  DFIN  ġKAP. 17.      1
KAPITOLU 17
ORDINANZA DWAR ID-DFIN*
Biex tipprojbixxi d-dfin ta’ katavri f'xi postijiet, u biex tagħmel
provvedimenti oħra dwar din il-projbizzjoni.
(10 ta’ Mejju, 1869)#
Saret liġi bl-ORDINANZA II ta’ l-1869 u ġiet emendata bl-Ordinanza V
ta’ l-1873; bl-Att IV ta’ l-1955; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: III
ta’ l-1974, XXII u XXXVI ta’ l-1975, XI ta’ l-1977 u IX ta’ l-1982.
Titolu fil-qosor.
Iċ-ċimiterju ta’ 
Santa Marija 
Addolorata. 
Emendat: 
XXXVI.1975.2.
2.  (1) Iċ-ċimiterju mibni fuq il-għolja li qiegħda fil-limiti ta’
Ħal Tarxien, fin-naħa leminija tat-telgħa msejħa tal-Palma, għandu
jkun il-post prinċipali għad-dfin f’Malta u kull ċittadin Malti jkollu
l-jedd li jiġi midfun fl-imsemmi ċimiterju skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u ta’ kull liġi rilevanti oħra.
(2) Dan iċ-ċimiterju għandu jissejjaħ "Iċ-ċimiterju ta’ Santa
Marija Addolorata".
Talba għal 
konċessjoni ta’ 
sitijiet. 
Emendat: 
IV. 1955.3; 
A.L. 4. ta’ l-1963; 
XXII. 1975,2; 
XI.1977.2; 
IX. 1982.2.
3. (1) Kull persuna tista’ tapplika bil-miktub, għand is-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, għall-konċessjoni ta’ sit, ta’
estensjoni ta’ żewġ metri u nofs tul u metru u ħames ċentimetri
wisa’, f’dik il-parti ta’ kull ċimiterju tal-Gvern li, skond pjanta
magħmula mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, ikun stabbilit
għall-bini ta’ oqbra privati, sabiex jinbena fuqu, għas-spejjeż
tiegħu, qabar, bi ħlas dwar dak is-sit tas-somma ta’ ħamsa u
għoxrin lira.
(2) Fil-qisien hawn fuq imsmmija jidħlu l-partijiet tas-sit li
jkunu ġà, kif jingħad fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 7 u 8,
okkupati b’ħitan diviżorji mibnija minn ħaddieħor.
(3) Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jordna minn
żmien għal ieħor li jinbnew oqbra privati fuq siti mhux ġà mogħtija
sabiex jinbiegħu lil min japplika għalihom. Fuq talba għall-akkwist
ta’ qabar, mibni, u jekk ikun hemm disponibbli qabar mibni, is-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika għandu jġiegħel lil min japplika
biex iħallas is-somma ta’ tmienja u għoxrin lira u ħamsa u għoxrin
ċenteżmu li tkun tinkludi wkoll il-prezz tas-sit. 
(4) Ebda talba bħal dik ma tiġi kunsidrata jekk magħha ma jsirx
depożitu tas-somma xierqa fl-uffiċċju tas-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika u ma jkunx hemm dikjarazzjoni ffirmata mill-applikant
fis-sens li la hu u lanqas ebda membru mill-familja tiegħu ma jkun
is-sid ta’ xi qabar jew sit għal qabar f’xi ċimiterju tal-Gvern:
*Ara wkoll l-Ordinanza dwar iċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata  (Kapitolu 18) u
Taqsima VI tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija  (Kapitolu 10).
#Ara Proklama Nru. I ta’ l-10 ta’ Mejju, 1869.
 2      KAP. 17.ħ      DFIN
Iżda l-imsemmi Suprintendent jista’, meta jkun sodisfatt
mill-ħtiġiet veri ta’ l-applikant, jagħti eżenzjoni mill-produzzjoni
ta’ l-imsemmija dikjarazzjoni.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, "familja" tfisser
missier, omm, żewġ jew mart, jew ħu, oħt, iben jew bint l-
applikant.
(5)  Is-somom ta’ flus imsemmija fis-subartikoli  (1) u  (3) ta’
dan l-artikolu jistgħu jitbiddlu minn żmien għall-ieħor mill-
Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika b’avviż fil-Gazzetta tal-
Gvern li jibda jseħħ mhux qabel erba’ ġimgħat mid-data ta’ l-avviż.
