     ĊIMITERJU TA’ L-ADDOLORATA  ġKAP. 18.      1
KAPITOLU 18
ORDINANZA DWAR IĊ-ĊIMITERJU 
TA’ L-ADDOLORATA*
Biex tagħmel xi disposizzjonijiet dwar iċ-Ċimiterju ta’ Addolorata.
(26 ta’ Lulju, 1870)#
Saret liġi bl-ORDINANZA II ta’ l-1870, u ġiet emendata bl-Ordinanzi:
V ta’ l-1876, XIX ta’ l-1921; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963 u bl-Att XI ta’ l-
1977.
Titolu fil-qosor.
Ċimiterju ta’ l-Addolorata.
Katavri meħuda 
fiċ-ċimiterju għad-
dfin mingħajr 
liċenza.
2. Kull katavru li, mingħajr liċenza tal-Pulizija, jiġi meħud
għad-dfin fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata, għandu
jitqiegħed fil-kamra li qiegħda għaldaqshekk, u għandu jinżamm
hemm, barra minn meta jiġi ordnat xort’oħra mill-Pulizija jew minn
qorti tal-ġustizzja, taħt il-kustodja tal-kappillan jew ta’ persuna
oħra impjegata fiċ-ċimiterju, sakemm tinġieb il-liċenza hawn fuq
imsemmija.
Partikolaritajiet li 
għandhom jitniżżlu 
fil-liċenza. 
Emendat: 
XI.1977.2.
3. Din il-liċenza għandu jkun fiha l-partikolaritajiet li ġejjin:
(a) id-data tal-liċenza;
(b) l-isem, il-kunjom, il-professjoni, is-sengħa jew stat
ieħor, u l-età, il-lok tat-twelid, tal-mejjet, u l-lok ta’
fejn dan kien joqgħod l-aħħar;
(ċ) l-isem u l-kunjom ta’ missier u omm il-mejjet, u jekk
humiex ħajjin jew mejta;
(d) l-isem u l-kunjom tar-raġel jew tal-mara tal-persuna
mejta, u jekk din il-persuna kinitx miżżewġa jew
armla;
(e) il-ħin, il-jum, ix-xahar, is-sena, u l-lok li fihom il-
persuna mejta, mietet;
(f) il-kawża tal-mewt;
(g) jekk il-katavru għandux jindifen f’qabar komuni jew
f’qabar privat, bl-indikazzjoni, f’dan l-aħħar każ, tan-
numru tal-qabar, u tad-diviżjoni, tas-sezzjoni, u tal-
kompartiment taċ-ċimiterju fejn il-qabar ikun qiegħed,
u tat-titolu tal-mejjet li jiġi midfun fih:
Iżda, qabel ma toħroġ l-imsemmija liċenza, il-Pulizija tista’
titlob lill-applikant biex jipproduċi dikjarazzjoni bil-miktub fejn
jidher dak it-titolu.
*Ara wkoll l-Ordinanza dwar id-Dfin  (Kapitolu 17)  u t-Taqsima VI tal-Kodiċi
tal-Liġijiet tal-Pulizija  (Kapitolu 10).
#Ara Proklama Nru. V tas-26 ta’ Lulju, 1870.
 2      KAP. 18.ħ      ĊIMITERJU TA’ L-ADDOLORATA
Setgħat ta’ l-
uffiċjal li joħroġ il-
liċenza. 
Kap. 16.
4. Biex jiġbor jew jivverifika l-partikolaritajiet imsemmijin
fl-aħħar artikolu qabel dan, l-uffiċjal inkarigat mill-ħruġ tal-
liċenza, għandu l-istess setgħat li taħt l-artikolu 302 tal-Kodiċi
Ċivili huma mogħtija lill-uffiċjal inkarigat mill-kitba ta’ l-atti tal-
mewt.
Meta l-uffiċjal ma 
jirnexxilux jieħu 
informazzjoni 
sewwa fuq xi 
partikolarità.
5. Jekk, wara li jkun għamel tfittxija kif jinħtieġ, l-uffiċjal
inkarigat mill-ħruġ tal-liċenza ma jirnexxilux jieħu informazzjoni
sewwa fuq xi partikolarità msemmija fl-artikolu 3, hu għandu
jiddikjara fil-lok li jmiss fl-istess liċenza, li dik il-partikolarità
mhix magħrufa minnu:
Iżda f’dan il-każ hu għandu, fi żmien erbgħa u għoxrin
siegħa mill-kitba ta’ l-att tal-mewt, jibgħat kopja ta’ dak l-att lill-
uffiċjal taċ-ċimiterju li jkun irċieva l-liċenza hawn fuq imsemmija.
Jedd għad-dfin. 
Kap. 17.
