b’kitba privata; u f’kull każ bħal dak l-ispejjeż tbatihom il-parti li
titlob il-forma miktuba.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        259
Ma hemmx jedd ta’ 
lawdemju jekk 
mhux miftiehem, 
eċċ. 
Sostitwit: 
XXVII.1976.6.
1513. Il-padrun dirett ma għandu jedd għal ebda somma b’titolu
ta’ lawdemju, jissejjaħ kif jissejjaħ, f’okkażjoni ta’ bejgħ jew
trasferiment ieħor magħmul wara l-1 ta’ Lulju, 1976 ta’ l-utili
dominju jew tal-miljoramenti kemm-il darba -
 (a) l-att ta’ l-enfitewsi ma jkunx fih ftehim espress għal
dak il-ħlas, u
(b) l-enfitewsi ma tkunx magħmula għal iktar minn
għoxrin sena;
u meta xi somma li jkollha hekk titħallas skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-artikolu tkun ikbar mill-ammont ta’ ċens għal
sena dovut lil dak il-padrun dirett dwar il-fond jew parti mill-fond
mibjugħ jew trasferit, dak il-padrun dirett ma jkollux jedd għal dak
l-eċċess.
Wegħda dwar 
enfitewsi. 
Miżjud: 
XXVII.1976.7.
1514.  Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1357, 1359 u 1360
għandhom japplikaw għal wegħda dwar enfitewsi magħmula wara
l-1 ta’ Lulju, 1976, kif japplikaw għal wegħda ta’ bejgħ jew ta’ xiri. 
Jekk il-fond 
jinqered kollu jew 
biċċa minnu.
1515.  (1) L-enfitewsi tinħall ipso jure, jekk il-fond jinqered
kollu kemm hu b’aċċident.
(2) Jekk tinqered biċċa mill-fond, u l-biċċa li tibqa’ ma tkunx
tista’ tagħti renta daqs iċ-ċens, iċ-ċenswalist ma jistax jitlob it-
tnaqqis taċ-ċens, iżda jista’ jitlob li jħoll l-enfitewsi, billi jrodd lill-
padrun dirett il-fond bil-miljoramenti, ukoll jekk il-biċċa li tibqa’
mill-fond tkun tikkonsisti l-aktar f’dawn il-miljoramenti.
Dmir tal-prova.
jew biċċa minnu, b’aċċident, u mingħajr ħtija tiegħu jew tal-familja
tiegħu, jew tas-sefturi tiegħu, tal-mistednin jew tal-kerrejja jew tas-
sub-ċenswalisti li ma jkunux ġew magħrufa mill-padrun dirett.
Ħall ta’ enfitewsi 
meta ma jitħallasx 
iċ-ċens. 
Sostitwit: 
XXVII. 1976.8.
1517.  Il-padrun dirett ikun jista’ jitlob li jħoll l-enfitewsi u li
jintradd lilu l-fond bil-miljoramenti jekk iċ-ċenswalist ikollu jagħti
bħala ċens somma daqs kemm iġibu ċ-ċnus ta’ tliet snin.
Fil-każ ta’ tagħriq 
fil-fond.
1518.  (1) Il-padrun dirett jista’ wkoll jitlob li jħoll l-enfitewsi u
li jirtadd lilu l-fond bil-miljoramenti, kif ukoll it-tiswija tal-ħsarat,
jekk il-fond ikun tgħarraq ħafna, u ċ-ċenswalist ma jippruvax li dan
ġara mingħajr ħtija tiegħu jew tan-nies imsemmijin fl-artikolu 15l6.
(2) Dan igħodd ukoll jekk it-tagħriq ikun ġara fil-miljoramenti
mibnija fil-fond.
Żmien għall-ħlas 
taċ-ċnus magħluqa, 
eċċ. 
Emendat: 
XXVII.1976.9.
1519.  (1) Fil-każijiet imsemmija fl-aħħar żewġ artikoli qabel
dan, il-padrun dirett jista’ fl-istess waqt jitlob il-ħall ta’ l-enfitewsi
u l-ħlas taċ-ċnus magħluqa.
(2) Iżda l-qorti tista’, f’kull wieħed minn dawn il-każijiet,
tagħti lill-konvenut żmien moderat, skond iċ-ċirkostanzi, għall-ħlas
taċ-ċnus magħluqa, jew għat-tiswijiet meħtieġa, u dak iż-żmien
jista’, għal raġuni tajba, jiġi mtawwal għal żmien moderat ieħor.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel dan għandhom
japplikaw ukoll f’kull każ li fih il-ħall tal-kuntratt ikun ġie
miftiehem espressament għal kwalunkwe raġuni, u għandhom hekk
  260      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
japplikaw ukoll jekk il-ftehim jeskludi l-għoti ta’ xi żmien.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li teħtieġ
il-ħlas ta’ xi ċens jew xi somma oħra li ma jkunux dovuti, sew
għaliex it-talba għalihom tkun waqgħet bi preskrizzjoni sew għal xi
raġuni oħra.
Iż-żmien għall-ħlas 
taċ-ċnus magħluqa 
jista’ jiġi mitlub 
mill-kreditur taċ-
ċenswalist.
1520.  (1) Kull kreditur taċ-ċenswalist, jew kull wieħed ieħor li
jkollu interess, jista’ jidħol fil-kawża u jitlob iż-żmien hawn fuq
imsemmi; u jista’ wkoll matul dak iż-żmien, għalkemm dak iż-
żmien ikun ġie mogħti mingħajr l-intervent tiegħu, fuq talba taċ-
ċenswalist, ma jħallix li tiġi maħlula l-enfitewsi, billi jħallas iċ-
ċnus li jkollhom jingħataw jew billi jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
(2) F’dan il-każ, il-kreditur jew il-persuna li jkollha interess,
biex jieħdu lura ċ-ċnus li huma ħallsu jew l-ispejjeż li huma ħarġu
għat-tiswijiet, jidħlu minflok il-padrun dirett, u l-jeddijiet tagħhom
jiġu qabel ta’ kull kreditur ieħor taċ-ċenswalist, iżda mhux qabel
dak tal-padrun dirett stess.
Tmiem ta’ l-
enfitewsi għal 
żmien.
 1521. (1) L-enfitewsi għal żmien tispiċċa bl-egħluq taż-żmien
miftiehem espressament, u l-fond bil-miljoramenti jintradd lill-
padrun dirett ipso jure.
(2) Kull azzjoni għat-tiġdid ta’ l-enfitewsi, għal kull raġuni li
tkun, barra minn bis-saħħa ta’ patt espress fil-kuntratt ta’ enfitewsi
jew f’att pubbliku ieħor, hija mneħħija, dwar kull xorta ta’ beni.
Effetti tad-
devoluzzjoni.
1522. F’kull każ ta’ devoluzzjoni, tinħall, sew kwantu għall-fond
kemm kwantu għall-miljoramenti, kull ipoteka, piż, jew servitù ,
ukoll jekk din is-servitù  tkun inħolqot mingħajr il-fatt taċ-
ċenswalist; u l-fond bil-miljoramenti jerġa’ jmur lura ħieles għand
il-padrun dirett, bla ħsara, jekk ikun ġie mogħti b’kiri, ta’ dak li
jingħad fl-artikoli 1530 u l531.
Meta ċ-ċenswalist 
jista’ jitlob il-ħlas 
tal-miljoramenti.
1523.  (1) Meta jkun hemm id-devoluzzjoni, iċ-ċenswalist ma
jkollu jedd għal ebda ħlas għall-miljoramenti, ikunu xi jkunu x-
xorta jew il-valur tagħhom, ħlief jekk id-devoluzzjoni ssir għal xi
waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikoli 1517 u 1518.
(2) Fil-każijiet imsemmijin f’dawk iż-żewġ artikoli, il-padrun
dirett għandu jħallas liċ-ċenswalist il-prezz tal-miljoramenti, skond
kemm ikun il-valur tagħhom fiż-żmien tad-devoluzzjoni, sas-
somma li l-fond ikun f’dak iż-żmien sar jiswa iżjed minħabba dawk
il-miljoramenti, u skond iż-żmien li jkun fadal għat-tmiem ta’ l-
enfitewsi.
Kuntratti ta’ 
enfitewsi 
magħmula qabel l-
1 ta’ Lulju, 1976. 
Sostitwit: 
XXVII. 1976.11.
1524. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw
għall-kuntratti kollha ta’ enfitewsi sew jekk magħmula qabel kemm
jekk magħmula wara l-1 ta’ Lulju, 1976, barra minn dawk l-
enfitewsi li jkunu għalqu qabel l-imsemmija data jew li, qabel dik
id-data, ikunu spiċċaw jew ġew maħlula bi ftehim, jew b’sentenza
li tkun saret res judicata, jew bis-saħħa ta’ liġi; għal dawn l-
enfitewsi ta’ l-aħħar, il-liġi li kienet applikabbli fiż-żmien meta
għalqu, spiċċaw jew ġew maħlula, għandha safejn ikun meħtieġ,
tibqa’ tapplika.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        261
Titolu IX
FUQ IL-KUNTRATT TA’ KIRI
DISPOSIZZJONI ĠENERALI
Il-kuntratt ta’ kiri 
jista’ jsir bil-kitba 
jew bil-fomm.
1525.  Il-kuntratt ta’ kiri, sew ta’ ħaġa kemm ta’ xogħol, jista’
jsir sew b’kitba kemm bil-fomm.
Sub-titolu I
FUQ IL-KIRI TAL-ĦAĠA
Tifsir ta’ kuntratt 
ta’ kiri ta’ ħaġa.
1526.  (1) Il-kiri ta’ ħaġa hu kuntratt li bih waħda mill-partijiet
tintrabat li tagħti lill-oħra t-tgawdija ta’ ħaġa, għal żmien
miftiehem u b’kera miftiehem, li din il-parti l-oħra tintrabat li
tħallas lilha.
(2) Jistgħu jingħataw b’kiri kull xorta ta’ ħwejjeġ korporali,
mobbli jew immobbli.
Meta hu null il-kiri 
li jsir minn wieħed 
mill-kom-
pussessuri.
1527.  Il-kiri li jsir minn wieħed mill-kom-pussessuri tal-ħaġa,
mingħajr awtorizzazzjoni b’sentenza tal-qorti kompetenti jew
mingħajr il-kunsens ta’ xi wieħed mill-kom-pussessuri l-oħra, jista’
fuq talba ta’ dan il-kom-pussessur l-ieħor, jiġi annullat, kemm-il
darba din it-talba ssir fi żmien xahrejn minn dak in-nhar li dan il-
kom-pussessur l-ieħor ikun sar jaf b’dak il-kiri.
Meta l-qorti tista’ 
tagħti l-
awtorizzazzjoni.
1528.  Il-qorti tista’, fuq talba ta’ wieħed mill-kom-pussessuri
tal-ħaġa, b’ċitazzjoni, tagħti l-awtorizzazzjoni msemmija fl-aħħar
artikolu qabel dan, meta jinsab illi l-ħaġa hija tajba biex tinkera u
illi l-kiri propost huwa ta’ ġid, u basta li ma jinsabx li xi wieħed
mill-kom-pussessuri l-oħra għandu raġuni tajba biex jopponi dak il-
kiri.
Jedd ta’ preferenza 
ta’ kom-pussessur.
1529. Il-kom-pussessur illi jkun ta, bi kliem ġenerali, il-kunsens
tiegħu għall-kiri tal-ħaġa, jew illi, kontra l-opposizzjoni tiegħu, il-
qorti tkun tat, bi kliem ġenerali l-awtorizzazzjoni għall-kiri tal-
ħaġa, jista’, b’dan kollu, jeżerċita l-jedd ta’ preferenza msemmi fl-
artikoli 1591, 1592 u 1593, kemm-il darba hu ma jkunx b’xi mod
irrinunzja għal dak il-jedd.
Kiri ta’ ħaġa 
suġġetta għal 
fedekommess jew 
użufrutt, eċċ.
1530.  (1) Il-għoti b’kiri minn dak li jkun jippossjedi l-ħaġa taħt
fedekommess jew b’użufrutt, jew taħt titolu ieħor temporanju jew li
jista’ jinħall, jiswa wkoll kwantu għas-suċċessuri tiegħu, jekk ikun
sar taħt kondizzjonijiet ġusti, u għal żmien mhux iżjed minn tmien
snin, fil-każ ta’ raba’, jew erba’ snin, fil-każ ta’ bini, jew għal
żmien soltu skond l-użu, fil-każ ta’ ħwejjeġ mobbli, jew għal kull
żmien aqsar minn kull wieħed miż-żminijiet fuq imsemmija, fil-każ
ta’ beni li l-kiri tagħhom għal aktar minn dak iż-żmien aqsar huwa
ipprojbit.
(2) ll-kiri mogħti għal żmien itwal mill-persuna li tipposjedi l-
ħaġa kif jingħad hawn fuq, jiġi, fuq talba tas-suċċessuri tiegħu fil-
pussess tal-ħaġa, imnaqqas għaż-żmien li jmiss kif imsemmi hawn
262      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
fuq, u dan iż-żmien jibda jgħodd minn dak in-nhar tal-kuntratt. 
Meta l-awtorità  
kompetenti tagħti 
l-awtorizzazzjoni 
għall-għoti ta’ kiri 
għal żmien itwal.
1531. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan dwar iż-
żmien limitat tal-kiri, ma jgħoddux meta l-kiri għal żmien itwal
ikun ġie miftiehem bl-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti
skond il-liġi.
Għal kemm żmien 
jitqies li sar il-kiri. 
Emendat: 
I.1870.1.
1532.  Jekk ma jkunx hemm ftehim espress jew ċirkostanzi li
jistgħu juru x’kienet l-intenzjoni tal-partijiet dwar iż-żmien tal-kiri,
għandhom jiġu mħarsa r-regoli li ġejjin:
(a) il-kiri ta’ bini jew ta’ ħaġa mobbli jitqies magħmul
għaż-żmien li għalih hu meqjus il-kera, jiġifieri, għal
sena, jekk il-kera jkun ġie miftiehem tant fis-sena;
għal xahar, jekk il-kera jkun ġie miftiehem tant fix-
xahar; għal ġurnata, jekk ikun ġie miftiehem tant kull
jum:
Iżda, meta ma jkunx hemm prova jekk il-kera
ġiex miftiehem bis-sena, bix-xahar, jew bil-ġurnata,
jitqies li ġie miftiehem skond l-użu.
 (b) il-kiri ta’ raba’ jitqies li sar: jekk il-fond hu li jista’
jagħti frottijiet, għaż-żmien meħtieġ għall-ġabra tal-
frottijiet ta’ erba’ annati; jekk il-fond ma jistax jagħti
frottijiet, għaż-żmien li għalih hu meqjus il-kera, bħal
ma jingħad għall-bini;
(ċ) jekk ikun hemm xi użu partikolari dwar iż-żmien tal-
kiri ta’ xi ħwejjeġ, il-kiri, dwar dawn il-ħwejjeġ,
jitqies li sar għaż-żmien meqjus skond dak l-użu.
Kera. 1533.  (1) Il-kera jista’ jikkonsisti sew fi flus kemm f’xi
kwantità   ta’ oġġetti jew ukoll f’sehem tal-frottijiet li l-ħaġa tagħti.
(2) Meta ma hemmx prova li l-kera ġie miftiehem f’oġġetti jew
f’sehem ta’ frottijiet, jitqies li ġie miftiehem fi flus.
Kif jitqies il-kera 
meta mhux 
miftiehem.
1534.  Meta l-kuntratt tal-kera jkun ġa beda miexi, il-kera, fin-
nuqqas ta’ ftehim espress, jew ta’ liġi li tistabbilixxi s-somma tal-
kera, għandu jitqies fuq il-prezz korrenti, jekk ikun hemm, jew,
jekk ma jkunx hemm, fuq stima ta’ periti.
Ħlas tal-kera bil-
quddiem.
1535.  (1) Kull ħlas bil-quddiem ta’ qbiela ta’ raba’ ma jiswiex,
jekk b’hekk ibatu ħsara l-kredituri ipotekarji ta’ sid il-kera jew
dawk li jidħlu warajh fil-pussess tal-fond bis-saħħa ta’
fedekommess, jew li lilhom, minħabba li b’xi mod jiġi maħlul il-
jedd tiegħu, ikun imiss il-fond.
(2) Lanqas ma jiswa kull ħlas bil-quddiem ta’ kera ta’ bini għal
iżjed minn sitt xhur, jekk b’hekk titbata l-ħsara hawn fuq
imsemmija.
Tiġdid taċitu tal-
kiri.
1536. Jekk, meta jagħlaq iż-żmien tal-kiri, il-kerrej jibqa’ u jiġi
mħolli fit-tgawdija tal-ħaġa mikrija lilu, jingħadd li l-kiri ġie
mġedded taħt l-istess kondizzjonijiet u bl-istess jeddijiet u obbligi,
għal żmien meqjus kif jingħad fl-artikolu 1532, minbarra għal dak
li hu raba’, illi l-kiri tiegħu jingħadd imġedded għaż-żmien li hu
meħtieġ għall-ġabra tal-frottijiet ta’ sena:
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        263
Iżda, jekk il-kera jitħallas b’rati, il-kiri, ħlief fil-każ ta’
raba’, jingħadd imġedded għaż-żmien tal-ħlas ta’ rata waħda.
Meta ma hemmx 
tiġdid taċitu.
1537. Meta sid il-kera jkun ta avviż lill-kerrej biex iħalli l-ħaġa
fl-egħluq taż-żmien tal-kiri, il-kerrej ma jistax jeċċepixxi t-tiġdid
taċitu tal-kiri, kif jingħad fl-aħħar artikolu qabel dan, lanqas jekk
ikun issokta fit-tgawdija tal-ħaġa.
Sa fejn isseħħ l-
garanzija.
1538.  ll-garanti f’kuntratt ta’ kiri ma jitqiesx, f’ebda wieħed
mill-każijiet imsemmija fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan, marbut
għall-obbligazzjonijiet li jiġu mit-tiġdid tal-kiri, ħlief kemm-il
darba hu jkun obbliga ruħu espressament għaż-żmien kollu sakemm
il-kerrej jagħti lura l-ħaġa.
§  I. FUQ IL-JEDDIJIET U L-OBBLIGI TA’ SID IL-KERA
Obbligi ta’ sid il-
kera.
1539.  Sid il-kera hu obbligat, min-natura stess tal-kuntratt, u
mingħajr ma jinħtieġ ebda ftehim speċjali -
(a) jikkunsinna lill-kerrej il-ħaġa mikrija;
(b) iżomm din il-ħaġa fi stat li wieħed jista’ jagħmel
minnha l-użu li għalih ġiet mikrija;
(ċ) iqis li l-kerrej ikollu t-tgawdija bil-kwiet tal-ħaġa,
għaż-żmien kollu tal-kiri.
Kunsinna tal-ħaġa 
fi stat tajjeb ta’ 
tiswija.
1540.  (1) Sid il-kera għandu jikkunsinna l-ħaġa fi stat tajjeb ta’
tiswija ta’ kull xorta.
(2) Matul il-kiri, sid il-kera għandu jagħmel it-tiswijiet kollha
li jsiru meħtieġa, minbarra, għal dak li hu bini, it-tiswijiet
imsemmija fl-artikolu 1556, jekk ma jkunx intrabat espressament
għalihom ukoll.
Meta l-kerrej jista’ 
f’xi każijiet 
jagħmel tiswijiet.
1541.  (1) Jekk sid il-kera, wara li jiġi msejjaħ b’att ġudizzjarju,
ma jagħmilx it-tiswijiet li għalihom hu obbligat, il-kerrej jista’
jitlob, b’ċitazzjoni, li jiġi awtorizzat li jagħmel dawk it-tiswijiet bi
spejjeż ta’ sid il-kera, taħt dawk il-kondizzjonijiet illi l-qorti jkun
jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi.
(2) Il-kerrej għandu jedd li jżomm il-kera magħluq jew dak li
jkun għad irid jagħlaq, biex jitħallas lura ta’ dawk l-ispejjeż, bla
ħsara tal-jeddijiet tiegħu għal kull somma akbar, jekk l-ammont ta’
dawk l-ispejjeż ikun iżjed minn dak il-kera.
Responsabbiltà  ta’ 
sid il-kera 
minħabba d-
dewmien.
1542.  Sid il-kera għandu jħallas lill-kerrej il-ħsara li dan ibati
minħabba li sid il-kera jkun dam ma għamel it-tiswijiet illi, wara s-
sejħa bil-qorti msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan, kien obbligat
jagħmel.
Tiswijiet li ma 
jridux dewmien.
1543. Il-kerrej jista’, mingħajr ma jkunu jinħtiegu proċeduri bil-
qorti, jagħmel bi spejjeż ta’ sid il-kera, dawk it-tiswijiet, li n-
nuqqas jew id-dewmien tagħhom, jista’ jkun għalih ta’ ħsara kbira;
u, f’dan il-każ, jista’, biex jitħallas lura, iżomm il-kera bħal ma
jingħad fl-artikolu 1541:
Iżda, il-kerrej għandu mill-aktar fis li jista’ jkun, igħarraf
  264      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
b’dan lil sid il-kera u jagħtih rapport ta’ perit dwar il-ħtieġa tal-
għaġġla ta’ dawk it-tiswijiet u l-ħsara li jista’ jġib id-dewmien:
Iżda wkoll, sid il-kera għandu l-jedd jissokta t-tiswijiet illi
jkunu nbdew taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Meta l-kuntratt 
jista’ jinħall għal 
nuqqas ta’ 
tiswijiet.
1544. Jekk it-tiswijiet li sid il-kera hu obbligat jagħmel huma tali
li jekk ma jsirux ifixklu jew inaqqsu bil-wisq it-tgawdija tal-ħaġa
mogħtija b’kiri, u sid il-kera jonqos li jagħmilhom fiż-żmien
mogħti mill-qorti, il-kerrej jista’ jitlob ukoll il-ħall tal-kuntratt,
flimkien mal-ħlas tad-danni.
Responsabbiltà  ta’ 
sid il-kera dwar 
mankamenti jew 
difetti tat- ħaġa 
mogħtija b’kiri.
1545.  (1) Sid il-kera għandu jagħmel tajjeb li l-ħaġa mogħtija
b’kiri m’għandhiex mankamenti jew difetti li jfixxklu jew inaqqsu
l-użu tagħha; u, meta jinsab li hemm dawn il-mankamenti jew
difetti, il-kerrej jista’ jagħżel li jitlob jew il-ħall tal-kuntratt jew it-
tnaqqis tal-kera.
(2) Dan igħodd ukoll, għalkemm dawn il-mankamenti jew
difetti jkunu nqalgħu wara l-kuntratt.
(3) Iżda, sid il-kera ma jweġibx għall-mankamenti jew difetti li
jidhru, u li l-kerrej seta’ jinduna bihom huwa nnifsu fiż-żmien tal-
kuntratt.
Responsabbiltà  ta’ 
sid il-kera għad-
danni li jiġru 
minħabba difetti 
moħbija.
1546.  Meta, minħabba mankamenti jew difetti moħbija li jkun
hemm fil-ħaġa mikrija fiż-żmien tal-kuntratt, il-kerrej ibati ħsara,
sid il-kera, jekk kien jaf b’dawk il-mankamenti jew difetti, jew
kellu raġuni jissuspetta fihom, hu obbligat għall-ħlas tad-danni,
kemm-il darba ma jkunx għarraf lill-kerrej li hemm, jew li jibża’ li
hemm, dawk il-mankamenti jew difetti.
Sid il-kera ma 
jistax ibiddel il-
għamla tal-ħaġa 
mikrija.
1547.  Sid il-kera ma jistax, matul iż-żmien tal-kiri, ibiddel il-
għamla tal-ħaġa mikrija, mingħajr il-kunsens tal-kerrej.
Il-kerrej għandu 
jħalli li jsiru t-
tiswijiet li ma 
jridux dewmien.
1548.  (1) Jekk, matul il-kiri, il-fond mikri jkun jiħtieġ tiswijiet
li ma jridux dewmien u li ma jistgħux jitħallew sat-tmiem tal-
kuntratt, il-kerrej għandu jħalli jsiru dawn it-tiswijiet, ikun xi jkun
ix-xkiel li jġibulu, ukoll jekk, fiż-żmien li jkunu qegħdin isiru hu
jitlef l-użu ta’ biċċa mill-fond.
(2) Iżda, jekk dawn it-tiswijiet jieħdu iżjed minn erbgħin
ġurnata, il-kera jiġi mnaqqas fil-proporzjon taż-żmien u tal-biċċa
tal-fond li tagħha l-kerrej jitlef l-użu.
Il-kerrej jista’ f’xi 
każijiet jitlob li 
jħoll il-kuntratt.
1549.  (1) Fil-każ ta’ bini li qiegħed għall-abitazzjoni, jekk it-
tiswijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan ikunu ta’ xorta tali
li jagħmlu mhux abitabbli għal kull żmien li jkun dik il-biċċa tal-
fond li hija meħtieġa biex igħammru fiha l-kerrej u l-familja tiegħu,
il-kerrej jista’, skond iċ-ċirkostanzi, jitlob li jħoll il-kuntratt.
(2) Dan igħodd ukoll fil-każ ta’ ħaġa  mobbli, meta t-tiswijiet
huma ta’ xorta tali li minħabba fihom ma jkunx jista’ jsir użu mill-
ħaġa għal kull żmien li jkun.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        265
Sid il-kera ma 
jagħmilx tajjeb 
għall-molestji ta’ 
terzi persuni,
1550. Sid il-kera mhux obbligat jagħmel tajjeb lill-kerrej għall-
molestji li terzi persuni, b’egħmilhom, jikkaġunawlu fit-tgawdija
tal-ħaġa, meta dawn il-persuni ma jkunux jippretendu xi jedd fuq
il-ħaġa mikrija, bla ħsara tal-jedd tal-kerrej li jaġixxi kontra dawk
il-persuni fl-isem tiegħu nnifsu.
ħlief meta jintalab 
jedd fuq il-ħaġa.
1551.  (1) Jekk, għall-kuntrarju, il-kerrej ibati molestja fit-
tgawdija tal-ħaġa minħabba azzjoni dwar jedd fuq il-ħaġa mikrija,
hu jista’ jaġixxi kontra sid il-kera għall-ħlas tad-danni, jekk il-
ħaġa tiġi meħuda lilu kollha kemm hi, jew għal tnaqqis
proporzjonat tal-kera, skond it-telfa li jbati, jekk tiġi meħuda lilu
biċċa biss mill-ħaġa, jew tiġi mnaqqsa lilu t-tgawdija tagħha, jew
jiġi magħmul lilu xi xkiel.
 (2) Iżda, il-kerrej jista’ wkoll, fit-tieni każ fuq imsemmi, jitlob
il-ħall tal-kuntratt jew il-ħlas tad-danni, jekk bil-biċċa tal-ħaġa li
tibqagħlu ma jkunx jista’ jinqeda għall-ħsieb li kellu meta ħa b’kiri
l-ħaġa kollha.
Meta ma hemmx 
jedd għad-danni.
1552. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, dwar il-
ħlas tad-danni, ma jgħoddux -
(a) jekk il-kerrej jonqos li jgħarraf lil sid il-kera, mingħajr
dewmien, bil-molestja, u sid il-kera jbati ħsara
minħabba dan in-nuqqas;
(b) jekk il-motiv ta’ l-azzjoni msemmija fl-aħħar artikolu
qabel dan, ikun inqala’ wara l-kuntratt, u ma jkunx ġej
mill-egħmil ta’ sid il-kera;
(ċ) jekk, fiż-żmien tal-kuntratt, il-kerrej kien jaf bil-jedd
tat-terza persuna.
Meta l-kerrej 
għandu jsejjaħ lil 
sid il-kera biex 
jiddefendih.
1553.  Jekk it-terzi li jkunu kkaġunaw molestja b’egħmilhom,
jippretendu li għandhom xi jedd fuq il-ħaġa mikrija, jew jekk il-
kerrej ikun huwa nnifsu ġie mħarrek biex jiġi kkundannat jitlaq
minn idejh il-ħaġa kollha jew biċċa minnha, jew biex iħalli li tiġi
ezerċitata xi servitù,  hu għandu jsejjaħ lil sid il-kera biex
jiddefendih, u, kemm-il darba hekk jitlob, għandu jiġi meħlus mill-
kawża, billi jagħti l-isem ta’ sid il-kera illi fl-isem tiegħu huwa
jkollu f’idejh il-ħaġa.
§  II. FUQ IL-JEDDIJIET U L-OBBLIGI TAL-KERREJ
Obbligi tal-kerrej.
(a) jinqeda bil-ħaġa mikrija bħala missier tajjeb tal-
familja, u għall-użu miftiehem fil-kuntratt, jew, jekk
ma jkunx hemm ftehim fuq dan, għall-użu li jista’ jiġi
preżunt miċ-ċirkostanzi;
(b) iħallas il-kera miftiehem, jew stabbilit kif jingħad fl-
artikolu 1534.
Użu ħazin tal-ħaġa 
mikrija.
1555.  (1) Jekk il-kerrej jagħmel mill-ħaġa mikrija użu xorta
oħra minn dak li għalih hi qiegħda, jew b’mod li bih jista’ jġib
  266      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
ħsara lil sid il-kera, dan jista’, skond iċ-ċirkostanzi, jitlob il-ħall
tal-kuntratt.
(2) Dan igħodd ukoll fil-każ ta’ raba’, jekk il-kerrej ma jkunx
baqa’ jaħdmu, jew ma jaħdmux ta’ missier tajjeb tal-familja, u sid
il-kera jista’ b’dan ibati ħsara li għaliha ma tkun ingħatat ebda
garanzija.
(3) F’kull wieħed mill-każijiet hawn fuq imsemmija, il-kerrej
hu obbligat ukoll għall-ħlas tad-danni.
Tiswijiet li għandu 
jagħmel il-kerrej 
ta’ bini,
1556. ll-kerrej ta’ bini għandu jagħmel it-tiswijiet -
(a) fil-fuglari;
(b) fiż-żġieġ;
(ċ) fil-bibien, fiċ-ċaċċis tat-twieqi, fiċ-ċappetti, fil-firrolli
u fis-serraturi.
minbarra meta jsiru 
meħtieġa bi 
qdumija, eċċ.
1557.  Ebda waħda mit-tiswijiet imsemmija fl-aħħar artikolu
qabel dan ma għandu jbatiha l-kerrej, jekk tkun saret meħtieġa bi
qdumija jew b’forza maġġuri, u bla ebda ħtija tal-kerrej.
Tħammil ta’ 
ġwiebi u ta’ latrini.
1558.  It-tħammil tal-ġwiebi u tal-latrini hu obbligu ta’ sid il-
kera.
Stat li fih il-ħaġa 
għandha tintradd.
1559. Meta sid il-kera u l-kerrej ikunu għamlu deskrizzjoni ta’ l-
istat tal-ħaġa mogħtija b’kiri, il-kerrej għandu jagħtiha lura f’dak l-
istat li jkun irċevieha, skond id-deskrizzjoni li tkun saret, minbarra
kwantu għal dak li jkun inqered jew tgħarraq bi qdumija jew
b’forza maġġuri.
Meta l-ħaġa titqies 
li ttieħdet fi stat 
tajjeb.
1560.  Jekk ma tkun saret ebda deskrizzjoni ta’ l-istat tal-ħaġa
mogħtija b’kiri, jingħadd, fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, li l-kerrej
irċieva l-ħaġa fi stat tajjeb, ukoll għal dawk li huma tiswijiet
imsemmija fl-artikolu 1556.
Il-kerrej iwieġeb 
għall-ħsarat, eċċ.
1561. Il-kerrej iwieġeb għat-tgħarriq u għall-ħsarat li jiġru matul
it-tgawdija tiegħu, meta ma jippruvax li dan it-tgħarriq jew ħsarat
ġraw mingħajr ħtija tiegħu.
Il-kerrej iwieġeb 
għall-ħruq.
1562. Il-kerrej iwieġeb għal kull ħsara li tiġri bi ħruq, kemm-il
darba ma jippruvax li tkun ġrat mingħajr ħtija tiegħu jew tal-
persuni msemmijin fl-artikolu ta’ wara dan, jew b’aċċident jew
b’forza maġġuri, jew b’difett fil-bini, jew lill-ħruq ġie kkumnikat
minn fond viċin.
Il-kerrej iwieġeb 
għall-egħmil tas-
sefturi, eċċ.
1563. Il-kerrej iwieġeb għat-tgħarriq jew ħsarat li jsiru b’egħmil
jew b’nuqqas min-nies tal-familja tiegħu, jew mis-sefturi tiegħu,
jew minn mistednin, jew sub-kerrejja tiegħu.
Miljoramenti. 1564.  (1) Il-kerrej, matul il-kiri, ma jista’ jagħmel ebda tibdil
fil-ħaġa mikrija mingħajr il-kunsens ta’ sid il-kera, u m’għandux
jedd jitlob il-ħlas lura tal-valur, ikun kemm ikun, tal-miljoramenti
magħmula mingħajr dak il-kunsens.
(2) B’dan kollu, il-kerrej għandu jedd jieħu lura dawk il-
miljoramenti, billi jerġa’ jqiegħed il-ħaġa fl-istat li kienet qabel ma
saru, iżda dan kemm-il darba, għal dawk li huma l-miljoramenti li
jkunu għadhom jeżistu fit-tmiem tal-kiri, huwa juri li jista’ jieħu xi
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        267
utli minnhom billi jaqlagħhom, u sid il-kera ma jagħżilx li
jżommhom, u jħallas lill-kerrej somma daqs il-ġid li dan jista’ jieħu
li kieku jaqlagħhom.
Il-kerrej għandu 
jgħarraf lis-sid bl-
użurpazzjoni, eċċ., 
li ssir minn 
ħaddieħor.
1565.  Il-kerrej hu obbligat, taħt piena tad-danni, igħarraf, bla
dewmien, lil sid il-kera, bl-użurpazzjonijiet jew ħsarat oħra li jsiru
fuq il-ħaġa mikrija.
§  III. KIF JINĦALL IL-KIRI
Tmiem tal-kiri bl-
egħluq taż-żmien,
1566.  Il-kiri, meta jagħlaq iż-żmien miftiehem espressament,
jispiċċa ipso jure, mingħajr ma hu meħtieġ li sid il-kera jew il-
kerrej jagħtu avviż lil xulxin.
ukoll jekk f’każ ta’ 
raba’ jew ħwejjeġ 
mobbli, iż-żmien 
hu preżunt.
1567. Il-kiri ta’ raba’ jew ta’ ħwejjeġ mobbli jispiċċa wkoll ipso
jure bl-egħluq taż-żmien, għalkemm dan iż-żmien ikun preżunt kif
jingħad fl-artikolu 1532.
Jekk iż-żmien tal-
kiri ta’ bini hu 
preżunt, hu 
meħtieġ avviż 
għat-tmiem tiegħu.
1568. Iżda, għal dak li hu bini, meta ż-żmien tal-kiri hu preżunt
kif jingħad fl-artikolu 1532, il-kiri ma jispiċċax bl-egħluq taż-
żmien kemm-il darba sid il-kera ma jagħtix avviż lill-kerrej, jew
dan lil dak, mill-anqas xahar qabel, jekk iż-żmien preżunt tal-kiri
hu għal sena, jew hmistax-il gurnata qabel, jekk dan iż-żmien hu
għal anqas minn sena.
Il-kiri jinħall jekk 
isseħħ xi 
kondizzjoni li 
taħtha jsir il-
kuntratt,
1569.  (1) Il-kiri jinħall ukoll ipso jure, jekk isseħħ xi
kondizzjoni li taħtha l-ħall tal-kuntratt ikun ġie miftiehem
espressament, bla ħsara ta’ l-azzjoni tad-danni li tmiss lill-parti li
favur tagħha jkun ġie miftiehem il-ħall tal-kuntratt jekk ikollha
jedd skond il-liġi.
(2) Jekk il-ħall tal-kiri jiġi miftiehem għall-każ li waħda mill-
partijiet tonqos li tagħmel dak li tkun wiegħdet, il-kuntratt ma
jinħallx ħlief minn dak in-nhar li l-parti li favur tagħha l-ħall ikun
ġie miftiehem, tgħarraf b’att ġudizzjarju lill-parti l-oħra, bil-ħsieb
tagħha li tinqeda b’dak il-ftehim.
(3) Fil-każijiet imsemmijin f’dan l-artikolu, ma jistax jingħata
żmien lill-parti ħatja biex fih tagħmel dak li minnu tkun naqset. 
jew meta waħda 
mill-partijiet 
tonqos mill-ftehim,
1570.  (1) Il-kiri jista’ wkoll jinħall, għad li ma jkunx hemm il-
kondizzjoni riżoluttiva, jekk waħda mill-partijiet ma tesegwix l-
obbligazzjoni tagħha; u, f’kull każ bħal dan, il-parti li lejha l-
obbligazzjoni ma tkunx ġiet esegwita tista’ tagħżel jew li ġġiegħel
lill-parti l-oħra għall-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni, meta dan
jista’ jkun, jew li titlob il-ħall tal-kuntratt flimkien mal-ħlas tad-
danni għan-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni tal-kuntratt.
(2) F’dan l-aħħar każ, basta li l-ħall tal-kuntratt ma jkunx ġie
miftiehem espressament, il-qorti tista’ tagħti lill-konvenut żmien
moderat, skond iċ-ċirkostanzi, għall-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni
fuq imsemmija, kemm-il darba dan ikun jista’ jsir mingħajr ħsara
ta’ l-attur.
  268      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
jew jekk il-ħaġa 
tinqered.
1571.  (1) Jekk, matul il-kiri, il-ħaġa mikrija tiġi meqruda għal
kollox b’aċċident, il-kiri jinħall ipso jure; jekk ma tiġix meqruda
ħlief biċċa minnha biss, il-kerrej jista’, skond iċ-ċirkostanzi, jitlob
jew it-tnaqqis tal-kera, jew il-ħall tal-kuntratt.
(2) Il-kerrej jista’ wkoll, skond iċ-ċirkostanzi, jitlob it-tnaqqis
tal-kera jew il-ħall tal-kuntratt, jekk, b’aċċident, il-ħaġa mikrija
ssir ma tiswiex biex wieħed jinqeda biha.
(3) F’ebda wieħed mill-każijiet miġjuba f’dan l-artikolu ma
jista’ jintalab ħlas għall-ħsara.
Il-kiri ma jinħattx 
bil-mewt ta’ sid il-
kera jew tal-kerrej,
1572. ll-kuntratt ta’ kiri ma jinħallx bil-mewt ta’ sid il-kera jew
tal-kerrej, bla ħsara ta’ dak li hu miġjub fl-artikolu 1589.
jew minħabba li sid 
il-kera jrid imur 
joqgħod huwa fid-
dar,
1573. Sid il-kera ma jistax iħoll il-kuntratt minħabba li jkun irid
imur joqgħod huwa nnifsu fid-dar mikrija, ħlief jekk dan il-jedd
ikun ġie miftiehem espressament: f’dan il-każ, sid il-kera għandu
jagħti avviż lill-kerrej xahar qabel, jekk iż-żmien li jkun fadal għat-
tmiem tal-kiri ma jkunx anqas minn sena, jew ħmistax-il ġurnata
qabel, jekk dan iż-żmien ikun anqas minn sena.
jew fil-każ ta’ 
trasferiment tal-
ħaġa mikrija.
1574. Jekk sid il-kera jbigħ il-ħaġa mikrija, jew jagħmel minnha
xort’oħra, l-akkwirent ma jistax iħoll il-kiri, kemm-il darba sid il-
kera ma jkunx żamm dan il-jedd fil-kuntratt tal-kiri.
Avviż mill-
akkwirent lill-
kerrej.
1575.  (1) L-akkwirent tal-ħaġa mikrija, meta jkun irid jinqeda
bil-jedd li jkun inżamm fil-kuntratt dwar il-ħall tal-kiri fil-każ ta’
bejgħ jew trasferiment ieħor, hu obbligat, meta ma jkunx ġie
miftiehem mod ieħor fil-kuntratt, jagħti avviż lill-kerrej, sena
qabel, f’każ ta’ raba’, u xahar jew ħmistax-il ġurnata qabel, skond
l-artikolu 1573, f’każ ta’ bini.
(2) Fil-każ ta’ ħwejjeġ mobbli, l-avviż lill-kerrej għandu
jingħata tmint ijiem qabel, jew mill-anqas tant żmien qabel daqs
kemm ikun nofs iż-żmien li jkun jonqos għat-tmiem tal-kiri.
Ix-xerrej ma jistax 
joħroġ lill-kerrej 
sakemm ma jkunx 
sar sid għal kollox. 
Emendat: 
IV.1961.2.
1576. Ix-xerrej ta’ fond suġġett għall-irkupru konvenzjonali, ma
jistax jinqeda bil-jedd li joħroġ lill-kerrej, sakemm hu ma jkunx sar
is-sid għal kollox ta’ dak il-fond.
Fondi tal-Gvern 
eċċ.
Miżjud:
IV.1995.3.
1576A.  Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Kodiċi u
ta’ kull liġi oħra sid il-kera meta dan ikun il-Gvern jew xi
korporazzjoni jew awtorità  mwaqqfa b’liġi jista’ f’kull żmien fl-
interess tal-pubbliku, iħoll il-kuntratt tal-kiri meta l-kiri jkun sar
għal żmien determinat li jkun għadu ma għalaqx, billi jagħti avviż
ta’ l-istess b’att ġudizzjarju lill-kerrej, liema avviż għandu jkun ta’
mhux anqas minn tliet xhur kemm fil-każ ta’ fondi ta’ bini użat
għal abitazzjoni kif ukoll fil-każ ta’ fondi oħra; u malli jingħata dak
l-avviż il-kuntratt ta’ kiri jinħall fid-data msemmija fl-avviż u
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan is-sub-
titolu.
Meta ma jkunx 
hemm dritt għall-
kumpens. 
Miżjud:
IV.1995.3.
1576B.  Jekk sid il-kera li jħoll il-kuntratt skond l-artikolu
1576A, kien ikollu raġuni valida iħoll il-kuntratt skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1566 sa 1575, il-kerrej ma jkollu jedd
għal ebda kumpens.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        269
Meta jkun hemm 
dritt għal kumpens. 
Miżjud:
IV.1995.3.
1576Ċ.  Jekk sid il-kera li jħoll il-kuntratt skond l-artikolu
1576A  ma kienx ikollu raġuni valida iħoll il-kuntratt skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1566 sa 1575, hu għandu jħallas lill-
kerrej somma li tiġi meqjusa mill-qorti, skond iċ-ċirkostanzi, biex
tikkumpensa lill-istess kerrej għal spejjeż żejda li hu jkun daħal
fihom biex joħroġ mill-fond qabel il-waqt kif ukoll biex jikri, u
jittrasferixxi għal, fond ieħor minflok dak li minnu jkun ħareġ, u
dan għaż-żmien tal-kuntratt li jkun għadu ma għalaqx, u f’każ ta’
fond kummerċjali, fejn il-kerrrej jipprova li jkun sofra telf fl-
avvjament minħabba x-xoljiment tal-kuntratt, somma li tiġi
meqjusa mill-qorti, skond iċ-ċirkostanzi, biex tikkumpensa għat-
telf f’dak l-avvjament, tenut kont taż-żmien li jkun għad fadal tal-
kirja qabel ix-xoljiment. 
Ma hemmx ħtieġa 
ta’ dikjarazzjoni 
mill-qorti. 
Miżjud:
IV.1995.3.
1576D. (1) Il-kuntratt jinħall immedjatament malli sid il-kera
javża lill-kerrej skond kif provdut fl-artikolu 1576A, u ma’ dan il-
kerrej ma jibqagħlu ebda titolu fuq il-fond, u dan bla ebda ħtieġa
ta’ ebda awtorità  jew konferma mill-qorti.
(2) Ix-xoljiment tal-kuntratt skond l-artikolu 1576A ma jistax
jitwaqqaf għax jiġi allegat li ma jkunx hemm il-ħtieġa
għaldaqshekk fl-interess pubbliku, iżda jekk jiġi ppruvat li l-
kuntratt ikun ġie maħlul abbużivament u mhux fl-interess pubbliku,
il-kerrej ikollu dritt għal dawk id-danni li l-qorti jidhrilha xierqa
fiċ-ċirkostanzi.
Emendat:
I.1870.2.
§  IV. REGOLI SPEĊJALI DWAR IL-KIRI TA’ RABA’ LI JAGĦTI 
FROTTIJIET
Maħfra jew tnaqqis 
tal-qbiela f’każ ta’ 
telfa tal-prodott.
1577. Jekk il-kiri huwa għal sentejn jew iżjed, u, matul dan iż-
żmien, jintilef, b’aċċident, il-prodott kollu ta’ sena, jew għall-anqas
biċċa hekk kbira minn dan il-prodott li l-valur tal-frottijiet li
jibqgħu, wara li jitnaqqsu l-valur taż-żrieragħ u l-ispejjeż tal-ġabra
tal-prodott, ma jkunx daqs in-nofs tal-qbiela miftiehma, il-gabillott
jista jitlob, fl-ewwel każ, il-maħfra tal-qbiela kollha, u, fit-tieni
każ, it-tnaqqis tal-qbiela, f’ammont daqs ta’ kemm tkun id-
differenza bejn il-valur tal-frottijiet li jibqgħu u s-somma tal-qbiela
fuq imsemmija.
Il-gabillott għandu 
jitlob il-verifika 
tat-telfa.
1578. Sabiex il-gabillott jista’ jieħu l-maħfra jew it-tnaqqis tal-
qbiela hawn fuq imsemmijin, huwa għandu, fi żmien is-sajran u
qabel il-ġabra tal-frottijiet, jitlob, b’ċitazzjoni, il-verifika tat-telf;
fin-nuqqas ta’ din it-talba, hu ma jistax iġib iżjed ‘il quddiem il-
jeddijiet tiegħu.
Meta ma hemmx 
maħfra jew 
tnaqqis.
1579.  Il-maħfra jew it-tnaqqis tal-qbiela ma jingħatawx jekk,
meta jsir kalkolu bejn iż-żejjed u n-nieqes tas-snin ta’ qabel, jinsab
li baqa’ qligħ biżżejjed biex titnaqqas it-telfa li tbatiet fis-sena
msemmija fit-talba, sa anqas minn nofs il-qbiela.
 Kif tiġi ġġustata t-
telfa meta l-kiri 
jissokta.
1580. Jekk, wara li jsir dan il-kalkolu, it-telf hawn fuq imsemmi
jinsab li hu iżjed min-nofs il-qbiela, u l-kiri jkun li għandu jissokta
għal sena oħra jew iżjed, il-qorti tista’ teħles għal mument lill-
gabillott mill-ħlas tal-qbiela skond ma tkun il-ħsara li bata.
  270      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Il-maħfra jew 
tnaqqis għandhom 
jiġu ġġustati għal 
kollox fit-tmiem 
tal-kiri.