Trasferiment ta’ 
oqbra jew sitijiet. 
Miżjud: 
XXII.1975.3.
4. (1) Ebda persuna ma tista’ tittrasferixxi lil xi persuna oħra
xi qabar jew sit għal qabar f’xi ċimiterju tal-Gvern mingħajr l-
approvazzjoni bil-quddiem tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
(2) L-imsemmi Suprintendent jista’ jissuġġetta l-approvazzjoni
tiegħu għall-produzzjoni ta’ dikjarazzjoni bħal dik imsemmija fis-
subartikolu (4) ta’ l-artikolu 3 ta’ din l-Ordinanza, kemm-il darba
ma jkunx sodisfatt mill-ħtiġiet veri ta’ l-applikant.
Konċessjoni ta’ 
arei. 
Sostitwit: 
IX.1982.2.
5. Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’, meta ssir
applikazzjoni għal hekk, u mal-ħlas ta’ dak id-dritt kif jista’ jiġi
stabbilit mill-imsemmi Suprintendent, jagħti konċessjoni, flimkien
ma’ sit, area, ta’ mhux iżjed minn sitta u għoxrin metru kejl
superfiċjali, kontigwa għall-imsemmi sit, għall-bini ta’ oqbra
addizzjonali jew għall-bini ta’ kappella.
Bini ta’ oqbra fis-
sutterran tal-
Kappella. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l- 1963; 
XI. 1977.2; 
IX.1982.2.
6. Kull qabar f’xi parti ta’ ċimiterju għandu jiġi mibni għal
kollox taħt l-art, u mgħotti b’ġebel invell mat-triq l-aktar qrib; kull
naħa ta’ dan il-qabar, li ma jkunx għall-anqas sittin ċentimetru
bogħod mill-pont l-aktar qrib ta’ l-art mogħtija lill-persuna li
tagħha jkun dak il-qabar, għalkemm dan ikun imħaffer fil-blat,
għandha tiġi mibnija b’ħajt mhux anqas minn tletin ċentimetru
ħxuna; u l-qabar innifsu għandu jkun mill-anqas metru u tlieta u
tmenin ċentimetru fond:
Iżda, dawn l-oqbra jistgħu wkoll, bil-permess tal-Ministru
responsabbli għas-saħħa pubblika, ikunu ta’ fond, wisa’ jew tul
anqas, jew jistgħu jiġu mibnija fuq wiċċ l-art.
Ħajt diviżorju. 7. Kull min jibni qabar li jmiss ma’ l-art mogħtija jew li tista’
tiġi mogħtija lil ħaddieħor, jista’ jibni l-ħajt diviżorju sa ħxuna ta’
ħmistax-il ċentimetru, fuq dik l-art: u f’dan il-każ, is-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika, jew il-persuna li lilha dik l-art tkun ġiet
mogħtija, tista’ tinqeda, għal waħda min-naħiet ta’ qabar ieħor,
mill-ħajt hekk mibni, billi tħallas lill-pussessur ta’ l-ewwel qabar,
nofs il-valur ta’ dak il-ħajt, li għandu jitqies bħala ħajt ta’ tletin
ċentimetru ħxuna.
Jeħtieġ il-kunsens 
ta’ pussessuri oħra, 
f'xi każijiet, biex 
jiżdied il-għoli tal-
ħajt.
8. (1) Il-pussessur ta’ qabar, li wieħed jew iżjed mill-ħitan
tiegħu jkunu ġew f’parti mibnija ’l barra mill-art tiegħu nnifsu, jew
dak li fil-bini ta’ qabar ikun għamel komuni l-ħitan ta’ qabar ieħor,
ma jistax, mingħajr il-kunsens tal-pussessur ta’ dan il-qabar, igħolli
dak il-ħajt ’il fuq mill-invell tal-wiċċ ta’ l-art l-iżjed qrib għall-
qabar hawn fuq imsemmi.
  DFIN  ġKAP. 17.      3
(2) Il-pussessur jew il-persuna hawn fuq imsemmija jistgħu,
madankollu, igħattu l-qabar tagħhom b’għata jew b’monument
ogħla mill-invell hawn fuq imsemmi, u jistgħu jinqdew b’dan il-
ħajt komuni biex ipoġġu miegħu din l-opra, basta li b’daqshekk ma
jfixklux jew ma jagħmlux diffiċli l-ftuħ tal-qabar qrib, u bla ħsara
tad-disposizzjoni ta’ l-artikolu 10.