1581.  Iżda, f’dan il-każ, ma jiġix deċiż għal kollox jekk
għandhomx jiġu maħfura jew imnaqqsa l-qbiela, ħlief fit-tmiem tal-
kiri, meta jerġa’ jsir kalkolu ieħor bejn iż-żejjed u n-nieqes fil-
prodott miġbur matul iż-żmien kollu tal-kiri, u ebda maħfra jew
tnaqqis ma jiġu mogħtija jekk minn dan il-kalkolu jibqa’ qligħ
biżżejjed biex titnaqqas it-telfa tas-sena msemmija fit-talba sa
anqas minn nofs il-qbiela.
Jekk ma jinsabx li 
kien hemm telf fiż-
żmien tal-kalkolu, 
il-maħfra jew it-
tnaqqis ma jistgħux 
jintalbu wara.
1582. Jekk meta jsir il-kalkolu msemmi fl-artikolu 1579, jinsab
li m’għandhiex issir il-maħfra jew it-tnaqqis tal-qbiela, il-kerrej
m’għandux jedd jagħmel it-talba mill-ġdid fit-tmiem tal-kiri,
għalkemm ikun bata telf fis-snin ta’ wara; bla ħsara tal-jedd tiegħu
li jitlob il-maħfra jew it-tnaqqis tal-qbiela għal kull waħda mis-snin
ta’ wara, jekk ikun hemm raġuni biżżejjed għal din it-talba.
Il-maħfra jew 
tnaqqis jekk 
mogħtijin ma 
jistgħux jitreġġgħu 
lura.
1583. Jekk, matul il-kiri, sid il-kera jkun ħafer jew naqqas lill-
gabillott il-qbiela ta’ sena, minħabba t-telf li jkun bata f’dik is-
sena, hu m’għandux jedd jitlob il-ħlas tas-somma maħfura,
għalkemm minn kalkolu li jsir kif jingħad fl-artikolu l581, jinsab li
l-gabillott, fis-snin ta’ wara dik il-maħfra jew tnaqqis għamel qligħ
daqs jew ukoll iżjed minn dak it-telf, ħlief jekk sid il-kera, meta
ħafer jew naqqas il-qbiela, ikun żamm għalih dak il-jedd.
Maħfra jew tnaqqis 
tal-qbiela meta l-
kiri mhux għal 
aktar minn sena.
1584.  Meta ż-żmien tal-kiri ma jkunx iżjed minn sena, il-
gabillott għandu wkoll jedd jitlob il-maħfra jew it-tnaqqis tal-
qbiela, jekk f’dik is-sena jiġru ċ-ċirkostanzi msemmijin fl-artikolu
1577. 
Il-qbiela mħallsa 
ma tistax tintalab 
lura.
1585.  F’ebda każ il-gabillott m’għandu jedd, għal kull telf li
jkun bata, jitlob lura l-qbiela minnu mħallsa, ħlief jekk meta ħallas
ikun żamm dak il-jedd, jew jekk ikun ħallas bil-quddiem.
Ma tingħatax 
maħfra jew tnaqqis 
ta’ qbiela għat-telf 
ta’ frottijiet 
maqlugħa mill-art,
1586. Il-gabillott m’għandux jedd għall-maħfra jew għat-tnaqqis
tal-qbiela, jekk it-telfa tal-frottijiet tiġri wara li jiġu maqlugħa mill-
art, ħlief meta l-qbiela jkunu ġew miftiehma f’sehem mill-frottijiet
infishom; f’dan il-każ sid il-kera jbati t-telf skond ma jkun is-
sehem tiegħu, basta li l-gabillott ma jkunx in mora fil-kunsinna tas-
sehem tiegħu mill-frottijiet.
lanqas jekk kien ġa 
jeżisti l-kaġun tal-
ħsara.
1587. Il-gabillott ma jistax lanqas jitlob il-maħfra jew it-tnaqqis
tal-qbiela, meta l-kaġun tal-ħsara kien ġa jeżisti u magħruf fiż-
żmien li sar il-kuntratt.
Il-gabillott jista’ 
jintrabat li jbati t-
telf li jsir 
b’aċċident.
1588.  (1) Il-gabillott jista’, bi ftehim espress, jintrabat li jbati
kull telf li jsir b’aċċident.
(2) Dan il-ftehim għandu jitqies li jgħodd biss għall-aċċidenti
ordinarji, bħal meta jinżel is-silġ, ix-xita barra mill-qies jew in-
nuqqas ta’ xita.
(3) F’dan il-ftehim ma jitqiesx li jidħlu l-aċċidenti
straordinarji, ħlief jekk il-gabillott ikun intrabat li jbati l-aċċidenti
kollha, mibsurin jew le.
Il-kiri, meta 
miftiehem bil-patt 
tal-mezzadrija, 
jinħall bil-mewt 
tal-gabillott.
1589. Il-kiri ta’ raba’ jinħall bil-mewt tal-gabillott meta jkun ġie
miftiehem bil-patt tal-qsim tal-frottijiet bejn sid il-kera u l-
gabillott. 
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        271
§  V. FUQ IL-JEDD TA’ PREFERENZA FIL-KIRI TA’ ĦAĠA
Jedd ta’ preferenza 
jew ta’ inkwilinat, 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
1590. Ma hemmx jedd ta’ preferenza jew ta’ inkwilinat fil-kiri
ta’ ħaġa, ukoll fil-każ ta’ beni tal-Gvern ta’ Malta, ħlief fil-każijiet
imsemmijin fl-artikoli li ġejjin.
ta’ wieħed mill-
kom-pussessuri tal-
ħaġa,
1591. Jekk tnejn min-nies jew iżjed ikollhom flimkien il-pussess
ta’ ħaġa, kull wieħed minnhom għandu jedd ta’ preferenza fuq kull
persuna barranija għall-kiri ta’ dik il-ħaġa taħt l-istess
kondizzjonijiet li joffru oħrajn.
jista’ jezeriċitah 
biss il-kom-
pussessur.
1592.  Dan il-jedd ma jistax jiġi ezerċitat ħlief mill-kom-
pussessur innifsu, u ma jistax jezerċitah wara li l-ħaġa tkun inkriet
lil ħaddieħor b’mod li jiswa skond il-liġi.
Konkors għall-
eżerċizzju ta’ dan 
il-jedd bejn żewġ 
kom-pussessuri 
jew iżjed tal-ħaġa.
1593. Jekk jikkonkorru tnejn min-nies jew iżjed li jkollhom dan
il-jedd, jista’ kull wieħed minnhom jitlob li l-ħaġa tiġi mikrija fl-
irkant bejniethom, lil min minnhom joffri l-aktar, mingħajr ma jiġu
mdaħħlin nies barranin biex joffru.
Jedd ta’ preferenza 
tal-kerrej li jkun 
fil-fond. 
Emendat: 
XLII. 1933.2; 
XVI. 1967.20; 
VI. 1972.2.
1594. Jekk ma jkunx hemm talba mill-persuni li għandhom jedd
ta’ preferenza għar-raġuni msemmija fl-artikolu 1591, il-jedd ta’
preferenza, fil-kiri ta’ immobbli, jingħata -
(a) lill-kerrej li lilu kien l-aħħar mikri l-bini, għall-kiri l-
ġdid ta’ dak il-bini;
(b) lill-pussessur jew detentur tal-parti ta’ fuq ta’ bini,
għall-kiri l-ġdid tal-parti ta’ taħt ta’ dak il-bini, sew
jekk din il-parti ta’ taħt tkun ta’ sid il-kera tal-parti ta’
fuq jew tkun ta’ ħaddieħor, u sew jekk ikollha bieb
għat-triq sew jekk ma jkollhiex:
Iżda l-jedd ta’ preferenza mogħti skond dan il-
paragrafu ma japplikax għal bini mibni jew użat bħala
kerrejja jew għal bini li jkun jikkonsisti f’appartamenti
li, għalkemm ikollhom għall-użu komuni partijiet oħra
tal-bini, ikunu mibnija, mikrija, jew okkupati għall-
użu separatament.
Il-jedd ta’ 
preferenza huwa 
għal kollox 
personali.
1595.  (1) Fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan,
il-jedd ta’ preferenza jista’ jiġi eżerċitat, bil-mod u fiż-żminijiet
imsemmija iżjed ‘il quddiem, ukoll wara li l-kiri l-ġdid ikun ġie
miftiehem ma’ ħaddieħor.
(2) Iżda, dan il-jedd huwa għal kollox personali, u ma jistax
jiġi ttrasferit lil ħaddieħor, jew imgħoddi lill-werrieta jew
suċċessuri oħra tal-persuna li lilha dak il-jedd ikun imiss.
Kif il-jedd ta’ 
preferenza jiġi 
eżerċitat.
1596. Il-persuna li għandha l-jedd ta’ preferenza għal xi waħda
mir-raġunijiet imsemmijin fl-artikolu 1594, għandha, biex teżerċita
dan il-jedd b’mod li jkun jiswa, fi żmien ħmistax-il ġurnata minn
dak in-nhar li jiġu nnotifikati lilha minn sid il-kera l-
kondizzjonijiet li offra ħaddieħor, jew miftehmin ma’ ħaddieħor,
taċċetta dawk il-kondizzjonijiet, u tagħti, jekk flimkien man-
notifika fuq imsemmija tiġi hekk mitluba, garanzija biżżejjed tajba
għall-esekuzzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet, meta din il-garanzija
tkun waħda minn dawn il-kondizzjonijiet.
  272      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Notifika tal-
kondizzjonijiet.
1597.  (1) In-notifika tal-kondizzjonijiet offerti jew miftehmin
għandha ssir minn sid il-kera b’att ġudizzjarju, li bih il-persuna li
lilha l-att ikun mibgħut tiġi msejħa biex tiddikjara, fiż-żmien
imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, jekk tridx taċċetta dawk il-
kondizzjonijiet, u mwissija illi, jekk ma taċċettahomx f’dak iż-
żmien, il-jedd tagħha ta’ preferenza jispiċċa.
(2) Jekk ikun hemm kitba dwar il-kiri l-ġdid, sid il-kera jista’,
f‘dak l-att ġudizzjarju, isemmi l-kondizzjonijiet ta’ dak il-kiri billi
jagħmel riferenza biss għal dik il-kitba, iżda f’dan il-każ hu
għandu, jekk din il-kitba tkun kitba privata, idaħħal kopja tagħha
ma’ l-att ġudizzjarju, inkella, jekk tkun att pubbliku jew minuta ta’
att pubbliku, isemmi f’dak l-att ġudizzjarju l-isem, il-kunjom, u l-
lok fejn joqgħod in-nutar li għandu jkunu l-att jew il-minuta.
Jekk il-parti li 
għandha tiġi 
nnotifikata bil-
kondizzjonijiet 
tkun assenti.
1598.  (1) Jekk il-persuna li lilha għandha ssir in-notifika, tkun
nieqsa minn Malta, in-notifika tista’ ssir, għal din il-persuna, lil xi
ħadd li jkun prokuratur tagħha jew inkarigat minnha biex jieħu
ħsieb il-fond jew biex iżomm l-imfietaħ, jew li bil-kunsens tagħha
jkollu d-detenzjoni tal-fond jew ikun joqgħod fih taħt kull titolu li
jkun.
(2) Jekk ma jkunx hemm prokuratur, jew l-inkarigat fuq
imsemmi, jew id-dententur jew min joqgħod fil-fond, din in-
notifika tista’ ssir b’avviż maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern.
(3) Fil-każijiet imsemmijin f’dan l-artikolu ż-żmien għall-
aċċettazzjoni tal-kondizzjonijiet hu ta’ xahar.
Aċċettazzjoni. 1599.  L-aċċettatzjoni  tal-kondizzjonijiet,  bl-offerta  tal-
garanzija, meta mitluba, għandha ssir ukoll lil sid il-kera b’att
ġudizzjarju.
Nullità  tan-notifika 
tal-kondizzjonijiet 
jew ta’ 
aċċettazzjoni.
1600.  Fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar tliet artikoli qabel dan,
in-notifika tal-kondizzjonijiet, jew l-aċċettazzjoni tagħhom,
magħmula xort’oħra minn kif jingħad f'dawk l-artikoli, ma tiswiex. 
Garanzija 
b’ipoteka.
1601. Il-kerrej, jekk ikollu beni immobbli, jista’ joffri li jagħti
garanzija bl-ipoteka ta’ dawk il-beni, minflok il-garanzija l-oħra li
tkun ġiet mitluba lilu minn sid il-kera taħt l-artikolu 1596.
Meta sid il-kera 
jirrifjuta garanzija 
bħala mhix tajba.
1602. Jekk, meta l-garanzija tiġi offerta fiż-żmien imsemmi fl-
artikolu 1596, sid il-kera, fi żmien ħmistax-il ġurnata min-notifika
ta’ dik l-offerta, b’att ġudizzjarju, jirrifjuta dik il-garanzija bħala
mhix tajba, il-kerrej jista’, fi żmien erbat ijiem min-notifika ta’ dak
l-att, jitlob, b’ċitazzjoni, li tiġi ddikjarata bħala tajba l-garanzija
miġjuba minnu, u li jingħata effett lill-jedd tiegħu ta’ preferenza.
Il-qorti tista’ tagħti 
li tinġieb garanzija 
ġdida.
1603.  Jekk, fuq din iċ-ċitazzjoni, il-kerrej ma jippruvax li l-
garanzija miġjuba minnu hija tajba, il-qorti tista’, qabel ma tagħti
s-sentenza, tagħtih żmien, mhux iżjed minn tmint ijiem, biex iġib
garanzija oħra, u, jekk din il-garanzija ġdida, weħidha jew flimkien
ma’ dik ta’ qabel, ma tiġix mill-qorti magħrufa bħala li hija tajba,
il-qorti tgħaddi biex tagħti s-sentenza fuq iċ-ċitazzjoni fuq
imsemmija, u tiddikjara li spiċċa l-jedd ta’ preferenza.
Żminijiet li ma 
jiġġeddux.
1604. Iż-żminijiet imsemmijin fl-aħħar żewġ artikoli qabel dan
huma perentorji.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        273
Nullità  tal-
kondizzjonijiet ta’ 
kiri ġdid minħabba 
qerq.
1605.  (1) Għalkemm wieħed ikun aċċetta l-kondizzjonijiet tal-
kiri l-ġdid, hu jista’, matul iż-żmien ta’ dak il-kiri, jitlob li jiġu
annullati dawk il-kondizzjonijiet kollha, bil-ħlas tad-danni, jekk
jipprova li, għal xi waħda jew oħra minn dawk il-kondizzjonijiet,
kien hemm simulazzjoni jew qerq bi ħsara tiegħu; u, f’dan il-każ,
il-kiri l-ġdid jibqa’ jseħħ taħt l-istess kondizzjonijiet tal-kiri ta’
qabel b’kera li jiġi meqjus fuq stima ta’ periti, skond iċ-ċirkostanzi
taż-żmien li fih il-kondizzjonijiet hekk attakkati kienu ġew
aċċettati.
(2) L-azzjoni għad-danni minħabba simulazzjoni jew qerq, kif
jingħad hawn fuq, tista’ tiġi eżerċitata wkoll sa sena wara li jinħall
il-kiri fuq imsemmi, iżda mhux wara li tagħlaq dik is-sena.
Meta jispiċċa jedd 
ta’ preferenza. 
Emendat: 
XXX1X. 1939.5.
1606. Ma hemmx jedd ta’ preferenza f’ebda wieħed mill-każijiet
imsemmijin fl-artikolu 1594, jekk il-kiri jingħata għal żmien ta’
mhux anqas minn sena lil qarib sid il-kera, mid-demm jew bi
żwieġ, sal-grad ta’ kuġin inklużivament; iżda, fil-każ ta’
simulazzjoni jew ta’ qerq, il-persuna li kellha l-jedd ta’ preferenza
għandha azzjoni għad-danni, li tista titmexxa fi żmien sena biss, li
tibda tgħodd, fil-każ imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ l-artikolu hawn
fuq imsemmi, mill-ġurnata li fiha din il-persuna tkun ħarġet mill-
fond minħabba l-kiri hawn fuq imsemmi, u fil-każ imsemmi fil-
paragrafu (b) ta’ l-istess artikolu, mid-data ta’ dak il-kiri.
Meta jispiċċa l-
jedd ta’ preferenza 
tal-kerrej li jkun 
fil-fond. 
Emendat: 
XXXIX.1939.6; 
XI.1977.2.
1607. Il-jedd ta’ preferenza mogħti taħt l-artikolu 1394(a), lill-
kerrej, li lilu l-aħħar kien mikri l-fond, għall-kiri l-ġdid ta’ l-istess
fond, jispiċċa -
(a) jekk il-kerrej ma jkunx joqgħod f’Malta;
(b) jekk, fiż-żmien tal-kiri l-ġdid, il-kerrej, bil-familja
tiegħu ma jkunx f'Malta u jkun ilu nieqes minnha
sentejn jew iżjed;
(ċ) jekk, fil-każ ta’ bini, la l-kerrej u lanqas ħadd mill-
familja tiegħu ma jkun joqgħod fil-fond, jew ma jkunx
qagħad fih fis-sentejn ta’ qabel il-kiri l-ġdid, u l-fond
ikun qiegħed l-aktar għall-abitazzjoni;
(d) jekk qabel il-kiri l-ġdid, il-kerrej ikun ħalla jew ġie
mġiegħel iħalli l-fond;
(e) jekk il-kerrej, matul l-aħħar kiri, ma kienx għal
darbtejn jew iżjed puntwali fil-ħlas tal-kera meta
għalaq:
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-kerrej ma
jitqiesx li ma kienx puntwali, jekk id-dewmien fil-ħlas
ma kienx iżjed minn ħmistax-il ġurnata minn dak in-
nhar li sid il-kera jkun talbu, imqar bil-fomm, dak il-
ħlas;
(f) jekk il-kerrej ikun naqas li jagħmel, jew ikun kiser, xi
wieħed mill-obbligi l-oħra tal-kuntratt ta’ l-aħħar kiri,
jew ma jkunx esegwixxa dak l-obbligu ħlief wara li
jkun ġie mġiegħel bil-qorti;
(g) jekk il-kiri ta’ qabel ġie maħlul għal raġuni oħra minn
dik ta’ l-egħluq taż-żmien li għalih il-kiri kellu jdum;
274      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(h) jekk il-kerrej, mingħajr il-kunsens espress ta’ sid il-
kera, ikun issulloka l-fond kollu, jew ċeda l-kiri, u l-
fond, fiż-żmien tal-kiri l-ġdid, ikun detenut mis-
subkerrej jew ċessjonarju, għad illi ma jkunx ġie
miftiehem li l-kerrej ma jistax jissulloka jew iċedi l-
kiri ta’ dak il-fond:
Iżda, jekk is-sullokazzjoni jew iċ-ċessjoni tal-kiri
tkun saret dwar parti mill-fond, il-jedd ta’ preferenza
jispiċċa għal din il-parti biss; imma l-kerrej jitlef ukoll
il-jedd ta’ preferenza fuq il-parti l-oħra li ma ġietx
sullokata jew li l-kiri tagħha ma ġiex ċedut, jekk sid il-
kera ma jkunx irid jagħti b’kiri kull parti tal-fond
għaliha, u l-kerrej ma jaċċettax il-kiri l-ġdid tal-fond
kollu taħt l-istess kondizzjonijiet li jkunu offerti minn
oħrajn, jew miftehmin ma’ oħrajn, għall-fond kollu.
Il-jedd ta’ 
preferenza ma 
jistax jinġieb ’il 
quddiem jekk il-
kerrej jirrifjuta li 
jaċċetta l-
kondizzjonijiet tal-
kiri l-ġdid.
1608.  Il-kerrej ma jistax iġib ’il quddiem il-jedd tiegħu ta’
preferenza kontra t-talba biex iħalli l-fond, meta hemm jedd għal
din it-talba, kemm-il darba ma jkunx irid jaċċetta l-kiri l-ġdid bil-
kondizzjonijiet li jsiru lilu u li l-qorti jidhrilha li huma sewwa,
għalkemm jiġi ppruvat li l-attur bi ħsiebu jikri l-fond lil ħaddieħor
b’kondizzjonijiet anqas gravużi.
Jekk sid il-kera 
jiddikjara li ma 
jikrix il-fond sa 
sena, eċċ.
1609.  Lanqas ma jista’ jġib ’il quddiem il-jedd tiegħu ta’
preferenza kontra t-talba fuq imsemmija, meta hemm jedd għal din
it-talba, jekk l-attur jiddikjara bil-ġurament li ma jridx jikri l-fond
sa sena minn dak in-nhar tat-talba, inkella li ma jridx jikrih, matul
dak iż-żmien, b’kondizzjonijiet anqas gravużi minn dawk li l-
konvenut ma jkunx irid jaċċetta, ikunu xi jkunu dawn il-
kondizzjonijiet, apparti kull fehma tal-qorti fuq dawn il-
kondizzjonijiet:
Iżda, jekk id-dikjarant, kontra d-dikjarazzjoni li jkun
għamel, jikri l-fond, matul iż-żmien hawn fuq imsemmi, lil persuna
oħra li ma tkunx waħda minn dawk imsemmijin fl-artikolu 1606, il-
parti li tkun ħalliet il-fond minħabba dik id-dikjarazzjoni, għandha
azzjoni kontra d-dikjarant għad-danni, li tista’ tiġi eżerċitata sa
sena minn dak in-nhar li jkun hekk ġie mikri l-fond.
Meta l-jedd ta’ 
preferenza jispiċċa 
għal min ikun 
joqgħod fil-biċċa 
ta’ fuq tal-fond.
1610. Il-jedd ta’ preferenza mogħti taħt l-artikolu 1594(b), lill-
pussessur jew lid-detentur tal-parti ta’ fuq ta’ fond, għall-kiri l-ġdid
tal-parti ta’ taħt ta’ dak il-fond, jispiċċa -
(a) jekk il-pussessur jew id-detentur tal-parti ta’ fuq, ma
jkunx jużaha għall-abitazzjoni tiegħu jew tal-familja
tiegħu;
(b) jekk il-kiri l-ġdid tal-parti t’isfel jiġi mitlub mill-istess
kerrej li jkun gawdieha matul l-aħħar kiri, bis-saħħa
tal-jedd ta’ preferenza mogħti taħt l-artikolu 1594(a).
Jekk tnejn min-nies 
jew iżjed li jkunu 
pussessuri ta’ iżjed 
minn parti waħda 
ta’ fuq ta’ fond 
jitolbu l-jedd ta’ 
preferenza.
1611.  Jekk tnejn min-nies jew iżjed li jkunu l-pussessuri jew
detenturi ta’ iżjed minn parti waħda ta’ fuq ta’ fond jitolbu l-jedd
ta’ preferenza għall-kiri l-ġdid tal-parti ta’ taħt, il-preferenza
tingħata lill-pussessur jew detentur tal-parti tal-fond li tkun
qiegħda sewwa sew fuq il-parti ta’ taħt li għandha tinkera.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        275
Il-parti ta’ taħt.
ta’ l-istess fond li tagħhom huma pussessuri jew detenturi dawk
kollha li jitolbu l-jedd għall-kiri l-ġdid, għandu l-ewwel jedd il-
pussessur jew detentur li l-estensjoni tal-parti tiegħu fuq il-parti ta’
taħt hija l-akbar; u jekk l-estensjoni ta’ kull parti ta’ fuq li tiġi fuq
il-parti ta’ taħt, hija ndaqs, sid il-kera jista’ jagħti l-fond lil dak li
jagħżel hu fost dawk li jitolbuh.
§  VI. FUQ IS-SULLOKAZZJONI
Sullokazzjoni.
kuntratt ta’ sullokazzjoni hu regolat mid-disposizzjonijiet li
jgħoddu għall-kuntratt ta’ kiri.
Il-kerrej jista’ jikri 
l-ħaġa lil ħaddieħor 
meta din is-setgħa 
ma tkunx ġiet lilu 
mneħħija.
1614.  (1) Il-kerrej għandu jedd li jissulloka l-ħaġa, jew li jċedi
l-kiri tagħha, meta din is-setgħa ma tkunx ġiet lilu mneħħija fil-
kuntratt.
(2) Din is-setgħa tista’ tiġi mneħħija lilu għal kollox jew
f’parti.
Xi tfisser it-
tneħħija tas-setgħa.
1615.  (1) It-tneħħija tas-setgħa li l-kerrej jikri lil ħaddieħor, ma
ġġibx magħha li l-kerrej ma jistax jinqeda bil-ħaġa mikrija għal użu
ta’ lukanda jew ta’ alloġġ, meta dan l-użu ma jkunx ġie pprojbit
espressament fil-kuntratt, bla ħsara ta’ dak li jingħad fl-artikolu
1555.
(2) Lanqas ma tneħħi lill-kerrej il-jedd li jdaħħal nies oħra
joqgħodu miegħu bi ħlas ta’ biċċa mill-kera, jew b’kumpens ieħor,
meta dan il-jedd ma jkunx ġie mneħħi espressament fil-kuntratt.
Il-kerrej li jaħdem 
raba’ bil-patt 
ta’mezzadrija ma 
jistax jikri lil 
ħaddieħor 
mingħajr il-
kunsens ta’ sid il-
kera.
1616. Il-kerrej li jaħdem raba’ bil-patt li jaqsam il-frottijiet ma’
sid il-kera, ma jistax jagħti b’kiri l-fond jew iċedi l-kiri lil
ħaddieħor, jekk din is-setgħa ma tkunx ġiet mogħtija lilu
espressament minn sid il-kera.
Kerrej ta’ parti 
mill-bini ma jistax 
jikri lil ħaddieħor.
1617.  Lanqas ma jista’ d-detentur ta’ parti minn bini, mhix
mifruda minn partijiet oħra ta’ l-istess bini, jew li għaliha tidħol
mill-istess bieb li jieħu għal partijiet oħra ta’ l-istess fond, jikriha
lil ħaddieħor jew iċedi l-kiri tagħha mingħajr il-kunsens ta’ sid il-
kera.
Jedd ta’ sid il-kera 
li jieħu lura l-fond 
jekk jiġi wżat għal 
skop immorali. 
Emendat: 
XXXIX.1939.8.
1618. Għalkemm is-setgħa għas-sullokazzjoni jew għaċ-ċessjoni
tal-kiri ma tkunx ġiet eskluża, sid il-kera għandu l-jedd li jieħu lura
l-fond, jekk dan il-fond jiġi sullokat jew il-kiri tiegħu jiġi ċedut lil
persuna li tkun tużah, jew li ġġiegħel jew li thalli li jiġi wżat, għal
skop ta’ prostituzzjoni jew għal skop ieħor immorali.
Jeddijiet ta’ sid il-
kera fuq il-ħwejjeġ 
tas-sub-konduttur. 
Emendat: 
VII.1944.3; 
XLVI.1973.85.
1619.  Sid il-kera jista’ jeżerċita kull jedd tiegħu għall-kera,
għall-ħlas tat-tiswijiet li ma jkunux saru jew għal kull patt ieħor
tal-kuntratt, fuq il-frottijiet u fuq il-valur ta’ dak kollu li jkun
qiegħed biex igħammar jew iforni l-fond, jew biex tinħadem l-art,
ukoll jekk dawk il-frottijiet jew ħwejjeġ oħra jkunu tas-sub-
  276      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
konduttur, u dan ikun ħallas id-dejn tiegħu lejn is-sullokatur:
Iżda illi dawn il-jeddijiet ma jingħatawx lil sid il-kera dwar
l-imsemmijin ħwejjeġ jekk dawn ikunu ta’ jew miżmumin minn jew
f’isem xi dipartiment tal-Gvern ta’ Malta meta dak id-dejn ma
jkunx ta’ dak id-dipartiment.
Jeddijiet tas-sub-
konduttur.
1620.  Is-sub-konduttur m’għandux kontra sid il-kera ebda
wieħed mill-jeddijiet li jmissu lill-kerrej.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 1619 u 
1620 igħoddu 
għall-każ imsemmi 
f’dan l-artikolu.
1621.  Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar żewġ artikoli qabel dan
jgħoddu wkoll meta s-setgħa li l-kerrej jikri jew iċedi l-kiri lil
ħaddieħor ma tkunx ġiet imneħħija jew tkun ġiet mogħtija
espressament, iżda dan kemm-il darba sid il-kera ma jkunx
espressament ħeles lill-kerrej mill-obbligazzjonijiet tiegħu, jew ma
jkunx espressament għaraf lis-sub-konduttur minflok il-kerrej.
Jedd ta’ preferenza 
li jgħodd għas-
sullokazzjoni.
1622.  (1) Il-jedd ta’ preferenza msemmi fl-artikolu 1591,
igħodd ukoll fil-każ ta’ sullokazzjoni ta’ ħaġa li tkun għand żewġ
kerrejja jew iżjed flimkien.
(2) Il-jedd ta’ preferenza msemmi fl-artikolu 1594(a), imiss
ukoll lis-sub-konduttur fis-sullokazzjoni ġdida tal-fond; iżda l-jedd
ta’ preferenza taħt il-paragrafu (b) ta’ l-istess artikolu jmiss lis-sub-
konduttur fil-każ biss illi l-parti t’isfel tal-fond tiġi sullokata mill-
persuna li tkun issullokat il-parti ta’ fuq lil dak is-sub-konduttur.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1596 sa l-1610,
inklużivament, igħoddu għall-każijiet kollha msemmijin f‘dan l-
artikolu.
Sub-titolu II
FUQ IL-KIRI TA’ XOGĦOL U TA’ INDUSTRJA
Tifsir ta’ kuntratt 
ta’ kiri ta’ xogħol u 
ta’ industrja.
1623. Il-kiri ta’ xogħol u ta’ industrja hu kuntratt li bih waħda
mill-partijiet tintrabat li tagħmel xi ħaġa għall-parti l-oħra, bi ħlas
li din tintrabat li tagħtiha.
Ħlas. 1624. Jekk il-ħlas mhux stabbilit fil-ftehim, jew b’liġi jew b’użu,
jiġi meqjus mill-qorti bi stima ta’ periti, jew ukoll mingħajr din l-
istima, skond iċ-ċirkostanzi.
Xogħol ipprojbit 
mil-liġi, eċċ.
1625.  (1) Il-ftehim dwar xogħol jew qadi pprojbit mil-liġi jew
kuntrarju għall-egħmil xieraq, ma jiswiex.
(2) Kull min jaqdi jew jagħmel dan ix-xogħol m’għandu ebda
azzjoni għall-ħlas.
Każijiet ta’ kiri ta’ 
xogħol u ta’ 
industrja.
1626. Hu kiri ta’ xogħol u ta’ industrja -
(a) dak ta’ seftur, ta’ ħaddiem, jew ta’ impjegat ieħor li
jobbliga ruħu li jagħti x-xogħol tiegħu għall-qadi ta’
ħaddieħor*;
(b) dak tal-vetturali li jinkarigaw ruħhom għall-ġarr, bl-art
jew bil-baħar, tan-nies jew tal-ħwejjeġ;
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        277
(ċ) dak ta’ dawk li jieħdu x-xogħol b’appalt.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 1569 u 
1570 igħoddu 
għall-kiri ta’ 
xogħol u ta’ 
industrja.
1627.  Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1569 u 1570 igħoddu
wkoll għall-kiri ta’ xogħol u ta’ industrja, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet speċjali dwar dan il-kiri.
Projbizzjoni ta’ 
diskriminazzjoni.
Miżjud:
XX. 2002.3.
1627A. Ħadd ma jista’ jieħu ebda azzjoni jew sanzjoni
diskriminatorja kontra xi wieħed mill-uffiċjali, impjegati jew
aġenti tiegħu minħabba f’li dawk l-uffiċjali jew impjegati, billi
jkollhom tassew għaliex jissuspettaw li jkun hemm xi korruzzjoni,
jkunu rrappurtaw b’mod bonafidi s-suspett tagħhom lil persuni jew
awtoritajiet responsabbli, u kull min seta’ kien il-vittma ta’ tali
azzjoni jew sanzjoni diskriminatorja għandu, mingħajr preġudizzju
għal kull dritt ieħor li jkollu taħt xi liġi oħra, jkollu l-jedd għal
kumpens għad-danni lilu kaġunati b’dik l-azzjoni jew sanzjoni
diskriminatorja.
§  I. FUQ IL-VETTURALI BL-ART JEW BIL-BAĦAR
Responsabbiltà  tal-
vetturali,
1628.  ll-vetturali bl-art jew bil-baħar għandhom, dwar il-
kustodja u l-ħars tal-ħwejjeġ fdati lilhom, l-istess obbligi tad-
depożitarji.
għal ħwejjeġ 
mogħtija 
f'idejhom,
1629. Huma obbligati mhux biss għal dak li jkunu irċevew fil-
vettura tagħhom jew fid-dgħajsa jew f’biċċa oħra tal-baħar, iżda
wkoll għal dak li jkun ġie lilhom ikkunsinnat f’kull lok li jkun
sabiex jiġi mqiegħed fil-vettura, dgħajsa, jew biċċa oħra tal-baħar,
jew sabiex jinġarr xort’oħra.
għat-telf.
ħsarat li jiġru fiha, meta ma jippruvawx li l-ħaġa ntilfet jew ġratilha
ħsara b’aċċident jew b’forza maġġuri u mingħajr ħtija tagħhom.
Ġarr bil-baħar.
fuq kull dgħajsa jew biċċa oħra tal-baħar, ġewwa l-limiti ta’ Malta,
jiġifieri: minn gżira għall-oħra, jew min-naħa għal oħra ta’ l-istess
gżira.
Bla ħsara ta’ 
liġijiet oħra. 
Kap. 10.
1632.  Xejn f‘dan il-Kodiċi ma jħassar id-disposizzjonijiet tal-
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
§  II. FUQ L-APPALTI
Ftehim mal-
ħaddiem li jindaħal 
għal biċċa xogħol.
1633.  Meta wieħed jiġi mqabbad għal xi xogħol, jista’ jiġi
miftiehem li hu għandu jagħti biss ix-xogħol jew is-sengħa tiegħu,
inkella li jagħti wkoll il-materjal.
*Sa l-1952, dan il-kuntratt kien regolat skond id-disposizzjonijiet ta’ §  I "Fuq il-
Kiri tax-Xogħol tas-Sefturi, tal-Ħaddiema u ta’ Impjegati oħra" ta’ dan is-sub-
titolu. Dawn id-disposizzjonijiet ġew revokati bl-Att XI ta’ l-1952.
278      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Jekk il-ħaġa 
tispiċċa qabel il-
kunsinna meta l-
artiġjan jagħti l-
materjal.
1634.  Jekk, meta l-artiġjan jagħti l-materjal, il-ħaġa tispiċċa,
b’kull mod li jkun, qabel ma tiġi kkunsinnata, it-telfa jbatiha huwa,
iżda dan kemm-il darba dak li qabbdu ma jkunx in mora biex
jirċeviha.
Meta l-artiġjan 
jagħti biss ix-
xogħol jew is-
sengħa tiegħu biss.
1635. Jekk, meta l-artiġjan jagħti x-xogħol jew is-sengħa tiegħu
biss, il-ħaġa tispiċċa, hu jwieġeb biss għall-ħtija tiegħu.
Ebda ħlas ma jsir 
meta l-ħaġa 
tispiċċa qabel il-
kunsinna.
1636. Fil-każ imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, jekk il-ħaġa
tispiċċa, għalkemm mingħajr ħtija ta’ l-artiġjan, qabel ma x-xogħol
jiġi kkunsinnat, u mingħajr ma dak li qabbdu jkun in mora fil-
verifika tax-xogħol, l-artiġjan m’għandux iżjed jedd għall-ħlas
tiegħu iżda dan kemm-il darba l-ħaġa ma tkunx spiċċat minħabba
difett fil-materjal.
Meta x-xogħol 
ikun jikkonsisti 
f’iżjed minn biċċa 
waħda.
1637.  (1) Meta x-xogħol ikun jikkonsisti f’iżjed minn biċċa
waħda jew isir bil-kejl, ix-xogħol jibqa’ wkoll għar-riskju ta’ l-
artiġjan sakemm min qabbdu jivverifka x-xogħol kollu; iżda dan
kemm-il darba ma jkunx ġie miftiehem illi l-verifika ta’ kull biċċa
għandha ssir hekk kif din il-biċċa titlesta.
(2) Il-verifika hija preżunta li saret għall-bċejjeċ kollha tax-
xogħol li jkunu ġew imħallsin, jekk min qabbad lill-artiġjan iħallsu
skond ix-xogħol li jkun sar.
(3) Iżda, ma hemmx lok għal din il-preżunzjoni, jekk il-
ħlasijiet, għalkemm miftehmin, jew magħmulin wara li tkun tlestiet
biċċa waħda jew iżjed tax-xogħol, huma akkont tax-xogħol kollu,
mingħajr imputazzjoni għal ebda biċċa partikolari ta’ dak ix-
xogħol.
Kemm żmien idum 
responsabbli 
appaltatur u l-perit 
arkitett.
1638.  (1) Jekk bini jew xogħol ieħor kbir ta’ ġebel, mibni
b’appalt, fi żmien ħmistax-il sena minn dak in-nhar li tkun tlestiet
il-kostruzzjoni, jinqered, kollu jew biċċa minnu, jew juri li hemm
periklu ċar li sejjer jiġġarraf minħabba difett fil-kostruzzjoni, jew
ukoll minħabba difett ta’ l-art, l-arkitett u l-appaltatur għandhom
iwieġbu għal dan.
(2) L-azzjoni għall-ħlas tal-ħsara għandha titmexxa fi żmien
sentejn minn dak in-nhar li jigri xi wieħed mill-każijiet hawn fuq
imsemmija.
L-appaltatur 
m’għandux jedd 
għaż-żjieda tal-
prezz.
1639.  L-appaltatur illi ntrabat li jtella’ bini, jew xogħol ieħor
kbir, skond pjanta stabbilita u miftiehma ma’ min tah ix-xogħol, ma
jista’ jitlob ebda żjieda ta’ prezz, minħabba li jkun żdied il-prezz
tal-ħaddiema jew tal-materjali, jew minħabba li fil-pjanta jkun sar
xi tibdil jew żjieda, li ma jkunux gravużi għalih.
Min jagħti x-
xogħol jista’ jħoll 
il-kuntratt. 
Sostitiwit: 
IV.1995.4.
1640.  (1) Min jagħti x-xogħol jista’ jħoll, meta jrid, il-kuntratt,
għalkemm ix-xogħol ikun diġà  beda.
(2) Jekk ma jkunx hemm raġuni valida biex iħoll il-kuntratt,
min jagħti x-xogħol għandu jħallas biss lill-appaltatur l-ispejjeż
kollha u x-xogħol kollu tiegħu flimkien ma’ somma li tiġi meqjusa
mill-qorti, skond iċ-ċirkostanzi, iżda mhux iżjed mill-qliegħ li l-
appaltatur seta’ jagħmel b’dak l-appalt.
(3) Jekk ikun hemm raġuni valida biex iħoll il-kuntratt, min
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        279
jagħti x-xogħol għandu jħallas biss lill-appaltatur somma li ma
tkunx iżjed mill-ispejjeż ta’ l-appaltatur u l-valur tax-xogħol, wara
li jittieħed qies ta’ l-utilità  ta’ dawk l-ispejjeż u dak ix-xogħol lil
min ikun ta x-xogħol kif ukoll id-danni li dan ikun sofra.
(4) Kull somma mogħtija bil-quddiem lill-appaltatur qabel ma
l-kuntratt ikun inħall għandha tiġi applikata għal dak dovut skond
is-subartikolu (2) jew (3) u l-appaltatur għandu jrodd lil min ikun ta
x-xogħol kull eċċess li jirriżulta.
(5) Il-kuntratt jinħall immedjatament malli min ikun ta x-
xogħol jinforma lill-appaltatur, b’kull mezz li jkun, bid-deċiżjoni
tiegħu li jħoll il-kuntratt, u dan bla ħtieġa ta’ ebda awtorità  jew
konferma mill-qorti.
Il-kuntratt jinħall 
bil-mewt ta’ l-
artiġjan, eċċ.
1641.  (1) Il-kuntratt ta’ xogħol jew locatio operis jinħall bil-
mewt ta’ l-artiġjan, ta’ l-arkitett, jew ta’ l-appaltatur.
(2) Iżda, min jagħti x-xogħol għandu jħallas lill-werrieta ta’ l-
artiġjan, ta’ l-arkitett jew ta’ l-appaltatur, fil-proporzjon tal-prezz
miftiehem, il-valur ta’ kemm ikun sar xogħol u tal-materjali li
tlestew, iżda biss kemm-il darba dan ix-xogħol u dawn il-materjali
jistgħu jiswewlu.
Responsabbiltà  ta’ 
l-appaltatur.
1642. L-appaltatur iwieġeb għall-egħmil tan-nies li jħaddem.
Jedd tal-bennejja, 
eċċ.
1643. Il-bennejja, il-mastrudaxxi, u artiġjani oħra mqabbdin fit-
tlugħ ta’ bini jew xogħol ieħor mogħti b’appalt, m’għandhomx
azzjoni kontra dak li għalih sar ix-xogħol, ħlief sas-somma biss li
huwa jkollu jagħti lill-appaltatur fiż-żmien li huma jmexxu l-
azzjoni tagħhom.
Titolu X
FUQ IL-KUNTRATT TA’ SOĊJETÀ
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
X’inhu l-kuntratt 
ta’ soċjetà .
1644.  Is-soċjetà  hija kuntratt li bih tnejn min-nies jew iżjed
jiftiehmu li jqiegħdu xi ħaġa in komun, sabiex jaqsmu l-qligħ li
b’hekk jistgħu jieħdu.
Is-soċjetà  għandu 
jkollha bħala skop 
ħaġa leċita.
1645.  (1) Kull soċjetà  għandu jkollha bħala skop ħaġa leċita, u
għandha tiġi miftiehma għall-interess tal-partijiet kollha flimkien.
(2) Kull soċju għandu joħroġ jew flus jew beni oħra, jew ix-
xogħol tiegħu.
Is-soċju ma jistax 
joħroġ bħala 
sehmu dak li għad 
ikun irid jakkwista 
b’wirt jew 
b’donazzjoni.
1646.  (1) Kull ftehim li wieħed mis-soċji għandu joħroġ bħala
sehmu fis-soċjetà  l-proprjetà  jew it-tgawdija ta’ beni, li jista’ ‘l
quddiem jakkwista b’wirt jew b’donazzjoni, ma jiswiex.
(2) Il-kuntratt li jkun fih dan il-ftehim jista’ jiġi annullat kollu
kemm hu, fuq talba ta’ kull wieħed mis-soċji l-oħra.
  280      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Dawn id-
disposizzjonijiet 
ma jgħoddux għas-
soċjetajiet 
kummerċjali. 
Emendat: 
XLVI. 1973.86.
Kap.168.
1647.  Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu ma igħoddux għas-
soċjetajiet kummerċjali ħlief kif provdut bl-Ordinanza dwar
Soċjetajiet Kummerċjali.
Sub-titolu I
FUQ ID-DIVERSI XORTA TA’ SOĊJETÀ
Ma tistax issir 
soċjetà  universali 
tal-beni kollha.
1648.  Is-soċjetà   universali tal-beni kollha tas-soċji, għalkemm
tkun dwar il-beni preżenti biss, hija nulla.
Soċjetà  universali 
tal-qligħ tgħodd.
1649.  (1) Is-soċjetà  universali tal-qligħ tgħodd: f’din is-soċjetà
jidħol biss dak kollu li l-partijiet jakkwistaw bix-xogħol tagħhom,
b’kull titolu li jkun, matul iż-żmien tas-soċjetà , u l-użu tal-beni,
mobbli jew immobbli, iddestinati għall-eżerċizzju tas-sengħa jew
tal-professjoni tas-soċju li jkun jippossjedihom.
(2) Is-soċjetà  msemmija f’dan l-artikolu hija nulla, jekk il-
kuntratt ma jiġix magħmul b’att pubbliku.
Soċjetà  partikolari. 1650. Is-soċjetà  partikolari hija dik li jkollha b’oġġett xi ħwejjeġ
partikolari, jew l-użu tagħhom, jew il-frottijiet li jistgħu jittieħdu
minnhom, jew xi impriża partikolari, jew l-eżerċizzju ta’ xi sengħa
jew professjoni.
Meta s-soċji 
joħorġu beni 
immobbli hu 
meħtieġ l-att 
pubbliku.
1651.  (1) Il-kuntratt ta’ soċjetà  li fih xi wieħed mis-soċji
jobbliga ruħu li jqiegħed fis-soċjetà  l-proprjetà  ta’ beni immobbli,
hu null kwantu għall-obbligu li titqiegħed fis-soċjetà  din il-
proprjetà , jekk il-kuntratt ma jiġix magħmul b’att pubbliku.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1646(2), igħoddu wkoll
għal dan il-kuntratt.
Igħoddu d-
disposizzionijiet 
ta’ l-artikoli 994 sa 
996.
1652. Meta s-soċju jkun obbliga ruħu b’mod li jiswa skond il-
liġi li jittrasferixxi lis-soċjetà  l-proprjetà  tal-beni li għandu
jqiegħed fis-soċjetà , igħoddu kwantu għat-trasferiment ta’ dawk il-
beni, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 994, 995 u 996.
 Sub-titolu II
FUQ L-OBBLIGAZZJONLJIET TAS-SOĊJI BEJNIETHOM
Bidu tas-soċjetà . 1653. Is-soċjetà  tibda mill-waqt li jsir il-kuntratt, jekk ma jkunx
miftiehem żmien ieħor.
Ma tiswiex is-
soċjetà  miftiehma 
li għandha ddum 
għal dejjem.
1654.  (1) Kull ftehim li soċjetà  għandha ddum għal dejjem jew
għall-għomor ta’ wieħed mis-soċji hu null.
(2) Il-kuntratt ta’ soċjetà  li jkun fih dan il-ftehim, jitqies
bħallikieku sar mingħajr ftehim ta’ żmien.
Soċjetà  dwar affari 
li ddum għal żmien 
limitat.
1655.  Jekk is-soċjetà  tkun dwar affari għal żmien limitat, is-
soċjetà  titqies li saret għaż-żmien kollu li l-affari għandha ddum.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        281
Obbligi tas-soċji 
dwar dak li 
għandhom 
joħorġu.
1656.  (1) Kull soċju hu debitur lejn is-soċjetà  ta’ dak kollu li
wiegħed li għandu jqiegħed fiha.
(2) Meta dan il-konferiment ikun jikkonsisti f’ħaġa partikolari
li tagħha s-soċjetà  tbati l-evizzjoni, is-soċju li jkun għamel il-
konferiment hu garanti tagħha bl-istess mod li hu l-bejjiegħ favur
ix-xerrej f’każ ta’ evizzjoni.
Is-soċju hu 
obbligat għall-
imgħaxijiet tas-
somom li jkollu 
jagħti jew li 
minnhom ikun 
għamel użu.
1657.  (1) Is-soċju li obbliga ruħu li jqiegħed fis-soċjetà  somma
ta’ flus u jonqos milli jqegħidha, huwa ipso jure debitur ta’ l-
imgħaxijiet ta’ dik is-somma minn dak in-nhar li dik is-somma
kellha tiġi mħallsa minnu.
(2) Dan igħodd ukoll għas-somom li s-soċju jieħu mill-kaxxa
tas-soċjetà  għal vantaġġ tiegħu partikolari, u l-imgħaxijiet ta’ dawn
is-somom igħaddu minn dak in-nhar li jkun hekk ħadhom.
(3) Xejn f’dan l-artikolu ma jneħħi l-jedd tas-soċjetà  li ġġib ‘il
quddiem azzjoni, jekk ikollha dan il-jedd, għal danni oħra kontra s-
soċju, ukoll jekk dan ma jkunx ġie mqiegħed in mora.
Il-flus li s-soċju 
jirtira mill-kaxxa 
jitqies li ħadhom 
għal vantaġġ 
tiegħu.
1658. Is-soċju li jirtira flus mill-kaxxa tas-soċjetà  jitqies, jekk hu
ma jkunx l-amministratur tas-soċjetà , li ħadhom għal vantaġġ
tiegħu partikolari, bla ħsara tal-prova kuntrarja.
Obbligi tas-soċji li 
għandhom jagħtu 
x-xogħol tagħhom.
1659.  Is-soċji li jkunu ntrabtu li jagħtu x-xogħol tagħhom fis-
soċjetà , għandhom jagħtu kont tal-qligħ kollu li jkunu għamlu b’dik
ix-xorta ta’ xogħol li hu l-oġġett tas-soċjetà .
Imputazzjoni tal-
ħlas li s-soċju 
amministratur 
jirċievi meta huwa 
nnifsu hu kreditur 
tal-parti li tħallas.
1660. Meta soċju li jkollu f’idejh l-amministrazzjoni, ikun huwa
nnifsu kreditur, f’somma li tista’ tintalab, ta’ persuna li jkollha
tagħti wkoll lis-soċjetà  somma li l-istess tkun tista’ tintalab, kull
ħlas li dan is-soċju jirċievi mingħand id-debitur għandu jiġi imputat
akkont tal-kreditu tas-soċjetà  u tal-kreditu tiegħu nnifsu, fil-
proporzjon taż-żewġ krediti, għalkemm ikun ta riċevuta li biha jkun
għamel l-imputazzjoni tal-ħlas kollu għall-kreditu tiegħu
partikolari. 
 Meta l-kreditur 
tas-soċju għandu 
preferenza fuq dak 
tas-soċjetà .
1661.  (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan ma
jgħoddux jekk il-kreditu tas-soċju jkollu, skond ir-regoli miġjubin
fl-artikolu 1171(ċ), (d), (e) u (f), preferenza fuq il-kreditu tas-
soċjetà  u l-ħlas ikun ġie espressament imputat għall-kreditu tas-
soċju.
(2) Iżda, f’kull każ, jekk is-soċju jiddikjara fir-riċevuta li l-ħlas
għandu jiġi imputat kollu għall-kreditu tas-soċjetà , hu ma jistax
jitlob li l-ħlas, kollu jew biċċa minnu, ikun imputat għall-kreditu
tiegħu.
Jekk is-soċju 
jirċievi biċċa mill-
kreditu komuni 
minn debitur li ma 
jibqax solvibbli.
1662.  Jekk wieħed mis-soċji jkun irċieva biċċa minn kreditu
komuni, hu għandu, jekk id-debitur ma jibqax solvibbli, iqiegħed
fil-fond komuni dak li jkun irċieva, għalkemm meta irċieva l-ħlas,
ikun espressament għamel riċevuta għas-sehem li jmiss lilu minn
dak il-kreditu.
Ħsara kkaġunata 
mis-soċju lis-
soċjetà .
1663.  Kull soċju hu obbligat lejn is-soċjetà  għal kull ħsara li
jkun ikkaguna lis-soċjetà  bi ħtija tiegħu, u dan is-soċju ma jistax
ipaċi din il-ħsara bl-utili li s-soċjetà  tkun qalgħet bix-xogħol tiegħu
  282      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
f’affarijiet oħra.
Meta fis-soċjetà  
tkun inġiebet it-
tgawdija biss tal-
ħaġa.
1664.  (1) Jekk il-ħwejjeġ li tagħhom tkun inġiebet fis-soċjetà  t-
tgawdija biss, ikunu ħwejjeġ ċerti u determinati illi ma jintemmux
bl-użu, huma jibqgħu għar-riskju tas-soċju li jkun sidhom.
(2) Jekk dawn il-ħwejjeġ jintemmu bl-użu, jew jekk ikunu tali
li ma jistgħux jinżammu mingħajr ma tiġrilhom ħsara, jew kienu
maħsuba biex jiġu mibjugħa, jew inġiebu fis-soċjetà  fuq stima,
huma jibqgħu għar-riskju tas-soċjetà .
(3) Jekk il-ħaġa tkun ġiet stmata, is-soċju ma jistax jitlob lura
ħlief is-somma ta’ l-istima.
Jedd tas-soċju 
kontra s-soċjetà .
1665.  Kull soċju għandu azzjoni kontra s-soċjetà , mhux biss
għar-radd tas-somom li jkun ħareġ għas-soċjetà , bl-imgħaxijiet,
iżda wkoll għall-obbligazzjonijiet li jkun ikkuntratta b’bona fidi
għall-affarijiet tas-soċjetà , u għar-riskji li bil-fors iġġib l-
amministrazzjoni tiegħu.
Sehem tas-soċji fil-
qligħ jew fit-telf.
1666.  (1) Meta l-kuntratt tas-soċjetà  ma jkunx iffissa s-sehem
ta’ kull wieħed mis-soċji fil-qligħ jew fit-telf, dan is-sehem għandu
jkun fil-proporzjon ta’ kemm kull wieħed minnhom ikun qiegħed
fil-fond tas-soċjetà .
(2) Kwantu għas-soċju li ma jkunx qiegħed fis-soċjetà  ħlief ix-
xogħol tiegħu, is-sehem tiegħu fil-qligħ jew fit-telf ikun meqjus
bħas-sehem ta’ dak is-soċju li fis-soċjetà  jkun ħareġ l-anqas somma
jew sehem.
Jekk is-soċji 
jiftiehmu li jħallu 
d-deċiżjoni ta’ 
dawn l-ishma 
f’idejn wieħed mis-
soċji, eċċ.
1667.  (1) Jekk is-soċji jkunu ftiehmu li jħallu f’idejn wieħed
minnhom jew f’idejn wieħed barrani li jiddeċidi kemm għandhom
ikunu dawn l-ishma, din id-deċiżjoni ma tistax tiġi attakkata ħlief
fil-każ li tkun bid-dieher kontra l-ekwità .
(2) Ma tistax tiġi attakkata lanqas f’dan il-każ, jekk igħaddu
iżjed minn tliet xhur minn dak in-nhar li s-soċju li jidhirlu li hu
aggravat b’dik id-deċiżjoni sar jaf biha jew jekk huwa nnifsu jkun
beda jesegwiha.
(3) Jekk il-parti li għad-deċiżjoni tagħha s-soċji jkunu ftiehmu
li joqogħdu, ma tkunx trid jew ma tkunx tista’ tistabbilixxi l-ishma,
jew tonqos li tistabbilixxi dawn l-ishma fiż-żmien miftiehem mill-
partijiet, inkella, jekk ma jkunx sar ftehim, fi żmien xahar, is-
soċjetà  hija nulla.
Nullità  ta’ xi 
ftehim.
1668.  (1) Kull ftehim li jagħti lil wieħed mis-soċji l-jedd għall-
qligħ kollu, huwa null.
(2) Kull ftehim li bih il-kapitali jew il-beni miġjuba fis-soċjetà
minn wieħed jew iżjed mis-soċji għandhom jiġu meħlusa minn kull
sehem fit-telf, huwa wkoll null.
Il-jeddijiet, setgħat 
u obbligi tas-soċju 
amministratur 
huma bħal dawk 
ta’ mandatarju.
1669.  Jekk ma jkunx hemm ftehim xort’oħra, u fejn dan il-
Kodiċi ma jiddisponix xort’oħra, il-jeddijiet, is-setgħat u l-obbligi
ta’ kull wieħed mis-soċji inkarigat bl-amministrazzjoni tas-soċjetà ,
jaqgħu taħt id-disposizzjonijiet dwar il-jeddijiet, is-setgħat u l-
obbligi tal-mandatarju.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        283
Setgħat tas-soċju 
amministratur.
1670.  (1) Is-soċju inkarigat mill-amministrazzjoni taħt patt
speċjali fil-kuntratt tas-soċjetà , jista’ jagħmel, għad li jkun hemm l-
oppożizzjoni tas-soċji l-oħra, l-atti kollha li jidħlu fl-
amministrazzjoni tiegħu, basta li huwa jimxi mingħajr qerq.
(2) Din is-setgħa ma tistax tiġi mneħħija mingħajr raġuni tajba
matul iż-żmien tas-soċjetà ; iżda jekk din is-setgħa tkun ġiet
mogħtija b’att li jsir wara l-kuntratt tas-soċjetà , tista’ tiġi mneħħija
bħal fil-każ ta’ mandat sempliċi.
Meta jkunu 
inkarigati mill-
amministrazzjoni 
żewġ soċji jew 
iżjed.
1671.  Meta żewġ soċji jew iżjed ikunu inkarigati mill-
amministrazzjoni tas-soċjetà , mingħajr ma jkunu ġew speċifikati d-
dmirijiet ta’ kull wieħed minnhom, jew mingħajr ma jkun ġie
miftiehem li wieħed ma jistax jagħmel mingħajr l-ieħor, kull
wieħed minnhom jista’ jagħmel mingħajr l-ieħor l-atti kollha ta’ l-
amministrazzjoni.
Amministrazzjoni 
flimkien.
1672.  Meta jkun ġie miftiehem li wieħed mis-soċji
amministraturi ma jista’ jagħmel ebda ħaġa mingħajr l-ieħor,
wieħed waħdu ma jista’ jagħmel ebda att mingħajr l-ieħor, jekk ma
jkunx hemm ftehim ġdid, għad li dan l-ieħor ikun jinsab f’dak iż-
żmien fi stat li ma jistax jieħu parti fl-atti ta’ l-amministrazzjoni,
ħlief fil-każ ta’ att li ma jkunx irid dewmien u tali li jekk ma jsirx
jista’ jkun hemm għas-soċjetà  ħsara kbira u li ma tistax tissewwa.
Regoli dwar l-
amministrazzjoni 
meta ma jkunx sar 
ftehim.
1673.  Meta ma jkunx sar ftehim speċjali fuq kif għandha
titmexxa l-amministrazzjoni, għandhom jitħarsu r-regoli li ġejjin:
(a) jitqies li s-soċji taw lil xulxin bejniethom is-setgħa li
jamministraw il-wieħed għall-ieħor; u kull ma jsir
minn kull wieħed minnhom jiswa wkoll għas-sehem
tas-soċji l-oħra, għalkemm ma jkunx ittieħed il-
kunsens tagħhom;
 (b) jekk is-soċji ma jkunux iżjed minn tnejn, kull wieħed
minnhom jista’ jopponi l-operazzjoni qabel ma tiġi
magħluqa, bla ħsara tal-jedd tas-soċju l-ieħor li jitlob
il-ħall tas-soċjetà , flimkien  mad-danni, jekk  l-
oppożizzjoni tkun vessatorja, jew kuntrarja għall-iskop
tas-soċjetà , jew xort’oħra ta’ ħsara kbira għall-
interessi tas-soċjetà ;
(ċ) jekk is-soċji jkunu iżjed minn tnejn, fil-każ ta’
oppożizzjoni, tirbaħ il-fehma tal-maġġoranza meqjusa
fuq il-għadd tas-soċji kollha, inkella, meta d-deċiżjoni
tittieħed f’laqgħa msejħa bi ftehim, jew f’laqgħa illi
għaliha s-soċji kollha jkunu ġew imsejħa, fuq il-għadd
biss tas-soċji li jkun hemm fil-laqgħa:
Iżda, jekk id-deċiżjoni tal-maġġoranza tkun
vessatorja, jew tkun kuntrarja għall-iskop tas-soċjetà ,
jew tkun li tista’ tagħti esekuzzjoni għal atti li ma
jkunux jidħlu minnhom infishom fl-iskop tas-soċjetà ,
jew xort’oħra ta’ ħsara kbira għall-interessi tas-
soċjetà , is-soċju li jkun kuntrarju jista’ jitlob il-ħall
tas-soċjetà,  flimkien mad-danni;
(d) kull soċju jista’ jagħmel użu mill-ħwejjeġ tas-soċjetà ,
basta li jinqeda bihom għall-iskop li għalih għandhom
  284      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
iservu skond l-użu, u ma jinqedix bihom kontra l-
interess tas-soċjetà  jew b’mod li ma jħallix lis-soċji l-
oħra jinqdew bihom skond il-jedd tagħhom;
(e) kull soċju għandu jedd li jobbliga lis-soċji l-oħra li
joħorġu sehem miegħu għall-ispejjeż meħtieġa sabiex
jinżammu fi stat tajjeb il-ħwejjeġ tas-soċjetà ;
(f) wieħed mis-soċji ma jistax jagħmel tibdil fl-immobbli
tas-soċjetà , lanqas jekk jidhirlu li dan it-tibdil ikun ta’
ġid għas-soċjetà , kemm-il darba is-soċji l-oħra ma
jagħtux il-kunsens tagħhom għaldaqshekk.
Is-soċju li ma 
jkunx 
amministratur ma 
jistax jittrasferixxi 
ħwejjeġ tas-
soċjetà .
1674. Is-soċju li ma jkunx amministratur ma jistax jittrasferixxi
jew jobbliga l-ħwejjeġ tas-soċjetà , lanqas jekk ikunu ħwejjeġ
mobbli.
Soċju jista’ jsieħeb 
ieħor.
1675. Kull wieħed mis-soċji jista’, mingħajr il-kunsens tas-soċji
l-oħra, isieħeb miegħu lil ħaddieħor fis-sehem li jkollu fis-soċjetà ;
iżda hu ma jistax, mingħajr il-kunsens tagħhom, idaħħal lil dan il-
wieħed ieħor fis-soċjetà , lanqas jekk huwa jkollu l-
amministrazzjoni tagħha.
 Sub-titolu III
FUQ L-OBBLIGAZZJONIJIET TAS-SOĊJI LEJN IT-TERZI
Is-soċji mhumiex 
obbligati in 
solidum għad-djun 
tas-soċjetà .
1676.  Is-soċji mhumiex obbligati in solidum għad-djun tas-
soċjetà ; u wieħed mis-soċji ma jistax jobbliga lill-oħrajn, jekk
dawn ma jkunux tawh is-setgħa għaldaqshekk.
Responsabbiltà  tas-
soċji meta ishma 
tagħhom ma 
jkunux indaqs.
1677. Is-soċji huma obbligati lejn il-kredituri li magħhom ikunu
kkuntrattaw, kull wieħed minnhom għal somma u sehem indaqs,
ukoll jekk is-sehem ta’ wieħed minnhom fis-soċjetà  ikun anqas,
kemm-il darba l-kuntratt ma jkunx espressament illimita l-
obbligazzjoni ta’ dan is-soċju fil-proporzjon tas-sehem tiegħu.
Jekk l-
obbligazzjoni ssir 
fl-isem tas-soċjetà .
1678.  (1) Il-patt illi l-obbligazzjoni saret akkont tas-soċjetà ,
jobbliga biss lis-soċju li kkuntratta u mhux lill-oħrajn, ħlief jekk
dawn ikunu tawh dik is-setgħa, jew jekk il-ħaġa tkun sfat ta’ ġid
għas-soċjetà .
(2) Is-soċju li jikkuntratta f’ismu, ma jorbotx lis-soċji l-oħra,
lanqas jekk il-ħaġa tkun sfat ta’ ġid għas-soċjetà , bla ħsara ta’ kull
azzjoni favur ta’ dawk li kkuntrattaw miegħu, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1143.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        285
Sub-titolu IV
FUQ KIF TISPIĊĊA S-SOĊJETÀ
Kif tispiċċa s-
soċjetà .
1679. Is-soċjetà  tispiċċa -
(a) bl-egħluq taż-żmien li għalih ġiet miftiehma;
(b) billi jispiċċa l-fond tas-soċjetà , jew bit-tmiem ta’ l-
affari li għaliha s-soċjetà  tkun saret;
(ċ) bil-mewt ta’ wieħed mis-soċji;
(d) bl-inibizzjoni, ġenerali jew speċjali, li jikkuntratta, ta’
wieħed mis-soċji, jew bl-insolvenza jew falliment
tiegħu;
(e) bid-dikjarazzjoni ta’ wieħed mis-soċji li hu ma jridx
jissokta fis-soċjetà .
It-telfa tal-ħaġa 
mwiegħda.
1680.  (1) Jekk wieħed mis-soċji wiegħed li jġib fis-soċjetà  l-
proprjetà  ta’ ħaġa u din il-ħaġa tispiċċa qabel ma s-soċjetà
takkwista l-proprjetà  tagħha, is-soċjetà  tinħall għas-soċji kollha.
(2) Iżda, is-soċjetà  ma tinħallx jekk it-telfa tal-ħaġa tiġri wara
li s-soċjetà  tkun akkwistat il-proprjetà  tagħha.
Telfa tal-ħaġa li 
tagħha ġiet 
imwiegħda t-
tgawdija.
1681.  Jekk wieħed mis-soċji wiegħed li jġib fis-soċjetà  t-
tgawdija ta’ ħaġa, it-telfa ta’ din il-ħaġa ġġib il-ħall tas-soċjetà ,
ukoll jekk it-telfa tiġri wara li s-soċjetà  tkun bdiet tgawdi l-ħaġa. 
 Ftehim li s-soċjetà  
tissokta f’każ ta’ 
mewt ta’ wieħed 
mis-soċji.
1682.  (1) Jista’ jiġi miftiehem li f’każ ta’ mewt ta’ wieħed mis-
soċji, is-soċjetà  għandha tissokta mal-werriet tiegħu, inkella bejn
is-soċji biss li jibqgħu ħajja.
(2) F’dan it-tieni każ, il-werriet tal-mejjet m’għandux jedd
ħlief li jitlob il-qsim tal-fond tas-soċjetà  skond l-istat tagħha fiż-
żmien tal-mewt tas-soċju, u ma jkollux sehem fil-jeddijiet
akkwistati wara, ħlief meta dawn il-jeddijiet huma ta’ bil-fors il-
konsegwenza ta’ operazzjonijiet magħmulin qabel il-mewt tas-
soċju li lilu jiret.
Ħall tas-soċjetà  
b’rinunzja.
1683. Il-ħall tas-soċjetà  bil-volontà  ta’ waħda mill-partijiet jista’
jsir biss jekk is-soċjetà  tkun ġiet magħmula mingħajr limiti ta’
żmien, u jsir bil-mezz ta’ rinunzja, innotifikata lis-soċji l-oħra
kollha, basta li din ir-rinunzja ssir b’bona fidi u mhux barra minn
waqtha.
Meta r-rinunzja 
mhix magħmula 
bona fidi, eċċ.
1684.  (1) Ir-rinunzja mhix bona fidi, meta s-soċju jirrinunzja
sabiex jieħu waħdu l-qligħ li s-soċji kellhom fi ħsiebhom li jagħmlu
flimkien.
(2) Hija magħmula barra minn waqtha, meta l-ħwejjeġ ma
jkunux għadhom iżjed sħaħ, u l-interess tas-soċjetà  jkun jitlob illi l-
ħall tagħha jitħalla għal iżjed ‘il quddiem.
Il-ftehim li jneħħi 
l-jedd tal-ħall tas-
soċjetà  magħmula 
bla limiti ta’ 
żmien, hu null.
1685. Kull ftehim li bih jiġi mneħħi lil wieħed mis-soċji l-jedd li
jitlob li jħoll is-soċjetà  magħmula mingħajr limiti ta’ żmien, huwa
null.
  286      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Jista’ jsir patt 
kontra l-ħall tas-
soċjetà .
1686. Madankollu, jiswa l-ftehim li bih is-soċji jżommu l-jedd li
jopponu ruħhom għall-ħall tas-soċjetà  mitlub minn wieħed
minnhom, billi jeħilsuh minn kull obbligu lejn is-soċjetà  jew lejn
it-terzi, u billi jagħtuh somma li tiġi miftiehma, inkella s-somma ta’
l-azzjonijiet tiegħu fis-soċjetà , jekk din tkun maqsuma
f’azzjonijiet.
Meta jista’ jintalab 
il-ħall tas-soċjetà  
magħmula b’limiti 
ta’ żmien.
1687. Ma jistax jintalab il-ħall tas-soċjetà  magħmula b’limiti ta’
żmien qabel ma jagħlaq iż-żmien miftiehem, ħlief meta jkun hemm
raġunijiet tajba, bħal fil-każ li wieħed mis-soċji jonqos mill-obbligi
tiegħu, jew li marda ta’ sikwit tagħmlu mhux tajjeb biex jaqdi l-
affarijiet tas-soċjetà , jew f’każijiet oħra bhal dawn, li s-sewwa u l-
gravità  tagħhom huma mħollija fid-dehen tal-qorti.
Regoli għall-qsim. 1688.  Ir-regoli dwar il-qsim tal-beni in komun igħoddu wkoll
għall-qsim bejn is-soċji, u għall-effetti ta’ dan il-qsim.
Titolu XI
FUQ IL-KOSTITUZZJONI TA’ RENTA
Kostituzzjoni ta’ 
renta.
1689. Renta, jew ħlas ta’ kull sena ta’ flus jew f’oġġetti, tista’
tiġi kkostitwita biċ-ċessjoni ta’ ħaġa mobbli jew immobbli, jew bil-
ħlas ta’ somma ta’ flus li dak li jħallasha jobbliga ruħu li ma
jitlobhiex lura.
Forma tal-kuntratt 
ta’ renta.
 1690. Il-kuntratt li bih tinħoloq renta ma jiswiex jekk ma jsirx
bil-miktub, jew, fil-każ ta’ ċessjoni ta’ ħwejjeġ immobbli, jekk ma
jsirx b’att pubbliku.
Effett ta’ ċessjoni 
ta’ immobbli.
1691.  Iċ-ċessjoni ta’ ħwejjeġ immobbli, imsemmija fl-artikolu
1689, tittrasferixxi fiċ-ċessjonarju l-proprjetà  tal-ħaġa ċeduta, għad
illi jkun hemm patt kuntrarju, ukoll il-patt li bih iċ-ċedent iżomm
għalih id-dominju, bla ħsara dejjem ta’ dak li jingħad fl-artikolu
996.
Xorta ta’ renta. 1692. Ir-renta tista’ tkun perpetwa jew vitalizja.
Liġijiet dwar ċnus 
bollali.
1693. Il-liġijiet dwar iċ-ċnus bollali huma mneħħija, ħlief għaċ-
ċnus li jkunu ġew ikkostitwiti qabel l-14 ta’ Awissu, 1862. 
Sub-titolu I
FUQ IR-RENTA PERPETWA
X’inhi renta 
fundjarja u renta 
sempliċi.
1694.  (1) Ir-renta perpetwa ikkostitwita bħala prezz ta’
trasferiment, jew bħala piż ta’ ċessjoni, ta’ immobbli, sew b’titolu
oneruż kemm b’titolu gratuwitu, tissejjaħ renta fundjarja.
(2) Ir-renta ikkostitwita bil-ħlas ta’ somma flus jew ta’
ħaġ‘oħra mobbli, tissejjaħ renta sempliċi.
Kemm tista’ tkun 
ir-renta.
1695. Ir-renta ikkostitwita bil-ħlas ta’ somma ta’ flus ma tistax
tkun iżjed mill-erbgħa fil-mija fis-sena fuq is-somma mħallsa.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        287
Fidwa ta’ renta 
perpetwa. 
Emendat: 
1.1870.3.
1696.  (1) Ir-renta perpetwa hija fl-essenza tagħha li tista’
tinfeda, f’kull żmien, meta jrid id-debitur, għalkemm ikun hemm
pattijiet kuntrarji, bla ħsara tal-proviso ta’ l-artikolu 1701.
(2) B’dan kollu, il-kreditur jista’ jiftiehem illi  r-renta
m’għandhiex tiġi mifdija fi żmien ħajtu, jew qabel ma jgħaddi ċertu
żmien, li ma jistax ikun iżjed minn għoxrin sena, fil-każ ta’ renti
fundjarji, jew iżjed minn għaxar snin, fil-każ ta’ renta sempliċi, li
jibdew igħaddu minn dak in-nhar li tiġi kkostitwita r-renta.
(3) Kull ftehim għal żmien itwal, jiġi mqassar, għall-wieħed
jew l-ieħor miż-żminijiet hawn fuq imsemmija, skond il-każ.
Fidwa ta’ renta 
sempliċi 
magħmula bi ħlas 
ta’ somma ta’ flus, 
eċċ.
1697.  (1) Il-fidwa ta’ renta sempliċi kkostitwita bil-ħlas ta’
somma ta’ flus, issir billi tintradd l-istess somma.
(2) Jekk ir-renta tkun ġiet ikkostitwita bil-għoti ta’ ħwejjeġ
mobbli oħra li jkunu ġew stmati fil-kuntratt, il-fidwa ssir bir-radd
ta’ somma daqs dik l-istima.
Fidwa ta’ renta 
fundjarja, eċċ. 
Emendat: I.1870.4, 
5.
1698.  (1) Il-fidwa ssir bir-radd tas-somma li toħroġ meta
tikkapitalizza r-renta bit-tlieta fil-mija, fil-każ ta’ renta fundjarja,
jew, bl-erbgħa fil-mija, f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) fil-każ ta’ renta sempliċi kkostitwita bil-għoti ta’
ħwejjeġ mobbli li l-valur tagħhom ma jkunx ġie
iddikjarat fil-kuntratt;
(b) fil-każ ta’ renta ordnata b’testment, b’donazzjoni, jew
b’att ieħor li minnu ma jidhirx ċar dak li ngħata biex
ġiet ikkostitwita r-renta.
(2) Iżda, jekk ir-renta tkun ġiet ikkostitwita biex toħloq
benefiċċju ekkleżjastiku jew patrimonju sagru, jew biex tkun
minfuqa f’opri ta’ ħniena, jew f’għajnuna lill-fqar, jew fi premju
għall-virtù  jew għall-mertu, jew fi ħwejjeġ oħra ta’ fejda pubblika,
il-fidwa ssir, f’kull każ bir-radd tas-somma li toħroġ meta
tikkapitalizza r-renta bit-tnejn fil-mija.
Meta d-debitur 
jista’ jiġi mġiegħel 
biex jifdi r-renta.
1699.  Bla ħsara tal-każijiet imsemmijin espressament fil-
kuntratt, id-debitur ta’ renta perpetwa jista’ jiġi mġiegħel jifdiha -
(a) jekk jonqos li jagħti lill-kreditur il-garanzija
mwiegħda fil-kuntratt;
(b) jekk, meta jiġu neqsin il-garanziji mogħtija, ma jġibx
flokhom oħrajn tajbin daqshom;
(ċ) jekk għal tliet snin jonqos li jħallas ir-renta, jew jekk,
għad illi kull sena huwa jkun għamel xi ħlasijiet, jibqa’
debitur f’somma daqs ir-renta ta’ tliet snin;
(d) jekk ifalli jew ma jibqax solvibbli, jew l-istat tiegħu
jitbiddel b’mod li jkun hemm periklu li ma jissoktax
iħallas ir-renta.
Il-qorti tista’ tagħti 
żmien.
1700.  (1) Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi (a), (b) u (ċ) ta’ l-
aħħar artikolu qabel dan, il-qorti tista’ tagħti lid-debitur żmien
moderat sabiex fih jagħti l-garanzija mwiegħda, jew biex iġib
garanzija oħra flok dik li ġiet nieqsa, jew biex iħallas ir-renta
  288      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
magħluqa, u b’hekk jeħles mill-obbligu tal-fidwa tar-renta.
(2) Dan iż-żmien ma jistax ikun ta’ iżjed minn xahrejn, u jista
jiġi mġedded, għal raġuni tajba, għal xahrejn oħra biss.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1520 jgħoddu wkoll, fil-
każ maħsub f’dan l-artikolu, għal kull kreditur tad-debitur, u għal
kull wieħed li jkollu interess.
Igħoddu d-
disposizzjonijiet 
ta’ l-artikoli 1696 
sa l-1700. 
Emendat: 
I.1870.6.
1701.  (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1696 sa l-1700
jgħoddu wkoll għal kull ħlas ieħor perpetwu ta’ kull sena kkostitwit
bis-saħħa ta’ kull titolu li jkun, ukoll jekk b’testment jew
b’donazzjoni, bla ħsara tad-disposizzjonijiet dwar l-enfitewsi.
(2) Dawk id-disposizzjonijiet igħoddu wkoll għar-renti jew
ħlasijiet ta’ kull sena kkostitwiti qabel il-11 ta’ Frar, 1870:
Iżda l-fidwa ta’ renta jew ħlas ieħor ta’ kull sena kkostitwiti
skond il-liġi, sew qabel kemm wara l-11 ta’ Frar, 1870, biex
joħolqu benefiċċju ekkleżjastiku jew patrimonju sagru, jew biex
bihom isiru opri ta’ ħniena, ma tistax issir mingħajr il-kunsens ta’
l-awtorità  ekkleżjastika kompetenti.
Sub-titolu II
FUQ IL-VITALIZJU
Kif jista’ jiġi 
kkostitwit vitalizju.
1702. Il-vitalizju jista’ jiġi kkostitwit sew fuq il-ħajja ta’ dak li
joħroġ il-flus jew ħaġ’oħra, kemm fuq il-ħajja tad-debitur jew ta’
ħaddieħor li ma jkollux jedd għar-renta.
Ir-renta tista’ tiġi 
kkostitwita fuq il-
ħajja ta’ persuna 
waħda jew iżjed,
1703.  Il-vitalizju jista’ jiġi kkostitwit fuq il-ħajja ta’ persuna
waħda jew iżjed.
jew favur terza 
persuna.
1704. Il-vitalizju jista’ wkoll jiġi kkostitwit favur terza persuna,
għalkemm il-prezz tiegħu jkun ġie mħallas minn persuna oħra.
Il-vitalizju fuq il-
ħajja ta’ wieħed li 
kien ġà  mejjet fi 
żmien il-kuntratt 
m’għandux effett.
1705.  Il-kuntratt ta’ vitalizju fuq il-ħajja ta’ wieħed li kien ġà
mejjet fiż-żmien tal-kuntratt, ma għandu ebda effett.
Rata ta’ imgħax. 1706.  Il-vitalizju jista’ jiġi kkostitwit bir-rata ta’ imgħax li l-
partijiet jogħġobhom jiftiehmu.
Meta dak li favur 
tiegħu ġie 
kkostitwit il-
vitalizju jista’ 
jiltob li jiġi maħlul.
1707. Dak li favur tiegħu jkun ġie kkostitwit il-vitalizju bil-ħlas
ta’ prezz, jista’ jitlob il-ħall tal-kuntratt jekk min ikkostitwixxa l-
vitalizju ma jagħtiħx il-garanziji miftehmin għall-esekuzzjoni
tiegħu.
Jeddijiet tal-
persuna li favur 
tagħha jsir il-
vitalizju.
1708. In-nuqqas biss tal-ħlas ta’ l-annati magħluqa ma jagħtix lil
dak li favur tiegħu jkun ġie kkostitwit il-vitalizju l-jedd li jitlob ir-
radd tal-kapital, jew li jerġa’ jidħol fil-pussess tal-ħaġa li tkun ġiet
ittrasferita: hu m’għandux ħlief il-jedd li jitlob il-ħlas tar-renta
magħluqa, u garanzija għall-ħlasijiet li jagħilqu ’l quddiem.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        289
Min jikkostitwixxi 
vitalizju ma jistax 
jitlob il-ħall tal-
vitalizju.
1709.  Min jikkostitwixxi l-vitalizju ma jistax jeħles mill-ħlas
tar-renta billi joffri li jrodd il-kapital u billi jirrinunzja għall-annati
mħallsa minnu: hu obbligat iħallas ir-renta matul il-ħajja kollha tal-
persuna jew tal-persuni li fuq il-ħajja tagħhom il-vitalizju jkun ġie
kkostitwit, igħixu kemm igħixu din il-persuna jew dawn il-persuni,
u jsir kemm isir gravuż il-ħlas tal-vitalizju.
Kif jitħallas il-
vitalizju.
1710.  (1) Ir-renta tal-vitalizju tmiss lil sid il-vitalizju skond in-
numru tal-ġranet li jkun għex dak li fuq il-ħajja tiegħu l-vitalizju
jkun ġie kkostitwit.
(2) Iżda, jekk ikun ġie miftiehem li l-vitalizju għandu jitħallas
bil-quddiem, ir-rata kollha mħallsa bil-quddiem jew li kellha hekk
titħallas, tiġi akkwistata minn dak in-nhar li jagħlaq il-ħlas.
Meta mhux suġġett 
għal sekwestru.
1711.  (1) Ma jistax isir patt illi r-renta tal-vitalizju ma tkunx
suġġetta għal sekwestru, ħlief meta l-vitalizju jiġi kkostitwit
b’titolu gratuwitu, sew b’att fost il-ħajjin kemm b’testment. 
 (2) Meta r-renta tkun ġiet hekk ikkostitwita b’titolu gratuwitu,
jista’ jsir patt illi ma tistax tiġi ttrasferita jew mibjugħa.
Sid il-vitalizju 
għandu jipprova l-
eżistenza tal-
persuna li fuq il-
ħajja tagħha 
vitalizju ġie 
kkostitwit.
1712. Sid il-vitalizju ma jistax jitlob il-ħlas ta’ l-annati, jekk ma
jippruvax li l-persuna li fuq il-ħajja tagħha l-vitalizju kien ġie
kkostitwit għadha tgħix.
Titolu XII
FUQ IL-LOGĦOB U L-IMĦATRI
Ma hemmx azzjoni 
għall-ħlas ta’ dejn 
ta’ logħob.
1713.  (1) Il-liġi ma tagħti ebda azzjoni għal dejn ta’ logħob,
jew għall-ħlas ta’ mħatra.
(2) Ma tagħti lanqas ebda azzjoni -
(a) għar-radd ta’ somom mislufin minn persuna li kienet
taf li dawk is-somom kellhom iservu għal-logħob;
(b) għar-radd ta’ somom mislufin minn persuna li kellha
interess fil-logħob, għall-ħlas ta’ dejn ta’ dak il-
logħob.
Eċċezzjonijiet.
tiġrijiet bir-riġlejn jew fuq żwiemel jew tad-dgħajjes, il-logħob tal-
ballun u logħob iehor ta’ din ix-xorta illi jgħin biex jagħti ħeffa u
eżerċizzju lill-ġisem, ma jidħlux fid-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar
artikolu qabel dan.
(2) B’dan kollu, il-qorti tista’ tnaqqas is-somma mitluba
kemm-il darba jidhrilha li hija kbira ż-żejjed.
Ftehim biex 
jinħarbu d-
disposizzjonijiet 
ta’ qabel.
1715. Kull ftehim magħmul biex jinħarbu d-disposizzjonijiet ta’
l-aħħar żewġ artikoli qabel dan, huwa null.
Radd ta’ flus 
mitlufa fil-logħob.
1716.  It-tellief f’logħob, li ma jidħolx fil-logħob imsemmi fl-
artikolu 1714, jista’ jitlob lura mingħand ir-rebbieħ is-somma jew
  290      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
il-ħaġa li jkun ġa ħallas lilu, basta li, b’att ġudizzjarju, fi żmien
xahrejn minn dak in-nhar tal-ħlas, isejjaħ lir-rebbieħ biex jagħtih
lura s-somma jew il-ħaġa mħallsa.
Radd ta’ flus 
imħallsin 
f’lotterija.
1717. Kull min ikun għamel ħlas f’Malta għal xi 1otterija li tkun
saret f’Malta jew f’pajjiżi oħra, jista’ jitlob lura s-somma li jkun
ħallas mingħand dak li f’idejh ikun għamel il-ħlas, għalkemm dan
ma jkunx ħlief aġent ta’ persuni oħra; iżda dan kemm-il darba l-
lotterija ma tkunx saret bis-setgħa jew bil-permess mogħtijin mill-
awtorità  kompetenti f’Malta.
Ċerti kuntratti 
m’għandhomx 
jitqiesu b’logħob u 
mħatri.
Miżjud:
XXII. 2000.101.
1717A.  Ebda dejn jew obbligazzjoni oħra li titnissel minn xi
kuntratt dwar divrenzji, ftehim dwar l-ogħla mgħax, bdil, kambju
ta’ munita barranija jew xi ftehim ieħor bħal dak li jkollu bħala
għanijiet jew li l-għan intiż tiegħu jkun biex jiżgura profitt jew
jevita telfien (b’riferenza għal fluttwazzjonijiet fil-valur jew fil-
prezz ta’ proprjetà  ta’ kull deskrizzjoni jew f’xi indiċi jew fattur
ieħor maħsub għal dak il-għan fil-kuntratt)  ma għandu jkun null u
inesegwibbli minħabba fid-dispożizzjonijiet  ta’ dan it-Titlu jew ta’
kull liġi oħra li jkollha x’taqsam mal-logħob jew l-imħatri.
Titolu XIII
FUQ IT-TRANSAZZJONI
X’inhu kuntratt ta’ 
transazzjoni. 
1718. It-transazzjoni hija kuntratt li bih il-partijiet, b’xi ħaġa li
jagħtu, iwiegħdu, jew iżommu, jagħtu tmiem għal kawża mibdija,
jew jevitaw kawża li tkun sejra ssir.
Meta t-transazzjoni 
għandha ssir b’att 
pubbliku.
1719.  (1) Jekk il-kawża li għaliha 1-partijiet iridu jagħtu tmiem,
jew li jkunu jridu jevitaw, ikollha b’oġġett ħwejjeġ immobbli, it-
transazzjoni ma tiswiex jekk ma ssirx b’att pubbliku.
(2) Dan igħodd ukoll meta, sabiex issir it-transazzjoni, tingħata
jew titwiegħed ħaġa immobbli.
Min jista’ jagħmel 
transazzjoni.
1720.  Ma jistgħux jagħmlu transazzjoni ħlief dawk li huma
kapaci li jittrasferixxu l-ħwejjeġ imdaħħlin fit-transazzjoni. 
Transazzjoni bejn 
ir-raġel u l-mara.
1721.  Kull transazzjoni bejn ir-raġel u l-mara, mingħajr
awtorizzazzjoni tal-qorti kompetenti hija nulla, minbarra fil-każjiet
li fihom, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1366, jista’ jsir
bejniethom kuntratt ta’ bejgħ.
Transazzjoni dwar 
beni suġġetti għal 
fedekommess, eċċ.
1722. Kull transazzjoni, dwar beni suġġetti għal fedekommess,
jew dwar manteniment għal li ġej, sew jekk dan ikun ġie mħolli
b’testment jew akkwistat b’donazzjoni jew kuntratt ieħor, sew jekk
ikun ordnat mill-qorti, jew għandu jingħata bis-saħħa tal-liġi, hija
wkoll nulla, jekk issir mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qorti
kompetenti.
Awtorizzazzjoni 
tal-qorti.
1723.  (1) Meta sabiex transazzjoni tkun tiswa hija meħtieġa 1-
awtorizzazzjoni tal-qorti, din 1-awtorizzazzjoni, jekk il-kawża tkun
għad ma nbdietx, jew is-smigħ tal-kawża jkun għad ma nfetaħx,
għandha tiġi mogħtija, meta jkun il-każ, mill-qorti ta’ ġurisdizzjoni
volontarja.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        291
(2) Jekk is-smigħ tal-kawża jkun beda, l-awtorizzazzjoni tista’
tiġi mogħtija sew mill-qorti hawn fuq imsemmija, kemm mill-qorti
li quddiemha tkun miexja l-kawża.
Effett tal-klawsola 
penali.
1724.  (1) Il-klawsola penali magħmula f’kuntratt ta’
transazzjoni kontra 1-parti li tonqos li tesegwixxi dik it-
transazzjoni, tgħodd flok il-kumpens għall-ħsara kkaġunata mid-
dewmien, iżda jibqa’ sħiħ l-obbligu ta’ l-esekuzzjoni tat-
transazzjoni, barra minn dak li jingħad fl-artikolu 1119, fil-każ li l-
kuntratt jiġi annullat.
(2) Jekk il-kuntratt ta’ transazzjoni jiġi attakkat minħabba
nullità , il-ħlas tal-penali, fiż-żmien li tkun miexja l-kawża, jibqa’
sospiż.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu għall-
kuntratti ta’ arbitraġġ li jkun fihom klawsoli penali.
Effetti tat-
transazzjoni.
1725. Fit-transazzjoni ma jidħolx ħlief dak li hu l-oġġett tagħha:
fir-rinunzja magħmula f’kuntratt ta’ transazzjoni għall-jeddijiet,
azzjonijiet, u pretensjonijiet kollha, jidħol biss dak li jkollu
x’jaqsam mal-kwistjonijiet li minħabba fihom tkun saret dik it-
transazzjoni.
It-transazzjoni ma 
tagħtix tmiem ħlief 
għall-kwistjonijiet 
li jkunu fil-ħsieb 
tal-partijiet.
1726. It-transazzjoni ma tagħtix tmiem ħlief għall-kwistjonijiet
li l-partijiet kellhom fil-ħsieb, sew jekk dawn il-partijiet ikunu
wrew il-ħsieb tagħhom bi kliem speċjali jew ġenerali, kemm jekk
dan il-ħsieb ikun jidher bħala ta’ bil-fors il-konsegwenza ta’ dak li
jkun ġie ddikjarat.
Meta persuna li 
tagħmel 
transazzjoni fuq 
jedd, takkwista 
wara jedd bħalu.
1727. Jekk persuna li tkun għamlet transazzjoni fuq jedd tagħha
nfisha, wara takkwista jedd bħalu mingħand persuna oħra, ma
tibqax obbligata bit-transazzjoni ta’ qabel għall-jedd akkwistat
ġdid.
Transazzjoni 
magħmula minn 
wieħed fost bosta 
interessati.
1728.  It-transazzjoni magħmula minn wieħed fost bosta
interessati ma torbotx lill-oħrajn, u ma tistax tiġi eċċepita
minnhom. 
Transazzjoni 
għandha setgħa ta’ 
sentenza li 
għaddiet f’ġudikat.
1729.  (1) It-transazzjoni għandha, bejn il-partijiet, is-setgħa ta’
sentenza li għaddiet f’ġudikat.
(2) Ma tistax tiġi attakkata minħabba żball ta’ liġi.
Meta transazzjoni 
tista’ tiġi rexxissa.
1730.  (1) Iżda, transazzjoni tista’ tiġi rexxissa jekk ikun hemm
żball dwar il-persuna li magħha sar il-ftehim, jew dwar il-ħaġa li
kienet l-oġġett tal-kwistjoni li fuqha l-partijiet kellhom il-ħsieb li
jittransiġu.
(2) It-transazzjoni tista’ tiġi rexxissa kull meta jkun hemm
egħmil doluż jew vjolenza.
Żball tal-fatt.
żball ta’ fatt, tkun saret b’esekuzzjoni ta’ titolu null, iżda dan
kemm-il darba l-partijiet ma jkunux irranġaw espressament fuq dik
in-nullità .
Dokumenti foloz.
foloz, hija nulla għal kollox.
  292      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Transazzjoni fuq 
kawża li għaddiet 
f’ġudikat.
1733.  (1) It-transazzjoni dwar kawża li tkun spiċċat b’sentenza
li għaddiet f’ġudikat, meta l-partijiet jew waħda minnhom ma
kinux jafu biha, hija wkoll nulla.
(2) Jekk mis-sentenza li l-partijiet ma kinux jafu biha, ikun
għad jista’ jsir appell, it-transazzjoni tiswa.
Meta jinsabu 
dokumenti wara 
transazzjoni.
1734.  (1) Meta l-partijiet ikunu għamlu transazzjoni b’mod
ġenerali dwar l-affarijiet kollha li jista’ jkun hemm bejniethom, id-
dokumenti li ma kinux jafu bihom, jew li jiġu mikxufa wara, ma
jagħtux jedd biex tintalab ir-rexxissjoni, ħlief jekk ikunu ġew
moħbija b’egħmil ta’ waħda mill-partijiet.
(2) Iżda, it-transazzjoni hija nulla, meta ssir fuq ħaġa waħda
biss, u jiġi ppruvat bid-dokumenti mikxufa wara, li waħda mill-
partijiet ma kellha ebda jedd fuq dik il-ħaġa.
Żball ta’ kalkolu. 1735.  Kull waħda mill-partijiet għandha jedd li titlob li jiġi
msewwi żball ta’ kalkolu li sar fit-transazzjoni.
Transazzjoni fuq 
wirt.
1736. It-transazzjoni fuq wirt li jkun jiddependi minn testment, li
ma jkunx magħruf, hija nulla.
Titolu XIV
FUQ ID-DONAZZJONI
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
X’inhi donazzjoni. 1737.  (1) Il-liġi ma tagħrafx ħlief id-donazzjonijiet bejn il-
ħajjin.
(2) Id-donazzjoni bejn il-ħajjin hija kuntratt li bih id-donatur,
għal dejjem u bla ħlas, jittrasferixxi ħaġa  lid-donatarju, li dan
jaċċetta.
(3) Id-donazzjoni li fiha d-donatur iżomm il-jedd li jħassarha
jew li jbiddilha, hija nulla, barra minn fil-każijiet li dan il-Kodiċi
jsemmi espressament.
Rigali 
b’rikonoxxenza.
1738. Ir-rigali li wieħed jagħti b’rikonoxxenza, jew b’tagħrif tal-
merti tad-donatarju, jew bi ħlas speċjali ta’ xogħol li għalih id-
donatarju ma jkollu ebda jedd ta’ azzjoni, kif ukoll ir-rigali li
bihom jiġi ordnat xi piż lid-donatarju, huma wkoll donazzjoni, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu ta’ wara dan.
Donazzjoni flok 
ħlas.
1739. Jekk id-donazzjoni ssir bi ħlas ta’ xi xogħol li għalih id-
donatarju kellu jedd ta’ azzjoni, ir-regoli partikolari dwar id-
donazzjonijiet ma jgħoddux, ħlief meta l-valur tal-ħaġa mogħtija
b’donazzjoni jkun iżjed, għall-anqas bin-nofs, mill-ħlas li jkun
ħaqqu dak ix-xogħol, u dwar dan iż-żejjed biss.
Donazzjonijiet 
onerużi.
1740.  Ir-regoli partikolari dwar id-donazzjonijiet lanqas ma
jgħoddu għad-donazzjonijiet onerużi lid-donatarju, ħlief meta l-
valur tal-ħaġa mogħtija jkun iżjed, għall-anqas bin-nofs, tal-valur
tal-piżijiet ordnati lid-donatarju, u dwar dan iż-żejjed biss.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        293
Fid-donazzjoni 
tidħol biss il-
proprjetà  preżenti.
1741.  (1) Id-donazzjoni ma tistax tkun ħlief tal-beni li d-
donatur ikollu fiż-żmien tad-donazzjoni.
(2) Jekk fid-donazzjoni jiġu mdaħħla beni li d-donatur għad
ikollu, id-donazzjoni hija nulla dwar dawn il-beni.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għad-
donazzjonijiet imsemmijin fis-Sub-titoli IV u V ta’ dan it-Titolu.
Benefizzji 
ekklesjastiċi, eċċ., 
regolati mil-liġi 
kanonika. 