Kostruzzjonijiet 
fuq oqbra. 
Emendat: 
III. 1974.2; 
XI.1977.2.
9. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel
dan, kull min għandu qabar fiċ-ċimiterju hawn fuq imsemmi, ’il
barra mis-sutterran tal-kappella, jista’ jagħlaq dan il-qabar,
flimkien ma’ kull spazju ieħor li jkun ġie mogħti lilu, b’ħitan jew
xort’oħra; jibni fuq l-art tiegħu monument jew bini ieħor li l-
mogħdija għad-dħul tiegħu tkun mit-triq komuni, mingħajr ma
wieħed igħaddi minn fuq siti mogħtija jew li jistgħu jiġu mogħtija
lil ħaddieħor; u jagħmel l-iskrizzjonijiet li jidhirlu; basta li d-disinn
ta’ kull opra bħal din u l-abbozz ta’ l-iskrizzjoni jiġu approvati
mill-Bord imsemmi fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu.
(2) Kull min għandu qabar fis-sutterran tal-kappella, jista’
jagħmel fih kull iskrizzjoni li tkun ġiet approvata mill-Bord hawn
fuq imsemmi; iżda ma jista’ jibni ebda opra mingħajr il-permess
tal-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika, minbarra l-
approvazzjoni ta’ l-imsemmi Bord.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jkun hemm bord, li
jkun magħruf bħala l-Bord dwar id-Dfin li jkun magħmul minn
chairman u minn żewġ membri nominati kull sena mill-Ministru
responsabbli għas-saħħa pubblika.
Bini ta’ iżjed minn 
sittin ċentimetru 
għoli.
10. Ħadd ma jista’ jibni ebda bini jew monument ta’ iżjed
minn sittin ċentimentru għoli, jekk bejn dan il-bini jew monument u
l-eqreb bini jew monument, ma jkunx hemm mill-anqas bogħod ta’
metru u għoxrin ċentimetru.
Sinjali tal-konfini 
tas-sit. 
Emendat: 
IV. 1955.4; 
IX. 1982.2.
11. (1) Kull min ikun ħa sit biż-żjieda ta’ spazju ieħor, li l-
konfini tiegħu, fil-fehma tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, ma
jistgħux jiġu sewwa ffisati b’riferenza għall-pjanta msemmija fl-
artikolu 3, għandu, fi żmien għaxart ijiem minn avviż li jingħata
lilu mill-istess Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, jagħmel sinjali, li
jidhru u li jibqgħu, tal-konfini tas-sit bl-ispazju hawn fuq imsemmi,
għas-sodisfazzjon tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jew ta’
persuna oħra maħtura minnu.
(2) Dawn is-sinjali, jekk il-konċessjonarju jonqos li
jagħmilhom fiż-żmien hawn fuq imsemmi, jiġu magħmula mis-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, illi, f’dan il-każ, għandu jedd
għall-ħlas mingħand il-konċessjonarju ta’ somma ta’ mhux iżjed
mill-ispiża li tkun saret.
Fossa tal-għadam u 
depożt. 
Emendat: 
V.1873.1.
12. (1) Lil kull pussessur ta’ qabar privat fiċ-ċimiterju hawn
fuq imsemmi, jingħata l-permess bla ħlas, f’okkażjoni ta’ dfin ta’
katavri f’dak il-qabar, meta ma jkunx hemm fih spazju biżżejjed
għal dak id-dfin, li jittrasporta bi spejjeż tiegħu, dak li jibqa’ mill-
katavri li jkunu ġew qabel hemm midfuna, fil-fossa tal-għadam tal-
komun li, għal dan il-ħsieb, tiġi mibnija bi spejjeż tal-Gvern.
(2) Jekk ma jkunx jista’ jsir użu mill-qabar hawn fuq imsemmi
 4      KAP. 17.ħ      DFIN
minħabba li jkun għadu kif sar dfin fih, lill-pussessur jingħata
permess, bla ħlas ta’ ebda dritt, li jqiegħed il-katavru li jmiss
jindifen f’dak il-qabar, bħala depożt f’qabar ieħor, f’post ġewwa ċ-
ċimiterju, li, għal dan il-ħsieb, jiġi mibni mill-Gvern, sakemm il-
qabar hawn fuq imsemmi jkun jista’ jiġi wżat skond il-liġi.