Miżjud:
V. 1920.2.
1742.  Bla ħsara ta’ kull liġi oħra speċjali f’Malta, il-benefizzji
ekklesjastiċi, jew il-kappellaniji ekklesjastiċi perpetwi, jew il-
patrimonji sagri jew sussidji patrimonjali perpetwi għandhom, sew
għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eżerċizzju, it-tgawdija, it-tmiem
jew it-telf tal-ġuspatrunat, attiv jew passiv, kif ukoll għal dak li
għandu x’jaqsam mal-kwalifiki u l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex
jistgħu jikkostitwixxu titolu ta’ ordinazzjoni jew sabiex jista’ jsir
użu minnhom għaldaqshekk, huma regolati mil-liġi kanonika li issa
jew minn żmien għal żmien tkun isseħħ f’Malta:
Iżda, xejn f’dan l-artikolu ma jista’ jkun ta’ ħsara għal ebda
jedd li jmiss lill-Gvern u li hu mill-Gvern eżerċitat dwar benefizzji,
kappellaniji, patrimonji sagri jew sussidji patrimonjali.
Sub-titolu I
FUQ MIN JISTA’ JAGĦMEL JEW JIRĊIEVI DONAZZJONI
Min jista’ jagħmel 
jew jirċievi 
donazzjoni. 
Emendat: 
LVIII. 1975.10. 
Kap. 201.
1743.  Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Manumorta, jistgħu jagħmlu jew jirċievu donazzjoni l-persuni
kollha, minbarra dawk li f’dan it-Titolu huma ddikjarati inkapaċi. 
Persuni inkapaċi li 
jagħmlu 
donazzjoni. 
Emendat: 
XLVI. 1973.87.
1744. Huma inkapaċi li jagħmlu donazzjoni -
(a) dawk li, skond l-artikolu 597(a),  (b), (ċ) u (d), huma
inkapaċi li jagħmlu testmenti;
(b) l-interdett minħabba tberbiq, jekk ma jkunx ġie
awtorizzat biex jagħmel donazzjoni mill-qorti li tkun
ordnat l-interdizzjoni tiegħu;
(ċ) il-minuri, ħlief b’kuntratt ta’ żwieġ bħal ma jingħad fl-
artikolu 1807.
Nullità  ta’ 
donazzjoni 
għalkemm l-
inkapaċità  tad-
donatur tispiċċa 
qabel l-
esekuzzjoni.
1745. Id-donazzjoni magħmula minn min mhux kapaċi jagħmel
donazzjoni, hija nulla, ukoll jekk l-inkapaċità  tad-donatur tkun
spiċċat qabel iż-żmien li fih id-donazzjoni għandha tiġi esegwita. 
Persuni mhux 
kapaċi li jirċievu 
b’donazzjoni.
1746.  (1) Mhumiex kapaċi li jirċievu b’donazzjoni dawk illi,
fiż-żmien tad-donazzjoni, jew fiż-żmien li sseħħ il-kondizzjoni
sospensiva li minnha d-donazzjoni kienet tiddependi, ikunu
għadhom ma ġewx konċepiti.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għat-tfal
  294      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
immedjati ta’ persuna determinata u li tkun ħajja fi żmien id-
donazzjoni, u lanqas għal persuni li jkunu msejħa biex igawdu xi
fondazzjoni.
Dawk li ma 
jitwildux fi stat li 
jistgħu jgħixu.
1747.  (1) Lanqas m’huma kapaċi biex jirċievu b’donazzjoni
dawk li jitwieldu fi stat li ma jistgħux igħixu.
(2) Fid-dubju, jitqiesu li jistgħu jgħixu dawk li jitwieldu ħajjin.
Persuni li ma 
jistgħux jirċievu 
b’donazzjoni iżjed 
milli jitħalla lilhom 
b’testment. 
Emendat: 
XXI.1962.18.
1748.  Il-persuni hawn taħt imsemmija ma jistgħux jirċievu
b’donazzjoni iżjed minn dak li jista’ jitħalla lilhom b’testment, kif
hemm fl-artikoli 602, 603, 604 u 611:
(a) it-tfal illeġittimi tad-donatur;
(b) żewġ jew mart id-donatur;
(ċ) it-tfal tad-donatur, imwielda mit-tieni żwieġ, jew minn
żwieġ wara dan u t-tfal adottati tad-donatur; 
(d) il-membri ta’ l-ordnijiet monastiċi u tax-xirkiet
reliġjużi ta’ regolari, wara li jkunu ntrabtu bil-voti fl-
ordni jew xirka reliġjuża.
Tgħodd id-
disposizzjoni ta’ l-
art. 609.
1749.  Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 609 dwar l-inkapaċità
tat-tutur jew kuratur, igħoddu għad-donazzjonijiet.
Donazzjoni 
moħbija taħt 
għamla ta’ kuntratt 
b’titolu oneruż.
1750. Id-donazzjoni magħmula favur ta’ persuna mhix kapaċi li
tirċievi b’donazzjoni, taħt l-artikoli ta’ qabel dan, hija nulla, kollha
jew f’parti, skond ix-xorta ta’ inkapaċità , ukoll jekk tiġi moħbija
taħt il-għamla ta’ kuntratt b’titolu oneruż, jew magħmula f’isem ta’
persuna interposta.
Persuni interposti. 1751.  (1) Jitqiesu persuni interposti, skond il-każ, il-missier u l-
omm, l-ulied u d-dixxendenti, u r-raġel jew il-mara tal-persuna
inkapaċi li tirċievi b’donazzjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għal
missier u omm il-persuni msemmijin fl-artikolu 1748(d).
Donazzjoni 
magħmula lin-
nutar li jirċievi l-
att, eċċ. 
Emendat: 
XLVI. 1973.88.
1752. Id-donazzjoni magħmula lin-nutar li jkun irċieva l-att tad-
donazzjoni, jew lill-mara jew lir-raġel tan-nutar, jew lil wieħed
minn qrabatu mid-demm jew bi żwieġ sat-tielet grad
inklużivament, tista’ tiġi annullata fuq talba tad-donatur jew tal-
werrieta tiegħu, sakemm din id-donazzjoni ma tkunx ġiet esegwita.
Sub-titolu II
FUQ IL-FORMA U L-EFFETTI TAD-DONAZZJONI
Id-donazzjoni 
għandha ssir b’att 
pubbliku.
1753.  (1) Id-donazzjoni hija nulla jekk ma ssirx b’att pubbliku.
(2) Iżda, id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma jgħoddux -
(a) għal rigali, li jingħataw minn id għal id, ta’ flus jew ta’
ħwejjeġ mobbli korporali oħra, jew ta’ titoli għall-
portatur, jekk is-somma jew il-valur tagħhom ikun
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        295
żgħir, meta jitqiesu l-kondizzjoni tal-persuni u
ċirkostanzi oħra;
(b) għal rinunzja gratuwita ta’ jeddijiet jew għal ċessjoni
ta’ krediti jew ta’ titoli negozjabbli, jew għal maħfra
ta’ djun jew għal patt magħmul favur terzi fil-każijiet
imsemmijin fl-artikoli 999, 1000 u 1704:
Iżda, għal dik li hija l-forma ta’ din ir-rinunzja,
ċessjoni, maħfra jew patt, għandhom jiġu mħarsa d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli hawn fuq imsemmija jew
ta’ liġijiet oħra, għalkemm dawn id-disposizzjonijiet
igħoddu għal kuntratti b’titolu oneruż.
Meta d-donazzjoni 
tobbliga lid-
donatur.
1754.  (1) Id-donazzjoni ma tobbligax lid-donatur u ma għandha
ebda effett ħlief minn dak in-nhar li d-donatarju, espressament jew
taċitament, ikun aċċettaha.
(2) L-aċċettazzjoni ta’ donazzjoni ta’ ħwejjeġ immobbli hija
nulla, jekk ma ssirx fl-att stess tad-donazzjoni jew b’att pubbliku
ieħor.
Żmien għall-
aċċettazzjoni ta’ 
donazzjoni.
1755.  Id-donatarju għandu jedd jaċċetta d-donazzjoni f’kull
żmien fil-ħajja tad-donatur sakemm dan ma jħassarhiex. 
Meta l-
aċċettazzjoni tista’ 
ssir wara l-mewt 
tad-donatur.
1756.  (1) L-aċċettazzjoni magħmula wara l-mewt tad-donatur
ma tiswiex, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
(a) meta d-donatur ikun żamm għalih, għaż-żmien ta’
ħajtu,  l-użu jew  l-użufrutt  tal-ħaġa  mogħtija
b’donazzjoni;
(b) meta l-esekuzzjoni tad-donazzjoni għandha ssir wara l-
mewt tad-donatur;
(ċ) meta d-donatur imut fi żmien tliet xhur minn dak in-
nhar tad-donazzjoni.
(2) F’kull wieħed mill-każijiet hawn fuq imsemmija, id-
donatarju jista’, fi żmien li jiġi mogħti mill-qorti, fuq talba ta’ min
ikollu interess, jaċċetta validament id-donazzjoni li ma tkunx ġiet
imħassra mid-donatur; dan iż-żmien ma jistax ikun iżjed minn
xahar, imma jista’ jiġi għal raġuni tajba mġedded mill-qorti għal
xahar ieħor.
Aċċettazzjoni mill-
werrieta jew mill-
kredituri tad-
donatarju.
1757.  L-aċċettazzjoni  magħmula mill-werrieta jew  mill-
kredituri tad-donatarju ma tiswiex.
Donazzjoni 
magħmula lil 
minuri. 
Emendat: 
XLVI. 1973.90; 
XXI.1993.2.
1758.  (1) Id-donazzjoni magħmula lil wieħed minuri tista’ tiġi
aċċettata għalih sew mill-missier kemm mill-omm, kif ukoll, minn
kull wieħed mill-axxendenti tan-naħa ta’ missieru jew ta’ ommu,
għalkemm missieru jew ommu jkunu ħajja.
(2) Jekk id-donazzjoni ssir minn wieħed mill-ġenituri jew mill-
axxendenti tal-minuri, tista’ tiġi aċċettata għalih mill-ġenitur l-
ieħor jew minn kull axxendent ieħor.
(3) Iżda, jekk il-minuri jkun suġġett għas-setgħa tal-ġenituri,
ebda persuna, barra mill-ġenitur li jkun qed jeżerċita is-setgħa tal-
  296      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
ġenituri, ma tista’ taċċetta d-donazzjoni f’isem il-minuri jekk mhux
bl-awtorità  tal-qorti.
(4) Jekk id-donazzjoni ssir mill-missier u l-omm tal-minuri, il-
qorti tista’ tagħti l-awtorizzazzjoni lill-minuri nnifsu biex
jaċċettaha, jew taħtar persuna biex taċċettaha għalih.
Donazzjoni lil tifel 
illeġittimu.
1759. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll fil-każ ta’ missier u omm ta’ iben illeġittimu magħruf fl-
istess att ta’ aċċettazzjoni, jew b’att ieħor, jew leġittimat b’digriet
tal-qorti.
Donazzjoni 
magħmula lil 
persuna taħt tutela 
jew kurazija.
1760.  Id-donazzjoni magħmula lil persuna li, minħabba l-età
tagħha jew għal raġunijiet oħra, tkun taħt tutela jew kurazija, ma
tistax tiġi aċċettata ħlief mit-tutur jew kuratur, bl-awtorizzazzjoni
tal-qorti.
Nullità  ta’ 
donazzjoni 
minħabba nuqqas 
ta’ 
awtorizzazzjoni.
1761.  Fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar tliet artikoli qabel dan,
id-donazzjoni ma tistax tiġi annullata minħabba nuqqas ta’
awtorizzazzjoni hemm imsemmija, ħlief fuq talba tad-donatarju; u
din it-talba ma tistax issir ħlief fi żmien sentejn minn dak in-nhar li
d-donatarju jsir ta’ l-età , jew ma jibqax taħt tutela jew kurazija.
Meta jista’ jinħatar 
kuratur speċjali.
1762.  (1) Jekk fil-każijiet imsemmijin fl-artikoli 1758, 1759 u
1760, il-missier jew l-omm, l-axxendent leġittimu, jew it-tutur jew
kuratur, ma jeħdux ħsieb, jew, mingħajr raġuni tajba, ma jkunux
iridu jaċċettaw id-donazzjoni, il-qorti, fuq talba ta’ kull min ikun,
taħtar kuratur speċjali għaldaqshekk.
(2) Dan igħodd ukoll jekk dak li jagħmel it-talba jistqarr bil-
ġurament li ma jafx jekk il-minuri għandux ġenituri jew axxendenti
leġittimi, ħajjin, inkella, li ma jafx fejn jinsab xi wieħed minn dawk
il-ġenituri jew axxendenti, u l-qorti jkun jidhrilha li d-donazzjoni
hija ta’ ġid għall-minuri.
Meta l-minuri 
nnifsu jista’ 
jaċċetta 
donazzjoni. 
Emendat: 
XXI.1993.2.
1763.  Il-minuri li ma jkunx taħt is-setgħa tal-ġenituri u lanqas
ikollu kuratur, jista’ wkoll validament jaċċetta donazzjoni jekk
ikun għalaq l-erbatax-il sena; iżda bla ħsara, favur tiegħu, ta’ l-
azzjoni tat-tħassir tad-donazzjoni, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 971.
Obbligu ta’ 
persuna li taċċetta 
għal ħaddieħor. 
Emendat: 
XLVI.1973.91.
1764.  (1) Il-persuna li skond il-liġi tkun aċċettat donazzjoni
għal ħaddieħor hija obbligata titlob l-iskrizzjoni tad-donazzjoni,
meta huwa l-każ, fir-Reġistru Pubbliku, skond id-disposizzjonijiet
u għall-finijiet ta’ l-artikolu 996.
(2) Iżda, din l-iskrizzjoni tista’ ssir ukoll b’talba tan-nutar li
jkun irċieva l-att tad-donazzjoni jew ta’ l-aċċettazzjoni, jew b’talba
tad-donatarju, ikun min ikun, ukoll mingħajr ebda awtorizzazzjoni. 
Restitutio in 
integrum. 
Emendat: 
XLVI. 1973.92.
1765.  (1) Il-minuri, jew kull donatarju ieħor, ma għandhomx
jedd ta’ l-azzjoni għar-restitutio in integrum fil-każ ta’ nuqqas ta’
aċċettazzjoni jew ta’ l-iskrizzjoni tad-donazzjoni; bla ħsara tal-jedd
li d-donatarju għandu skond il-liġi li jdur kontra l-persuna li kienet
obbligata taċċetta għalih id-donazzjoni jew li titlob l-iskrizzjoni
tagħha.
(2) Ir-restitutio in integrum ma jingħatax lanqas jekk il-persuna
hekk obbligata tkun mhux solvibbli.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        297
Donazzjoni 
b’kontemplazzjoni 
ta’ żwieġ ma tistax 
tiġi attakkata 
minħabba nuqqas 
ta’ aċċettazzjoni.
1766. Id-donazzjonijiet li jsiru b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ ċert
u determinat, u qabel ma dan iż-żwieġ isir, sew mill-għarajjes
bejniethom, sew minn ħaddieħor lill-għarajjes u lit-tfal li jitwieldu
miż-żwieġ tagħhom, ma jistgħux jiġu attakkati minħabba li ma
jkunux ġew aċċettati.
Donazzjonijiet 
bejn ir-raġel u l-
mara matul iż-
żwieġ.
1767. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan igħoddu
wkoll għad-donazzjonijiet bejn ir-raġel u l-mara, matul iż-żwieġ.
Donazzjoni taħt 
kondizzjoni ta’ 
radd tal-ħaġa 
mogħtija jekk id-
donatur ikollu tfal.
1768. B’dak kollu li jingħad fl-artikolu 1056, tiswa d-donazzjoni
magħmula taħt il-kondizzjoni li d-donatarju għandu jrodd il-ħaġa
mogħtija lilu, kemm-il darba d-donatur ikollu tfal minn żwieġ
magħmul qabel jew wara d-donazzjoni.
Djun tad-donatur.
meta d-donazzjoni ma tkunx issuġġettatu għalihom; bla ħsara tal-
jedd tal-kredituri għall-azzjoni msemmija fl-artikolu 1144, u għall-
azzjoni ipotekarja, meta hemm lok għaliha.
Donazzjoni taħt 
kondizzjoni tal-
ħlas tad-djun.
1770.  (1) Tiswa d-donazzjoni magħmula taħt il-kondizzjoni tal-
ħlas ta’ djun jew piżijiet li jkun hemm fi żmien id-donazzjoni, jew
ta’ djun jew piżijiet li għad ikun hemm, basta li dawn ikunu għal
ħwejjeġ imsemmijin fl-att tad-donazzjoni jew b’nota mgħaqqda
miegħu.
(2) Iżda, id-donazzjoni magħmula taħt kondizzjoni ta’ ħlas ta’
djun jew piżijiet oħra li għad ikun hemm, hija nulla.
Limiti tar-
responsabbiltà  tad-
donatarju.
1771. F’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fis-subartikolu (1)
ta l-aħħar artikolu qabel dan, jekk fl-att jew fin-nota fuq imsemmija
ma jkunx ġie ddikjarat ukoll l-ammont tad-djun jew piżijiet, id-
donatarju mhux obbligat għal iżjed mill-valur tal-ħaġa mogħtija
b’donazzjoni, ħlief kemm-il darba hu jkun intrabat espressament li
jħallas dawk id-djun jew piżijiet, jilħaq kemm jilħaq l-ammont
tagħhom.
Meta jitqies li 
hemm din l-
kondizzjoni.
1772.  Iżda, id-donazzjoni tal-beni kollha preżenti jew ta’ parti
tal-beni kollha preżenti, titqies li saret, meta l-att tad-donazzjoni
ma jkun fih xejn li juri intenzjoni kuntrarja, bil-patt li titnaqqas
minnha, qabel ma l-beni jiġu mitluqa jew ikkunsinnati, is-somma
tad-djun tad-donatur, li jkun hemm fiż-żmien tad-donazzjoni,
kollha jew fil-proporzjon tas-sehem mogħti b’donazzjoni, skond
jekk id-donazzjoni tkunx tal-beni kollha jew ta’ parti minnhom
biss:
Iżda, dan it-tnaqqis ma jkunx jista’ iżjed jintalab wara li
jiġu kkunsinnati jew mitluqa l-beni; bla ħsara tad-jedd tal-kredituri
għall-waħda jew l-oħra mill-azzjonijiet imsemmijin fl-artikolu
1769. 
Manteniment lid-
donatur.
1773.  (1) Id-donatarju hu obbligat jagħti l-manteniment lid-
donatur li jaqa’ fil-bżonn, sa l-ammont li jkunu jġibu l-frottijiet tal-
ħaġa, iżda dan kemm-il darba d-donatarju jkollu għandu l-ħaġa
mogħtija b’donazzjoni jew il-valur tagħha u ma jkunx huwa nnifsu
fil-bżonn.
(2) Jekk il-ħaġa mogħtija b’donazzjoni tkun għand id-
  298      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
donatarju, iżda ma tkunx tagħti frottijiet, l-obbligu hawn fuq
imsemmi jasal sas-somma ta’ l-imgħaxijiet fuq il-valur tal-ħaġa
nfisha, bi stima.
(3) Jekk id-donatarji jkunu tnejn jew iżjed, id-donatarju ta’
qabel għandu l-obbligu hawn fuq imsemmi fil-każ biss li għall-
manteniment tad-donatur ma jkunx biżżejjed dak li jkun imissu
jagħti d-donatarju ta’ warajh.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu ukoll jekk id-
donatur ikollu qraba mid-demm jew bi żwieġ, li jkunu obbligati u fi
stat li jistgħu jagħtuh il-manteniment.
Żamm tal-jedd li 
jiddisponi.
1774.  Jekk id-donatur ikun żamm il-jedd li jiddisponi minn xi
ħaġa mdaħħla fid-donazzjoni, jew minn somma partikolari fuq il-
beni mogħtija b’donazzjoni, u jmut mingħajr ma jkun iddispona
mill-ħaġa, din il-ħaġa jew somma ssir tad-donatarju, barra minn fil-
każ ta’ dikjarazzjoni kuntrarja magħmula espressament fl-att stess
tad-donazzjoni, jew barra minn fil-każ li d-donatarju jkun
impedixxa lid-donatur milli jiddisponi minn dik il-ħaġa jew
somma.
Jedd fuq il-ħaġa li 
titħalla barra mid-
donazzjoni.
1775.  Jekk id-donatur ikun ħalla barra mid-donazzjoni xi ħaġa
sabiex jiddisponi minnha, u hu ma jiddisponix minnha la b’att fost
il-ħajjin u lanqas b’testment, din il-ħaġa tkun tmiss lill-werrieta
tad-donatur, barra minn meta d-donatur innifsu jkun, fl-att stess
tad-donazzjoni, iddikjara espressament li, jekk imut mingħajr ma
jkun iddispona minnha, din il-ħaġa għandha tmiss lid-donatarju.
Projbizzjoni ta’ 
fedekommessi fid-
donazzjonijiet.
1776.  Il-fedekommessi huma ipprojbiti fid-donazzjonijiet bħal
fit-testmenti; u dak li hu miġjub fl-artikoli 331, 736 u 757 sa 761
igħodd għad-donazzjonijiet.
Riserva ta’ 
użufrutt.
1777.  Id-donatur jista’ jżomm favur tiegħu l-użufrutt tal-ħaġa
mogħtija b’donazzjoni.
Donazzjoni ta’ 
ħwejjeġ mobbli 
b’żamm tal-jedd 
ta’ l-użufrutt.
1778. Jekk f’donazzjoni ta’ ħwejjeġ mobbli d-donatur iżomm il-
jedd ta’ l-użufrutt, id-donatarju għandu, meta dan l-użufrutt
jispiċċa, l-istess jeddijiet, kontra d-donatur jew il-werrieta tiegħu,
li huma mogħtija lis-sid taħt id-disposizzjonijiet tat-Titolu III tat-
Taqsima I tat-Tieni Ktieb ta’ dan il-Kodiċi għar-radd ta’ dawk il-
ħwejjeġ.
Patt riversiv. 
Emendat: 
XXXIX.1939.10.
1779.  (1) Id-donatur jista’ jżomm għalih u għall-werrieta tiegħu
l-patt riversiv dwar il-ħwejjeġ mogħtija b’donazzjoni, fil-każ li d-
donatarju jmut mingħajr tfal, f’kull żmien li jkun.
(2) Jista’ wkoll iżomm il-patt riversiv dwar il-ħwejjeġ mogħtija
b’donazzjoni sew fil-każ li jmut qablu d-donatarju biss kemm fil-
każ li jmutu qablu d-donatarju u d-dixxendenti tiegħu:
Iżda dan il-patt ma jistax isir ħlief favur id-donatur biss.
Effett tal-patt 
riversiv.
1780.  Meta l-patt riversiv iseħħ, kull trasferiment tal-beni
mogħtija b’donazzjoni jinħall, u dawn il-beni jerġgħu jmorru lura
għand id-donatur ħielsa minn kull piż jew ipoteka, iżda tibqa’ l-
ipoteka inskritta bħala garanzija tad-dota u tad-dotarju li jmissu
lill-mara tad-donatarju, meta l-beni l-oħra tiegħu ma jkunux
biżżejjed għaldaqshekk, u d-donazzjoni tkun saret lilu bl-istess
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        299
kitba taż-żwieġ li biha ġiet ikkostitwita d-dota jew imwiegħed id-
dotarju. 
Donazzjoni bil-patt 
riversiv favur ta’ 
iżjed minn persuna 
waħda.
1781.  Meta d-donazzjoni bil-patt riversiv issir favur żewġ
persuni jew iżjed, u xi waħda minn dawn il-persuni jew id-
dixxendenti tagħha tmut jew imutu qabel, skond il-każijiet
imsemmija fl-artikolu 1779, il-kondizzjoni titqies li seħħet dwar is-
sehem tal-persuna mejta, u d-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan isiru jgħoddu dwar dan is-sehem.
Garanzija tad-
donatur.
1782.  Id-donatur mhux obbligat jagħmel tajjeb lid-donatarju
għall-evizzjoni li dan ibati tal-ħwejjeġ mogħtija lilu b’donazzjoni,
ħlief f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) meta d-donazzjoni ssir b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ,
jew b’titolu ta’ patrimonju sagru;
(b) meta d-donatur iwiegħed espressament il-garanzija;
(ċ) meta l-evizzjoni ssir minħabba djun li għalihom id-
donatur ikun obbligat personalment;
(d) meta d-donatur jagħti ħaġa ta’ ħaddieħor, b’mala fidi u
bil-ħsieb li jġiegħel lid-donatarju li jagħti, inkella li
jagħmel jew ma jagħmilx xi ħaġa;
(e) meta, bid-donazzjoni, ikunu ġew ordnati lid-donatarju
piżijiet li jistgħu jinstmaw fi flus, jew meta d-
donazzjoni tkun ġiet magħmula bi ħlas ta’ xogħol li
jista’ jiġi stmat fi flus u li għalih kien imiss lid-
donatarju jedd ta’ azzjoni: f’dan il-każ id-donatur hu
obbligat jagħmel tajjeb sas-somma li jkunu jiswew
dawk il-piżijiet jew xogħol.
Effetti tal-
garanzija.
1783.  (1) Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d)
ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, id-donatarju ma jistax jitlob
mingħand id-donatur iżjed mill-valur li l-ħaġa mogħtija lilu
b’donazzjoni kellha fiż-żmien tad-donazzjoni, ħlief jekk, fil-każ
imsemmi fil-paragrafu (d), id-donatarju jkun bata ħsara f’somma
akbar minn kemm tkun tiswa l-ħaġa mogħtija b’donazzjoni: f’dan
il-każ l-effetti tal-garanzija jaslu sa dik is-somma.
(2) Fil-każ imsemmi fil-paragrafu (e) ta’ l-artikolu hawn fuq
imsemmi, id-donatarju jista’ jitlob mingħand id-donatur somma
daqs kemm ikun il-valur tal-piżijiet li hu ħallas jew tax-xogħol li
hu għamel, ikun kemm ikun il-valur tagħhom.
Servitù j ew 
piżijiet.
1784.  Id-donatur mhux obbligat jeħles il-ħaġa mogħtija
b’donazzjoni minn servitujiet jew piżijiet oħra li għalihom tkun
suġġetta, bla ħsara tal-jedd tad-donatarju, li jkun aċċetta d-
donazzjoni mingħajr ma kien jaf b’dawk is-servitujiet jew piżijiet,
illi jirrinunzja għall-ħaġa mogħtija b’donazzjoni sa żmien sena
minn dak in-nhar li jkun sar jaf b’dawk is-servitujiet jew piżijiet.
  300      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Sub-titolu III
FUQ L-EĊĊEZZJONIJIET GĦAR-REGOLA DWAR LI D-
DONAZZJONIJIET MA JISTGĦUX JITĦASSRU
Raġuni għat-tħassir 
ta’ donazzjoni.
1785.  Id-donazzjonijiet jistgħu jitħassru biss bis-saħħa ta’
kondizzjoni riżoluttiva, espressa jew taċita, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1066, 1067, 1068 u 1069, inkella
minħabba ingratitudni.
Tħassir bis-saħħa 
ta’ kondizzjoni 
riżoluttiva.
1786.  Jekk it-tħassir tad-donazzjoni jsir bis-saħħa ta’
kondizzjoni riżoluttiva, il-beni jerġgħu lura għand id-donatur ħielsa
minn kull piż jew ipoteka li d-donatarju jkun għamel fuqhom; u d-
donatur għandu kontra t-terzi pussessuri ta’ l-immobbli li kienu
ġew mogħtija b’donazzjoni, il-jeddijiet kollha li kien ikollu kontra
d-donatarju nnifsu.
Tħassir minħabba 
ingratitudni.
1787.  Id-donazzjoni ma tistax titħassar minħabba ingratitudni,
ħlief f’wieħed jew ieħor mill-każijiet li ġejjin:
(a) jekk id-donatarju jkun ittenta għall-ħajja tad-donatur,
jew ikun sar ħati lejh ta’ moħqrija jew ta’ inġurja
gravi; 
(b) jekk id-donatarju jkun volontarjament, u bil-ħsieb li
jagħmel deni lid-donatur, għamel ħsara kbira fil-
proprjetà  ta’ dan, jew ippreġudikalu ħafna l-interessi
tiegħu;
(ċ) jekk, fil-każ li d-donatur ikun fi bżonn urġenti ta’
manteniment jew ta’ għajnuna personali oħra, id-
donatarju jiċħadlu l-għajnuna li mingħajr xkiel kbir
għalih innifsu seta’ jagħtih.
It-tħassir għal 
ingratitudni ma jsir 
qatt ipso jure.
1788. It-tħassir ta’ donazzjoni minħabba ingratitudni ma jsir qatt
ipso jure.
Ir-rinunzja għall-
jedd ta’ tħassir 
minħabba 
ingratitudni hija 
nulla.
1789. Ir-rinunzja għall-jedd ta’ tħassir ta’ donazzjoni minħabba
ingratitudni, hija nulla, meta tkun saret qabel ma jkun ġara l-każ li
jagħti lok għall-eżerċizzju ta’ dak il-jedd.
Limiti ta’ żmien li 
fih tista’ titmexxa 
l-azzjoni għat-
tħassir.
1790.  (1) It-talba għat-tħassir ta’ donazzjoni minħabba
ingratitudni ma tistax issir ħlief sa żmien sena minn dak in-nhar tal-
fatt li d-donatur iġib kontra d-donatarju, jew minn dak in-nhar li d-
donatur seta’ jsir jaf b’dak il-fatt.
(2) It-tħassir għar-raġuni hawn fuq imsemmija ma jistax
jintalab mid-donatur kontra l-werrieta tad-donatarju, lanqas mill-
werrieta tad-donatur kontra d-donatarju, ħlief meta, f’dan l-aħħar
każ, l-azzjoni tkun inġiebet ‘il quddiem mid-donatur innifsu, jew
dan ikun miet fi żmien sena minn dak in-nhar li ġara l-fatt.
It-tħassir mhux ta’ 
ħsara għat-
trasferimenti, eċċ.
1791.  It-tħassir ta’ donazzjoni minħabba ingratitudni mhix ta’
preġudizzju għat-trasferimenti magħmulin mid-donatarju, jew
għall-ipoteki jew piżijiet oħra li hu jkun għamel fuq il-beni
mogħtija lilu b’donazzjoni, qabel ma tkun saret it-talba ġudizzjarja
għat-tħassir tad-donazzjoni.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        301
(2) Iżda, id-donatarju għandu jrodd lid-donatur il-valur tal-
ħwejjeġ ittrasferiti, skond il-valur tagħhom fiż-żmien tat-talba fuq
imsemmija, flimkien mal-frottijiet minn dak in-nhar ta’ dik it-talba,
u għandu jħallas il-ħsara li jbati d-donatur minħabba l-ipoteki jew
piżijiet oħra li għalihom ikun issuġġetta l-beni li ma ġewx
ittrasferiti.
Donazzjoni 
b’kontemplazzjoni 
ta’ żwieġ mhix 
suġġetta għat-
tħassir minħabba 
ingratitudni.
1792.  (1) Id-donazzjonijiet magħmulin b’kontemplazzjoni ta’
żwieġ ma jistgħux jiġu mħassra minħabba ingratitudni.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għad-
donazzjonijiet li l-għarajjes jagħmlu lil xulxin.
Sub-titolu IV
FUQ ID-DONAZZJONIJIET MAGĦMULIN B’KONTEMPLAZZJONI TA’ 
ŻWIEĠ
Id-donazzjonijiet 
ta’ beni preżenti 
jaqgħu taħt ir-
regoli ġenerali.
1793.  Id-donazzjonijiet ta’ beni preżenti biss, għalkemm
magħmulin b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ, jaqgħu, jekk ma jkunx
hemm disposizzjoni kuntrarja, taħt ir-regoli miġjubin f’dan it-
Titolu dwar id-donazzjonijiet in ġenerali.
Donazzjonijiet ta’ 
beni li għandhom 
jitħallew fil-mewt 
tad-donatur.
1794.  Kull persuna kapaċi tista’, b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ
ċert u determinat, iżda qabel ma jsir iż-żwieġ, tiddisponi mill-beni
kollha, jew minn biċċa minnhom, li tkun sejra tħalli fiż-żmien tal-
mewt tagħha, sew favur il-għarajjes jew wieħed minnhom, kemm
favur it-tfal li jitwieldu miż-żwieġ tagħhom.
F’liema sens id-
donazzjoni ma 
tistax titħassar.
1795.  (1) Id-donazzjoni msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan
ma tistax titħassar f’dan is-sens biss, illi d-donatur ma jistax iżjed
jiddisponi b’titolu gratuwitu, mill-ħwejjeġ imdaħħlin fid-
donazzjoni, ħlief minn somom żgħar bħala kumpens jew xort’oħra,
iżda dan kemm-il darba ma jkunx żamm setgħa akbar biex
jiddisponi.
(2) Iżda, id-donatur, għandu, sa mewtu, il-jedd li jiddisponi
b’titolu oneruż mill-ħwejjeġ imdaħħlin fid-donazzjoni; u r-rinunzja
għal din is-setgħa hija nulla.
Donazzjoni ta’ 
beni li d-donatur 
għandu u għad 
ikollu.
1796.  Id-donazzjoni b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ ċert u
determinat, favur il-għarajjes jew wieħed minnhom, jew favur it-
tfal tagħhom, tista’ ssir, f’daqqa waħda, tal-beni li d-donatur
għandu u li għad ikollu, kollha jew biċċa minnhom, iżda bl-obbligu
li ma’ l-att tad-donazzjoni tiġi mgħaqqda deskrizzjoni tal-beni u
tad-djun u tal-piżijiet tad-donatur, li jkun hemm fiż-żmien tad-
donazzjoni; f’dan il-każ id-donatarju jkollu l-jedd, fiż-żmien tal-
mewt tad-donatur, li jżomm għalih il-beni li kien hemm fiż-żmien
tad-donazzjoni, bl-obbligu li jħallas biss id-djun u l-piżijiet li kien
hemm f’dak iż-żmien, u li jirrinunzja għall-bqija tal-beni tad-
donatur.
  302      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta d-
deskrizzjoni ma 
tiġix imdaħħla fl-
att tad-donazzjoni.
1797.  (1) Jekk id-deskrizzjoni msemmija fl-aħħar artikolu qabel
dan ma tiġix imgħaqqda ma’ l-att tad-donazzjoni tal-beni li d-
donatur għandu u li għad ikollu, id-donatarju hu obbligat jaċċetta
jew jirrinunzja d-donazzjoni, kollha kemm hi.
(2) Fil-każ ta’ aċċettazzjoni, ma jistax jippretendi ħlief il-beni
li jkun hemm fiż-żmien tal-mewt tad-donatur, u jkun obbligat
għall-ħlas tad-djun u tal-piżijiet kollha tal-wirt, sas-somma ta’
kemm ikun il-valur ta’ dawk il-beni.
Meta jitqies li l-
beni huma 
biżżejjed biex 
jitħallsu d-djun. 
Kap. 12.
1798.  Il-beni li jmissu lid-donatarju b’donazzjoni magħmula
skond l-artikolu 1794, jew fil-każ maħsub fl-aħħar artikolu qabel
dan, jitqiesu biżżejjed għall-ħlas tad-djun jew tal-piżijiet tal-wirt,
kemm-il darba d-donatarju, qabel ma jieħu pussess ta’ dawk il-
beni, ma jkunx għamel inventarju bil-mod meħtieġ fil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, bla ħsara dejjem tal-prova
kuntrarja.
Meta d-donatarju 
ma jistax jitlob l-
esekuzzjoni tad-
donazzjoni.
1799.  (1) Għal dawk li huma d-donazzjonijiet imsemmijin fl-
artikoli 1794 u 1796, id-donatarju ma jistax, fil-ħajja tad-donatur,
jitlob l-esekuzzjoni tad-donazzjoni għal ebda biċċa mill-beni
mdaħħlin fiha.
(2) B’din id-donazzjoni, id-donatarju ma jsirx is-sid tal-beni
ħlief fil-mewt tad-donatur.
(3) Iżda, fil-każ li d-donazzjoni tkun saret skond l-artikolu
1796, u, fil-mewt tad-donatur, id-donatarju jkun irid jinqeda bis-
setgħa, mogħtija lilu f’dak l-artikolu, li jżomm għalih il-beni li kien
hemm fiż-żmien tad-donazzjoni bl-obbligu li jħallas id-djun u l-
piżijiet li kien hemm f’dak iż-żmien, id-donatarju jkollu l-jedd
jitlob il-ħall ta’ kull trasferiment li d-donatur ikun għamel, ukoll
jekk taħt titolu oneruż, ta’ ħwejjeġ immobbli minn fost dawk il-
beni, u l-ħall ta’ l-ipoteki jew piżijiet oħra li l-istess donatur ikun
għamel fuq dawk l-immobbli, basta li d-donazzjoni tkun ġiet
inskritta skond l-artikolu 996.
Donatur li jibqa’ 
ħaj wara d-
donatarju.
1800.  (1) Id-donazzjonijiet imsemmijin fl-artikoli 1794 u 1796
ma jkollhomx effett, jekk id-donatur jibqa’ ħaj wara d-donatarju u
d-dixxendenti tiegħu miż-żwieġ li b’kontemplazzjoni tiegħu d-
donazzjoni tkun saret.
(2) Jekk it-tfal u d-dixxendenti jkunu maħruġa barra mid-
donazzjoni, din tibqa’ mingħajr effett jekk id-donatur jibqa’ ħaj
wara d-donatarju.
Meta jitqies li 
donazzjoni saret 
favur tat-tfal.
1801.  (1) Id-donazzjonijiet hawn fuq imsemmija, għalkemm
magħmula favur l-għarajjes jew wieħed minnhom, jitqiesu dejjem,
meta d-donatur ma jmutx qabel, li saru favur it-tfal u d-dixxendenti
li jitwieldu miż-żwieġ li b’kontemplazzjoni tiegħu dawk id-
donazzjonijiet ikunu saru, meta dawn it-tfal u dixxendenti ma
jkunux ġew maħruġa barra fl-att tad-donazzjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jgħoddu wkoll favur
it-tfal imwielda qabel id-donazzjoni, u leġittimati biż-żwieġ li
b’kontemplazzjoni tiegħu d-donazzjoni tkun saret.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        303
Rigali f’okkażjoni 
ta’ żwieġ.
1802.  Ir-rigali li l-qraba jew il-ħbieb ta’ wieħed mill-għarajjes
jagħtu lill-ieħor f’okkażjoni ta’ żwieġ, jitqiesu mogħtija lil dak li
tiegħu ikunu qraba jew ħbieb, għalkemm fil-ħin li jingħataw ikun
ġie wżat kliem li jista’ jittieħed bħala li d-donazzjoni saret lill-
ieħor; iżda dan kemm-il darba, bla ma jittieħed qies ta’ dan il-
kliem, ma jiġix ippruvat li l-ħsieb tad-donatur kien li jagħti dawk
il-ħwejjeġ lil dak il-wieħed mill-għarajjes li lilu kkunsinnahom.
Id-donazzjoni 
m’għandhiex effett 
jekk iż-żwieġ ma 
jsirx, eċċ.
1803.  (1) Kull  donazzjoni  jew  wegħda  magħmula
b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ, tibqa’ mingħajr effett jekk iż-żwieġ
ma jsirx.
(2) Kull donazzjoni magħmula b’titolu ta’ patrimonju sagru ma
jkollhiex effett, jekk id-donatarju ma jiħux l-ordni sagri fi żmien
ħames snin minn dak in-nhar li jkun daħal fl-età  li jista’ jieħu dawk
l-ordni.
Sub-titolu V
FUQ ID-DONAZZJONIJIET BEJN L-GĦARAJJES JEW IR-RAĠEL U L-
MARA FIL-KITBA TAŻ-ŻWIEĠ JEW MATUL IŻ-ŻWIEĠ
Donazzjoni bejn l-
għarajjes. 
Emendat: 
XLVI.1973.93.
1804.  L-għarajjes jistgħu, b’kitba taż-żwieġ, jagħmlu
donazzjonijiet lil xulxin, jew wieħed minnhom lill-ieħor, taħt il-
kondizzjonijiet hawn taħt imsemmija.
Jekk id-donatur 
ikollu tfal.
1805. Kull min għandu tfal jew dixxendenti leġittimi, inkella tfal
jew dixxendenti leġittimati bi żwieġ li jsir wara, jew tfal adottivi
jew id-dixxendenti tagħhom leġittimi jew leġittimati bħal ma
jingħad hawn fuq, ma jistax jagħti b’donazzjoni lill-għarus jew
għarusa tiegħu b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ iżjed milli r-raġel jew
il-mara li jkollhom dawn it-tfal jew dixxendenti jistgħu jħallu lil
xulxin b’testment, taħt l-artikolu 604.
Meta titqies li saret 
il-kondizzjoni li d-
donatarju jibqa’ ħaj 
wara d-donatur.
1806. Kull donazzjoni ta’ beni preżenti, jew ta’ beni li d-donatur
għandu u li għad ikollu, jew ta’ dak li d-donatur ikun sejjer iħalli
fiż-żmien tal-mewt tiegħu, titqies dejjem, ukoll jekk din id-
donazzjoni tkun magħmula lil xulxin, li saret bil-kundizzjoni li d-
donatarju jibqa’ ħaj wara d-donatur, meta ma jkunx ġie miftiehem
espressament il-kuntrarju; u taqa’, f’kull ħaġ‘oħra, taħt ir-regoli
kollha hawn fuq miġjuba dwar id-donazzjonijiet li jiġu magħmula
lill-għarajjes min-nies oħra.
Minuri. 
Emendat: 
XLVI.1973.94.
1807. Min hu minuri ma jistax jagħmel lill-għarus jew għarusa
tiegħu, bil-kitba taż-żwieġ, la donazzjoni sempliċi u lanqas
donazzjoni lil xulxin, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur li taħt is-
setgħa tiegħu jkun qiegħed jew, jekk iż-żewġ ġenituri jkunu mejta
jew l-imsemmi ġenitur ma jkunx jista’ jagħti l-kunsens tiegħu,
mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qorti; iżda b’dan il-kunsens jew
b’din l-awtorizzazzjoni, il-minuri jista’ jagħti b’donazzjoni dak
kollu li skond il-liġi l-għarus ta’ età  jista’ jagħti lill-ieħor.
Rigali mill-
għarajjes.
1808.  (1) Ir-rigali li l-wieħed mill-għarajjes jagħmel lill-ieħor,
fl-okkażjoni taż-żwieġ, jibqgħu ta’ dak il-wieħed mill-għarajjes li
għamilhom, u jitqiesu mogħtijin lill-ieħor sabiex jinqeda bihom
  304      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
biss matul iż-żwieġ, għalkemm fil-kunsinna ta’ dawk ir-rigali jkun
ġie wżat kliem li jista’ jfisser donazzjoni, iżda dan kemm-il darba
ma jkunx jidher mill-kitba taż-żwieġ li dawn l-oġġetti ġew
mogħtija b’donazzjoni.
(2) Dan il-jedd ta’ l-użu tar-rigali hawn fuq imsemmija jispiċċa
fil-każ ta’ firda tar-raġel u l-mara bi ħtija ta’ min fosthom ikun
irċieva dawk ir-rigali.
Jekk iż-żwieġ ma 
jsirx.
1809.  (1) Kull  donazzjoni  magħmula  mill-għarajjes
b’kontemplazzjoni ta’ żwieġ, jew bil-kitba taż-żwieġ, sew lil xulxin
jew minn wieħed mill-għarajjes lill-ieħor, m’għandhiex effett jekk
iż-żwieġ ma jsirx.
Kap. 5.
(2) Iżda, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux, u
d-donatarju jista’ jżomm il-ħwejjeġ mogħtija lilu b’donazzjoni,
jekk iż-żwieġ ma jsirx għaliex id-donatur, mingħajr raġuni tajba,
ma jkunx irid jagħmel dan iż-żwieġ; bla ħsara tal-jedd tad-
donatarju għad-danni taħt id-disposizzjonijiet tal-Liġi dwar
Wegħdiet ta’ Żwieġ.
Donazzjoni bejn ir-
raġel u l-mara,
1810.  (1) Kull donazzjoni illi, matul iż-żwieġ, ir-raġel jagħmel
lil martu, jew il-mara lil żewġha, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-
qorti hija nulla, ukoll jekk tkun lil xulxin jew b’kumpens. 
(2) Iżda, jekk ikun hemm din l-awtorizzazzjoni, ir-raġel jista’
jagħmel donazzjoni lill-mara, u din lir-raġel, ta’ beni li d-donatur
għandu, jew ta’ beni li d-donatur għandu u għad ikollu, jew ta’ dak
li d-donatur ikun sejjer iħalli fiż-żmien tal-mewt tiegħu, bla ħsara
ta’ dak li hu miġjub fl-artikolu 1748; u għal dawn id-donazzjonijiet
igħoddu wkoll id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1806.
lill-qraba tal-
wieħed jew ta’ l-
oħra.
1811. Kull donazzjoni magħmula mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-
qorti minn wieħed mill-miżżewġin lill-qarib mid-demm jew bi
żwieġ ta’ l-ieħor, hija wkoll nulla.
Rigali żgħar. 1812.  Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 639, l-
awtorizzazzjoni tal-qorti, imsemmija fl-aħħar żewġ artikoli qabel
dan, ma hix meħtieġa għal dawk li huma rigali jew donazzjonijiet
minn id għal id ta’ ħwejjeġ ta’ valur żgħir, meta jittieħed qies taċ-
ċirkostanzi tad-donatur.
Sub-titolu Vl
FUQ IT-TNAQQIS TAD-DONAZZJONIJIET
Tnaqqis ta’ 
donazzjonijiet li 
jaqbzu s-sehem 
disponibbli.
1813.  Id-donazzjonijiet ta’ kull xorta, ukoll jekk magħmula
f’kontemplazzjoni ta’ żwieġ, lill-għarajjes u lit-tfal li jitwieldu
miż-żwieġ tagħhom, għandhom, jekk fiż-żmien li tinfetaħ is-
suċċessjoni tad-donatur jinsab li jaqbżu s-sehem tal-beni li d-
donatur, skond ir-regola miġjuba fl-artikolu 614, seta’ jiddisponi
minnu, jiġu mnaqqsa sa dak is-sehem.
  ġ 305
Igħoddu r-regoli 
disposizzjonijiet 
ta’ testment. 
  Ir-regoli miġjubin fl-artikolu 621 u fl-artikolu 647 u fl-
għandhom jitħarsu wkoll dwar it-tnaqqis ta’ donazzjonijiet. 
Min jista’ jitlob it-
dawk li favur tagħhom il-liġi tirriserva sehem mill-beni tal-mejjet,
u mill-werrieta tagħhom jew minn dawk li l-jeddijiet tagħhom
Il-jedd għat-talba 
tat-tnaqqis ma 
irrinunzjat matul il-
ħajja tad-donatur.
 Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1240, dawk li
donazzjonijiet, ma jistgħux jirrinunzjaw għal dan il-jedd fil-ħajja
tad-donatur, la b’dikjarazzjoni espressa, lanqas billi jagħtu l-
Id-donatarji, eċċ., 
ma jistgħux jitolbu 
1817. 
jistgħux jitolbu t-tnaqqis tad-donazzjonijiet jew jieħdu ġid minnu.
Ma jsirx tnaqqis ta’ 
wara li ma jkun 
fadal xejn mill-
testment.
1818. It-tnaqqis tad-donazzjonijiet ma jsirx ħlief wara li ma jkun
fadal xejn iżjed mill-valur tal-beni kollha mdaħħlin fit-testment; u
aħħar donazzjoni u hekk waħda wara l-oħra, billi wieħed jitla’ minn
ta’ l-aħħar għal dawk ta’ qabel.
nfisha.
1819. Ir-radd tal-ħaġa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar
artikolu qabel dan, isir bir-radd tal-ħaġa nfisha, bla ħsara ta’ dak li
Radd tal-frottijiet.
donazzjoni li taqbeż is-sehem disponibbli, minn dak in-nhar tal-
inġiebet ‘il quddiem matul is-sena; inkella, minn dak in-nhar tat-
talba ġudizzjarja.
għandhom 
jintraddu ħielsa.
  L-immobbli li għandhom jintraddu minħabba t-tnaqqis,
fuqhom mid-donatarju.
L-azzjoni ta’ 
titmexxa kontra t-
terzi.
 (1)
tista’ tinġieb ‘il quddiem minn dawk li lilhom tmiss, kontra t-terzi
pussessuri ta’ l-immobbli li jkunu jagħmlu parti mid-
fl-istess ordni li tista’ tinġieb ‘il quddiem kontra l-istess donatarji,
iżda mhux qabel l-eskussjoni tal-beni tagħhom mill-attur.
Din l-azzjoni għandha tiġi eżerċitata skond l-ordni tad-dati
tat-trasferimenti, billi jinbeda mill-aħħar wieħed.
azzjoni ta’ tnaqqis, 
eċċ.
 (1)
kontra d-donatarji kemm kontra t-terzi, taqa’ bil-preskrizzjoni
egħluq ħames snin minn dak in-nhar tal-ftuħ tas-suċċessjoni.
Iż-żmien hawn fuq imsemmi jimxi wkoll kontra l-minuri u
l-interdetti.
  306      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Titolu XV
FUQ IS-SELF GĦALL-UŻU JEW KOMMODAT
X’inhu l-
kommodat.
1824. Il-kommodat jew self għall-użu hu kuntratt li bih waħda
mill-partijiet tikkunsinna ħaġa lill-parti l-oħra, sabiex din tinqeda
biha, bla ħlas, għal żmien jew għal użu determinat, bl-obbligu ta’
dak li jirċiviha li jrodd il-ħaġa nfisha.
X’jista’ jingħata 
b’kommodat.
1825.  Dak kollu li hu fil-kummerċ, u li ma jintemmx bl-użu,
jista’ jkun l-oġġett ta’ dan il-kuntratt.
L-obbligazzjonijiet 
igħaddu fil-
werrieta.
1826.  L-obbligazzjonijiet li jiġu kkuntrattati bis-saħħa tal-
kommodat,  igħaddu  fil-werrieta  tal-kommodant  u  tal-
kommodatarju:
Iżda jekk is-self ikun sar għall-ġid tal-kommodatarju, u
tiegħu nnifsu biss, il-werrieta tiegħu ma jistgħux jissoktaw igawdu
l-ħaġa mislufa.
Obbligi ta’ min 
jissellef 
b’kommodat.
1827.  (1) Il-kommodatarju għandu jqis li jħares u jżomm fi stat
tajjeb il-ħaġa lilu mislufa, bħal missier tajjeb tal-familja.
(2) Ma jistax, taħt piena tad-danni, jinqeda bil-ħaġa għal użu
ieħor minn dak li għalih għandha sservi kif turi l-ħaġa nfisha jew
minn dak li jkun ġie stabbilit fil-ftehim.
Il-kommodatarju 
ma jweġibx għall-
ħsara jekk il-ħaġa 
tispiċċa.
1828.  Jekk il-ħaġa tispiċċa b’aċċident, mingħajr ħtija tal-
kommodatarju, dan mhu obbligat għal ebda ħlas ta’ ħsara. 
Il-kommodatarju 
jwieġeb għall-użu 
xort’oħra jew 
għad-dewmien.
1829.  Jekk il-kommodatarju jagħmel mill-ħaġa użu xort’oħra,
jew jinqeda biha għal żmien itwal milli jmissu, hu jwieġeb għat-
telfa tagħha wkoll jekk tiġri b’aċċident, kemm-il darba ma
jippruvax li l-ħaġa kienet tispiċċa xorta waħda li kieku ma nqediex
biha għal użu ieħor, jew li kieku raddha fiż-żmien miftiehem fil-
kuntratt.
Jekk il-
kommodatarju 
seta’ jeħles il-ħaġa 
mislufa milli 
tispiċċa.
1830.  Jekk il-ħaġa mislufa tispiċċa b’aċċident li minnu l-
kommodatarju seta’ jeħlisha billi jinqeda b’ħaġa tiegħu milli bil-
ħaġa mislufa, jew, jekk ma setax isalva ħlief waħda miż-żewġ
ħwejjeġ għażel li jeħles lil tiegħu, huwa jwieġeb għat-telfa ta’ l-
oħra. 
Effett ta’ l-istima 
tal-ħaġa mislufa fi 
żmien is-self.
1831.  L-istima tal-ħaġa, magħmula fiż-żmien tas-self, ma
tiswiex għal ħaġ‘oħra ħlief biex jiġi stabbilit il-valur tal-ħaġa f’dak
iż-żmien, għall-każ li l-kommodatarju jkollu jwieġeb għal xi ħsara
li tista’ tiġri; u l-kommodatarju ma jweġibx, minħabba biss li l-
ħaġa tkun ġiet stmata fiż-żmien tal-kunsinna, għat-telfa li tiġri
b’aċċident, ħlief jekk jiġi ppruvat xort’oħra li kien hemm ftehim
kuntrarju.
Meta l-ħaġa 
titgħarraq bla ħtija 
tal-kommodatarju.
1832. Jekk il-ħaġa titgħarraq minħabba biss l-użu li għalih ġiet
mislufa, u mingħajr ħtija tal-kommodatarju, dan ma jweġibx għat-
tgħarriq tal-ħaġa.
 Il-kommodatarju 
ma jistax jitlob l-
ispiża għall-użu 
tal-ħaġa.
1833.  Jekk sabiex jista’ jinqeda bil-ħaġa mislufa, il-
kommodatarju jkun għamel xi spiża, hu m’għandux jedd għall-ħlas
lura ta’ dik l-ispiża.
KODIĊI ĊIVILI   KAP. 16.        307
à  
tnejn minn-nies 
jew iżjed li jisselfu 
ħaġa.
1834. Jekk tnejn min-nies jew iżjed jieħdu flimkien b’self l-
istess ħaġa, huma jwieġbu għaliha   lejn il-kommodant.
Radd tal-ħaġa lill-
iż-żmien.
1835.  (1) Il-kommodant ma jistax jieħu l-ħaġa lura ħlief wara li
jkun għadda ż-żmien miftiehem, inkella, fin-nuqqas ta’ ftehim,
wara li tkun serviet għall-użu li għalih ġiet mislufa.
(2) Iżda, jekk matul iż-żmien miftiehem, jew qabel ma jkun
spiċċa l-bżonn tal-kommodatarju, jinqala’ lill-kommodant il-bżonn
bil-għaġla u bla ħsieb, tal-ħaġa, il-qorti tista’, skond iċ-ċirkostanzi,
iġġiegħel lill-kommodatarju li jroddha, taħt l-obbligu tal-
kommodant li jħallsu ta’ l-ispejjeż li huwa jkun għamel sabiex
jinqeda biha.
Meta l-
kommodatarju 
jagħmel spejjeż 
straordinarji.
1836. Jekk, matul is-self, il-kommodatarju kellu, biex iżomm il-
ħaġa fi stat tajjeb, jagħmel xi spiża straordinarja u meħtieġa, u hekk
ta’ għaġla li ma setax qabel igħarraf biha lill-kommodant, dan ta’ l-
aħħar hu obbligat iħallas lill-ieħor dik l-ispiża.
Meta l-kommodant 
iwieġeb għad-
difetti fil-ħaġa 
mislufa.
1837. Meta l-ħaġa mislufa jkollha difetti li jistgħu jagħmlu ħsara
lil dak li jinqeda biha, il-kommodant iwieġeb għall-ħsara, jekk kien
jaf b’dawk id-difetti u ma għarrafx bihom lill-kommodatarju.
Kwistjoni jekk il-
kuntratt hux 
kommodat jew 
kiri.
1838.  (1) Meta tinqala’ kwistjoni dwar jekk is-self tal-ħaġa sarx
b’titolu ta’ kommodat jew ta’ kiri, il-persuna li tippretendi l-ħlas
għandha tipprova l-jedd tagħha bi ftehim espress jew taċitu.
(2) Il-ftehim taċitu jista’ jiġi ppruvat mill-kondizzjoni tal-
persuni, mix-xorta tal-ħaġa, miż-żmien fit-tul ta’ l-użu, u minn
ċirkostanzi oħra.
Titolu XVI
FUQ IL-PREKARJU
X’inhu prekarju.
fl-artikolu 1824, iżda b’din id-differenza biss, illi dak li jislef il-
ħaġa jibqa’ fis-setgħa li jeħodha lura meta jrid.
Radd mat-talba.
radd tagħha, meta tiġi lilu mitluba lura, minħabba li bir-radd jista’
jbati ħsara:
Iżda, jekk jinsab li r-radd ġie mitlub bil-ħsieb li tiġi
kkaġunata ħsara lil dak li ssellef il-ħaġa, il-qorti tista’ tagħti lil dan
żmien għal dak ir-radd.
Igħoddu r-regoli li 
hemm għall-
kommodat.
1841. Bla ħsara ta’ dak li hu miġjub fl-aħħar żewġ artikoli qabel
dan, ir-regoli dwar il-kuntratt ta’ kommodat igħoddu għall-
prekarju.
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
Titolu XVII
X’inhu l-mutwu. 1842. Il-mutwu jew self għall-konsum huwa kuntratt li bih
waħda mill-partijiet tikkunsinna lill-oħra xi kwantit  ta’ ħwejjeġ li
jintemmu bl-użu, bl-obbligu ta’ min jissellef li jrodd lil min jislef
à
Effetti tas-self għal  1843. Bis-saħħa ta’ dan is-self, min jissellef isir sid il-ħaġa
L-obbligazzjoni li 
ta’ flus.
  L-obbligazzjoni li toħroġ minn self ta’ flus hija, fil-
fil-kuntratt.
Għalkemm ikun hemm patt kuntrarju, jekk isir xi tibdil fis-
obbligat biss irodd is-somma fin-numru lilu mislufa, fi flus skond
Radd ta’ flus fi  1845. Jista’ jiġi miftiehem li r-radd isir fi speċji determinata ta’
jekk fiż-żmien tal-ħlas din ix-xorta ta’ flus ma tkunx tista’ tinsab
iżburżant is-somma fi flus korrenti, barra milli jwieġeb għad-danni
Self ta’ ingotti jew  1846. Jekk is-self ikun ta’ ingotti jew oġġetti, id-debitur għandu
à à
tbaxxa l-prezz tagħhom.
1837.
 
għall-mutwu.
ma jistax irodd il-
kwalit  u kwantit .
  Jekk min jissellef ma jkunx jista’, mingħajr ħsara
à
kwantit  fiż-żmien miftiehem, huwa obbligat iħallas il-valur
(2)
il-lok, il-ħlas isir skond kif kien miexi l-prezz fiż-żmien u fil-lok li
Ma hemmx imgħax 
miftiehem.
 
bla ħsara ta’ dak li jingħad fl-artikoli 1139 u 1140, kemm-il darba
jew fiż-żmien illi, meta ma jkunx hemm ftehim, jiġi mogħti mill-
Ftehim għall- 1850. (1)
flus kemm ta’ merkanzija jew ħwejjeġ oħra mobbli.
Jistgħu wkoll jitbiddlu f’kapital ġdid, b’imgħax, l-
jingħataw għal żmien ta’ anqas minn sena.
Kull ftehim ieħor ta’ mgħaxijiet fuq imgħaxijiet, ma
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        309
Ħlas ta’ mgħaxijiet 
mhux miftiehma.
1851.  (1) Jekk min jissellef iħallas imgħaxijiet mhux
miftehmin, ma jistax jitlobhom lura u lanqas jaqtagħhom mill-
kapital, ħlief f’kemm dawn l-imgħaxijiet ikunu iżjed mil-limiti
mogħtija fl-artikolu ta’ wara dan.
(2) Iżda, l-imgħaxijiet imħallsa fuq kull somma ta’ mgħaxijiet
li jkollhom jingħataw għal żmien ta’ anqas minn sena, jistgħu
jintalbu lura jew jinqatgħu mill-kapital, ukoll jekk l-imgħaxijiet
hekk imħallsa ma jkunux jaqbżu l-limiti hawn fuq imsemmija. 
Limiti ta’ mgħax. 
Emendat: 
XXXIX. 1961.2; 
LIV. 1974.9; 
VI. 1983.5; 
IX.1992.2.
1852.  (1) L-imgħax ma jistax jaqbeż it-tmienja fil-mija fis-
sena.
(2) L-imgħax miftiehem f’iżjed minn daqshekk jiġi mnaqqas
sal-limiti hawn fuq imsemmija.
(3) Jekk ikun ġie mħallas imgħax iżjed minn dak li tagħti l-
liġi, iż-żejjed jinqata’ mill-kapital.
Kap. 215.
(4)* Meta jingħata self minn bank li għandu liċenza skond l-Att
dwar il-Kummerċ Bankarju, jew jinġabar self f’xi żmien wara l-1
ta’ Lulju, 1982, bil-ħruġ ta’ bonds, debentures jew titoli oħra u r-
rata ta’ l-imgħax ogħla minn tmienja fil-mija fis-sena tkun ġiet
stabbilita b’ordni magħmul skond l-artikolu 22 ta’ l-imsemmi Att u
tkun tapplika dwar dak is-self, jew, dwar self magħmul jew li
jinġabar kif intqal qabel, tkun ġiet approvata mill-Ministru
responsabbli għall-finanzi rata ta’ mgħax ogħla minn tmienja fil-
mija speċifikament dwar dak is-self, id-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw għal dak is-self, safejn u
għal dak iż-żmien u bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li
taħthom dik ir-rata ta’ mgħax ogħla tkun tapplika jew tkun ġiet
approvata kif intqal qabel, bħallikieku r-rata ta’ mgħax hekk
stabbilita jew approvata kif intqal qabel kienet l-ogħla rata ta’
mgħax li tista’ tiġi mposta skond is-subartikolu (1).
Kap. 233.
(5) Minkejja kull ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, jew f’xi disposizzjoni oħra ta’ liġi, iżda bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju, fejn ikun
hemm obbligazzjoni għal ħlas ta’ imgħax b’rata ogħla minn tmienja
fil-mija fis-sena taħt liġi ta’ pajjiż li mhux Malta, jew tkun regolata
minn dik il-liġi, skond il-kondizzjonijiet tas-suq li jkunu jipprevalu
f’dak il-pajjiż l-ieħor jew skond kundizzjonijiet tas-suq
internazzjonali, u l-ammont ikun iddeterminat u pagabbli f’valuta
barranija, dik ir-rata ogħla ta’ imgħax għandha għal finijiet u effetti
kollha tkun rikonoxxuta bħala valida u esegwibbli f’Malta.
Kuntratt magħmul 
b’qerq tad-
disposizzjoni ta’ 
qabel.
1853. Kull kuntratt, taħt kull isem li jkun, magħmul b’qerq tad-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, jista’ jitħassar; u
f’dan il-każ, jekk il-ħwejjeġ mislufa ma jistgħux jiġu mogħtija lura,
il-kreditur jista’ jitlob biss il-ħlas tal-valur tagħhom fiż-żmien li hu
kkunsinnahom lid-debitur.
*L-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 215) ġie mħassar bl-Att ta’ l-1994,
dwar il-Kummerċ Bankarju, u l-Att ġdid ma għandux disposizzjoni simili għall-
artikolu 22 ta’ l-Att l-antik.
Ara wkoll l-artikolu 38 ta’ l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta (Kap. 204).
  310      ħ       
Meta r-rata ta’ l-
imgħax ma tkunx 
1854. 
mingħajr ma tiġi miftiehma r-rata, l-imgħax jinqies bil-ħamsa fil-
mija fis-sena.
kapital mingħajr 
riserva għall-
1855. 
il-jedd għall-imgħaxijiet, tnissel il-preżunzjoni tal-ħlas tagħhom, u
ġġib il-ħelsien minnhom, bla ħsara tal-prova kuntrarja.
b’ipoteka fuq 
bastimenti.
XXII. 2000.101.
Kap. 234.
(1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titlu jew ta’ kull parti
jillimitaw jew jirrestrinġu l-ġbir ta’ mgħax u mgħax kompost, ma
għandhomx ikunu japplikaw għal djun jew għal obbligazzjonijiet
Att dwar il-Bastimenti Merkantili; u jkun leġittimu li l-ammont ta’
mgħax dovut  dwar xi dejn jew obbligazzjoni oħra bħal dawk ikun
obbligazzjoni l-oħra.
(2)
Bank Ċentrali ta’ Malta, b’ordni jestendi d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) għal dawk id-djun u obbligazzjonijiet oħra li jista’
jista’ f’dak l-ordni jistabbilixxi, u jista’ bl-istess mod minn żmien
għal żmien jemenda, jirrevoka jew jissostitwixxi kull ordni hekk
Titolu XVIII
FUQ IL-MANDAT
XORTA U FORMA TAL-MANDAT
X’inhu l-mandat.  (1)
tagħti lil persuna oħra s-setgħa li tagħmel xi ħaġa għaliha.
(2)
il-mandat.
L-oġġett tal- 1857.   Il-mandat għandu jkollu bħala skop tiegħu ħaġa leċita
li min jagħti l-mandat seta’ jagħmel huwa nnifsu.
Bla ħsara ta’ kull disposizzjoni speċjali oħra tal-liġi, il-
mandat jista’ jingħata b’att pubbliku, b’kitba privata, b’ittra, jew
Aċċettazzjoni mill-
mandatarju.
  L-aċċettazzjoni tal-mandatarju tista’ wkoll tkun taċita u
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        311
Konsegwenzi meta 
l-mandatarju 
jonqos li jgħarraf 
bir-rifjut lill-
mandant.
1859. Kull persuna fil-kummerċ jew li teżerċita professjoni illi,
mingħajr raġuni tajba tonqos li tgħarraf bla dewmien lill-mandant li
ma tridx taċċetta inkarigu dwar affarijiet tal-kummerċ jew tal-
professjoni, skond il-każ, twieġeb lejn il-mandant għad-danni
kkaġgunati bid-dewmien.
L-isem tal-
mandatarju mħolli 
in bjank.
1860.  Jekk il-mandat jingħata b’kitba privata, l-isem tal-
mandatarju jista’ jitħalla in bjank; f’dan il-każ, sakemm l-isem ma
jiġix miktub, min ikollu f’idejh il-kitba jew l-att tal-prokura jitqies
li huwa l-mandatarju.
Meta l-mandat hu 
bla ħlas.
1861.  Il-mandat hu bla ħlas jekk ma jkunx hemm ftehim
kuntrarju.
Il-mandat huwa 
speċjali jew 
ġenerali.
1862.  Il-mandat huwa speċjali, jekk jingħata għal ħaġa waħda
jew għal xi ħwejjeġ determinati, biss; jew ġenerali, jekk jingħata
għall-affarijiet kollha tal-mandat.
Mandat ġenerali.
ta’ amministrazzjoni.
 (2) Is-setgħa sabiex isiru trasferimenti ta’ beni, minbarra dawk
it-trasferimenti li jaqgħu fil-limiti ta’ l-amministrazzjoni, jew
sabiex isiru ipoteki fuq beni jew sabiex isiru atti oħra ta’ proprjetà ,
għandha tkun espressa.
Setgħat tal-
mandatarju.
1864.  Il-mandatarju ma jista’ jagħmel xejn li joħroġ mil-limiti
tal-mandat.
Atti li mandatarju 
jista’ jagħmel.
1865.  (1) Għall-esekuzzjoni tal-mandat, il-mandatarju jista’
jaġixxi ġudizzjarjament; jagħmel u jissokta appelli; jagħmel prova
bis-subizzjoni tal-parti kuntrarja; jieħu l-ġurament in litem jew il-
ġurament suppletorju; jesegwixxi sentenzi sew fuq ħwejjeġ mobbli
kemm immobbli; jitlob il-ħruġ ta’ atti kawtelatorji, fosthom dawk li
għalihom hu meħtieġ li jsiru rikorsi jew dikjarazzjonijiet bil-
ġurament; jitlob, meta hemm jedd, l-arrest tal-persuna tad-debitur
tal-mandant; u jagħmel kull ħaġa oħra li l-mandant jista’ jagħmel
huwa nnifsu, għalkemm dawn is-setgħat ma jkunux espressi fil-
mandat.
(2) Il-mandatarju jista’ wkoll, bis-setgħa hawn fuq imsemmija,
ikun konvenut fl-isem tal-mandant, f’kawżi li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-affari li tidħol fil-mandat.
Meta l-mandatarju 
ma jistax joqgħod 
fil-kawża bħala 
attur jew konvenut. 
Kap. 12.
1866.  Iżda, il-mandatarju ma jistax joqgħod fil-kawża, bħala
attur jew konvenut, fl-isem tal-mandant, għalkemm dan ikun tah
din is-setgħa, meta l-mandant innifsu ma jkunx nieqes mill-gżira li
fiha l-kawża għandha ssir, bla ħsara dejjem ta’ dak li jingħad fl-
artikolu 786 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Setgħat oħra tal-
mandatarju.
1867.  (1) Fis-setgħa espressa mogħtija lill-mandatarju li
jittransiġi, ma tidħolx is-setgħa li jġib kwistjoni, arbitraġġ, u lanqas
il-kontra.
(2) Fis-setgħa li jirċievi tidħol is-setgħa li jagħti riċevuta.
(3) Fis-setgħa li jbigħ tidħol is-setgħa li jirċievi l-prezz.
Setgħat ġenerali.
ordinarju tal-professjoni jew xogħol tagħha, mingħajr ma jiġu
  312      ħ       
espressament limitati s-setgħat tagħha, jitqies li lil din il-persuna
ingħatat is-setgħa li tagħmel dak kollu li jidhrilha meħtieġ għall-
xogħol hawn fuq imsemmijin, jista’ jiġi magħmul minnha.
Minuri jistgħu 
Sostitwit: 
XLVl. 1973.96.
 Il-minuri jistgħu jiġu maħtura mandatarji; iżda f’kull każ
skond ir-regoli ġenerali dwar l-obbligazzjonijiet tal-minuri.
Setgħat tal- 1870. 
direttament kontra dak li miegħu l-mandatarju f’din il-kwalità
Jekk l-mandatarju 
jaġixxi f’ismu.
 (1)
il-mandant m’għandux azzjoni kontra dawk li magħhom il-
mandatarju jkun ikkuntratta, u lanqas dawn m’għandhom azzjoni
(2) Iżda, f’dan il-każ, il-mandatarju hu obbligat direttament
tiegħu nnifsu.
Bla ħsara ta’ 
Kap. 13.
1872. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi ma jħassrux id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Kummerċ, lanqas ta’ liġijiet speċjali
Sub-titolu II
FUQ L-OB LI I TA MANDATARJU
Dmirijiet tal-
mandatarju.
 (1)
sakemm hu jibqa’ inkarigat, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ esekuzzjoni
jwieġeb għad-danni u l-imgħaxijiet.
Huwa wkoll obbligat li jispiċċa l-affari li jkun beda qabel
il-mewt tal-mandant, jekk id-dewmien jista’ jkun ta’ ħsara.
à  tal- 1874.   Il-mandatarju jwieġeb mhux biss għall-egħmil doluż,
iżda wkoll għal negliġenza fl-esekuzzjoni tal-mandat.
Iżda, din ir-responsabbiltà
għandha titqies b’mod anqas sever fil-każ ta’ dak li l-mandat tiegħu
jkun bla ħlas, milli fil-każ ta’ dak li l-mandat tiegħu jkun bil-ħlas.
mandatarju li jagħti 
kont.
 ll-mandatarju, meta ma jkunx meħlus espressament mill-
ta’ dak kollu li jkun irċieva bis-saħħa tal-mandat, ukoll jekk dak li
jkun irċieva ma kellux jingħata lill-mandant.
jistax iqiegħed lil 
ħaddieħor floku.
 (1)
jekk ma tkunx ġiet mogħtija lilu s-setgħa għaldaqshekk mill-
mandant.
Jekk tkun ġiet mogħtija lilu din is-setgħa, iżda mingħajr ma
jkun ġie mogħti l-isem tal-persuna li għandha toqgħod floku, il-
għażel persuna magħrufa bħala mhix ta’ ħila jew mhix solvibbli,
jew jekk xort’oħra kien jafha bħala tali.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        313
(3) Fil-każijiet kollha, il-mandant jista’ jaġixxi direttament
kontra l-persuna li l-mandatarju jkun qabbad floku.
Meta żewġ 
mandatarji jew 
iżjed huma 
maħtura bl-istess 
att.
1877.  (1) Meta b’att wieħed jiġu maħtura żewġ prokuraturi jew
mandatarji, inkella iżjed, huma mhumiex bejniethom responsabbli
in solidum ħlief jekk ikun ġie hekk miftiehem espressament.
(2) Kull wieħed minn dawn il-mandatarji jista’ jesegwixxi l-
mandat b’mod li jiswa, ukoll mingħajr il-kunsens tal-mandatarji l-
oħra, jew bl-opposizzjoni tagħhom, barra minn meta l-mandant
ikun ordna espressament illi l-wieħed ma jistax jaġixxi mingħajr l-
ieħor, jew ikun xort’oħra qassam espressament bejniethom l-
inkarigi ta’ kull wieħed.
(3) Il-limiti tas-setgħat ta’ kull wieħed mill-mandatarji hawn
fuq imsemmijin ma jistax jinġieb kontra t-terzi, ħlief jekk dan il-
limiti jkun jirriżulta mill-att tal-prokura jew jiġi ppruvat li dawn it-
terzi kienu b’mod ieħor jafu biżżejjed b’dan il-limiti.
Il-mandtarju 
għandu jagħti l-
imgħax tas-somom 
li jieħu għall-użu 
tiegħu, eċċ.
1878. Il-mandatarju għandu jagħti l-imgħaxijiet tas-somom illi,
mingħajr is-setgħa tal-mandant, ikun inqeda bihom għall-użu
tiegħu nnifsu, minn dak in-nhar li jkun hekk inqeda bihom, u ta’
kull somma oħra li tagħha jkun baqa’ debitur lejn il-mandant, minn
dak in-nhar li jkun ġie mqiegħed in mora, bla ħsara, fiż-żewġ
każijiet hawn fuq imsemmija, ta’ l-użi tal-kummerċ.
Il-mandatarju 
mhux obbligat 
huwa nnifsu lejn 
min ikkuntratta 
miegħu f’dik il-
kwalità .
1879. Il-mandatarju, illi jkun għarraf biżżejjed bis-setgħat tiegħu
lill-parti li magħha jkun ikkuntratta f’dik il-kwalità , ma jwieġeb
għal ebda garanzija dwar dak li jkun għamel barra minn dawk il-
limiti, ħlief jekk hu jkun obbliga ruħu huwa nnifsu għaldaqshekk.
Sub-titolu III
FUQ L-OBBLIGI TAL-MANDANT
Obbligi tal-
mandant,
1880.  (1) Il-mandant għandu jesegwixxi l-obbligazzjonijiet li l-
mandatarju jkun ikkuntratta skond is-setgħat li huwa jkun tah.
(2) Hu mhux obbligat għal dak li l-mandatarju jkun għamel
barra mil-limiti ta’ dawk is-setgħat, ħlief jekk hu jkun irratifika
espressament jew taċitament dak l-egħmil.
lejn il-mandatarju,
dan ikun ħareġ u l-ispejjeż li jkun għamel fl-esekuzzjoni tal-
mandat; u għandu jikkumpensah tax-xogħol tiegħu jekk ikun
wiegħdu dan il-kumpens, jew jekk dan il-kumpens għandu jitqies li
ġie miftiehem taċitament minħabba l-professjoni tal-mandatarju u
ċirkostanzi oħra.
(2) Meta ma jistax jingħad li kien hemm negliġenza fil-
mandatarju, il-mandant ma jistax jiċħad li jagħti l-ħlas u l-kumpens
fuq imsemmi, għalkemm l-affari ma tkunx irnexxiet; u lanqas ma
jista’ jnaqqas is-somma ta’ dawk l-ispejjeż li jkunu saru u tal-flus li
jkunu nħarġu bona fidi mill-mandatarju, bl-iskuża li setgħu kienu
314      KAP. 16.       KODIĊI ĊIVILI
għal telf, 1882. Il-mandant għandu wkoll jindennizza lill-mandatarju tat-
telf li jkun bata minħabba l-mandat, meta ma jistax jingħad li kien
għal imgħax tal-
flus maħruġa u 
1883. 
imgħaxijiet fuq il-flus maħruġa u spejjeż imsemmijin fl-artikolu
1881, minn dak in-nhar tal-ħlas ta’ dawk is-somom.
jkunu tnejn jew 
iżjed huma 
in 
solidum 
mandatarju.
1884. Meta mandatarju jiġi maħtur minn żewġ persuni jew iżjed
għal affari komuni, kull waħda minnhom hija obbligata 
lejn il-mandatarju għall-effetti kollha li joħorġu mill-mandat.
Il-mandatarju jista’ 
ħwejjeġ tal-
mandat.
  Il-mandatarju għandu jedd iżomm f’idejh il-ħwejjeġ tal-
dak il-mandat.
Sub-titolu IV
IF J SP A L- AN AT
Tmiem tal-mandat.  Il-mandat jispiċċa -
a)
(b bil-mewt, bl-inibizzjoni, ġenerali jew parzjali, li
jikkuntratta, bid-dikjarazzjoni ta’ falliment, jew biċ-
, tal-mandant jew tal-mandatarju;
( ) bit-tmiem tas-setgħat tal-mandant;
d)
(e bir-rinunzja tal-mandatarju.
Tneħħija tal- 1887.   Il-mandant jista’ jneħħi l-mandat kull meta jrid.
(2)
tneħħija tal-mandat mogħti lil dak ta’ qabel, ukoll jekk il-
mandatarju l-ġdid ma jaċċettax l-inkarigu.
Mandat ġenerali ma jġibx it-tneħħija ta’ mandat speċjali li
jkun ġie mogħti qabel, ħlief jekk fil-mandat ġenerali tkun ġiet
It-tmiem ta’ 
mandat ma 
ma jkunux jafu bih.
1888. (1) ll-fatt li jkun hemm xi waħda mir-raġunijiet li
minħabba li ma kinux jafu b’dak il-fatt, ikunu kkuntrattaw mal-
mandatarju, bla ħsara tal-jedd tal-mandant li jdur kontra l-
(2) Lanqas ma jista’ l-fatt ta’ xi waħda minn dawk ir-raġunijiet
kienx jaf b’dak il-fatt.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        315
Rinunzja tal-
mandat.
1889.  (1) Il-mandatarju jista’ jirrinunzja għall-mandat billi
jgħarraf b’din ir-rinunzja lill-mandant.
(2) B’dan kollu, jekk ir-rinunzja tkun ta’ ħsara għall-mandant,
dan għandu jiġi kkumpensat mill-mandatarju, ħlief meta dan ma
jkunx jista’ jissokta fl-esekuzzjoni tal-mandat, mingħajr ma jbati
huwa stess ħsara kbira.
Dmir tal-werrieta 
tal-mandatarju li 
jmut.
1890. Jekk il-mandatarju jmut, il-werrieta tiegħu, jekk ikunu jafu
li huwa kien mandatarju, għandhom igħarrfu b’dan lill-mandant, u,
sa dan il-waqt, jagħmlu dak li hu meħtieġ fl-interess tal-mandant,
skond ma jkunu jitolbu ċ-ċirkostanzi.
 
Titolu XIX
FUQ ID-DEPOŻITU
X’inhu d-depożitu.
jirċievi l-ħaġa ta’ ħaddieħor, bl-obbligu li jikkustodiha u li jroddha
in natura.
Sub-titolu I
FUQ ID-DEPOŻITU HEKK PROPRJAMENT IMSEJJAĦ
Xorta tad-depożitu 
hekk proprjament 
imsejjaħ.
1892.  (1) Id-depożitu hekk proprjament imsejjaħ huwa kuntratt
gratuwitu, bla ħsara ta’ kull ftehim kuntrarju.
(2) Il-ħwejjeġ mobbli biss jistgħu jkunu l-oġġett ta’ dan id-
depożitu.
Meta d-depożitu hu 
perfett.
1893.  (1) Id-depożitu hu perfett biss bil-kunsinna tal-ħaġa lid-
depożitarju.
(2) Il-kunsinna ssir bil-kunsens biss, jekk il-ħaġa tkun ġa
f’idejn id-depożitarju taħt titolu ieħor u jiġi miftiehem li għandha
tibqa’ f’idejh bħala depożitu.
Meta d-depożitarju 
jista’ jinqeda bil-
ħaġa ddepożitata.
1894. Id-depożitu ta’ flus jew ta’ ħwejjeġ oħra li jintemmu bl-
użu, hu regolat mil-liġijiet dwar is-self ta’ ħaġa għall-konsum jew
mutwu, meta lid-depożitarju tkun ingħatat is-setgħa li jinqeda bil-
ħaġa ddepożitata għandu, bl-obbligu biss li jrodd daqsha ta’ l-istess
xorta u kwalità .
Depożitu 
volontarju jew 
neċessarju.
1895. Id-depożitu hu volontarju jew neċessarju.
§  I. FUQ ID-DEPOŻITU VOLONTARJU
Xorta tad-depożitu 
volontarju.
1896. Id-depożitu volontarju jsir bil-kunsens min-naħa l-waħda
ta’ dak li jiddepożita u min-naha l-oħra ta’ dak li jirċievi l-ħaġa
  316      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
b’depożitu.
Bejn min jista’ jsir 
id-depożitu 
volontarju.
1897.  (1) Id-depożitu volontarju jista’ jsir biss bejn persuni
kapaċi li jikkuntrattaw.
(2) B’dan kollu, jekk persuna kapaċi li tikkuntratta taċċetta
depożitu li jsir lilha minn persuna li ma tkunx kapaċi li tikkuntratta,
hija tkun marbuta bl-obbligazzjonijiet kollha ta’ veru depożitarju.
Depożitu 
volontarju 
magħmul minn 
persuna kapaċi lil 
waħda inkapaċi.
1898. Jekk id-depożitu jsir minn persuna kapaċi li tikkuntratta lil
waħda li ma tkunx kapaċi, il-persuna li tagħmel id-depożitu
m’għandhiex ħlief il-jedd ta’ l-azzjoni tar-rivendikazzjoni tal-ħaġa
mogħtija b’depożitu sakemm tkun għadha f’idejn id-depożitarju,
inkella ta’ l-azzjoni tar-radd sas-somma li tkun sfat ta’ ġid lid-
depożitarju.
FUQ L-OBBLIGI TAD-DEPOŻITARJU
Ħsieb li għandu 
jieħu d-
depożitarju.
1899. Id-depożitarju għandu, fil-kustodja tal-ħaġa taħt depożitu,
jieħu ħsieb daqs kemm jieħu fil-kustodja ta’ ħwejġu.
Każijiet li fihom l-
obbligi għandhom 
jiġu mħarsa 
b’akbar reqqa.
1900.  (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan
għandhom jiġu applikati b’mod aktar sever -
(a) meta d-depożitarju jkun offra ruħu huwa nnifsu biex
jieħu f’idejh id-depożitu;
(b) meta jkun ftiehem li għandu jitħallas għall-kustodja
tad-depożitu;
(ċ) meta d-depożitu jkun sar biss fl-interess tad-
depożitarju;
(d) meta jkun ġie miftiehem espressament li d-depożitarju
għandu jwieġeb għal kull xorta ta’ negliġenza.
(2) F’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fis-subartikolu
(1)(a), (b) u (ċ), igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1132(1);
u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu (d) ta’ l-istess subartikolu, id-
depożitarju jwieġeb għal kull negliġenza, tkun kemm tkun żgħira.
Id-depożitarju ma 
jweġibx għall-
aċċidenti jew għat-
telfa tal-ħaġa.
1901.  Id-depożitarju ma jwieġeb qatt għall-aċċidenti li jiġru
b’forza maġġuri, ħlief jekk ikun ġie mqiegħed in mora għar-radd
tal-ħaġa ddepożitata; lanqas ma jwieġeb, f’dan l-aħħar każ, jekk il-
ħaġa kienet tispiċċa xorta waħda li kieku kienet tinsab għand id-
depożitant.
Hu ma jistax 
jinqeda bil-ħaġa 
ddepożitata.
1902.  Id-depożitarju ma jistax jinqeda bil-ħaġa ddepożitata,
mingħajr il-kunsens, espress jew preżunt, tad-depożitant.
Hu m’għandux 
ifittex li jikxef 
x’inhuma l-
ħwejjeġ 
iddepożitati.
1903.  Hu m’għandux ifittex x’inhuma l-ħwejjeġ iddepożitati,
meta jkunu ġew fdati lilu f’kaxxa magħluqa jew misrura u
ssiġillati.
Radd tad-depożitu, 1904.  (1) Id-depożitarju għandu jrodd dik il-ħaġa stess li jkun
irċieva, fl-istat li din tkun tinsab fiż-żmien tar-radd.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        317
(2) It-tgħarriq li jsir fil-ħaġa mingħajr ħtija tad-depożitarju,
ibatih id-depożitant.
jew tal-ħaġa 
mogħtija flokha.
1905. Id-depożitarju, li mingħandu l-ħaġa ddepożitata tkun ġiet
meħuda b’forza maġġuri, u illi jkun irċieva flokha somma ta’ flus
jew ħaġ‘oħra, għandu jrodd dak li jkun irċieva.
Dmirijiet tal-
werriet tad-
depożitarju.
1906. Il-werriet tad-depożitarju, illi b’bona fidi jbigħ il-ħaġa li
ma kienx jaf li kienet b’depożitu, hu obbligat biss li jrodd il-prezz
li daħħal jew iċedi l-jedd ta’ l-azzjoni kontra x-xerrej, jekk il-prezz
ikun għad ma tħallasx.
Jekk id-depożitu 
jagħti frottijiet.
1907.  Jekk il-ħaġa ddepożitata tkun tat frottijiet li jkunu ġew
imdaħħla mid-depożitarju, dan għandu jroddhom.
 Lil min għandu 
jintradd id-
depożitu.
1908.  Id-depożitarju għandu jrodd il-ħaġa ddepożitata lil dak
biss li jkun fdahielu, jew lil dak li fl-isem tiegħu jkun sar id-
depożitu, jew lill-persuna li tkun ġiet maħtura biex tirċievi lura l-
ħaġa.
Id-depożitarju ma 
jistax jitlob li d-
depożitant jipprova 
li hu sid il-ħaġa.
1909.  (1) Id-depożitarju m’għandux jedd jitlob illi d-depożitant
jipprova li hu sid il-ħaġa ddepożitata.
(2) B’dan kollu, jekk id-depożitarju jikxef li l-ħaġa kienet ġiet
mitlufa jew misruqa, hu għandu jgħarraf lil dak li lilu l-ħaġa ġiet
misruqa, jew li kien tilifha, bid-depożitu li sar għandu, u jagħtih
żmien biżżejjed biex jitlob lura dak id-depożitu. Jekk dak li jiġi
hekk imgħarraf ma jitlobx lura d-depożitu fiż-żmien fuq imsemmi,
id-depożitarju jkun meħlus jekk jikkunsinna d-depożitu lill-persuna
li mingħandha jkun irċevieh.
Meta d-depożitant 
imut, ir-radd isir 
lill-werriet.
1910.  Jekk id-depożitant imut, il-ħaġa tista’ tintradd biss lill-
werriet tiegħu.
Meta jkun hemm 
iżjed minn werriet 
wieħed.
1911. Meta l-werrieta jkunu tnejn jew iżjed, jew inkella l-ħaġa
ddepożitata tkun ta’ iżjed minn persuna waħda, id-depożitarju ma
jistax irodd il-ħaġa jekk mhux bil-kunsens ta’ kulħadd, barra minn
meta s-sehem ta’ kull wieħed ikun magħruf.
Tibdil ta’ l-istat 
tad-depożitant. 
Emendat: 
XLVI. 1973. 97.
1912.  Jekk l-istat tad-depożitant jitbiddel, bħal meta l-persuna
ta’ l-età  li tkun għamlet id-depożitu tiġi interdetta, f’dawn u
f’każijiet bħal dawn, id-depożitarju li jkun jaf b’dan it-tibdil ta’
stat, ma jistax irodd id-depożitu ħlief lil dak li jkollu l-
amministrazzjoni tal-jeddijiet u tal-ħwejjeġ tad-depożitant.
Jekk id-depożitu 
jsir mit-tutur, eċċ.
1913.  Id-depożitu magħmul minn tutur jew kuratur, jew mir-
raġel jew minn amministratur, f’waħda minn dawn il-kwalitajiet,
ma jistax jintradd ħlief lill-persuna li għaliha kien jidher dan it-
tutur, kuratur, ir-raġel, jew l-amministratur,  jekk l-
amministrazzjoni tagħhom tkun spiċċat u d-depożitarju jkun jaf li
din l-amministrazzjoni spiċċat.
Fejn għandu jsir ir-
radd tad-depożitu.
1914.  (1) Ir-radd tad-depożitu għandu jsir fil-lok fejn tkun
tinsab il-ħaġa ddepożitata. Jekk fil-kuntratt ikun ġie msemmi lok
ieħor, id-depożitarju għandu jġorr il-ħaġa f’dak il-lok.
(2) L-ispejjeż tal-ġarr huma għad-depożitant.
Żmien għar-radd.
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
jitolbu, ukoll jekk fil-kuntratt ikun ġie magħmul żmien għar-radd
jew b’talba ġudizzjarja.
Jeddijiet tad- 1916.   Id-depożitarju jista’ jġiegħel lid-depożitant jieħu lura
d-depożitu.
Iżda, hu ma jistax, mingħajr raġuni tajba, iġiegħlu jieħu
lura d-depożitu qabel iż-żmien miftiehem.
depożitarju 
jispiċċaw jekk ikun 
1917. 
jipprova li l-ħaġa ddepożitata hija tiegħu nnifsu.
FUQ L-OB LI I TA DEPOŻ TA T
Radd ta’ l-ispejjeż 
magħmula mid-
depożitarju.
1918.  Id-depożitant għandu jrodd lid-depożitarju l-ħlas ta’ l-
ispejjeż li dan ikun għamel biex jikkonserva l- ħaġa  ddepożitata, u
għandu jikkumpensah tat-telf kollu li jkun ġieblu d-depożitu.
Id-depożitarju 
jista’ jżomm 
f’idejh id-depożitu 
sakemm jitħallas 
ta’ l-ispejjeż.
1919.  Id-depożitarju jista’ jżomm f’idejh id-depożitu sakemm
jitħallas għal kollox ta’ dak kollu li jkollu jieħu minħabba dak id-
depożitu.
§  II. FUQ ID-DEPOŻITU NEĊESSARJU
X’inhu d-depożitu 
neċessarju.
1920.  Id-depożitu neċessarju hu dak li wieħed ikun imġiegħel
jagħmel minħabba xi aċċident, bħal ħruq, tiġrif, sakkeġġ, għarqa,
jew xi ġrajja oħra ta’ bla ħsieb.
Disposizzjonijiet 
dwar id-depożitu 
volontarju li 
jgħoddu għad-
depożitu 
neċessarju.
1921.  Kull disposizzjoni oħra dwar id-depożitu volontarju
tgħodd ukoll għad-depożitu neċessarju.
Sub-titolu II
FUQ IS-SEKWESTRU KONVENZJONALI
X’inhu s-sekwestru 
konvenzjonali.
1922.  (1) Is-sekwestru konvenzjonali huwa d-depożitu ta’ ħaġa
li fuqha jkun hemm kwistjoni, magħmul f’idejn terza persuna, illi
tobbliga ruħha li troddu, meta tispiċċa l-kwistjoni, lill-persuna li
lilha l-ħaġa tiġi ddikjarata li tkun tmiss.
(2) Is-sekwestru konvenzjonali jista’ jkollu bħala oġġett sew
ħwejjeġ mobbli kemm ħwejjeġ immobbli.
Ħelsien tas-
sekwestratarju.
1923. Is-sekwestratarju ma jistax jiġi meħlus qabel ma tispiċċa l-
kwistjoni, ħlief bil-kunsens ta’ dawk li fdawlu l-ħaġa, jew għal
raġuni tajba.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        319
Disposizzjonijiet 
dwar id-depożitu 
volontarju li 
jgħoddu għas-
sekwestru 
konvenzjonali.
1924.  Id-disposizzjonijiet dwar id-depożitu volontarju jgħoddu
għas-sekwestru konvenzjonali.
Titolu XX
FUQ IL-GARANZIJA
Sub-titolu I
X’INHI U SA FEJN TGĦODD IL-GARANZIJA
X’inhu l-kuntratt 
ta’ garanzija.
1925.  Il-garanzija hija kuntratt li bih wieħed jintrabat lejn il-
kreditur li jissodisfa l-obbligazzjoni ta’ wieħed ieħor, jekk dan ma
jissodisfahiex huwa nnifsu.
Ma jistax ikun 
hemm garanzija 
ħlief għal 
obbligazzjoni li 
tkun tiswa. 
Emendat: 
XLVI.1973.98.
1926.  (1) Ma jistax ikun hemm garanzija ħlief għal
obbligazzjoni li tkun tiswa.
(2) Iżda, il-garanzija tista’ tingħata għal obbligazzjoni li tista’
tiġi annullata bis-saħħa ta’ eċċezzjoni personali għad-debitur, bħal
ma hija dik ta’ inkapaċità  minħabba età  minuri jew interdizzjoni.
Il-garanzija ma 
tistax taqbeż id-
dejn.
1927.  (1) Il-garanzija ma tistax tkun għal iżjed minn dak li
jkollu jagħti d-debitur, lanqas ma tista’ ssir taħt kondizzjonijiet
iżjed gravużi.
(2) Tista’ tingħata għal biċċa biss mid-dejn, u taħt
kondizzjonijiet anqas gravużi.
(3) Il-garanzija għal iżjed mid-dejn jew magħmula taħt
kondizzjonijiet iżjed gravużi, tiswa biss sa daqs kemm tkun l-
obbligazzjoni prinċipali.
Persuna tista’ tkun 
garanti bla ma jkun 
jaf id-debitur.
1928.  (1) Wieħed jista’ jidħol garanti mingħajr ma tkun talbet
jew ukoll mingħajr ma tkun taf il-persuna li għaliha jobbliga ruħu.
(2) Wieħed jista’ wkoll jidħol garanti mhux biss tad-debitur
prinċipali, iżda wkoll tal-garanti tiegħu.