(3) Fid-depożt msemmi fis-subartikolu  (2) ta’ dan l-artikolu,
ma jista’ jitqiegħed ebda katavru ta’ membru ta’ kongregazzjoni;
sakemm ikun hemm erba’ katavri oħra ta’ membri ta’ dik l-istess
kongregazzjoni.
Effetti tal-
projbizzjoni.
Kap. 10.
13. Il-projbizzjoni magħmula bis-saħħa ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan, għandu, għall-finijiet kollha, ikollha l-istess effetti ta’
projbizzjoni magħmula bis-saħħa ta’ l-artikolu 144 tal-Kodiċi tal-
Liġijiet tal-Pulizija.
Transport ta’ 
katavri fi knejjes. 
Emendat: 
IX. 1982.2.
14. (1) Il-projbizzjoni hawn fuq imsemmija mhix ta’
impediment għat-trasport ta’ katavru mil-lok fejn il-mejjet ikun
miet, għal knisja jew kappella għal ħsieb ta’ ċerimonja reliġjuża
jew għal finijiet oħra, u sabiex wara jiġi minn dik il-knisja jew
kappella meħud għad-dfin f’post awtorizzat skond il-liġi.
(2) Barra minn dan, din l-Ordinanza ma ġġib ebda tibdil fil-
liġijiet li jkunu jseħħu dwar id-drittijiet li jmisshom jitħallsu
f’okkażjoni ta’ mewt lil kull ekkleżjastiku, jew korp morali
reliġjuż, għall-jedd tad-difna illi l-mejjet, qabel il-projbizzjoni
hawn fuq imsemmija, kellu fi knisja jew kappella.
(3) Fl-aħħarnett, minbarra l-jedd ta’ dfin ta’ katavri f’oqbra li
qegħdin ġewwa l-limiti tal-postijiet fuq imsemmija, kull jedd ieħor
fuq dawk l-oqbra, li l-pussessuri tagħhom għandhom skond il-liġi,
jibqa’ sħiħ.
Piena għal 
dikjarazzjoni falza. 
Miżjud: 
XXII.1975.4.
15. Kull persuna li tagħmel dikjarazzjoni falza għall-finijiet ta’
l-artikolu 3 jew ta’ l-artikolu 4 ta’ din l-Ordinanza tkun ħatja ta’
reat, u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħamsa u
għoxrin lira u mhux iżjed minn mitt lira.
  DFIN  ġKAP. 17.      5
Emendata: 
XIII.1983.4.
FORMULA
(Artikolu 3)
Talba għall-konċessjoni, mhux bla ħlas, ta’ sit għal qabar, bi 
spazju, miżjud miegħu jew mingħajru.
Lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika
Data ............................
Il-hawn taħt iffirmat ......................... (ma' l-isem u l-kunjom
għandu jkun hemm il-lok tat-twelid, il-professjoni, is-sengħa, jew
stat ieħor, u isem il-missier)  u li joqgħod
........................................................... (l-isem tal-belt jew raħal)
Triq............... Nru .................. (indirizz) jitlob il-konċessjoni ta’
sit għal qabar, immarkat Nru .................. fid-Diviżjoni tal-(Punent
jew Lvant, skond ma jkun il-każ) Sezzjoni .........................(li
għandha tiġi indikata b'ittra), Kumpartiment ............................. (li
għandu jiġi indikat b'ittra), fuq il-pjanta taċ-ċimiterju ta’ Santa
Marija Addolorata li qiegħda fl-uffiċċju tas-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika.
Jekk, barra mis-sit għal qabar, tintalab il-konċessjoni ta’ spazju li
jmiss mas-sit, għandu jiżdied dan li ġej -
Barra minn dan, hu jitlob il-konċessjoni ta’ spazju ta’
................................. metru kwadru, li jmiss mas-sit hawn fuq
imsemmi.
U l-hawn taħt iffirmat b’din jiddepożita, fl-uffiċċju hawn fuq
imsemmi, is-somma ta’ Lm ..................... jiġifieri, .......................
għas-sit għal qabar, u Lm .................... għall-ispazju li jmiss mas-
sit, bir-rata ta’...................... għal kull metru kwadru.
Firma