Il-garanzija mhix 
preżunta.
1929.  Il-garanzija ma tistax tkun preżunta, iżda għandha tkun
espressa; u ma tistax tinħareġ barra mil-limiti li fihom tkun ġiet
ikkuntrattata.
Garanzija bi kliem 
ġenerali.
1930.  (1) Fil-garanzija mogħtija bi kliem ġenerali għal
obbligazzjoni prinċipali, jidħol ukoll dak kollu li hu aċċessorju
għad-dejn.
(2) Jidħlu wkoll fiha l-ispejjeż meħtieġa sabiex jitħallas id-
dejn, basta li l-kreditur, qabel ma jibda l-atti li jagħtu lok għal
dawn l-ispejjeż, igħarraf bihom lill-garanti, b’att ġudizzjarju.
(3) L-ispejjez ta’ dan l-att imorru ma’ l-ispejjeż li jidħlu fil-
garanzija.
  320      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Min jista’ jkun 
garanti.
1931.  Id-debitur li jkun obbligat li jġib garanti għandu jġib
persuna kapaċi li tikkuntratta, li jkollha beni biżżejjed biex tagħmel
tajjeb għall-oġġett ta’ l-obbligazzjoni, u li jkollha d-domiċilju
tagħha f’Malta.
Insolvenza tal-
garanti.
1932.  (1) Meta l-garanti aċċettat mill-kreditur, minn rajh jew
b’ordni tal-qorti, wara ma jibqax solvibbli, id-debitur għandu jġib
garanti ieħor.
(2) Din ir-reġola ma tgħoddx fil-kaz biss illi l-garanti ikun
inġieb bis-saħħa ta’ ftehim li bih il-kreditur kien ried bħala garanti
lil dik il-persuna partikolari.
Mara ma tistax 
tidħol bħala garanti 
għal żewġha. 
Sostitwit: 
XLVI. 1973.99.
1933. Imħassar bl-artikolu 83 ta’ l-Att XXI ta’ l-1993.
Sub-titolu II
FUQ L-EFFETTI TAL-GARANZIJA
§  I. FUQ L-EFFETTI TAL-GARANZIJA BEJN IL-KREDITUR U
L-GARANTI
Meta l-garanti hu 
obbligat iħallas.
1934. Il-garanti hu obbligat biss iħallas meta jonqos id-debitur
prinċipali, illi qabel xejn għandu jiġi eskuss fuq il-beni tiegħu. 
Meta l-benefiċċju 
ta’ l-eskussjoni ma 
jgħoddx.
1935. Il-benefiċċju ta’ l-eskussjoni ma jgħoddx -
(a) jekk il-garanti jkun irrinunzja għal dan il-benefiċċju;
(b) jekk il-garanti jkun obbliga ruħu in solidum mad-
debitur;
(ċ) jekk id-debitur jista’ jagħti eċċezzjoni personali, bħal
dawk imsemmija fl-artikolu 1926;
(d) jekk id-debitur ikun sar mhux solvibbli.
Responsabbiltà  tal-
kreditur meta tiġi 
milqugħa l-
eċċezzjoni ta’ l-
eskussjoni. 
Kap. 12.
1936.  Jekk tiġi milqugħa l-eċċezzjoni ta’ l-eskussjoni, il-
kreditur, sa l-ammont tal-valur tal-beni miġjubin fin-nota
ppreżentata mill-garanti skond id-disposizzjonijiet tas-Sub-titolu
VIII tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, iwieġeb lejn il-garanti, għall-insolvenza tad-
debitur prinċipali li tkun ġrat sadattant minħabba li l-kreditur ikun
iddawwar ma beda l-proċeduri ġudizzjarji jew ma jkunx issokta
bid-diliġenza meħtieġa l-proċeduri mibdija.
Meta l-garanti 
huma tnejn jew 
iżjed għall-istess 
debitur.
1937.  (1) Meta tnejn min-nies jew iżjed jidħlu bħala garanti ta’
l-istess debitur u għall-istess dejn, kull wieħed minnhom ikun
obbligat għad-dejn kollu.
(2) Iżda, kull wieħed minnhom jista’, kemm-il darba ma jkunx
irrinunzja għall-benefiċċju tal-qsim tad-dejn, jew ma jkunx obbliga
ruħu in solidum mad-debitur, jitlob li l-kreditur jaqsam l-azzjoni
tiegħu u jnaqqasha għas-sehem ta’ kull wieħed mill-garanti. 
Insolvenza ta’ 
wieħed jew iżjed 
mill-garanti.
1938.  Jekk, fiż-żmien li fih lil xi wieħed mill-garanti jkun
ingħata l-benefiċċju tal-qsim tad-dejn, xi wħud mill-garanti ma
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        321
kinux solvibbli, dak il-garanti jkun obbligat proporzjonatament
għall-ishma ta’ dawk li ma jkunux solvibbli; iżda ma tista’ tinġieb
kontra tiegħu ebda pretensjoni dwar l-ishma ta’ dawk il-garanti l-
oħra li jkunu saru mhux solvibbli wara l-qsim tad-dejn.
Qsim ta’ l-azzjoni 
mill-kreditur.
1939.  Jekk il-kreditur ikun qasam huwa nnifsu, minn rajh, l-
azzjoni tiegħu, ma jistax jerġa’ lura mill-qsim li jkun għamel,
lanqas jekk qabel iż-żmien li fih ta l-kunsens għal dak il-qsim kien
hemm xi wħud mill-garanti li ma kinux solvibbli.
Responsabbiltà  tal-
garanti tal-garanti.
1940.  Il-garanti tal-garanti mhux obbligat lejn il-kreditur ħlief
meta d-debitur prinċipali u l-garanti tiegħu kollha jkunu mhux
solvibbli, jew ikunu ġew meħlusa b’eċċezzjonijiet personali għad-
debitur u għall-garanti.
Garanti fi ħwejjeġ 
tal-kummerċ.
1941.  Il-garanti fi ħwejjeġ tal-kummerċ, meta ma jkunx hemm
ftehim xort’oħra, jitqies dejjem li hu obbligat in solidum mad-
debitur.
§  II. FUQ L-EFFETTI TAL-GARANZIJA BEJN ID-DEBITUR U L-
GARANTI
Il-garanti jista’ jdur 
kontra d-debitur 
prinċipali.
1942.  (1) Il-garanti li jkun ħallas, għandu jedd idur kontra d-
debitur prinċipali, sew jekk il-garanzija tkun ingħatat bil-kunsens
tad-debitur kemm jekk tkun ingħatat mingħajr dan ma kien jaf.
(2) Dan il-jedd ta’ regress igħodd sew għall-kapital kemm
għall-imgħaxijiet u l-ispejjeż:
Iżda, għal dawk li huma spejjeż, il-garanti m’għandux jedd
ta’ regress ħlief għal dawk l-ispejjeż li jkun għamel wara li b’att
ġudizzjarju, ikun għarraf lid-debitur prinċipali bil-molestji li jkun
bata.
lmgħaxijiet u danni 
li għandhom 
jitħallsu lill-
garanti.
1943.  (1) Hu għandu wkoll jedd idur kontra d-debitur għall-
imgħaxijiet ta’ dak kollu li jkun ħallas għalih, għad illi d-dejn ma
kienx iġib imgħaxijiet, kif ukoll għad-danni, jekk ikun hemm.
(2) Iżda, l-imgħaxijiet li ma kinux imissu lill-kreditur, ma
jibdewx għaddejja favur il-garanti ħlief minn dak in-nhar li dan,
b’att ġudizzjarju, ikun għarraf lid-debitur bil-ħlas li jkun għamel.
Meta l-garanzija 
ssir kontra l-
volontà  tad-
debitur.
1944.  Jekk il-garanzija tkun saret kontra l-volontà  tad-debitur,
il-garanti m’għandux jedd idur kontra d-debitur ħlief għal dak li
jkun safa ta’ ġid lil dan.
Effett tal-ħlas 
magħmul mill-
garanti.
1945.  Il-garanti li jħallas id-dejn, jidħol ipso jure fil-jeddijiet
kollha li l-kreditur kellu kontra d-debitur; bla ħsara ta’ dak li
jingħad fl-artikolu 1167 jekk mid-dejn tkun tħallset biċċa biss.
Jedd tal-garanti 
għar-regress meta 
hemm żewġ 
debituri jew iżjed 
obbligati in 
solidum.
1946.  Meta jkun hemm żewġ debituri prinċipali jew iżjed
obbligati in solidum għall-istess dejn, il-persuna li tkun daħlet
garanti tagħhom kollha, għandha jedd iddur kontra kull wieħed
minnhom biex tieħu lura s-somma kollha li tkun ħallset.
  322      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta l-garanti jitlef 
il-jedd li jdur 
kontra d-debitur.
1947.  (1) Il-garanti m’għandux jedd idur kontra d-debitur
prinċipali, jekk dan, billi ma jkunx ġie mgħarraf mill-garanti bil-
ħlas li għamel, iħallas huwa wkoll.
(2) Il-garanti, li jħallas mingħajr ma jgħarraf lid-debitur
prinċipali, m’għandux jedd idur kontra dan id-debitur, jekk, fiż-
żmien tal-ħlas, dan kellu mezzi li bihom id-dejn seta jiġi ddikjarat
imħallas.
(3) F’kull wieħed minn dawn il-każijiet, l-azzjoni tal-garanti
kontra l-kreditur, biex jitlob lura li jkun ħallas, tibqa’ sħiħa.
Meta l-garanti 
jista’ jaġixxi kontra 
d-debitur għar-
rilevanza.
1948. Il-garanti, ukoll qabel ma jħallas, jista’ jaġixxi kontra d-
debituri sabiex jiġi minnu rilevat -
(a) jekk jiġi mħarrek għall-ħlas;
(b) jekk id-debitur ifalli jew isir mhux solvibbli, jew l-
istat tiegħu jitbiddel u jkun hemm il-għaliex wieħed
jibża’ li sejjer isir mhux solvibbli;
(ċ) jekk id-debitur ikun obbliga ruħu li għandu jeħilsu
mill-garanzija fi żmien miftiehem, u dan iż-żmien ikun
għalaq;
(d) jekk id-dejn ikun sar eżiġibbli billi jkun għalaq iż-
żmien miftiehem għall-ħlas;
(e) jekk id-debitur ikun in mora fil-ħlas;
(f) egħluq sentejn, jekk ma jkunx ġie ffissat żmien għall-
ħlas, u l-obbligazzjoni ma tkunx minnha nfisha tali li
ma tistax tiġi mitmuma qabel żmien itwal.
§  III. FUQ L-EFFETTI TAL-GARANZIJA BEJN IL-GARANTI
Jeddijiet tal-garanti 
bejniethom.
1949.  (1) Meta żewġ persuni jew iżjed ikunu daħlu garanti ta’ l-
istess debitur u għall-istess dejn, il-garanti li jħallas id-dejn għandu
jedd idur kontra dawk l-oħra li jkunu garanti miegħu, kull wieħed
minnhom għas-sehem tiegħu.
(2) Il-garanti għandu dan il-jedd ta’ regress fil-każ biss li jkun
ħallas f’wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel
dan.
Insolvenza tal-
garanti.
1950. Il-garanti li jħallas id-dejn jista’ jitlob biss mingħand kull
wieħed minn dawk li jkunu garanti miegħu s-sehem li għalih
għandu jwieġeb kull wieħed minnhom, u huwa nnifsu, flimkien
mal-garanti l-oħra, għandu joħroġ sehem għall-ishma tal-garanti
mhux solvibbli, ukoll jekk, meta ħallas, ikun ħa mingħand il-
kreditur ċessjoni espressa tal-jeddijiet tiegħu.
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
Sub-titolu III
FUQ IL-G RA ZI A LE AL U IZ JA JA
Kwalifiki tal-
jġib garanzija, il-garanti li jinġieb għandu jkollu l-kwalifiki
msemmijin fl-artikolu 1931.
rahan meta ma 
jinsabx garanti.
 Dak li ma jistax isib garanti jista’ minflok jagħti rahan jew
Il-garanti legali 
jew ġudizzjarju ma 
eskussjoni tad-
debitur prinċipali.
  Il-garanti legali jew ġudizzjarju ma jistax jitlob l-
ll-garanti tal-
garanti legali jew 
jitlob l-eskussjoni 
ta’ dan ta’ l-aħħar.
 Dak li jkun daħal biss bħala garanti tal-garanti legali jew
Bla ħsara ta’ 
ligijiet oħra.
1955. 
jħassrux id-dispozizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzaz-zjoni u
Proċedura Ċivili.
K F TI PIĊĊA L-G RA ZI A
Kif tispiċċa 
obbligazzjoni tal-
garanti.
1956.  L-obbligazzjoni mnissla mill-garanzija tispiċċa għall-
istess raġunijiet li għalihom jispiċċaw l-obbligazzjonijiet l-oħra
kollha.
Konfużjoni fil-
persuna tad-debitur 
u tal-garanti 
tiegħu.
1957.  Il-konfużjoni li tiġri fil-persuna tad-debitur prinċipali u
tal-garanti tiegħu, meta wieħed minnhom isir werriet ta’ l-ieħor, ma
toqtolx l-azzjoni tal-kreditur kontra dak li jkun daħal garanti tal-
garanti.
Eċċezzjonijiet li l-
garanti jista’ jagħti 
kontra l-kreditur.
1958.  Il-garanti jista’ jagħti kontra l-kreditur l-eċċezzjonijiet
kollha li jista’ jagħti d-debitur prinċipali, u li huma mgħaqqdin
mad-dejn; iżda ma jistax jagħti dawk l-eċċezzjonijiet li jkunu għal
kollox personali għad-debitur.
Ħelsien tal-garanti 
meta ma tistax issir 
is-surroga.
1959.  Il-garanti, ukoll jekk obbligat in solidum, huwa meħlus
jekk is-surroga fil-jeddijiet, ipoteki u privileġġi tal-kreditur ma
tkunx tista’ ssir favur tiegħu bi htija tal-kreditur.
Meta l-kreditur 
jeħles wieħed mill-
garanti mingħajr il-
kunsens ta’ l-
oħrajn.
1960. Jekk il-kreditur jeħles wieħed mill-garanti tiegħu mingħajr
il-kunsens ta’ l-oħrajn, dan il-ħelsien jiswa lill-garanti l-oħra sas-
sehem tal-garanti li jkun ġie hekk meħlus.
Aċċettazzjoni mill-
kreditur ta’ 
immobbli jew 
proprjetà  oħra bi 
ħlas tad-dejn.
1961.  Meta l-kreditur jaċċetta minn jeddu immobbli jew ħaġa
oħra bi ħlas tad-dejn prinċipali, il-garanti jiġi meħlus, għalkemm
wara l-kreditur ibati l-evizzjoni ta’ dik il-proprjetà.
  324      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
It-tiġdid taż-żmien 
għall-ħlas ma 
jeħlisx lill-garanti.
1962. It-tiġdid biss taż-żmien għall-ħlas li l-kreditur jagħti lid-
debitur prinċipali, ma jeħlisx lill-garanti; iżda dan jista’, f’dan il-
każ, jaġixxi kontra d-debitur biex iġiegħlu jħallas.
Kemm iddum l-
obbligazzjoni tal-
garanti.
1963.  Il-garanti illi jkun illimita l-garanzija tiegħu għall-istess
żmien li jkun ġie mogħti lid-debitur prinċipali, jibqa’ obbligat ukoll
wara dak iż-żmien u għaż-żmien kollu meħtieġ biex id-debitur jiġi
mġiegħel iħallas, basta li l-kreditur fi żmien xahrejn mill-egħluq ta’
dak iż-żmien ikun beda l-proċeduri u jkun issoktahom bid-diligenza
meħtieġa.
Titolu XXI
FUQ IL-KUNTRATT TA’ RAHAN
Tifsir. 
Sostitwit: 
LVIII. 1975.11.
1964.  (1) Ir-rahan huwa kuntratt li jinħoloq biex jagħmel tajjeb
għal obbligazzjoni. Ir-rahan jista’ jingħata jew mid-debitur innifsu
jew minn terza persuna għad-debitur.
(2) Il-ħwejjeġ li jistgħu jingħataw b’rahan huma ħwejjeġ
mobbli u krediti u jeddijiet oħra dwar ħwejjeġ mobbli.
Rahan ta’ ħwejjeġ 
mobbli. 
Sostitwit: 
LVIII. 1975.12.
1965.  (1) Ir-rahan ta’ ħwejjeġ mobbli jiġi kostitwit bil-kunsinna
lill-kreditur tal-ħaġa mogħtija b’rahan jew tad-dokument li jagħti l-
jedd esklusiv li wieħed jiddisponi mill-ħaġa.
(2) Il-ħaġa mogħtija b’rahan jew id-dokument imsemmi qabel
jistgħu wkoll jiġu kunsinnati lil terza persuna magħżula mill-
partijiet għall-kuntratt jew imqiegħda fil-kustodja taż-żewġ
partijiet hekk li dik il-parti li tagħti r-rahan ma tkunx tista’
tiddisponi minnhom mingħajr il-koperazzjoni tal-kreditur.
Effetti tar-rahan. 
Emendat: 
IV.1907.1. 
Sostitwit: 
LVIII. 1975.13.
1966.  (1) Ir-rahan jagħti lill-kreditur il-jedd li jitħallas minn fuq
il-ħaġa mirhuna bi privileġġ fuq kredituri oħra kif jingħad fit-
Titolu XXIII.
(2) Dan il-privileġġ jiswa fuq il-ħaġa mirhuna fil-każ biss li din
il-ħaġa jew id-dokument dwarha jkunu ġew ikkunsinnati jew
imqiegħda f’kustodja kif provdut fl-artikolu 1965 u biss dment li
dik il-ħaġa jew dak id-dokument jibqgħu f’idejn il-kreditur jew
f’idejn it-terza persuna magħżula mill-partijiet jew fil-kustodja taż-
żewġ partijiet kif intqal qabel.
(3) Meta l-ħaġa mogħtija b’rahan tkun kreditu jew jedd ieħor li
dwaru ma jkun hemm ebda dokument hekk kif imsemmi fl-artikolu
1965, l-imsemmi privileġġ ma jinħoloqx kemm-il darba r-rahan ma
jirriżultax minn att pubbliku jew minn skrittura privata, u jew ikun
ingħata avviż tar-rahan b’att ġudizzjarju notifikat lid-debitur tal-
kreditu jew jedd ieħor jew dak id-debitur ikun irrikonoxxa bil-
miktub ir-rahan.
(4) Meta dak il-kreditu jew jedd ieħor ikun jirriżulta minn
dokument, il-persuna li tagħti r-rahan għandha, ħlief meta d-
dokument ikun att pubbliku, tikkunsinna d-dokument lill-kreditur. 
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        325
Ir-rahan jista’ 
jinżamm għal djun 
oħra.
1967.  Jekk l-istess debitur jagħmel dejn ieħor ma’ l-istess
kreditur wara l-kunsinna tal-ħaġa mirhuna, il-kreditur, jekk ma
jkunx hemm ftehim xort’oħra, jakkwista fuq ir-rahan, għat-tieni
dejn, l-istess jeddijiet li jkollu għad-dejn ta’ qabel, għalkemm ma
jkunx ġie miftiehem espressament li r-rahan għandu jagħmel tajjeb
għall-ħlas tat-tieni dejn.
Meta l-ħaġa 
mogħtija b’rahan 
tkun dejn. 
Sostitwit: 
LVIII. 1975.14.
1968.  (1) Meta l-ħaġa mirhuna tkun kreditu, il-kreditur li favur
tiegħu jsir ir-rahan ikun responsabbli għall-ġbir ta’ dak il-kreditu
meta jagħlaq, u għandu jqiegħed il-flejjes jew oġġetti l-oħra
riċevuti jew kif miftiehem jew, f’nuqqas ta’ ftehim, kif il-qorti
tista’ tiddeċiedi.
(2) Jekk id-dejn garantit b’rahan ikun dovut, il-kreditur li favur
tiegħu jsir ir-rahan jista’ jżomm, minn kull flejjes riċevuti kif intqal
qabel, ammont li jkun biżżejjed biex jissodisfa l-jeddijiet tiegħu u
għandu jikkunsinna l-bqija lil min jagħti r-rahan; u jekk il-ħaġa li
tiġi riċevuta ma tkunx flus, dan jista’ jgħaddi għall-bejgħ tal-ħaġa
kif provdut fl-artikolu 1970.
(3) Il-kreditur ta’ dejn li jkun garantit bir-rahan ta’ kreditu
ieħor jista’, f’kull żmien wara li l-kreditu tiegħu jkun dovut, jitlob
li l-kreditu mirhun favur tiegħu jingħata lilu bi ħlas sa l-ammont
tal-kreditu tiegħu.
(4) Id-debitur ta’ kreditu mogħti b’rahan jista’ jagħti lill-
kreditur tad-dejn garantit b’dak ir-rahan l-eċċezzjonijiet kollha li
seta’ jagħti lill-kreditur tiegħu stess; iżda jekk dak id-debitur ikun
hu nnifsu aċċetta mingħajr riżerva l-għoti tal-kreditu b’rahan, dan
ma jistax jagħti lill-kreditur tad-dejn hekk garantit xi
kumpensazzjoni li setgħat saret qabel ma ġie mogħti r-rahan.
Rahan ta’ ħaġa ta’ 
ħaddieħor. 
Emendat: 
XLIX. 1981.6.
1969.  (1) Jekk persuna tagħti b’rahan ħaġa li ma tkunx tagħha,
ir-rahan jiswa, u sid il-ħaġa ma jistax jitlobha lura mingħajr ma
jħallas id-dejn li għalih tkun ġiet mirhuna.
(2) Din id-disposizzjoni ma tgħoddx, ħlief għal Il-Monti, fil-
każijiet li ġejjin:
(a) meta jinsab li kien hemm mala fidi fil-persuna li
rċeviet ir-rahan;
(b) meta jinsab li l-ħaġa mirhuna kienet misruqa, u l-
persuna li rahnitha ma setgħatx, milli kien jidher, tkun
sid dik il-ħaġa.
Bejgħ ta’ rahan fl-
irkant. 
Emendat: 
IV.1907.2, 3; 
XXXIX. 1976.8.
1970.  (1) Il-kreditur, minbarra Il-Monti, ma jistax jiddisponi
mir-rahan fin-nuqqas ta’ ħlas: iżda hu għandu jedd jitlob il-bejgħ
tal-ħaġa fl-irkant taħt is-setgħa tal-qorti.
Setgħa tal-qorti 
meta r-rahan 
għandu prezz fil-
borża jew fis-suq.
(2) It-talba tal-kreditur għal dan il-bejgħ tista’ ssir imqar
b’rikors u l-qorti tista’ fuq din it-talba tordna l-bejgħ tar-rahan,
jekk id-debitur jew min jidher għalih skond il-liġi, wara li jiġi
nnotifikat kif imiss b’kopja ta’ dak ir-rikors, biż-żmien ta’ tliet
ijiem sabiex iwieġeb, jonqos li jwieġeb jew ma jagħmilx
opposizzjoni għat-talba.
  326      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Kap. 12.
(3) Il-qorti tista’, meta tinġieb quddiemha raġuni tajba, tqassar
kif jidhrilha sewwa fid-dehen tagħha, iż-żminijiet imsemmijin fl-
artikoli 256 u 312 u fl-aħħar biċċa ta’ l-artikolu 314(3) tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(4) Jekk il-ħaġa mirhuna jkollha prezz fil-borża jew fis-suq, il-
qorti tista’, fuq rikors tal-kreditur, li għandu jiġi nnotifikat lid-
debitur jew lil min jidher għalih skond il-liġi, tordna li l-bejgħ tar-
rahan, ukoll jekk dan il-bejgħ ikun b’esekuzzjoni ta’ sentenza, isir,
minflok fl-irkant, bil-mezz ta’ sensal pubbliku jew ta’ bank jew ta’
istitut ieħor ta’ kreditu li jiġi maħtur mill-qorti.
(5) Il-talba msemmija fl-aħħar subartikolu qabel dan ta’ dan l-
artikolu ma tistax, ħlief jekk il-bejgħ tar-rahan ikun b’esekuzzjoni
ta’ sentenza, issir mill-kreditur sakemm ma jkunux għaddew tlitt
ijiem min-notifika ta’ avviż li bih id-debitur jew dak li jidher għalih
skond il-liġi jkun ġie msejjaħ biex iħallas id-dejn f’dak iż-żmien,
bit-twissija li fin-nuqqas ta’ dak il-ħlas, isiru l-proċeduri għall-
bejgħ tar-rahan.
(6) F’ebda każ l-opposizzjoni tad-debitur għall-bejgħ tar-rahan
kif jingħad fis-subartikolu (4), ma tista’ żżomm jew iddewwem dan
il-bejgħ, bla ħsara tal-jedd tad-debitur għall-ħlas tad-danni, jekk
ikun il-każ.
(7) Fil-każ imsemmi fis-subartikolu (4), il-qorti tista’, jekk il-
kreditur ikun bank jew istitut ieħor ta’ kreditu, tagħti l-
awtorizzazzjoni lil dan il-kreditur li jbigħ ir-rahan bil-prezz li jkun
miexi, bla ħsara tal-jedd tad-debitur għall-ħlas tad-danni, jekk ikun
il-każ.
(8) Is-sensal pubbliku, il-bank jew istitut ieħor ta’ kreditu,
imsemmija f’dan l-artikolu, għandhom, fi żmien erbgħa u għoxrin
siegħa mid-dħul tal-prezz tal-bejgħ tar-rahan, jiddepożitaw dan il-
prezz taħt is-setgħa tal-qorti li tkun ordnat il-bejgħ, wara li jaqtgħu
minnu l-ispejjeż u d-drittijiet li jkollhom jieħdu.
Meta d-debitur 
jista’ jitlob il-bejgħ 
tar-rahan.
1971. Id-debitur ukoll jista’, wara li d-dejn jagħlaq, jew imqar
qabel, jekk iż-żmien għall-ħlas ma jkunx ġie miftiehem favur il-
kreditur, jitlob, bil-mod li jingħad fl-aħħar artikolu qabel dan, il-
bejgħ tar-rahan biex iħallas id-dejn li għalih ir-rahan ikun ġie
mogħti.
Meta r-rahan ma 
jistax jinżamm 
mingħajr ma tiġrilu 
ħsara.
1972. Il-bejgħ tar-rahan jista’ jintalab f’kull żmien li jkun, sew
mid-debitur kemm mill-kreditur, meta jinsab li r-rahan ma jistax
jinżamm għal iżjed żmien mingħajr ma tiġrilu ħsara.
Xi pattijiet li huma 
nulli.
1973. Kull patt li jagħti s-setgħa lill-kreditur li jieħu bi proprjetà
r-rahan, jew li jiddisponi minnu mingħajr ma jħares il-proċedura
msemmija fl-artikolu 1970, jew li jneħħi lill-kreditur jew lid-
debitur il-jedd li jitlob il-bejgħ tar-rahan kif jingħad fl-artikoli
1970, 1971 u 1972, huwa null.
Id-debitur jibqa’ 
sid ir-rahan.
1974. Id-debitur jibqa’ sid il-ħaġa mirhuna sakemm ma tiġix lilu
mneħħija l-proprjetà  tagħha.
Responsabbiltà  tal-
kreditur.
1975.  (1) Il-kreditur iwieġeb għat-telf tar-rahan jew għall-ħsara
li tiġri fih bi ħtija tiegħu.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        327
(2) Id-debitur min-naħa tiegħu għandu jħallas lill-kreditur l-
ispejjeż li dan jagħmel biex jikkonserva r-rahan.
Frottijiet.
minnu, u jaqgħu taħt il-jeddijiet kollha tal-kreditur bħar-rahan
stess.
Kif għandhom 
jitnaqqsu l-
imgħaxijiet u utli 
oħra tar-rahan.
1977.  (1) Jekk il-ħaġa mirhuna tagħti mgħaxijiet jew utli oħra,
il-kreditur għandu jnaqqas dawn l-imgħaxijiet jew utli oħra mill-
imgħaxijiet li jkollu jieħu.
(2) Jekk id-dejn, li biex jagħmel tajjeb għalih ir-rahan ikun ġie
mogħti, ma jkunx iġib imgħax, it-tnaqqis isir mill-kapital tad-dejn.
(3) Kull patt kuntrarju għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
hu null. 
Abbuż mill-
kreditur.
1978. Jekk il-kreditur jabbuża mir-rahan, id-debitur jista’ jitlob
li r-rahan jiġi mqiegħed għand ħaddieħor, sabiex jiġu mħarsa l-
jeddijiet sew tal-kreditur kemm tad-debitur.
Radd tar-rahan lid-
debitur.
1979.  Id-debitur ma jistax jitlob ir-radd tar-rahan sakemm ma
jkunx ħallas għal kollox il-kapital, l-imgħaxijiet u l-ispejjeż tad-
dejn li għalihom ir-rahan ikun suġġett.
Il-kreditur jista’ 
jagħmel użu mir-
rahan.
1980.  Il-kreditur jista’, bil-kunsens tad-debitur, jagħmel użu
mir-rahan, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1977 jekk
il-kreditur jagħmel xi qligħ minn dak l-użu.
L-użu tar-rahan 
mingħajr il-
kunsens tad-
debitur jitqies 
abbuż.
1981.  L-użu tal-ħaġa mirhuna magħmul mill-kreditur mingħajr
il-kunsens tad-debitur, jitqies abbuż mir-rahan, u l-kreditur iwieġeb
għall-konsegwenzi msemmijin fl-artikolu l978, u, barra minn dan,
għandu l-obbligu li jagħmel l-imputazzjoni msemmija fl-artikolu
1977, jekk huwa jkun għamel xi qligħ minn dak l-użu.
Il-kreditur jista’ 
bil-kunsens tad-
debitur jirhan l-
ħaġa mirhuna.
1982. 1l-kreditur li bil-kunsens tad-debitur jagħti b’rahan il-ħaġa
li hu jkun iżomm b’dan it-titolu, jibqa’ jwieġeb għat-telf tar-rahan
jew għall-ħsara li tiġri fih b’negliġenza, kif ukoll għar-radd tar-
rahan fiż-żmien li dan ir-radd għandu jsir.
ll-kreditur li jirhan 
il-ħaġa mirhuna 
mingħajr il-
kunsens tad-
debitur.
1983.  Il-kreditur li, mingħajr il-kunsens tad-debitur, jirhan il-
ħaġa mogħtija lilu b’rahan, iwieġeb ukoll għal kull telf jew ħsara li
tiġri b’aċċident, jekk ir-rahan ma kienx jintilef jew ma kinetx
tiġrilu ħsara kieku baqa’ għand il-kreditur.
Jekk dak li lilu l-
ħaġa ġiet mogħtija 
b’rahan mill-
kreditur jagħmel 
użu minnha.
1984. Jekk dak li lilu l-ħaġa ġiet mogħtija b’rahan mill-kreditur,
jagħmel użu minnha, igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1980
u 1981, favur id-debitur li jkun ta l-ħaġa b’rahan lill-kreditur
tiegħu.
Ir-rahan ma 
jinqasamx.
1985.  (1) Ir-rahan ma jinqasamx, għalkemm id-dejn ikun ta’
xorta li jista’ jinqasam bejn il-werrieta tad-debitur jew il-werrieta
tal-kreditur.
(2) Il-werriet tad-debitur, li jkun ħallas sehmu tad-dejn, ma
jistax jitlob ir-radd ta’ sehmu tar-rahan sakemm id-dejn ma
jitħallasx għal kollox.
(3) Min-naha l-oħra, il-werriet tal-kreditur, li jkun daħħal
sehmu tal-kreditu, ma jistax irodd ir-rahan bi ħsara tal-werrieta l-
oħra miegħu li ma jkunux tħallsu.
  328      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Dwar flus maħruġa 
bil-quddiem fuq 
merkanziji f-
operazzjonijiet 
kummerċjali.
1986. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu ma jħassrux il-liġijiet
u l-użi li jkunu jseħħu dwar il-jeddijiet ta’ kredituri għal flus
maħruġa bil-quddiem fuq merkanziji, f’operazzjonijiet
kummerċjali.
Titolu XXII
FUQ L-ANTIKRESI
X’ inhi l-antikresi. 
Emendat: 
XXX. 1981.13; XX. 
1984.3; 
V. 1993.3.
1987.  (1) L-antikresi hija kuntratt li bih il-kreditur jakkwista l-
jedd li jdaħħal il-frottijiet ta’ l-immobbli tad-debitur tiegħu, bl-
obbligu li kull sena jaqta’ dawn il-frottijiet mill-imgħaxijiet, jekk
ikollu jeħodhom, u mbagħad mill-kapital tal-kreditu tiegħu.
(2) L-antikresi ma tistax issir ħlief bil-miktub.
(3) Antikresi li saret b’att pubbliku qabel it-28 ta’ Frar, 1961,
għal żmien ta’ iktar minn tletin sena, titqies li hi bejgħ, kemm-il
darba l-imsemmi att pubbliku jiġi insinwat fir-Reġistru Pubbliku
bħala trasferiment b’titolu ta’ bejgħ.
(4) L-insinwa msemmija fis-subartikolu (3) tista’ ssir f’kull
żmien mill-kreditur jew minn kull min jikseb il-jedd mingħand il-
kreditur.
Responsabbiltà  tal-
kreditur.
1988.  (1) Il-kreditur hu obbligat, meta ma jkunx hemm ftehim
xort’oħra, iħallas iċ-ċnus u piżijiet oħra li għalihom ikun suġġett l-
immobbli li jkun għandu b’antikresi.
(2) Hu għandu wkoll jaħseb biex iżomm l-immobbli fi stat
tajjeb u biex jagħmel fih it-tiswijiet meħtieġa.
(3) L-ispejjeż kollha għall-ħwejjeġ fuq imsemmija għandhom
jitnaqqsu qabel xejn mill-frottijiet.
Tgawdija mill-ġdid 
ta’ l-immobbli.
1989.  (1) Id-debitur ma jistax, qabel ma jħallas id-dejn għal
kollox, jerġa’ jidħol fit-tgawdija ta’ l-immobbli li jkun ta
b’antikresi.
(2) Iżda, il-kreditur li jkun irid jeħles mill-obbligi msemmijin
fl-aħħar artikolu qabel dan, jista’ dejjem iġiegħel lid-debitur jieħu
lura t-tgawdija ta’ l-immobbli, kemm-il darba ma jkunx irrinunzja
għal dan il-jedd.
Il-proprjetà  ta’ l-
immobbli ma 
tgħaddix għand il-
kreditur.
Kap. 12.
1990.  (1) Il-kreditur ma jsirx sid l-immobbli bin-nuqqas biss
tal-ħlas fiż-żmien miftiehem; u kull patt kuntrarju huwa null.
(2) Fin-nuqqas ta’ ħlas, il-kreditur jista’ jaġixxi għall-bejgħ tal-
fond fl-irkant bil-qorti, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Tpaċija tal-
frottijiet ma’ l-
imgħaxijiet. 
Emendat: 
XXXIX.1961.2.
1991.  Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li l-frottijiet jitpaċew bl-
imgħaxijiet, f’kollox jew f’parti, ukoll jekk b’hekk jinqabżu l-
imgħaxijiet miftiehma, basta li b’daqshekk l-imgħaxijiet ma jiġux
jaqbżu t-tmienja fil-mija fis-sena.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        329
Applikabbiltà  ta’ 
disposizzjonijiet 
dwar ir-rahan. 
Sostitwit: 
LVIII. 1975.15.
1992.  (1) L-antikresi tista’ tingħata minn terza persuna għad-
debitur.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1979 u 1985 igħoddu
wkoll għall-antikresi.
Jeddijiet tat-terzi 
fuq l-immobbli 
mogħti b’antikresi.
1993.  (1) Xejn fid-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu ma hu ta’
ħsara għall-jeddijiet li t-terzi jistgħu jkollhom fuq l-immobbli
mogħti b’antikresi.
(2) Jekk il-kreditur li jkun iżomm l-immobbli b’antikresi,
ikollu, apparti mill-antikresi, jedd ta’ privileġġ jew ta’ ipoteka li
jkun iseħħ skond il-liġi fuq dak l-immobbli, hu jista’ jeżerċita dan
il-jedd ta’ privileġġ jew ta’ ipoteka fil-grad li jkun imissu u bħal
kull kreditur ieħor.
Titolu XXIII
FUQ IL-PRIVILEĠĠI U L-IPOTEKI
Il-beni tad-debitur 
jagħmlu tajjeb 
għad-djun tiegħu.
1994.  Kull min jobbliga ruħu personalment, hu obbligat
jesegwixxi l-obbligazzjonijiet tiegħu bil-beni kollha li għandu u li
għad ikollu.
Il-beni tad-debitur 
huma garanzija 
komuni tal-
kredituri tiegħu.
1995.  Il-beni tad-debitur huma garanzija komuni tal-kredituri
tiegħu, illi għandhom ilkoll jedd indaqs fuq dawk il-beni, kemm-il
darba ma jkunx hemm bejniethom jeddijiet leġittimi ta’ preferenza.
Jeddijiet ta’ 
preferenza.
1996.  Il-jeddijiet leġittimi ta’ preferenza huma l-privileġġi, l-
ipoteki u l-benefiċċju tal-firda tal-patrimonju.
Jedd tal-kreditur li 
jżomm il-ħaġa fil-
pussess tiegħu. 
Emendat: 
LVIII.1975.16.
Kap. 234.
1997.  (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu ma jneħħux il-
jedd lill-kreditur li jżomm il-ħaġa fil-pussess tiegħu meta jkun
hemm dan il-jedd skond il-liġi.
(2) Id-disposizzjonijiet hawn fuq imsemmija ma jgħoddux
għall-bastimenti jew għall-krediti li għalihom jistgħu jkunu
suġġetti l-bastimenti, ħlief safejn dawk id-disposizzjonijiet huma
kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Bastimenti
Merkantili.
(3) Id-disposizzjonijiet hawn fuq imsemmija lanqas ma
jgħoddu għal krediti ta’ flus maħruġa bil-quddiem fuq merkanziji
f’operazzjonijiet tal-kummerċ, ħlief sa fejn dawk id-
disposizzjonijiet huma kumpatibbli ma’ liġijiet u użi oħra li jkunu
jseħħu.
Bla ħsara ta’ 
liġijiet ta’ qabel. 
1998.  Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, barra dawk taħt is-
Sub-titolu V, ma jħassrux il-liġijiet ta’ qabel dwar il-privileġġi u l-
ipoteki kostitwiti qabel il-11 ta’ Frar, 1870.
  330      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Sub-titolu I
FUQ IL-PRIVILEĠĠI
X’ inhu l-privileġġ. 1999.  Il-privileġġ huwa jedd ta’ preferenza illi x-xorta tal-
kreditu tagħti lill-kreditur fuq il-kredituri l-oħra, ukoll jekk ikunu
kredituri ipotekarji.
Privileġġi ġenerali 
jew speċjali.
2000. Il-privileġġi jistgħu jkunu sew fuq ħwejjeġ mobbli kemm
fuq immobbli. Huma ġenerali jew speċjali.
Effetti. 2001.  (1) Taħt il-privileġg ġenerali jaqgħu l-beni kollha ta’ kull
xorta.
(2) Il-privileġġ speċjali jolqot biss xi ħwejjeġ mobbli jew
immobbli partikolari.
Privileġġi li 
mhumiex 
imgħaqqdin mal-
proprjetà .
2002.  (1) Il-privileġġi speċjali fuq ħwejjeġ mobbli u l-
privileġġi ġenerali ma jibqgħux iseħħu fuq il-ħaġa jekk din tgħaddi
f’idejn it-terzi.
Privileġġi 
mgħaqqdin mal-
proprjetà .
(2) Il-privileġġi speċjali fuq l-immobbli jibqgħu mgħaqqdin
ma’ dawn l-immobbli, għalkemm dawn igħaddu għand persuni
oħra. 
§  I. FUQ IL-PRIVILEĠĠI ĠENERALI
Krediti assigurati 
bi privileġġ 
ġenerali.
2003.  Il-krediti privileġġati fuq il-beni kollha ta’ kull xorta,
huma:
(a) l-ispejjeż ġudizzjarji;
(b) l-ispejjeż tal-funerali;
(ċ) l-ispejjeż ta’ l-aħħar marda;
(d) is-salarji tas-sefturi;
(e) l-oġġetti mogħtija għal-manteniment.
Spejjeż ġudizzjarji. 2004.  (1) L-ispejjeż ġudizzjarji privileġġati huma dawk li jsiru
għall-inventarju, jew għal xi ħaġ‘oħra fl-interess tal-kredituri
kollha, fosthom l-ispejjeż meħtieġa sabiex isir il-bejgħ tal-beni u l-
qsim tal-prezz tagħhom.
(2) L-ispejjeż li kreditur jagħmel għall-kreditu tiegħu nnifsu u
li mhumiex ta’ ġid għall-kredituri l-oħra, jitqiesu bħala aċċessorju
tal-kreditu stess.
Spejjeż tal-
funerali.
2005. L-ispejjeż privileġġati tal-funerali huma dawk li, skond l-
użu u fil-limiti ta’ dak li hu xieraq, isiru għall-ġarr u għad-dfin tal-
kadavru, u għas-servizzi reliġjużi.
Spejjeż ta’ l-aħħar 
marda.
2006.  (1) L-ispejjeż privileġġati ta’ l-aħħar marda huma dawk
tat-tabib, tal-kirurgu, ta’ l-ostetriku, tal-qabla u ta’ l-ispiżjar, kif
ukoll ta’ dawk li jduru bil-marid.
(2) Fil-każ ta’ mard tat-tul, il-privileġġ igħodd biss għall-
ispejjeż li jkunu saru fl-aħħar xahrejn ta’ qabel il-mewt.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        331
Salarji tas-sefturi.
aħħar xahrejn ta’ qabel il-ftuħ tal-konkors tal-kredituri, jew ta’
qabel il-mewt tad-debitur.
Oġġetti ta’ 
manteniment.
2008.  Il-privileġġ dwar oġġetti mogħtija għall-manteniment
igħodd biss għall-ħwejjeġ ta’ l-ikel li ma setgħux igħaddu
mingħajrhom id-debitur u l-familja tiegħu, matul ix-xahrejn hawn
fuq imsemmija, u għall-ilbies meħtieġ għal-luttu tal-familja.
§  II. FUQ IL-PRIVILEĠĠI SPEĊJALI
FUQ IL-PRIVILEĠĠI FUQ ĦWEJJEĠ MOBBLI PARTIKOLARI
Krediti privileġġati 
fuq ħwejjeġ mobbli 
partikolari. 
Emendat: 
VII. 1944.4; 
II.1966.4; 
XLVI.1973. 100.
2009.  Il-krediti privileġġati fuq ħwejjeġ mobbli partikolari
huma:
Min jieħu r-rahan.
f’idejh b’titolu ta’ rahan;
Lukandier. 
jew provvisti mogħtija lill-alloġġjant, fuq ħwejjeġ ta’
l-alloġġjant, sakemm dawn il-ħwejjeġ ikunu fil-
lukanda jew fid-dar tal-lukandier;
Spejjeż tal-ġarr.
jinġarru;
Prezz ta’ ħaġa.
sar bi żmien għall-ħlas, kemm mingħajr żmien; u l-
kreditu għal xogħlijiet, fornimenti jew spejjeż, li jkunu
servew biex issir il-ħaġa jew biex tinżamm fi stat
tajjeb jew biex issir aħjar milli tkun, fuq il-ħaġa
nfisha, bla ħsara, kwantu għall-bejjiegħ, tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1439.
Avukati u 
prokuraturi legali.
Jidħlu wkoll f’dan il-privileġġ, il-krediti ta’ l-avukat u
tal-prokuratur legali għad-drittijiet tagħhom fil-kawża
li jkunu sostnew biex tittieħed lura l-ħaġa, fuq il-ħaġa
nfisha, jekk tkun meħuda lura; kif ukoll il-kreditu ta’
min ikun ħareġ il-flus għall-ispejjeż li jkunu saru f’dik
l-istess kawża;
Padrun dirett u sid 
il-kera.
(e) il-kreditu tal-padrun dirett għaċ-ċens, u dak ta’ sid il-
kera għall-kera ta’ immobbli, fuq il-frottijiet, u fuq il-
valur ta’ dak kollu li jservi biex igħammar jew iforni l-
fond jew biex tinħadem l-art, ikunu ta’ min ikunu
dawk il-frottijiet jew ħwejjeġ oħra:
Iżda illi dan il-privileġġ ma jingħatax lis-sid jew
lil sid il-kera jekk l-imsemmijin uċuh jew ħwejjeġ
ikunu ta’ jew miżmumin minn jew f’isem xi
dipartiment tal-Gvern ta’ Malta meta dak id-dejn ma
jkunx ta’ dak id-dipartiment.
  332      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Dan il-privileġġ igħodd ukoll għall-indennizz li
għandu jingħata lill-padrun dirett jew lil sid il-kera,
għat-tiswijiet li ċ-ċenswalist jew il-kerrej ikun naqas li
jagħmel, u għan-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ kull patt
ieħor tal-kuntratt.
Il-padrun dirett u sid il-kera jistgħu b’mandat
jaqbdu jew jissekwestraw il-ħwejjeġ mobbli li bihom
kien imgħammar jew fornut il-fond, jew li servew biex
bihom tinħadem l-art, meta jkunu ġew meħuda
band’oħra mingħajr il-kunsens tagħhom, u huma
jżommu l-privileġġ tagħhom fuq dawn il-ħwejjeġ
mobbli, basta li jagħmlu t-talba għall-ħruġ tal-mandat
fi żmien ħmistax-il ġurnata minn dak in-nhar li dawk
il-ħwejjeġ ikunu ġew hekk meħuda band’oħra.
FU L- RI IL F Q IM OB LI
Privileġġ tal-
immobbli.
2010. Il-kredituri privileġġati fuq l-immobbli huma:
Il-padrun dirett. a)
b’enfitewsi, għall-kreditu tiegħu għaċ-ċnus li jkollu
jagħti ċ-ċenswalist, u għall-esekuzzjoni ta’ l-
enfitewsi;
Arkitetti, eċċ. b)
fuq l-immobbli mibni jew mibni mill-ġdid jew
imsewwi, għall-kreditu ta’ l-ispejjeż u tal-prezz ta’
Persuni li joħorġu 
flus jew materjal. ikun ħareġ flus jew materjali għall-bini jew bini mill-
ġdid, jew għat-tiswija ta’ l-immobbli, inkella għall-
jkun jidher mill-att hawn fuq imsemmi illi l-ħruġ ta’
flus jew ta’ materjali sar għal dawk il-ħwejjeġ, u jiġi
materjali jew bil-flus hekk maħruġa.
It-terz pussessur.
l-immobbli li minnu ġie spussessat, għat-tiswijiet u l-
benefikati magħmulin fih.
tiswijiet meħtieġa sabiex l-immobbli jinżamm fi stat
tajjeb, igħodd għas-somma kollha tal-kreditu; f’kull
ta’ l-immobbli li jkunu ġiebu dak ix-xogħol u dawk l-
ispejjeż;
wieħed ieħor li 
jittrasferixxi.
ċ)
b’titolu oneruż jew gratuwitu, fuq l-immobbli mibjugħ
jew ittrasferit b’att pubbliku, għall-prezz kollu jew
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        333
għall-bqija tal-prezz, jew għall-esekuzzjoni tal-
pattijiet miftehmin fl-att tal-bejgħ jew tat-trasferiment.
L-iżburżant ta’ flus 
għall-ħlas tal-
prezz.
L-istess privileġġ imiss lil dak li b’att pubbliku,
ikun ħareġ il-flus kollha, jew biċċa mill-flus, għall-
ħlas tal-prezz miftiehem, basta li jkun jidher mill-att
tas-self li l-flus ġew maħruġa għal dak l-iskop, u jiġi
ppruvat li l-flus meħuda b’self gew imħallsa lill-
bejjiegħ jew lil min għamel it-trasferiment. 
Fil-każ ta’ żewġ trasferimenti jew iżjed wara
xulxin, dak li għamel l-ewwel trasferiment għandu
preferenza fuq it-tieni, it-tieni fuq it-tielet, u hekk
wieħed wara l-ieħor;
Werrieta ta’ 
flimkien.
(d) dawk li jkunu werrieta flimkien u dawk li jkunu qasmu
bejniethom, fuq l-immobbli miġjubin fil-qasma, fil-
każ ta’ evizzjoni tal-beni maqsumin bejniethom, u għal
kull tpattija jew ħlas biex l-ishma jkunu ndaqs;
Avukat u 
prokuratur legali.
(e) l-avukat u l-prokuratur legali, għad-drittijiet tagħhom
tal-kawża li jkunu sostnew biex jittieħed lura l-
immobbli, u l-iżburżant ta’ l-ispejjeż ta’ dik il-kawża,
fuq l-immobbli, jekk jittieħed lura.
Sub-titolu II
FUQ L-IPOTEKI
X’ inhi l-ipoteka.
debitur jew ta’ terza persuna, favur il-kreditur, biex jagħmel tajjeb
għall-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjoni.
(2) L-ipoteka hija minnha nfisha indivisibbli, u sseħħ kollha
kemm hi fuq il-beni kollha hekk marbuta, fuq kull wieħed minn
dawn il-beni, u fuq kull biċċa minnhom.
Xorta ta’ ipoteki. 
Sostitwit:
LVIII. 1975.17.
2012.* (1) Ipoteka hija ġenerali jew speċjali: hija ġenerali jekk
tolqot il-beni kollha li għandu u li għad ikollu d-debitur; hija
speċjali jekk tolqot biss wieħed jew iżjed minn immobbli
partikolari tax-xorta li ġejjin:
(a) l-immobbli minnhom infushom, u l-prodott ta’ dawn l-
immobbli sakemm ma jiġix mifrud minnhom;
(b) il-jedd ta’ użufrutt fuq l-immobbli hawn fuq
imsemmija, għaż-żmien li jdum l-użufrutt;
(ċ) id-dominju dirett fuq l-immobbli hawn fuq imsemmija
mogħtijin b’enfitewsi, u l-utili dominju fuq dawk l-
immobbli.
(2) L-ipoteka hija legali, ġudizzjali jew konvenzjonali: hija
legali jekk mogħtija mil-liġi; hija ġudizzjali jekk ġejja minn
sentenza; hija konvenzjonali jekk tiġi stabbilita b’kuntratt.
*Dan l-artikolu, kif sostitwit bl-Att LVIII ta’ l-1975, japplika għall-ipoteki
kollha li nħolqu jew kuntrattwali qabel l-1 ta’ Jannar, 1976. 
334      KAP. 16.       KODIĊI ĊIVILI
meta l-beni 
jgħaddu f’idejn 
Sostitwit:
LVIII. 1975.18.
*  Ipoteka speċjali tibqa’ mgħaqqda ma’ kull immobbli
li jkun suġġett għaliha, allavolja dak l-immobbli jkun għadda
(2) Ipoteka ġenerali tibqa’ mgħaqqda mal-beni li jkunu suġġetti
(3) Għall-effetti ta’ l-ipoteka, il-krediti jew l-azzjonijiet ċeduti
jkunx daħħal il-kreditu jew ħa l-oġġett ta’ l-azzjoni, ħlief fil-każ ta’
krediti jew ta’ azzjonijiet imnisslin minn kambjalijiet jew minn
L-ipoteka tista’ ssir 
għal obbligazzjoni 
2014. 
indeterminata, basta li l-oġġett tagħha jkun determinat.
L-ipoteka tista’ 
obbligazzjoni 
prinċipali.
 Jekk il-jedd tad-debitur fuq il-ħaġa suġġetta għal ipoteka,
annullat, l-ipoteka tkun ukoll taħt kondizzjoni, jew suġġetta li
tinħall jew li liġi annullata bla ħsara ta’ dak li hu miġjub fl-artikolu
Ipoteka speċjali 
b’żieda ma ipoteka 
Sostitwit: 
LVIII.1975.19. 
VII. 1985.3.
2016.  (1)
l-jeddijiet tiegħu ma jkunux diġà
ikollu, u jista’ jġiegħel li tiġi reġistrata, bħala garanzija iżjed ta’ l-
istess kreditu, ipoteka speċjali fuq dawk mill-beni immobbli tad-
valur biżżejjed biex il-kreditu jkun garantit kif provdut fl-artikolu
2063.
Il-jedd mogħti bis-subartikolu (1) jkun eżerċitabbli permezz
ta’ nota ppreżentata lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għar-
artikolu 2045, setgħet iffirmat in-nota dwar l-ipoteka ġenerali u fil-
każ ta’ debituri li jirriżultaw minn att pubbliku bil-mezz ta’ nota
ikun bla ħsara għall-jeddijiet tad-debitur li jitlob it-tnaqqis jew it-
tħassir tar-reġistrazzjoni skond id-disposizzjonijiet tas-Sub-titolu V
*Dan l-artikolu, kif sostitwit bl-Att LVIII ta’ l-1975, japplika għall-ipoteki
kollha li nħolqu jew kuntrattwali qabel l-1 ta’ Jannar, 1976. Iżda, sakemm jgħaddu
ta’ dan il-Kodiċi, ipoteka ġenerali reġistrata qabel l-1 ta’ Jannar, 1976, għandha
tibqa mgħaqqda ma’ l-immobbli suġġetta għaliha, ukoll jekk dawk l-immobbli
il-Kodiċi kien għad għandhom effett kif kienu fis-seħħ qabel ma ġew sostitwiti bl-
Att LVIII ta’ l-1975.
li nħolqu jew kuntrattwali qabel l-1 ta’ Jannar, 1976. Iżda, sakemm jgħaddu
għaxar snin mid-data msemmija, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra kollha
tibqa mgħaqqda ma’ l-immobbli suġġetta għaliha, ukoll jekk dawk l-immobbli
jiġu akkwistati wara l-1 ta’ Jannar, 1976, daqslikieku d-disposizzjonijiet ta’ dan
Att LVIII ta’ l-1975.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        335
Kap. 296.
(3) Meta l-immobbli tad-debitur li dwarha tkun reġistrata l-
ipoteka speċjali msemmija fis-subartikolu (1) tkun sitwata f’area
dikjarata bħala area ta’ reġistrazzjoni ta’ artijiet skond l-Att dwar
ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet, jew xort’oħra tkun reġistrata skond
id-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att, il-jedd mogħti bis-subartikolu (1)
jkun eżerċitabbli bir-reġistrazzjoni skond dak l-Att, ta’ ipoteka jew
ipoteka kawżjonali, skond il-każ.
§  I. FUQ L-IPOTEKA LEGALI
Meta tingħata l-
ipoteka legali.
2017.  L-ipoteka legali hija mogħtija biss fil-każijiet hawn taħt
imsemmija.
Ipoteka legali favur 
il-mara, għad-dota.
2018.  (1) Il-mara għandha, minn dak in-nhar taż-żwieġ, ipoteka
legali ġenerali fuq ħwejjeġ żewġħa, għad-dota li tkun ġiet
ikkostitwita b’att pubbliku qabel iż-żwieġ.
(2) Għas-somom jew beni dotali li jmissu lilha minn
suċċessjoni jew donazzjoni, l-ipoteka fuq imsemmija sseħħ biss
mill-jum tal-ftuħ tas-suċċessjoni jew mill-jum li fih id-donazzjoni
tibda sseħħ. 
Ipoteka legali favur 
minuri. 
Sostitwit:
XLVI.1973.102. 
Emendat: 
XXI.1993.84.
2019.  (1) Minuri għandu ipoteka legali ġenerali fuq il-beni tal-
ġenitur li għas-setgħa tiegħu huwa jkun suġġett dwar ir-
responsabbiltà  li dak il-ġenitur ikun ħa fl-amministrazzjoni tal-beni
tal-minuri.
(2) Dik l-ipoteka tibda sseħħ minn dak in-nhar li l-
amministrazzjoni tal-beni tgħaddi f’idejn il-ġenitur.
(3) Meta ġenitur jerġa’ jiżżewweġ, l-imsemmija ipoteka torbot
ukoll il-beni ta’ żewġ jew mart il-ġenitur minn dak in-nhar taż-
żwieġ, kemm-il darba l-ġenitur ikompli fl-amministrazzjoni
mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi.
It-tfal jew 
dixxendenti oħra,
2020.  (1) It-tfal u dixxendenti oħra għandhom ukoll ipoteka
legali ġenerali fuq il-beni ta’ l-axxendent tagħhom li jibqa’ ħaj
wara l-ieħor, għall-jeddijiet riservati favur tagħhom taħt l-artikoli
637, 638 u 825, fil-każ li dan l-axxendent jerga’ jiżżewweġ.
(2) Din l-ipoteka tibda sseħħ minn dak in-nhar tal-mewt ta’ l-
axxendent l-ieħor.
lill-persuni taħt 
tutela, eċċ. 
Emendat: 
XLVI.1973.103.
2021. Il-persuni taħt tutela jew kurazija għandhom ipoteka legali
ġenerali fuq il-beni tat-tuturi jew kuraturi, għar-responsabbiltà  ta’
l-amministrazzjoni tagħhom, minn dak in-nhar li t-tuturi jew
kuraturi jaċċettaw it-tutela jew il-kurazija.
Il-kreditur 
privileġġat għandu 
ipoteka speċjali.
2022.  Il-kreditur li għandu privileġġ fuq immobbli, għandu
ipoteka legali speċjali fuq l-immobbli suġġett għall-privileġġ.
  336      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
§  II. FUQ L-IPOTEKA ĠUDIZZJALI
Ipoteka ġudizzjali. 2023. L-ipoteka ġudizzjali titnissel - 
(a) mis-sentenzi mogħtija mill-qrati ta’ Malta favur dawk
li jkunu ħadu dawk is-sentenzi;
(b) minn deċiżjonijiet ta’ arbitri jew minn sentenzi
mogħtija minn qrati ta’ barra minn Malta, favur dawk
li jkunu ħadu dawn id-deċiżjonijiet jew sentenzi,
kemm-il darba tkun ġiet ordnata l-esekuzzjoni
tagħhom b’sentenza tal-qorti kompetenti f’Malta.
§  III. FUQ L-IPOTEKA KONVENZJONALI 
Min jista’ jobbliga 
ruħu b’ipoteka 
konvenzjonali.
2024.  (1) Ma jistgħux jobbligaw ruħhom b’ipoteki
konvenzjonali ħlief dawk li jistgħu jittrasferixxu l-beni li jqiegħdu
taħt dik l-ipoteka.
(2) Il-beni ta’ dawk li ma jistgħux jagħmlu trasferimenti, ma
jistgħux jiġu ipotekati b’kuntratt ħlief għal dawk il-ħwejjeġ u dawk
il-formalitajiet li tgħid il-liġi.
L-ipoteka 
konvenzjonali ma 
tistax tiġi 
magħmula ħlief 
b’att pubbliku.
2025.  L-ipoteka konvenzjonali ma tistax tiġi magħmula ħlief
b’att pubbliku.
Kuntratti 
magħmulin barra 
minn Malta. 
Emendat: 
XXXI. 1965.22. 
LVIII. 1974.68.
2026.  Il-kuntratti magħmulin barra minn Malta b’att pubbliku
jew awtentiku, skond il-liġijiet tal-pajjiż, jew quddiem ir-
rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-Gvern ta’ Malta f’dak
il-pajjiż jew persuna li tkun isservi fis-servizz diplomatiku,
konsulari jew servizz ieħor barrani ta’ xi pajjiż li, b’arranġament
mal-Gvern ta’ Malta, ikun assuma li jirrappreżenta l-interessi ta’
dak il-Gvern f’dak il-pajjiż jew persuna awtorizzata għal hekk mill-
President ta’ Malta, jistgħu jġibu ipoteka fuq beni li jinsabu
f’Malta, meta l-qorti ċivili kompetenti, fuq talba tal-kreditur,
b’ċitazzjoni, tordna l-iskrizzjoni tagħhom.
Is-somma li 
għaliha l-ipoteka 
hija miftiehma 
għandha tingħad fl-
att.
2027.  L-ipoteka konvenzjonali ma tiswiex jekk is-somma li
għaliha ġiet miftiehma ma tkunx ċerta u determinata fl-att. Jekk il-
kreditu li ġej minn obbligazzjoni jkun kondizzjonali kwantu għall-
eżistenza tiegħu, jew mhux determinat, il-kreditur ma jistax jitlob
l-iskrizzjoni ta’ l-ipoteka ħlief għal dik is-somma li tiġi ddikjarata
għaldaqshekk minnu, bla ħsara tal-jedd tad-debitur li jitlob li dik
is-somma tiġi mnaqqsa, jekk ikun il-każ.
L-ipoteka 
konvenzjonali hija 
ġenerali jew 
speċjali.
2028.  (1) L-ipoteka konvenzjonali tista’ tkun ġenerali jew
speċjali.
(2) Il-beni immobbli biss imsemmijin fl-artikolu 2012 jistgħu
jiġu marbuta b’ipoteka speċjali
(3) L-ipoteka speċjali sseħħ ukoll fuq il-benefikati kollha li
jsiru wara fil-beni ipotekati.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        337
Sub-titolu III
FU IF J NŻA MU L-PR VI EĠĠI U L-I OT KI*
speċjali għandhom 
jiġu nskritti.
 Il-privileġġi speċjali fuq l-immobbli m’għandhomx effett
xahrejn. 
Il-jum li minnu 
iskrizzjoni.
2030. Iż-żmien imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan jibda
jgħodd - 
a) (a , ( ) u  d)
minn dak in-nhar tal-kuntratt;
( ) għall-krediti msemmijin fil-paragrafu (b  ta’ dak l-
artikolu, minn dak in-nhar li jitlesta x-xogħol, jew,
immobbli;
( ) għall-krediti msemmijin fil-paragrafu  e)
artikolu, minn dak in-nhar tas-sentenza jew ta’ l-att li
bih il-kawża tispiċċa.
jekk inskritti, 
mhumiex ta’ ħsara 
eċċ., magħmula 
matul iż-żmien 
2031.   Għall-privileġġi hawn fuq imsemmija, jekk inskritti
fiż-żmien imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, mhumiex ta’ ħsara
ikunu saru dwar l-immobbli suġġett għall-privileġġ.
(2)
sħiħa, ukoll jekk dawn il-privileġġi ma jkunux ġew inskritti fiż-
żmien hawn fuq imsemmi, basta li din l-ipoteka tiġi inskritta kif
Privileġġi ġenerali 
u privileġġi speċjal 
mhumiex suġġetti 
għall-iskrizzjoni.
  Il-privileġġi ġenerali, u l-privileġġi speċjali fuq ħwejjeġ
L-ipoteka għandha 
tiġi mniżżla fir-
2033.   L-ipoteka legali, ġudizzjali, jew konvenzjonali,
m’għandhiex effett jekk ma tiġix imniżżla fir-Reġistru Pubbliku, u
(2) Madankollu, l-ipoteka għad-dota li tkun inġiebet qabel iż-
żmien xahar minn dak in-nhar tat-tieġ: u f’dan il-każ għal din l-
ipoteka mhumiex ta’ ħsara t-trasferimenti, l-ipoteki, jew il-piżijiet,
Dmirijiet tan-nutar 
dwar l-iskrizzjoni 
tal-mara kontra r-
raġel f’xi każijiet. 
XXXIX. 1939.12; 
XLVI. 1973.104; 
2034.   In-nutar li jirċievi att li jġib kostituzzjoni ta’ dota
għandu jagħmel l-iskrizzjoni ta’ l-ipoteka relattiva fuq il-beni tar-
kuntrarju, kemm-il darba dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx saret f’dak
iż-żmien fuq talba ta’ ħaddieħor.
In-nutar li jikser id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ta’ dak
l-artikolu jwieġeb għad-danni lejn il-parti interessata, u jeħel il-
ara l-Ordinanza dwar l-lskrizzjoni
(Kapitolu 27 .
  338      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
piena ta’ l-ammenda, mhux iżjed minn ħames liri, li tiġi mogħtija
mill-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili, sew ex officio kemm fuq
talba ta’ kull min ikun.
Responsabbiltà  tar-
reġistratur tal-qorti 
ta’ ġurisdizzjoni 
volontarja dwar il-
persuna taħt tutela 
jew kurazija.
Kap. 12.
2035. Ir-reġistratur tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja jwieġeb
għad-danni lejn il-persuna taħt tutela jew kurazija, jekk hu jonqos li
jagħmel l-iskrizzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet li jieħu t-tutur jew il-
kuratur, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Min jista’ jitlob l-
iskrizzjoni.
2036.  L-iskrizzjoni tista’ tiġi mitluba mill-kreditur, jew minn
kull persuna oħra li jkollha interess.
lI-qraba jistgħu 
jitolbu l-
iskrizzjonijiet f’xi 
każijiet.
Emendat: 
XLVI. 1973.105.
2037. L-iskrizzjoni ta’ l-ipoteki legali mogħtija favur il-minuri,
jew l-imġienen jew l-interdetti, tista’ tiġi mitluba wkoll mill-qraba
tagħhom.
L-axxendent 
għandu jagħmel l-
iskrizzjoni ta’ l-
ipoteka mogħtija 
favur it-tfal tal-
familja.
Emendat: 
XLVI.1973.106; 
XXX.1981.14; 
XXI.1993.2.
2038.  (1) L-iskrizzjoni ta’ l-ipoteka legali mogħtija favur il-
minuri taħt l-artikolu 2019, għandu jaħseb għaliha il-ġenitur
imsemmi f’dak l-artikolu, fi żmien erba’ xhur minn dak in-nhar li
titnissel l-ipoteka, kemm-il darba dik l-iskrizzjoni ma tkunx ġà
saret fuq talba ta’ xi ħadd ieħor mill-qraba ta’ dawk it-tfal.
(2) Il-ġenitur illi jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
jaqa’ mill-jeddijiet li jiġu mis-setgħa tal-ġenituri, kif ukoll mill-
jedd li jindaħal iżjed fl-amministrazzjoni tal-beni tal-persuni li
kienu qabel suġġetti għas-setgħa tiegħu, jew li jieħu l-użufrutt li
għalih kellu jedd bil-liġi.
(3) Il-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja tista’, skond iċ-
ċirkostanzi, terġa’ tqiegħed il-ġenitur fil-jeddijiet li jkun tilef. 
Żmien li fih l-
axxendent, eċċ., 
għandu jagħmel l-
iskrizzjoni ta’ l-
ipoteka favur it-
tfal. 
Emendat: 
XXI. 1993.2.
2039.  (1) Jekk it-tfal jew dixxendenti oħra msemmija fl-
artikolu 2020 ikunu minuri, l-iskrizzjoni ta’ l-ipoteka mogħtija
favur tagħhom taħt dak l-artikolu għandha ssir bi ħsieb ta’ l-
axxendent hemm imsemmi, jew, skond il-każ, tat-tutur jew kuratur,
fi żmien ħmistax-il ġurnata mit-tieġ ta’ l-axxendent hawn fuq
imsemmi, kemm-il darba ma tkunx ġà  saret fuq talba ta’ xi ħadd
ieħor mill-qraba.
(2) Jekk l-axxendent li jkun imissu jagħmel din l-iskrizzjoni
jonqos li jagħmilha fiż-żmien hawn fuq imsemmi, il-qorti tista’,
skond iċ-ċirkostanzi, taħtar amministratur tal-beni, li l-proprjetà
tagħhom, bis-saħħa ta’ l-artikoli 637, 638 u 825, tkun għaddiet lit-
tfal jew dixxendenti fuq imsemmija, u, kwantu għall-jeddijiet li
jiġu mis-setgħa tal-ġenituri li jkunu jmissu lil dak l-axxendent,
igħoddu id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan.
Meta l-iskrizzjoni 
kontra debitur fi 
stat ta’ falliment 
jew kontra wirt ma 
tiswiex.
2040.  (1) L-iskrizzjoni m’ għandhiex effett jekk tiġi magħmula
fi żmien li fih id-debitur ikun fi stat ta’ falliment, jew jekk jiġi
appruvat li l-kreditur, fiż-żmien ta’ l-iskrizzjoni, kien jaf
b’ċirkostanzi li setgħu jġiegħlu lid-debitur jiddikjara falliment.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jgħoddu wkoll għal
bejn il-kredituri ta’ wirt, jekk l-iskrizzjoni ssir wara l-ftuħ tas-
suċċessjoni, u l-wirt jibqa’ battal jew jiġi aċċettat bil-benefiċċju ta’
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        339
l-inventarju.
Eċċezzjonijiet.
jgħoddux meta l-iskrizzjoni ma tkunx setgħet issir minħabba li ma
kienx hemm żmien biżżejjed, u dan iż-żmien jitqies mhux biżżejjed
meta jkun għad ma għaddewx ħmistax-il ġurnata minn dak in-nhar
li setgħet issir l-iskrizzjoni sa dak in-nhar li fih id-debitur kien fi
stat ta’ falliment, jew li fih il-kreditur sar jaf b’ċirkostanzi li setgħu
jġiegħlu lid-debitur jiddikjara falliment, jew li fih id-debitur miet.
(2) Dawn id-disposizzjonijiet ma jgħoddux lanqas għal
privileġġi jew ipoteki akkwistati qabel il-jum hawn fuq imsemmi,
jekk iż-żmien li hemm sabiex dawn il-privileġġi jew ipoteki jiġu
inskritti jkun għad ma għalaqx.
X’ għandu jkun 
fiha n-nota ta’ l-
iskrizzjoni. 
Emendat: 
XXXIX. 1939.13; 
XXV.1940.2.
2042. Biex issir l-iskrizzjoni hu meħtieġ li tiġi ppreżentata lid-
Direttur tas-Reġistru Pubbliku nota li jkun fiha dawn il-
partikolaritajiet li ġejjin:
(a) l-isem u l-kunjom tal-kreditur, il-lok fejn twieled u
fejn joqgħod, u l-professjoni, sengħa, jew stat ieħor
tiegħu, u l-isem ta’ missieru;
(b) l-isem u l-kunjom tad-debitur, il-lok fejn twieled u fejn
joqgħod, il-professjoni, sengħa jew stat ieħor tiegħu, l-
isem ta’ missieru, l-isem t’ommu u l-kunjom ta’
xbubitha jew xi partikolaritajiet oħra li jiswew, fil-
fehma tad-direttur, għall-identità  tad-debitur;
(ċ) il-kawża tal-kreditu jew jedd ieħor, u d-data u x-xorta
ta’ l-att li minnu dak il-kreditu jew jedd jitnissel; 
(d) is-somma tal-kapital li d-debitur ikollu jagħti, jew is-
somma ddikjarata fil-każijiet imsemmijin fl-artikolu
2027;
(e) l-imgħaxijiet miftiehma;
(f) iż-żmien ta’ meta għandu jitħallas id-dejn;
(g) tismija dwar jekk l-iskrizzjoni hix tintalab għal
privileġġ jew għal ipoteka, u, fil-każ ta’ ipoteka, jekk
din hix ġenerali jew speċjali;
(h) fil-każ ta’ privileġġ jew ta’ ipoteka speċjali, it-tismija
ta’ l-immobbli suġġett għall-privileġġ jew għall-
ipoteka.
Meta l-kawża tal-
privileġġ jew ta’ l-
ipoteka għandha 
tingħadd fin-nota.
2043.  Meta l-ipoteka legali jew il-privileġġ ma jkunux ġejjin
minn att pubbliku, il-kawża li tagħti lok għal dak il-privileġġ jew
għal dik l-ipoteka, u ż-żmien ta’ meta tnisslu, għandha tiġi
msemmija fin-nota.
Meta mhux 
meħtieġ li jingħad 
l-ammont tad-dejn.
2044.  Fl-ipoteka legali, ma hemmx l-obbligu li tingħad is-
somma tad-dejn fil-każ ta’ jeddijiet illi l-valur tagħhom f’somma
likwida ma jidhirx minn att pubbliku.
Minn min għandha 
tkun iffirmata n-
nota.
2045.  (1) Meta l-kreditu jirriżulta minn att pubbliku, in-nota
għandha tkun iffirmata mir-reġistratur tal-qorti, jew min-nutar li
jkun irċieva l-att, jew li jkun il-konservatur tiegħu, jew li jkollu s-
setgħa li jagħti kopja tiegħu.
  340      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) Jekk id-dejn jirriżulta minn sentenza, in-nota għandha tkun
iffirmata mir-reġistratur tal-qorti li tkun tat is-sentenza.
(3) F’kull każ ieħor, in-nota għandha tkun iffirmata mill-
persuna li titlob l-iskrizzjoni, jew minn avukat, nutar, jew
prokuratur legali.
Meta tista’ ssir l-
iskrizzjoni ta’ l-
ipoteka ġudizzjali.
2046.  (1) L-iskrizzjoni ta’ l-ipoteka ġudizzjali tista’ ssir għad
illi s-sentenza tkun suġġetta għall-appell, bla ħsara li tista’ tiġi
mnaqqsa jew imħassra, meta hemm lok.
(2) Iżda, jekk is-sentenza jew id-deċiżjoni ta’ arbitri ma
tikkundannax lid-debitur iħallas somma likwida, l-iskrizzjoni ma
tistax issir jekk is-somma li tagħha għandha ssir l-iskrizzjoni ma
tigix stabbilita f’dak l-istess att, jew b’sentenza oħra, jew
b’deċiżjoni oħra ta’ arbitri, jew bil-kunsens tad-debitur, b’att
pubbliku.
Iskrizzjoni fuq il-
beni ta’ wieħed 
mejjet.
2047. L-iskrizzjoni fuq il-beni ta’ wieħed mejjet tista’ ssir taħt
ismu, mingħajr ma jissemma l-werriet.
Meta l-immobbli 
jkun f’idejn terzi.
2048.  Jekk fiż-żmien ta’ l-iskrizzjoni l-immobbli jkun f’idejn
terza persuna, hu biżżejjed li jingħata biss l-isem tad-debitur. 
Differenza bejn is-
somma li għandha 
tingħata, u dik 
miġjuba fl-
iskrizzjoni.
2049.  Jekk ikun hemm differenza bejn is-somma li d-debitur
ikollu jagħti u dik miġjuba fl-iskrizzjoni, l-iskrizzjoni tkun tiswa
għall-iżgħar somma.
L-ispejjeż ta’ l-
iskrizzjoni huma 
għad-debitur.
2050.  L-ispejjeż ta’ l-iskrizzjoni, jekk ma jkunx hemm ftehim
xort’oħra, jitħallsu mid-debitur.
Iċ-ċessjonijiet 
jistgħu jitniżżlu fir-
reġistru.
2051.  (1) Iċ-ċessjonarju ta’ kreditu jew jedd ieħor li għandu
privileġġ jew ipoteka inskritti, jista’ jitlob li ċ-ċessjoni, sew jekk
tkun tas-somma kollha kemm ta’ biċċa minnha, tiġi nnotata fir-
reġistru għas-somma hekk ċeduta, basta li ċ-ċessjoni tkun saret
b’att pubbliku.
(2) It-talba hawn fuq imsemmija tista’ ssir ukoll minn kull
persuna oħra li jkollha interess.
X’ għandu jkun 
fiha n-notazzjoni 
ta’ ċessjoni. 
Emendat: 
XII. 1986.5.
2052.  (1) Biex issir l-annotazzjoni ta’ ċessjoni fir-reġistru, kif
jingħad hawn fuq, hu meħtieġ li tiġi ppreżentata nota lid-Direttur
tar-Reġistru Pubbliku, illi għandu jkun fiha, in-numru li jmiss u s-
sena tar-reġistrazzjoni, id-data taċ-ċessjoni, u min hu ċ-ċessjonarju
bil-mod li skond il-liġi għandu jingħad min hu l-kreditur.
(2) In-nota għandha tkun iffirmata min-nutar li jkun irċieva l-
att taċ-ċessjoni, jew li jkun il-konservatur tiegħu jew li jkollu s-
setgħa li jagħti kopja tiegħu.
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
Sub-titolu IV
FUQ IT-T ID T ISKRIZZJONIJIET
Tiġdid ta’ 
iskrizzjoni ta’ 
ipoteki.
2053. (1) L-iskrizzjoni tal-privileġġi u ta’ l-ipoteki fir-Reġistru
il darba ma tiġix imġedda qabel ma jagħlaq dak iż-żmien.
(2)
persuna taħt tutela jew kurazija, hija meħtieġa mill-obbligu tat-
tiġdid sa sena wara li ż-żwieġ jinħall jew li l-amministrazzjoni
It-tiġdid wara l-
egħluq taż-żmien 
ipoteka ġdida.
2054. Meta t-tiġdid isir wara l-egħluq taż-żmien stabbilit, ikollu,
ukoll fil-każ ta’ privileġġ, l-effett ta’ ipoteka ġdida, illi tieħu grad
Min jista’ jitlob it-
tiġdid.
 (1)
skond il-liġi jista’ jitlob l-iskrizzjoni.
(2)
saret l-iskrizzjoni.
It-tiġdid ma jiksirx 
preskrizzjoni.
2056. It-tiġdid ta’ iskrizzjoni li jsir mill-kreditur ma jiksirx il-
mixi tal-preskrizzjoni favur id-debitur jew it-terz pussessur. 
2057. 
ppreżentata lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku nota bħal dik ta’ l-
iskrizzjoni ta’ qabel b’talba għat-tiġdid ta’ l-iskrizzjoni oriġinali.
2058. 
jibqgħu fuq id-debitur.
Sub-titolu V
UQ I TNAQQIS U T- ASSIR T ISKRIZZJONIJIET
Tnaqqis ta’ 
iskrizzjoni.
 (1)
f’parti.
(2)
(a jekk tiġi mħallsa biċċa mid-dejn;
( ) jekk il-jedd tal-kreditur, li qabel kien iseħħ fuq l-
limitat għal biċċa minn dak l-immobbli, li tista’ tiġi
mifruda bla xkiel, jew għal wieħed jew għal xi wħud
Kif l-iskrizzjoni 
tista’ tiġi mnaqqsa 
2060.   L-iskrizzjonijiet jistgħu jiġu mnaqqsa jew imħassra
għal kollox bil-kunsens tal-kreditur mogħti b’att pubbliku, jew bis-
(2) Jekk il-kreditur ma jkunx kapaċi jittrasferixxi, il-kunsens
ma jkunx mogħti fil-mod li trid il-liġi.
  342      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta l-kunsens tal-
kreditur mhux 
meħtieġ għat-
tnaqqis ta’ 
iskrizzjoni.
2061.  Jekk il-ħlas tad-dejn kollu inskritt jew ta’ biċċa minnu
jkun jirriżulta minn sentenza li għaddiet ġudikat jew minn att ieħor
pubbliku, it-tħassir ta’ l-iskrizzjoni, jew it-tnaqqis tagħha dwar is-
somma tal-kreditu, jista’ jsir mingħajr il-kunsens tal-kreditur.
Meta t-tnaqqis 
jista’ jiġi ordnat 
mill-qorti.
2062.  (1) Barra minn fil-każ imsemmi fl-artikolu 2027 it-
tnaqqis ta’ iskrizzjoni jista’ jiġi ordnat b’sentenza fil-każ ta’
ipoteka legali ġenerali jew ta’ ipoteka ġudizzjali, jekk jiġi ppruvat
illi l-iskrizzjoni tista’, kwantu għall-beni suġġetti għaliha, tiġi
limitata mingħajr ħsara tal-kreditur.
(2) Dan igħodd ukoll għall-ipoteka ġenerali konvenzjonali,
magħmula biex tagħmel tajjeb għal jedd li jkun jiddependi minn
ġrajja mhux żgura, ukoll jekk din l-ipoteka tkun ġiet miftiehma
qabel il-11 ta’ Frar, 1870; u kull rinunzja għall-jedd li jintalab it-
tnaqqis ma tiswiex, jekk ma ssirx b’att pubbliku, f’jum wara dak
tal-kuntratt li bih l-ipoteka tkun inħolqot.
Valur ta’ l-
immobbli li għalih 
l-iskrizzjoni 
għandha tiġi 
limitata.
2063.  (1) Iżda, it-tnaqqis ma jistax jiġi ordnat f’ebda wieħed
mill-każijiet imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan, jekk il-valur
ta’ l-immobbli, li għalih id-debitur jitlob li tiġi limitata l-
iskrizzjoni, ma jkunx jaqbeż, mill-anqas, bin-nofs, is-somma tal-
kreditu inskritt bl-imgħaxijiet magħluqa, u dawk li jagħlqu sa
ħames snin minn dak in-nhar tat-tnaqqis.
Kap. 12.
(2) Il-qorti tista’ tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-immobbli fuq ir-
regoli miġjubin fis-sub-titolu III tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
It-tħassir ta’ l-
iskrizzjoni jista’ 
jiġi ordnat 
b’sentenza.
2064.  It-tħassir ta’ l-iskrizzjoni jista’ wkoll jiġi ordnat
b’sentenza jekk ma jiġix ippruvat illi l-iskrizzjoni ġiet magħmula
għal raġuni leġittima, jew jekk jiġi ppruvat illi l-jedd tal-kreditur
spiċċa.
X’ għandu jkun 
fiha n-nota għat-
tnaqqis jew tħassir 
ta’ l-iskrizzjoni. 
Emendat: 
XII. 1986.6.
2065. Sabiex jista’ jsir it-tnaqqis jew it-tħassir ta’ iskrizzjoni, hu
meħtieġ li tiġi ppreżentata lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku nota,
li jkun fiha:
(a) in-numru li jmiss u s-sena ta’ l-iskrizzjoni;
(b) jekk hux jintalab it-tnaqqis jew it-tħassir ta’ l-
iskrizzjoni;
(ċ) it-tismija tas-sentenza, jew ta’ l-att, meta hemm, li bis-
saħħa tagħhom jintalab dak it-tnaqqis jew it-tħassir. 
X’ għandu jkun 
fiha iżjed f’każ ta’ 
tnaqqis.
2066.  Meta jintalab it-tnaqqis ta’ l-iskrizzjoni, għandu jingħad
fin-nota għal liema somma, jew fuq liema beni, għandha tibqa’
sseħħ l-iskrizzjoni.
Minn min għandha 
tkun iffirmata n-
nota tat-tnaqqis 
jew tat-tħassir.
2067.  Jekk it-tnaqqis jew it-tħassir jintalab bis-saħħa ta’ att
pubbliku, in-nota għandha tkun iffirmata min-nutar li jkun irċieva
l-att jew li jkun il-konservatur tiegħu, jew li jkun awtorizzat biex
jagħti kopja tiegħu; jekk dan it-tnaqqis jew tħassir jintalab bis-
saħħa ta’ sentenza, in-nota għandha tkun iffirmata mir-reġistratur
tal-qorti li tkun tat is-sentenza.
Spejjeż tat-tnaqqis 
jew tħassir.
2068.  (1) L-ispejjeż tat-tnaqqis jew tat-tħassir ta’ iskrizzjoni
jbatihom id-debitur.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        343
(2) Iżda, meta t-tħassir isir minħabba li ma kienx hemm raġuni
leġittima sabiex issir l-iskrizzjoni, l-ispejjeż ibatihom dak li jkun
talab li ssir dik l-iskrizzjoni.
(3) Fil-każ imsemmi fl-artikolu 2027, hu mħolli fid-dehen tal-
qorti li tiddeċidi, skond iċ-ċirkostanzi, jekk l-ispejjeż għandux
ibatihom il-kreditur jew id-debitur.
Sub-titolu VI
FUQ L-EFFETT TAL-PRIVILEĠĠI U TA’ L-IPOTEKI KONTRA T-TERZI 
PUSSESSURI
Jeddijiet tal-
kredituri kontra t-
terzi pussessuri.
2069.  Il-kredituri li għandhom privileġġ jew ipoteka inskritti,
iżommu fuq l-immobbli suġġett għall-privileġġ jew għall-ipoteka l-
jedd tagħhom li jiġu gradwati u mħallsin skond l-ordni tal-krediti
jew ta’ l-iskrizzjoni tagħhom, ikunu għand min ikunu għaddew
dawn il-beni.
Obbligi tat-terz 
pussessur.
2070. Jekk it-terz pussessur ma jkunx għamel dak li hu meħtieġ
mil-liġi sabiex jeħles il-proprjetà  tiegħu, huwa jibqa’ obbligat
bħala pussessur, bis-saħħa ta’ l-iskrizzjoni magħmula skond il-liġi,
għad-djun kollha ipotekarji, u jgawdi l-benefiċċju taż-żmien u ta’
kull tiġdid ta’ żmien mogħti lid-debitur oriġinarju.
Obbligi oħra tat-
terz pussessur.
2071. It-terz pussessur hu obbligat, fil-każ hawn fuq imsemmi, li
jitlaq, mingħajr ebda riserva, l-immobbli suġġett għall-ipoteka,
kemm-il darba ma jagħżilx li jħallas id-djun ipotekarji kollha, kull
meta jagħlaq kull wieħed minnhom, tkun kemm tkun is-somma
tagħhom.
Il-kredituri jistgħu 
jitolbu l-bejgħ ta’ 
immobbli mgħobbi 
b’ipoteka.
2072.  (1) Jekk it-terz pussessur ma jitlaqx l-immobbli jew ma
jħallasx id-dejn li ġa għalaq, il-kreditur ipotekarju jista’ jitlob bil-
qorti l-bejgħ ta’ l-immobbli suġġett għal ipoteka, wara li jkun
sejjaħ bi protest lid-debitur biex iħallas id-dejn, u lit-terz pussessur
biex iħallas id-dejn jew jitlaq il-fond.
(2) Din it-talba ma tistax issir qabel ma jgħaddu tletin ġurnata
min-notifika tal-protest lid-debitur u lit-terz pussessur.
Meta t-terz 
pussessur jista’ 
jagħti l-eċċezzjoni 
ta’ l-eskussjoni.
2073. It-terz pussessur li ma jkunx obbligat personalment għad-
dejn jista’, billi jagħti l-eċċezzjoni ta’ l-eskussjoni, jagħmel
oppożizzjoni għall-bejgħ tal-fond li tiegħu jkollu l-pussess, jekk,
f’idejn id-debitur jew il-garanti tiegħu jew ta’ oħrajn li jkunu
obbligati għad-dejn personalment, għalkemm mhux in solidum,
ikun għad hemm beni oħra suġġetti għal dak id-dejn.
Meta ma tistax 
tingħata l-
eċċezzjoni ta’ l-
eskussjoni.
2074.  L-eċċezzjoni tal-benefiċċju ta’ l-eskussjoni ma tistax
tingħata kontra l-kreditur li jkollu privileġġ jew ipoteka speċjali
fuq l-immobbli.
It-terz pussessur 
jista’ jagħżel f’xi 
każijiet.
2075.  Jekk il-valur effettiv tal-benefikati magħmulin fil-fond
mit-terz pussessur ikun jaqbeż il-valur effettiv tal-fond mingħajr
dawk il-benefikati, it-terz pussessur jista’ jagħżel jew li jħallas il-
valur effettiv tal-fond mingħajr il-benefikati jew li jitlaq il-fond.
  344      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Meta t-terz 
pussessur jista’ 
jitlaq il-fond.
2076. It-tluq tal-fond għall-ħlas ta’ l-obbligazzjoni li għaliha l-
fond ikun suġġett, jista’ jsir minn kull terz pussessur li ma jkunx
obbligat personalment għad-dejn kollu jew għal biċċa minnu, u li
jkun kapaċi jittrasferixxi jew ikun ġie awtorizzat għaldaqshekk.
Meta t-terz 
pussessur jista’ 
jieħu lura l-fond.
2077.  It-tluq tal-fond, sakemm ma jsirx il-bejgħ tiegħu, ma
jtellifx lit-terz pussessur il-jedd li jieħu l-fond lura billi jħallas id-
dejn kollu u l-ispejjeż lanqas jekk il-fond ikun ġie mitluq
b’esekuzzjoni ta’ sentenza.
Kif jintelaq l-fond. 2078. It-tluq tal-fond isir b’att ippreżentat fil-qorti kompetenti.
Responsabbiltà  
għat-tgħarriq.
2079.  (1) It-tgħarriq li jsir minhabba ħtija gravi tat-terz
pussessur bi ħsara tal-kredituri ipotekarji, jagħti jedd għall-azzjoni
kontra tiegħu għall-ħlas tad-danni.
(2) Hu m’għandux jedd jitlob ir-radd ta’ l-ispejjeż u tal-
benefikati magħmulin minnu, ħlief skond id-disposizzjoni ta’ l-
artikolu 2010(b).
(3) Hu m’għandux jedd iżomm f’idejh il-fond minħabba l-
benefikati.
Frottijiet li jmissu 
lit-terz pussessur.
2080.  It-terz pussessur ma jkollux jagħti l-frottijiet ta’ l-
immobbli ħlief minn dak in-nhar li jkun ġie msejjaħ biex jitlaq il-
fond jew iħallas id-dejn; u jekk minn dak in-nhar tkun għaddiet
sena qabel ma ġiet magħmula t-talba ġudizzjarja, il-frottijiet
ikollhom jingħataw minn dak in-nhar ta’ din it-talba.
Jedd ta’ servitù,  
eċċ., tat-terz 
pussessur.
2081.  (1) Is-servitujiet u l-jeddijiet reali li t-terz pussessur kellu
fuq l-immobbli qabel ma ħa pussess tiegħu, jerġgħu jibdew iseħħu
wara li hu jitlaq l-immobbli jew wara l-liberazzjoni li ssir kontra
tiegħu.
(2) Iżda jekk dawn il-jeddijiet kienu jeddijiet ta’ privileġġ jew
ta’ ipoteka, dawn ma jiħdux grad ħlief jekk ikunu ġew inskritti. 
Jeddijiet tal-
kredituri tat-terz 
pussessur.
2082.  Il-kredituri partikolari tat-terz pussessur jeżerċitaw il-
jeddijiet tagħhom ta’ ipoteka fuq l-immobbli mitluq jew mibjugħ,
skond il-grad li għandha l-iskrizzjoni ta’ kull wieħed, wara l-
kredituri li l-krediti tagħhom ikunu ġew inskritti kontra s-sidien ta’
qabel fiż-żmien ta’ qabel it-trasferiment magħmul minn dawn ta’ l-
aħħar, jew fiż-żminijiet imsemmijin fl-artikoli 2031 u 2033.
Jeddijiet tat-terz 
pussessur kontra d-
debitur u kontra 
terzi pussessuri 
oħra.
2083.  (1) It-terz pussessur li jkun ħallas id-dejn jew telaq il-
fond jew li ġie spussessat mill-fond, għandu jedd idur kontra d-
debitur prinċipali għall-evizzjoni li jkun bata.
(2) Hu għandu wkoll azzjoni kontra t-terzi pussessuri ta’
immobbli oħra suġġetti għall-istess dejn, jekk dawn it-terzi
pussessuri l-oħra jkunu akkwistaw l-immobbli tagħhom wara ż-
żmien li fih l-attur ikun akkwista l-immobbli tiegħu.
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
Sub-titolu VII
FUQ KIF JIS IĊĊA L- RI IL  U L-IPOTEKI
Kif jispiċċaw il-
privileġġi u l-
ipoteki.
2084. Il-privileġġi u l-ipoteki jispiċċaw -
(a) meta tispiċċa l-obbligazzjoni prinċipali;
(b) bir-rinunzja tal-kreditur għall-privileġġ jew għall-
ipoteka;
Kap. 12.
(ċ) billi jsiru l-proċeduri meħtiġin taħt it-Titolu II tat-
Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
(d) bil-preskrizzjoni.
Meta l-
preskrizzjoni tiġi 
akkwistata favur 
id-debitur.
2085. Il-preskrizzjoni tiġi akkwistata favur id-debitur, għal beni
li jkunu fil-pussess tiegħu, bl-egħluq taż-żmien li hemm stabbilit
għall-preskrizzjoni tal-kreditu li għandu privileġġ jew ipoteka. 
Meta l-
preskrizzjoni tiġi 
akkwistata favur it-
terz pussessur.
2086.  Għall-beni fil-pussess ta’ terza persuna, il-preskrizzjoni
tiġi akkwistata favur din it-terza persuna bl-egħluq ta’ għaxar snin
minn dak in-nhar li tkun akkwistat dawk il-beni, ukoll jekk il-
kreditur ma kienx jaf li dawn il-beni għaddew fil-pussess ta’ terza
persuna.
L-iskrizzjoni ma 
tiksirx il-
preskrizzjoni.
2087. L-iskrizzjonijiet li jsiru fuq talba tal-kreditur ma jiksrux il-
mixi tal-preskrizzjoni favur id-debitur jew it-terz pussessur.
Sub-titolu VIII
FUQ L-ORDNI BEJN IL PRIVILEĠĠI U L-IPOTEKI
Regola ġenerali ta’ 
kredituri li 
jkollhom diversi 
2088. 
skond ix-xorta partikolari ta’ kull privileġġ.
Preferenza 
privileġġi ġenerali.
2089. Il-krediti li għandhom privileġġ ġenerali skond l-artikolu
2003( ), (b  u ( ) jitħallsu qabel dawk li għandhom privileġġ
xort’oħra, minn barra biss il-kreditu ta’ dak li jkollu rahan f’idejh,
a).
mogħtija lil xi 
privileġġi ġenerali 
Emendat: 
XI.1977.2.
  Il-krediti li għandhom privileġġ ġenerali taħt l-artikolu
d) u ( ) jitħallsu qabel dawk li għandhom privileġġ xort’oħra,
minn barra l-krediti msemmijin fil-paragrafi (a b) u ( ) ta’ l-
artikolu hawn fuq imsemmi, il-kreditu ta’ dak li jkollu rahan
artikolu 2009(b
Regola ta’ 
preferenza 
minn dawk 
imsemmijin l-
2090.
2091. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar żewġ
privileġġati, li ma jkunux fi grad wieħed, l-ordni li fih il-privileġġi
huma mqegħdin fl-artikoli 2003, 2009 u 2010, jirregola l-
  346      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) Iżda, il-privileġġ tal-bejjiegħ, imsemmi fl-artikolu 2009(d),
ma jseħħx bi ħsara tal-privileġġ tal-padrun dirett jew ta’ sid il-kera,
imsemmi fil-paragrafu (e) ta’ dak l-artikolu; il-jedd tal-bejjiegħ
imsemmi fl-artikolu 1439 ma jseħħx bi ħsara tal-krediti msemmijin
fl-artikolu 2009(a), (b) u (ċ); u l-kreditu msemmi fl-artikolu
2010(b), meta hu għal tiswijiet meħtieġa biex il-fond jinżamm fi
stat tajjeb, għandu preferenza fuq il-kreditu tal-padrun dirett.
Il-krediti ipotekarji 
jitħallsu skond l-
ordni ta’ l-
iskrizzjoni.
2092. Il-krediti ipotekarji jitħallsu skond l-ordni ta’ l-iskrizzjoni,
bla ħsara ta’ dak li jingħad fl-artikolu 2033(2).
Il-ħin ta’ l-
iskrizzjoni ma 
joħloqx preferenza 
bejn ipoteki 
inskritti f’ġurnata 
waħda.
2093.  L-ipoteki inskritti fl-istess ġurnata jagħtu lill-kredituri
jedd għal grad indaqs, mingħajr l-ebda differenza bejn l-
iskrizzjonijiet magħmulin f’ħin u dawk magħmulin f’ħin ieħor ta’ l-
istess ġurnata.
ll-krediti 
privileġġati fi grad 
wieħed jitħallsu 
pro rata.
2094.  Il-krediti privileġġati jew ipotekarji li huma fi grad
wieħed, jitħallsu pro rata.
L-ispejjeż 
aċċessorji għall-
kreditu jitqiegħdu 
fi grad wieħed mal-
kreditu.
2095. Fl-istess grad li fih ikun imqiegħed kreditu, jitqiegħdu l-
imgħaxijiet ta’ dak il-kreditu, l-ispejjeż ta’ l-iskrizzjoni u l-ispejjeż
magħmulin, meta hu meħtieġ, biex il-kreditu jiġi magħruf
b’sentenza kemm-il darba dawn l-ispejjeż ta’ l-aħħar ma jkunux
privileġġati xort’oħra.
Titolu XXIV
FUQ IL-BENEFIĊĊJU TAL-FIRDA TAL-PATRIMONJI
X’ inhu l-
benefiċċju tal-firda 
tal-patrimonji.
2096.  Il-benefiċċju tal-firda tal-patrimonji huwa l-jedd li
għandhom il-kredituri ta’ wieħed mejjet u l-legatarju tiegħu, li
jitolbu illi l-ħwejjeġ mobbli u immobbli tal-wirt jiġu mifruda mill-
beni partikolari tal-werriet, u jitħallew għall-ħlas tal-krediti jew
legati tagħhom, bi preferenza fuq kollha kemm huma l-kredituri
partikolari tal-werriet.
Effetti tal-
benefiċċju.
2097. L-effett ta’ dan il-benefiċċju favur dawk li għandhom il-
jedd li jitolbuh, huwa biss li jeħles lilhom mill-preġudizzju li
jistgħu jbatu għal dawk li huma l-beni tal-wirt, minħabba l-jeddijiet
tal-kredituri partikolari tal-werriet; u dan il-benefiċċju jżomm favur
kull wieħed minnhom, f’konkors, dawk il-jeddijiet biss li jistgħu
imissu lil kull wieħed minnhom skond ix-xorta u l-kondizzjonijiet
tal-kreditu jew jedd ieħor tiegħu fuq il-ħwejjeġ tal-wirt.
Żmien sabiex 
jintalab.
2098. Il-jedd għall-eżerċizzju ta’ dan il-benefiċċju jispiċċa jekk
ma jitmexxiex fi żmien sena minn dak in-nhar tal-ftuħ tas-
suċċessjoni.
Trasferiment ta’ 
beni tal-wirt qabel 
ma jiġi eżerċitat il-
benefiċċju,
2099. It-trasferiment tal-ħwejjeġ tal-wirt, mobbli jew immobbli,
magħmul mill-werriet, ukoll jekk matul iż-żmien fuq imsemmi,
qabel ma jiġi eżerċitat dan il-benefiċċju, jibqa’ sħiħ; iżda, f’dan il-
każ, il-benefiċċju jista’ jitmexxa fuq il-prezz li jkun għad ma
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
tħallasx.
jew wara li jiġi 
werriet jibqa’ sħiħ, ukoll jekk isir wara li jiġi eżerċitat il-
trasferiment ta’ ħwejjeġ litiġjużi.
(2)
benefiċċju, jibqgħu suġġetti għall-jeddijiet tal-kredituri tal-mejjet u
għal dawk tal-legatarji tiegħu.
benefiċċju.
2101. (1) Dan il-benefiċċju jiġi eżerċitat b’talba ġudizzjarja.
Iżda, għal dawk li huma immobbli, l-iskrizzjoni tal-
benefiċċju sservi minflok din it-talba.
fiha n-nota ta’ l-
iskrizzjoni.
 (1)
patrimonji, hu meħtieġ li tiġi ppreżentata lid-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku, nota li jkun fiha -
a) (a ,  b)
(ċ , ( ), (e  u ( );
b)
patrimonju tad-debitur mejjet minn dak tal-werriet
tiegħu.
Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 2043 sa l-2047 u 2049 sa l-
2052 igħoddu għall-iskrizzjoni ta’ dan il-benefiċċju.
iskrizzjoni.
2103. L-iskrizzjoni ta’ dan il-benefiċċju magħmula fiż-żmien ta’
tliet xhur mill-jum tal-ftuħ tas-suċċessjoni tibda sseħħ minn dak il-
Meta l-benefiċċju 
ma jistax jiġi 
2104.   Il-benefiċċju tal-firda tal-patrimonji ma jistax jiġi
eżerċitat meta hemm novazzjoni billi jkun ġie aċċettat il-werriet
(2) Dan il-benefiċċju ma jiswiex ħlief favur dawk li jkunu
(3) Jista’ jiġi eżerċitat għall-firda tal-beni kollha mingħajr
Il-kredituri tal-
werriet ma jistgħux 
benefiċċju.
2105. Il-kredituri tal-werriet ma jistgħux jitolbu l-firda tal-
patrimonji kontra l-kredituri tal-wirt.
suċċessjonijiet 
miftuħa qabel il-11 
2106.Il-benefiċċju tal-firda tal-patrimonji dwar suċċessjonijiet
kienu jseħħu fiż-żmien tal-ftuħ ta’ dawk is-suċċessjonijiet. 
  348      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Titolu XXV
FUQ IL-PRESKRIZZJONI
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
X’ inhi l-
preskrizzjoni.
2107.  (1) Il-preskrizzjoni hija mod ta’ akkwist ta’ jedd
b’pussess kontinwu, mhux miksur, paċifiku, pubbliku, u mhux
ekwivoku, għal żmien li tgħid il-liġi.
(2) Il-preskrizzjoni hija wkoll mezz sabiex wieħed jeħles minn
azzjoni meta l-kreditur ma jkunx eżerċita l-jedd tiegħu għal żmien
li tgħid il-liġi.
Rinunzja 2108.  (1) Ma tistax issir minn qabel rinunzja bil-quddiem għall-
preskrizzjoni, lanqas ma jista’ jiġi miftiehem għall-preskrizzjoni
żmien itwal minn dak li hemm fil-liġi.
(2) Tista’ ssir rinunzja għall-preskrizzjoni ġa akkwistata.
tista’ tkun espressa 
jew taċita.
2109.  (1) Ir-rinunzja għall-preskrizzjoni tista’ tkun espressa
jew taċita.
(2) Ir-rinunzja taċita tiġi minn fatt li jissoponi l-abbandun tal-
jedd akkwistat.
Min ma jistax 
jirrinunzja għall-
preskrizzjoni ġa 
akkwistata.
2110.  Min ma jistax jittrasferixxi, ma jistax jirrinunzja għall-
preskrizzjoni ġa akkwistata.
Il-preskrizzjoni 
għandha tiġi 
eċċepita mill-parti.
2111.  Il-qorti ma tistax ex officio tagħti effett għall-
preskrizzjoni, jekk din ma tigix eċċepita mill-parti interessata.
Meta tista’ tiġi 
eċċepita.
2112.  L-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni tista’ tingħata f’kull waqt
tal-kawża, imqar fl-appell.
Min jista’ jagħtiha. 2113.Il-kredituri u persuni oħra li jkollhom interess li jinqdew
bil-preskrizzjoni, jistgħu jagħtu l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni,
ukoll jekk id-debitur jew il-pussessur ikun irrinunzja għaliha.
Ħwejjeġ li 
għalihom m’ 
hemmx 
preskrizzjoni.
2114.  Ma hemmx preskrizzjoni dwar ħwejjeġ li huma extra
commercium.
Ħwejjeġ li 
għalihom hemm 
preskrizzjoni. 
Emendat: 
A.L 148 ta’ l-1975.
2115.  (1) Il-preskrizzjoni tolqot il-jeddijiet u l-azzjonijiet li
jmissu lil kull persuna, istitut, jew korp morali, bla distinzjoni, kif
ukoll il-beni suġġetti għal fedekommess.
(2) Iżda, l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni ma tistax tingħata
kontra jeddijiet u azzjonijiet li jmissu lill-Gvern ta’ Malta, ħlief fil-
każijiet imsemmijin fl-artikoli 2149, 2153, 2154, 2155 u 2156.
Meta jgħoddu d-
disposizzjonijiet 
ta’ dan it-Titolu.
2116. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu jgħoddu f’kull każ li
għalih ma jkunx ipprovdut xort’oħra f’partijiet oħra ta’ dan il-
Kodiċi jew f’liġijiet oħra.
Preskrizzjonijiet li 
bdew qabel il-11 
ta’ Frar, 1870.
2117.  (1) Il-preskrizzjonijiet li bdew qabel il-11 ta’ Frar, 1870
huma regolati skond il-liġi li kienet isseħħ f’dak iż-żmien.
(2) B’dan kollu, il-preskrizzjoni li tkun bdiet qabel il-jum fuq
  ġ 349
imsemmi, u li biex tagħlaq, skond il-liġi li kienet isseħħ f’dak iż-
imsemmi f’dan il-Kodiċi, tagħlaq meta jgħaddi ż-żmien imsemmi
f’dan l-Kodiċi, li għandu jibda jgħodd minn dak il-jum.
Ebda żmien li għadda qabel il-jum hawn fuq imsemmi ma
għandu jiġi magħdud għall-preskrizzjoni ta’ ħwejjeġ jew
kinux suġġetti għal preskrizzjoni, u li saru hekk suġġetti bis-saħħa
ta’ dan il-Kodiċi.
proċedimenti ta’ 
arbitraġġ.
II.1996.78.
Kap. 387.
 Għal dak li għandu x’jaqsam mal-preskrizzjoni, ir-
riferenza ta’ kull ħaġa għal arbitraġġ skond id-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar l-Arbitraġġ, għandu jkollha l-istess effett ta’ azzjoni
ġudizzjarja quddiem qorti kompetenti.
F Q IL-KA I L IMPEDIXXU L- RE KR ZZ ON
ħaddieħor ma 
jistgħux 
tagħhom infishom.
2118. Dawk li jżommu l-ħaġa f’isem ħaddieħor jew il-werrieta
tagħhom, ma jistgħux jippreskrivu favur tagħhom infishom: bħal
dawk li ma jżommux il-ħaġa bħala tagħhom infishom.
iżda jistgħu 
it-titolu tagħhom 
jitbiddel.
  Iżda, il-persuni msemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan
raġuni li tkun ġejja minn terza persuna, jew bis-saħħa ta’ l-
oppożizzjoni li huma jagħmlu għall-jedd tas-sid.
jakkwistaw 
mingħand il-kerrej, 
jippreskrivu.
2120. Kull persuna li lilha l-kerrej, id-depożitarju jew sempliċi
detentur ieħor jittrasferixxi l-ħaġa b’titolu li jista’ jittrasferixxi l-
à , tista’ tippreskrivi.
jippreskrivi kontra 
t-titolu tiegħu 
2121.   Ħadd ma jista’ jippreskrivi kontra t-titolu tiegħu
nnifsu fis-sens li ħadd ma jista’ jbiddel għalih innifsu r-raġuni li
(2) Iżda, wieħed jista’ jippreskrivi kontra t-titolu tiegħu nnifsu,
obbligazzjoni.
Sub-titolu II
UQ I KAWŻ I JISS SP ND PRESKRIZZJONI
II-preskrizzjoni 
timxi ġeneralment 
2122. 
(a l-assenti;
( ) il-wirt battal għalkemm ma jkunx ġie maħtur kuratur
  350      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(ċ) il-werriet matul iż-żmien biex jagħmel l-inventarju u
biex jiddeċiedi jekk jaċċettax il-wirt; u
(d) in ġenerali, kontra kull persuna oħra li ma tidħolx fl-
eċċezzjonijiet imsemmijin fl-artikoli li ġejjin.
Eċċezzjonijiet. 
Emendat: 
XLVI. 1973.107;
XXI.1993.2.
2123. Il-preskrizzjoni ma timxix -
(a) bejn ir-raġel u l-mara;
(b) bejn il-ġenitur u t-tifel li hu taħt is-setgħa tal-ġenituri;
(ċ) bejn il-persuna taħt tutela jew kurazija u t-tutur jew
kuratur tagħha, sa tispiċċa t-tutela jew il-kurazija, u sa
jingħataw għal kollox u jiġu approvati l-kontijiet;
(d) bejn il-werriet u l-wirt aċċettat bil-benefiċċju ta’ l-
inventarju.
Minuri interdetti, 
eċċ.
2124.  (1) Ħlief fil-każijiet imsemmijin mil-liġi, il-preskrizzjoni
ma timxix kontra l-minuri u l-interdetti.
(2) Ma timxix lanqas, matul iż-żwieġ, kontra l-mara miżżewġa,
fil-kazijiet li fihom l-azzjoni li tmiss lill-mara, jekk tiġi ezerċitata,
tagħti jedd lill-konvenut li jdur kontra żewġha.
Każijiet oħra li 
għalihom il-
preskrizzjoni ma 
timxix.
2125. Il-preskrizzjoni hija wkoll sospiża - 
(a) kwantu għall-jeddijiet kondizzjonali, sakemm il-
kondizzjoni ma sseħħx;
(b) kwantu għall-azzjonijiet ta’ garanzija, sakemm ma
jkunx hemm l-evizzjoni;
(ċ) kwantu għal kull azzjoni oħra li l-ezerċizzju tagħha hu
sospiż bi żmien, sakemm jagħlaq dan iż-żmien. 
II-preskrizzjoni 
tissokta wara li 
tispiċċa r-raġuni 
tas-sospensjoni 
tagħha.
2126. Il-preskrizzjoni mibdija u sospiża, tissokta timxi minnufih
li tispiċċa r-raġuni tas-sospensjoni tagħha.
Sub-titolu III
FUQ IL-KAWŻI LI JIKSRU L-PRESKRIZZJONI
Ksur tal-
preskrizzjoni bl-
evizzjoni tal-
pussessur,
2127. Il-preskrizzjoni tinkiser meta l-pussessur jiġi mneħħi, għal
iżjed minn sena, mit-tgawdija tal-ħaġa, sew jekk mis-sid sew jekk
minn ħaddieħor.
b’att ġudizzjarju. 2128.  Il-preskrizzjoni tinkiser ukoll b’kull att ġudizzjarju
ppreżentat fl-isem tas-sid jew tal-kreditur, innotifikat lill-parti li
kontra tagħha wieħed irid li ma jħallix timxi l-preskrizzjoni, u li
minnu jkun jidher biċ-ċar illi s-sid jew il-kreditur bi ħsiebhom
iżommu l-jedd tagħhom.
Il-preskrizzjoni 
tinkiser għalkemm 
l-att ma jkunx sar 
kif imiss, eċċ.
2129. Il-preskrizzjoni tinkiser allavolja t-talba, il-protest, jew att
ġudizzjarju ieħor ikunu nulli minħabba difett ta’ forma, jew
minħabba li jkunu ġew ippreżentati quddiem qorti li mhix il-qorti
kompetenti.
KODIĊI ĊIVILI   KAP. 16.        351
għandu jiġi 
ppreżentat.
 (1)
ma ssirx qabel ma jagħlaq xahar li għandu jibda jgħodd mill-aħħar
jum taż-żmien li hemm għall-preskrizzjoni.
(2) Iżda, jekk dak li għandu jiġi nnotifikat ikun nieqes minn
Gvern, fi żmien xahar li għandu jibda jgħodd mill-aħħar jum taż-
żmien hawn imsemmi, fuq talba tal-parti li tkun ippreżentat l-att,
(3) L-avviż hawn fuq imsemmi għandu jkun fih fil-qosor l-att li
tal-qorti li quddiemha l-att ikun ġie ppreżentat.
Ksur tal-
b’talba ġudizzjarja.
Kap. 12.
 Il-preskrizzjoni tinkiser b’talba ġudizzjarja, ukoll jekk din
nieqes minn Malta jew għal xi raġuni tajba oħra, basta li l-attur
jissokta l-kawża kontra kuratur maħtur mill-qorti, bil-mod li
sentenza fuq dik it-talba.
1I-ksur tal-
jiswiex f’każ ta’ 
rinunzja għat-talba, 
2132.   Il-ksur tal-preskrizzjoni magħmul b’talba ġudizzjarja,
jitqies bħallikieku ma sarx, jekk l-attur jirrinunzja għat-talba, jew
(2) Għal dik li hija r-rinunzja jew iċ-ċaħda ta’ talba
każijiet li l-attur jista’, skond il-liġi, jerġa’ jġib ’ il quddiem it-
talba, basta li din it-talba terġa’ tinġieb ’ il quddiem fl-istess qorti
ċaħda, u l-konvenut jiġi nnotifikat bil-mod u fiż-żmien imsemmijin
fiż-żewġ artikoli ta’ qabel dan, skond ma jkun il-każ.
preskrizzjoni 
b’tagħrif tal-jedd,
  Il-preskrizzjoni tinkiser jekk id-debitur jew il-pussessur
bdiet miexja.
bi ħlas akkont tad-
magħmul mid-debitur innifsu jew minn wieħed li jkun jidher
għalih.
preskrizzjoni dwar 
il-garanti.
  It-tagħrif tad-dejn mid-debitur prinċipali, jew kull att
jiswa wkoll bħala ksur tal-preskrizzjoni kontra l-garanti, bla ħsara,
meta l-garanti jkun intrabat   mad-debitur prinċipali, tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 1100 u 1101.
preskrizzjoni li ġa 
għalaq ma 
2136.   Meta l-preskrizzjoni tiġi miksura, iż-żmien li jkun
għadda qabel ma jgħoddx għalbiex wieħed jippreskrivi.
Iżda, il-preskrizzjoni tista’ tibda miexja mill-ġdid.
  352      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(2) F’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin f’dawk l-artikoli,
il-preskrizzjoni dwar il-ħwejjeġ u l-azzjonijiet imsemmijin fis-
subartikolu (1) tagħlaq biss bl-egħluq ta’ erbgħin sena, iżda ebda
oppożizzjoni għal din il-preskrizzjoni ma tista’ ssir minħabba n-
nuqqas ta’ titolu jew ta’ bona fidi.
Jeddijiet li ma 
jistgħux jiġu 
eżerċitati ħlief 
rarament.
2145.  (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan
igħoddu ukoll fil-każ ta’ jedd, ukoll jekk ekkleżjastiku, illi ma
jistax jiġi eżerċitat ħlief rarament.
(2) Iżda, f’dan il-każ, dak li jeċċepixxi l-preskrizzjoni għandu,
barra mill-egħluq ta’ erbgħin sena, jipprova wkoll li, matul dan iż-
żmien, ġiet l-okkażjoni, għall-anqas għal tliet darbiet, li wieħed
seta’ jeżerċita dak il-jedd, u li kull darba huwa eżerċitah, jew,
skond il-każ, li l-parti li lilha dak il-jedd kien imiss naqset kull
darba li teżerċitah.
Obbligazzjoni tad-
debitur ta’ renta.
2146.  (1) Wara ħamsa u għoxrin sena mid-data ta’ l-aħħar
kitba, id-debitur ta’ renta jew ta’ ħlas ieħor ta’ kull sena li
għandhom jissoktaw għal iżjed minn tletin sena jista’ jiġi mġiegħel
jagħti lill-kreditur jew lill-persuna li tiġi ’ l quddiem bil-jeddijiet
tal-kreditur, kitba ġdida, li fiha jiġi magħruf id-dejn jew jiġu
ddikjarati l-ħlasijiet li jkunu saru.
(2) Il-kreditur jista’ jitlob li din il-kitba, bi spejjeż tiegħu, issir
b’att pubbliku.
§  II. FUQ XI PRESKRIZZJONI PARTIKOLARI
Azzjonijiet li 
jaqgħu bi 
preskrizzjoni 
egħluq sena.
2147. L-azzjonijiet hawn taħt imsemmija jaqgħu bi preskrizzjoni
bl-egħluq ta’ sena:
(a) l-azzjonijiet tas-surmastrijiet jew għalliema ta’ xjenzi
jew ta’ arti, għal-lezzjonijiet li jagħtu bil-ġurnata jew
bix-xahar;
(b) l-azzjonijiet tas-sidien ta’ lukanda, tverna jew alloġġ
għall-alloġġ u għall-ikel li jagħtu;
(ċ) l-azzjonijiet tas-sefturi jew persuni oħra mħallsin bix-
xahar, ta’ l-artiġjani jew tal-ħaddiema bil-ġurnata,
għall-ħlas tal-ġranet tal-pagi, tas-salarji, jew tal-
fornituri li jkollhom jieħdu;
(d) l-azzjonijiet tal-vetturali bl-art jew bil-baħar,
imsemmijin fl-artikoli 1628 sa l-1631, għall-ħlas tal-
kirjiet jew tal-pagi tagħhom.
Azzjonijiet li 
jaqgħu bi 
preskrizzjoni 
egħluq tmintax-il 
xahar.
2148. L-azzjonijiet hawn taħt imsemmija jaqgħu bi preskrizzjoni
bl-egħluq ta’ tmintax-il xahar:
(a) l-azzjonijiet tal-ħajjata, skrapar, mastrudaxxi,
bennejja, bajjada, ħaddieda, arġentieri, arluġġara u ta’
persuni oħra li jaħdmu sengħa jew arti mekkanika,
għall-prezz ta’ l-opri jew tax-xogħlijiet tagħhom, jew
tal-materjal li jfornu;
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        353
(b) l-azzjonijiet ta’ kredituri għall-prezz ta’ merkanzija,
oġġetti jew ħwejjeġ oħra mobbli, mibjugħa bl-imnut;
(ċ) l-azzjonijiet ta’ dawk li għandhom djar ta’ edukazzjoni
jew ta’ tagħlim, ta’ liema xorta jkunu, għall-ħlas tad-
dritt tagħhom;
(d) l-azzjonijiet ta’ dawk imħallsin bis-sena, għall-ħlas
tas-salarju tagħhom;
(e) l-azzjonijiet tas-sensala, għad-dritt tas-senserija;
(f) l-azzjonijiet ta’ kull persuna, għall-kera ta’ ħwejjeġ
mobbli.
Azzjonijiet li 
jaqgħu bi 
preskrizzjoni 
egħluq sentejn. 
Emendat: 
A.L 148 ta’ l-1975.
2149. L-azzjonijiet hawn taħt imsemmija jaqgħu bi preskrizzjoni
bl-egħluq ta’ sentejn:
(a) l-azzjonijiet tal-bennejja ta’ bastimenti jew bċejjeċ
oħra tal-baħar, u tal-kuntratturi ta’ bini ieħor jew ta’
xogħlijiet oħra ta’ injam, ġebel, jew materjal ieħor,
għall-opri maħdumin minnhom jew għall-materjali li
jfornu: 
(b) l-azzjonijiet tat-tobba, kirurġi, ostetriċi u spiżjara,
għall-viżti jew operazzjonijiet li jagħmlu jew għall-
mediċini li jfornu;
(ċ) l-azzjonijiet ta’ l-avukati, prokuraturi legali, nutara,
arkitetti u inġinieri ċivili, u persuni oħra li jeżerċitaw
professjonijiet jew arti liberali oħra, għad-drittijiet
tagħhom u għall-ispejjeż li jkunu għamlu;
(d) l-azzjonijiet tal-prokuraturi ad litem jew ta’
prokuraturi oħra, jew mandatarji, għall-ħlas li
jmisshom, għall-ispejjeż, li jagħmlu, għall-indennizz li
jkollhom jieħdu għat-telf li jbatu, u għar-radd tal-flus
li joħorġu minn tagħhom;
(e) l-azzjonijiet tal-Gvern ta’ Malta, għall-ħlas ta’
drittijiet ġudizzjarji, dazji jew taxxi oħra.
Bidu tal-
preskrtzzjoni ta’ l-
azzjoni ta’ l-
avukati, eċċ.
(3) Fil-każ ta’ drittijiet għal konsulti, u ta’ drittijiet jew spejjeż
għal ittri uffiċjali, protesti, mandati, rikorsi, jew atti oħra jew
xogħol ieħor li ma jkollhomx x’ jaqsmu ma’ kawża li tkun miexja
jew li tiġi mibdija fi żmien sentejn mill-jum tal-konsult, ta’ l-att
jew ta’ xogħol ieħor, iż-żmien meħtieġ għall-preskrizzjoni jibda
minn dak il-jum.
Bidu ta’ 
preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni ta’ l-
avukati, eċċ.
2150. (1) il-preskrizzjoni ta’ l-azzjonijiet hawn fuq imsemmija
ta’ avukati, prokuraturi legali jew prokuraturi ad litem, tibda
miexja minn dak in-nhar tad-deċiżjoni finali jew tat-transazzjoni
tal-kawża jew minn dak in-nhar li jispiċċa l-inkarigu mogħti
lilhom.
(2)  Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kull att finali, għalkemm
ma jkunx jagħmel sehem mill-proċeduri tal-kawża, ikollu, iżda
x’jaqsam magħha, jitqies bħala li jagħmel sehem minn dawk il-
proċeduri.
  354      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
(3) Fil-każ ta’ drittijiet għal konsulti, u ta’ drittijiet jew spejjeż
għal ittri uffiċjali, protesti, mandati, rikorsi, jew atti oħra jew
xogħol ieħor li ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ kawża li tkun miexja
jew li tiġi mibdija fi żmien sentejn mill-jum tal-konsult, ta’ l-att
jew ta’ xogħol ieħor, iż-żmien meħtieġ għall-preskrizzjoni jibda
minn dak il-jum.
Fornituri. eċċ., li 
jissoktaw.
2151.  (1) Fil-każijiet imsemmijin fl-aħħar erba’ artikoli qabel
dan, ikun hemm lok għall-preskrizzjoni, għad li kien hemm
kontinwazzjoni ta’ fornituri, kunsinni bil-kreditu, xogħolijiet,
servizzi, jew qadi ieħor.
(2) Iżda, f’kull każ bħal dan, jekk il-kreditu għal dawn il-
fornituri, kunsinni, xogħolijiet, servizzi, jew qadi ieħor jirriżulta
minn kont aċċettat mid-debitur jew minn dikjarazzjoni oħra tad-
debitur bil-miktub, l-azzjoni ma taqax bi preskrizzjoni ħlief bl-
egħluq ta’ ħames snin li jibdew mid-data ta’ dak il-kont jew ta’ dik
id-dikjarazzjoni.
Preskrizzjoni tal-
jedd kontra avukati 
u prokuraturi legali 
għal karti 
kkunsinnati lilhom.
2152.  (1) L-avukati u l-prokuraturi legali huma meħlusa minn
kull obbligu li jagħtu kont ta’ karti dwar kawżi jew konsulti, sena
wara li l-kawżi jkunu ġew maqtugħa jew spiċċaw xort’oħra, jew
wara li l-konsulti jkunu ġew mogħtija.
(2) Hekk ukoll huma meħlusa mill-obbligu li jagħtu kont tal-
karti kkunsinnati lilhom biex jibdew kawżi, bl-egħluq ta’ sentejn
mill-kunsinna, kemm-il darba f’dan iż-żmien il-kawżi ma jkunux
inbdew.
 (3) Iżda, huma jistgħu jiġu msejħa biex jistqarru b’ġurament
jekk dawk il-karti humiex għandhom jew jekk jafux fejn dawk il-
karti jinsabu.
Azzjoni għall-ħlas 
tal-ħsarat mhux 
ikkaġunati b’reat.
2153.  L-azzjoni għall-ħlas tal-ħsarat mhux ikkaġunati b’reat
taqa’ bi preskrizzjoni bl-egħluq ta’ sentejn.
Azzjoni għall-ħlas 
tal-ħsarat 
ikkaġunati b’reat. 
Emendat: 
I.1870.8.
Kap. 9.
2154.  (1) Dwar il-preskrizzjoni ta’ l-azzjoni ċivili għall-ħlas
tal-ħsarat ikkaġunati b’reat, għandhom jitħarsu r-regoli li hemm fil-
Kodiċi Kriminali, għall-preskrizzjoni ta’ l-azzjoni kriminali.
(2) Iżda, kull min jisraq ħaġa, jew isir pussessur tagħha bil-
mezz ta’ reat ta’ frodi, jew xjentement jirċievi jew jixtri dik il-
ħaġa, meta jaf li kienet misruqa jew akkwistata bi frodi, ma jista’
jippreskriviha qatt, igħaddi kemm igħaddi żmien.
Azzjoni biex 
tittieħed lura l-ħaġa 
mitlufa jew 
misruqa.
2155.  (1) L-azzjoni biex wieħed jieħu lura mingħand terza
persuna l-ħaġa mobbli mitlufa jew misruqa, meta hemm jedd għal
din l-azzjoni taħt l-artikolu 559, taqa’ bi preskrizzjoni bl-egħluq ta’
sentejn, jekk it-terz ikun irċieva l-ħaġa b’bona fidi.
(2) Jekk ikun irċeviha b’mala fidi, igħoddu d-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (2) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan.
Azzjonijiet li 
jaqgħu bi 
preskrizzjoni 
egħluq ħames snin. 
Emendat: 
XXVII.1976.12.
2156. L-azzjonijiet hawn taħt imsemmija jaqgħu bi preskrizzjoni
bl-egħluq ta’ ħames snin:
(a) l-azzjonijiet għal annati ta’ ċnus, ta’ renti perpetwi jew
ta’ vitalizji, ta’ mgħaxijiet ta’ ċnus bollali li tnisslu
KODIĊI ĊIVILI ġ KAP. 16.       
qabel l-14 ta’ Awissu, 1862 u għall-ħlas tal-lawdemji
dovuti fl-obbligazzjoni ta’ bejgħ jew trasferiment
(b l-azzjonijiet għall-ħlas ta’ pensjoni għall-
manteniment;
ċ)
(d l-azzjonijiet għall-ħlas ta’ mgħaxijiet ta’ somom
meħuda b’self jew taħt titolu ieħor, u, in ġenerali, ta’
aqsar minn sena;
( ) l-azzjonijiet għar-radd ta’ flus mogħtija b’self, jekk is-
(f l-azzjonijiet għall-ħlas ta’ kull kreditu ieħor li ġej
minn operazzjonijiet kummerċjali jew minn ħwejjeġ
jew liġijiet oħra, taħt preskrizzjoni aqsar, jew ma
jkunx jirriżulta minn att pubbliku.
kontijiet kontra 
tutur, kuratur,
2157. 
mandatarju, jew amministratur ieħor, taqa’ bi preskrizzjoni bl-
egħluq ta’ ħames snin minn dak in-nhar li l-amministrazzjoni
kuratur, mandatarju jew amministratur ieħor.
Il-preskrizzjoni 
kontra dak li 
jħallas għad-
2158. 
jistgħu wkoll jiġu eċċepiti kontra dak li jkun ħallas għad-debitur,
minbarra minn meta l-ħlas ikun sar fuq talba tad-debitur innifsu,
bħala garanti, jew bħala debitur in solidum
jew għal raġunijiet oħra, obbligat iħallas.
Minuri u interdetti.
kuraturi.
Jista’ jingħata l-
debitur jew lill-
werrieta tiegħu jew 
tagħhom ġej 
mingħandu.
 (1)
2149, 2156 u 2157, m’għandhomx effett jekk il-partijiet li
jeċċepuhom, meta jingħata lilhom il-ġurament, ma jistqarrux li
(2) Jekk il-ġurament jiġi mogħti lill-werrieta tal-persuna li
tagħhom ġejjin mingħand dik il-persuna, il-preskrizzjonijiet fuq
imsemmija ma jkollhomx effett jekk huma ma jistqarrux li ma jafux
  356      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Emendata: 
XIII.1932.3. 
Sostitwita: 
XXVIII.1948.2. 
Emendata: 
XXI. 1962.19; 
XXXI. 1965.23; 
VI.1972.5; 
XXX.1979.5; 
A.L. 161 ta’ l-
1989.
Sostitwita:
A.L. 212 ta’ l-
1997.
L-ISKEDA
Taqsima I
DRITTIJIET
Drittijiet li għandhom jinġabru taħt l-artikolu 268
Lm c
1. Għar-reġistrazzjoni ta’ att tat-twelid ............ 1.00
2. Għar-reġistrazzjoni ta’ att taż-żwieġ ............ 1.00
Nota: Għall-ħlas tad-drittijiet imsemmijin taħt il-
paragrafi 1 u 2 il-ġenituri tat-tarbija, fil-każ ta’
twelid, u l-għarajjes, fil-każ ta’ żwieġ, huma
marbutin in solidum.
3. Għar-reġistrazzjoni kif maħsub fis-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 290, tal-leġittimazzjoni
ta’ bniedem li l-att tat-twelid tiegħu mhux reġistrat
fir-Reġistru Pubbliku ................................................  0.50
4. Għal kull nota .............................................. 0.50
5. Għal viżjoni ta’ kull reġistrazzjoni jew ta’
annotazzjoni li tagħha tingħata d-data ....................... 0.50
6. (a) Għal kull tfittxija għal kitba mniżżla
dwar xi bniedem għalih, b’viżjoni jew mingħajrha .... 0.05
(b) Għal kull ċertifikat li juri li ma tkun
saret ebda kitba f’Reġistrazzjonijiet ta’ Stat Ċivili
dwar xi bniedem għalih, magħdud id-dritt għat-
tfittxija ..................................................................... 2.00
7. (a) Għal kull estratt minn att tat-twelid,
taż-żwieġ, tal-mewt jew ta’ reġistrazzjoni fir-
Reġistru tal-Persuni Adottati skond il-Formuli, I, K,
M, O fit-Taqsima I ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan il-
Kodiċi ...................................................................... 0.50
(b) Għal kull estratt minn att tat-twelid,
taż-żwieġ, tal-mewt jew ta’ reġistrazzjoni fir-
Reġistru tal-Persuni Adottati skond il-Formuli J, L,
N, P fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan il-
Kodiċi ...................................................................... 0.50
(ċ) Għal kull ċertifikat li jkollu kopja sħiħa
ta’ reġistrazzjoni tat-twelid, żwieġ jew mewt b’dawk
in-noti li jista’ jkun hemm magħha ........................... 2.00
8. Għal reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Persuni
Adottati..................................................................... 1.00
KODIĊI ĊIVILI   KAP. 16.        357
FORMULI
Emendata: 
1975;
XXX. 1995.5.
EDITT GĦAL AĦBARIJIET DWAR WIEĦED ASSENTI
IR- EĠIS RU TAS-SEKOND’ AWLA TAL-QORTI ĊIVILI
......................................19
Billi .................., b’rikors li ppreżenta f.....................................,
talab il-ħatra ta’ kuratur għal ..........................., (jew, skond il-każ,
il-ftuħ ta’ testment sigriet, jew id-dikjarazzjoni li jista’ jinqara t-
testment pubbliku ta’ ......................., inkella, id-dħul tar-rikorrent
fil-pussess provviżorju tal-beni ta’......................) li kif jingħad ilu
ma jidher f’Malta minn ................................. bla ma ttieħdu
aħbarijiet tiegħu.
Kull min għandu aħbarijiet li l-imsemmi ..................................
għadu ħaj, huwa mitlub li jagħtihom lir-Reġistratur tas-Sekond’
Awla tal-Qorti Ċivili, hawn taħt iffirmat, sabiex din il-Qorti tkun
taf bihom, fi żmien xahar li jibda jgħodd minn dak in-nhar li joħroġ
dan l-editt fil-Gazzetta tal-Gvern.
B’ordni tal-Qorti,
Reġistratur.
  358      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Emendata: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
FORMULA B
(ARTIKOLU 254)
AVVIŻ
MIR-REĠISTRU TAL-PRIM’AWLA TAL-QORTI ĊIVILI
                             ........................19
Billi ................................ ppreżenta ċitazzjoni, li fiha jitlob il-
korrezzjoni tar-reġistrazzjoni (jew it-tħassir tar-reġistrazzjoni
inkella r-reġistrazzjoni) tat-twelid tiegħu, jew taż-żwieġ tiegħu, jew
tal-mewt ta’ ........................... .
Kull min jidhirlu li għandu interess, u jrid jopponi dik it-talba,
b’dan l-avviż hu msejjaħ sabiex ifisser il-fehma tiegħu, b’nota li
għandha tiġi ppreżentata, fir-Reġistru fuq imsemmi, fi żmien
ħmistax-il ġurnata mill-ħruġ ta’ dan l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.
Dawk illi, fiż-żmien fuq imsemmi, ikunu ippreżentaw dik in-nota
għandhom jiġu innotifikati b’kopja taċ-ċitazzjoni hawn fuq
imsemmija, bil-ġurnata li tiġi mogħtija għas-smigħ tal-kawża.
B’ordni tal-Qorti,
Reġistratur.
  KAP. 16.       
Miżjuda: 
Emendata: 
FORMULA BB
REĠISTRU TAL-QORTI TAR-REVIŻJONI TA’ ATTI NUTARILI
Billi AB ta avviż tat-twelid tiegħu/ta’ CD, tarbija li ommha u n-
fejn qed jgħid li hu/l-imsemmi CD twieled fid-data ta’
bint ......................... imwielda .......................... fi ....................... .
jiġi b’dan imsejjaħ, bil-mezz ta’ nota ippreżentata fir-Reġistru fuq
dan l-avviż.
notifikat bil-jum maħtur għas-smigħ mill-Viżitatur hawn taħt
tagħrif fuq il-kwistjoni.
E.F.
  360      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        361
  362      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        363
FORMULA F
(ARTIKOLU 296)
ĊERTIFIKAT TA’ MEWT
.............................19
Lil ..................... uffiċjal inkarigat biex jagħmel 1-atti tal-mewt,
il-Belt.
B’dan iċ-ċertifikat (hawn għandu jgħid jekk jafx huwa nnifsu jew
b'tagħrif minn ħaddieħor, u, f'dan l-aħħar każ, minn min) li
................................. li jien bħala tabib kont nikkura fl-aħħar
marda tiegħu, miet b’........................, il-jum ......................... id-
dar tiegħu Nru ................... f’....................... u li 1-mewt ġrat fil-
ħin tal- ........................ 
(Firma)
Tabib.
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        365
  366      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Sub-titolu IV
FUQ IŻ-ŻMIEN MEĦTIEĠ GĦALL-PRESKRIZZJONI
Bidu tal-
preskrizzjoni.
2137. Bla ħsara ta’ disposizzjonijiet oħra tal-liġi, il-preskrizzjoni
ta’ azzjoni tibda minn dak in-nhar li din l-azzjoni tista’ tiġi
eżerċitata; mingħajr ma jittieħed qies ta’ l-istat jew tal-kondizzjoni
tal-persuna li lilha din l-azzjoni tmiss.
Kif jitqies iż-żmien 
tal-preskrizzjoni.
2138.  (1) Il-preskrizzjoni titqies bi ġranet sħaħ, u mhux bis-
sigħat.
(2) Il-ġranet huma kontinwi: ix-xhur jitqiesu skond il-
kalendarju.
Meta tagħlaq il-
preskrizzjoni. 
Emendat: 
Xl.1977.2.
2139.  (1) Il-preskrizzjoni tagħlaq minnufih li jgħaddi l-aħħar
jum taż-żmien meħtieġ għall-preskrizzjoni.
(2) Iżda, jekk l-aħħar jum ikun is-Sibt jew btala pubblika, il-
preskrizzjoni tagħlaq malli jgħaddi l-ewwel jum ta’ wara, li ma
jkunx Sibt jew btala pubblika.
§  I. FUQ IL-PRESKRIZZJONI TA’ GĦAXAR SNIN, TLETIN U 
ERBGĦIN SENA
Preskrizzjoni ta’ 
għaxar snin.
2140.  (1) Kull min b’bona fidi u b’titolu tajjeb biex
jittrasferixxi l-proprjetà,  jipposjedi ħaġa immobbli għal żmien ta’
għaxar snin, jakkwista l-proprjetà  tagħha.
(2) Jekk it-titolu jkun ġej minn att li, skond il-liġi, għandu jkun
inskritt fir-Reġistru Pubbliku, iż-żmien meħtieġ għall-preskrizzjoni
ma jibdiex miexi ħlief mill-jum ta’ l-iskrizzjoni ta’ dak l-att.
Bona fidi. 2141. Mhux bizżejjed li jkun hemm il-bona fidi fiż-żmien ta’ l-
akkwist, iżda jeħtieġ li dina tissokta għaż-żmien kollu meħtieġ
għall-preskrizzjoni.
Mala fidi tal-
pussessur ta’ qabel 
mhix ta’ ħsara għal 
ta’ warajh.
2142.  (1) Il-mala fidi tal-pussessur ta’ qabel mhix ta’ ħsara
għas-suċċessur tiegħu, sew jekk dan ikun b’titolu universali kemm
jekk ikun b’titolu partikolari.
(2) Iżda, f’dan il-kaz, is-suċċessur ma jistax għall-finijiet tal-
preskrizzjoni igħaqqad il-pussess tiegħu ma’ dak tal-pussessur ta’
qablu.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjonijiet reali, 
personali u misti.
2143. L-azzjonijiet kollha, reali, personali, jew misti jaqgħu bil-
preskrizzjoni egħluq tletin sena, u ebda oppożizzjoni għall-
preskrizzjoni ma tista’ ssir minħabba n-nuqqas ta’ titolu jew ta’
bona fidi.
Preskrizzjoni ta’ 
erbgħin sena.
2144.  (1) Iz-żmien meħtieġ għall-preskrizzjoni msemmi fl-
artikoli 2140 u 2143 ma jgħoddx għall-preskrizzjoni fil-kaz ta’
immobbli suġġett għal fedekommess, jew ta’ immobbli jew
azzjonijiet li jkunu ta’ jew li jmissu lil knejjes jew xi istituzzjoni
pija.
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        367
  368      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Miżjuda: 
XXXI.1969.23.
Sostitwita: 
XXI.1993.85.
FORMULAJ
(ARTIKOLU 251)
Jiena, hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika illi dan li ġej huwa
ESTRATT veru mir-Reġistrazzjoni Nru......................... tas-Sena
...................... fir-Reġistri ta’ 1-Istat Ċivili dwar Atti tat-Twelid u
r-Reġistru ta’ Persuni Adottati miżmuma fl-Uffiċċju tar-Reġistru
Pubbliku, il-Belt Valletta, Malta/ir-Rabat, Għawdex, skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16).
Post tat-twelid:
Data tat-twelid:
Isem u Kunjom:
Sess:
UFFIĊĊJU TAR-REĠISTRU PUBBLIKU -
MALTA/GĦAWDEX
DIRETTUR
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        369
  370      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        371
Miżjuda: 
XXXI.1965.23.
Emendata: 
XXI.1993.85.
FORMULAL
(ARTIKOLU 251)
Jiena, hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika li dan ta’ hawn taħt
huwa estratt veru mill-Att taż-Żwieġ Nru....................... reġistrat
fl-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, il-Belt Valletta, Malta/Victoria,
Għawdex, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16).
Isem u kunjom ir-raġel:
Isem u kunjom xbubit il-mara:
Post taż-żwieġ:
Data taż-żwieġ:
Il-mara għażlet li żżomm kunjom xbubitha maż-żwieġ (ħassar
fejn ma japplikax)
UFFIĊĊJU TAR-REĠISTRU PUBBLIKU - 
MALTA/GĦAWDEX
DIRETTUR
  372      KAP. 16. ħ          KODIĊI ĊIVILI
Miżjuda:
XXXI.1965.23.
FORMULA M
(ARTIKOLU 251)
Imħassra bl-artikolu 85 ta' l-Att XXI ta' 1-1993.
ġ KAP. 16.       
Miżjuda:
XXXI.1965.23.
(ARTIKOLU 251
Imħassra bl-artikolu 85 ta' 1-Att XXI ta' 1-1993.
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        375
FORMULA P
(ARTIKOLU 251)
Jiena, hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika li dan ta’ hawn taħt
huwa estratt veru mill-Att tal-Mewt Nru ...................... reġistrat fl-
Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, il-Belt Valletta, Malta/Victoria,
Għawdex, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16).
Isem u kunjom il-mejjet:
Post u data tal-mewt:
Età  (snin):
UFFIĊĊJU TAR-REĠISTRU PUBBLIKU -
MALTA/GHAWDEX
DIRETTUR
  KAP. 16. ħ      KODIĊI ĊIVILI
KODIĊI ĊIVILI   ġ KAP. 16.        377
Miżjuda:
XXXI.1965.23.
Emendata:
XXX.1995.7.
Taqsima III
Partikolaritajiet dwar ċerti korrezzjonijiet fl-Atti ta' l-Istat 
Ċivili.
(ARTlKOLU 257)
ATT TAT-TWELID
(a) Data ta’ l-Att;
(b) Post tat-twelid tat-tarbija;
(ċ) Sess tat-tarbija; 
(d) Ismijiet mogħtija lit-tarbija; 
(e) Isem jew ismijiet li bihom it-tarbija għandha tissejjaħ;
(f) Età  u post tat-twelid u residenza - 
(i) tal-ġenituri tat-tarbija; u
(ii) tal-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni;
(g) L-isem u l-kunjom tan-nanniet tat-tarbija u tal-missier tal-
persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni;
(h) Jekk in-nanniet tat-tarbija jew missier il-persuna li
tagħmel id-dikjarazzjoni humiex ħajjin jew mejtin;
(i) Il-partikolaritajiet kollha tax-xhieda, jekk ikun hemm.
ATT TAŻ-ŻWIEĠ
(a) Data ta’ l-Att;
(b) Isem u kunjom (kull fejn ikun hemm), data u post tat-
twelid u residenza tar-raġel u tal-mara;
(ċ) Isem u kunjom tal-missier u isem, kunjom u kunjom
xbubiet l-omm tar-raġel u tal-mara;
(d) Il-partikolaritajiet kollha tax-xhieda;
(e) Il-knisja, kappella, jew post ieħor fejn sar iż-żwieġ.
ATT TAL-MEWT
(a) Data ta’ l-Att;
(b) Isem u kunjom il-mejjet;
(ċ) Jekk il-mejjet kienx miżżewweġ jew le, armel jew armla;
(d) Età , post tat-twelid u residenza tal-mejjet;
(e) L-isem u l-kunjom tal-ġenituri tal-mejjet, u jekk humiex
ħajjin jew mejtin;
(f) Il-post u l-kawża tal-mewt, u l-post tad-difna;
(g) Il-partikolaritajiet kollha tax-xhieda, jekk ikun hemm.