6. Dwar il-jedd tal-mejjet fuq qabar privat, għandhom jiġu
mħarsa fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, id-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) id-dixxendenti kollha ta’ persuna li lilha kien ġie
mogħti, fil-knisja jew kappella, il-qabar li minfloku,
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar id-
Dfin ġie mogħti qabar ieħor fiċ-ċimiterju, jitqiesu li
għandhom jedd daqsinsew li jindifnu f’dan il-qabar;
(b) kull persuna titqies li għandha jedd li tindifen fil-qabar
mogħti minflok dak li jkun jinsab fil-knisja jew
kappella, u li fih kull wieħed mill-qraba tiegħu mid-
demm ikun ġie, b’jedd tiegħu nnifsu, midfun;
(ċ) il-mara tista’ tiġi midfuna fil-qabar tal-familja tagħha,
jew f’dak ta’ żewġha jew tal-familja tiegħu.
Oqbra mogħtijin 
flok oħrajn mhux 
innumerati. 
Emendat: 
XIX. 1921.3.
7. Persuna li l-jedd tagħha kien fuq qabar privat mogħti flok
ieħor li kien jinsab fi knisja jew kappella, iżda mingħajr
indikazzjoni tan-numru ta’ dan l-aħħar qabar, għandha tiġi midfuna
f’wieħed mill-oqbra li qegħdin fid-diviżjoni tal-punent, sezzjoni Z,
kompartiment A, taċ-ċimiterju hawn fuq imsemmi, u mmarkati bin-
numri 1 sat-30, inkella f’wieħed mill-oqbra li jiġu magħżula għal
dan il-ħsieb mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Ċertifikat li 
jipprova titolu. 
Emendat: 
V.1876.1.
8. (1) Ċertifikat mill-kappillan jew superjur ieħor ta’ knisja
jew kappella, li bih jiġi ddikjarat illi l-mejjet hu dixxendent ta’
persuna li lilha kien ġie mogħti qabar partikolari f’dik il-knisja jew
kappella, inkella qarib mid-demm ta’ persuna midfuna f’dik il-
knisja jew kappella, u li jkun fih miġjub in-numru ta’ dak il-qabar,
inkella, li fih ikun jingħad li dak il-qabar m’għandux numru, jew,
skond ma jkun il-każ, li ma jistax jingħad fiż-żgur f’liema qabar
partikolari l-qarib mid-demm hawn fuq imsemmi kien ġie midfun,
jitqies li hu biżżejjed għall-Pulizija biex tindika fil-liċenza, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan, il-qabar fiċ-
ċimiterju li fih il-mejjet għandu jiġi midfun.
Iċ-ċertifikat 
għandu jkun 
iffirmat.
(2) Iċ-ċertifikat imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
ma jkollux l-effett meħtieġ, dwar il-qrubija tal-persuna mejta ma’
dik li lilha kien ġie mogħti qabar, jew li kienet ġiet midfuna, fi
knisja jew kappella, kemm-il darba dan iċ-ċertifikat ma jkunx
iffirmat jew kontrofirmat mill-kappillan jew saċerdot ieħor li jkollu
     ĊIMITERJU TA’ L-ADDOLORATA  ġKAP. 18.      3
l-kura ta’ l-erwieħ.
Nuqqas tal-prova 
tat-titolu. Emendat: 
XlX.1921.2,3.
9. Fin-nuqqas taċ-ċertifikat hawn fuq imsemmi, jew ta’ provi
oħra ta’ jedd fuq qabar privat, il-mejjet għandu jiġi midfun
f’wieħed mill-oqbra tal-komun:
Iżda, f’dan il-każ, kull persuna tista’, mingħajr ma jkun
jinħtieġ li tiddikjara x’interess għandha hija nfisha, u wara li
tqiegħed, fl-uffiċċju tas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, is-
somma ta’ seba’ liri (li hija l-kost tal-qabar u l-ispejjeż tan-nutar u
spejjez oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-akkwist tal-qabar), titlob
li l-mejjet jiġi provviżorjament midfun f’qabar partikolari li jkun
għad ma ġiex mogħti lil ħaddieħor; u jekk, fi żmien sentejn minn
dak in-nhar tad-difna, fuq talba tal-persuna hawn fuq imsemmija,
jiġi ddikjarat mill-qorti li l-mejjet kellu jedd għal dfin f’qabar
privat, il-katavru, fuq talba u bi spejjeż ta’ dik il-persuna, fiż-żmien
li jmiss, jiġi meħud f’dak il-qabar.
Meta d-depożitu 
jiġi meħud lura. 
Emendat: 
XIX.1921.3.
10. Meta l-katavru jiġi meħud kif jingħad fl-aħħar artikolu
qabel dan, id-depożitant jista’ jieħu lura mingħand is-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika s-somma mqiegħda kif hawn fuq imsemmi.
Meta d-depożitu 
jintilef. 
Emendat: 
XIX.1921.3.
11. Meta d-dikjarazzjoni tal-qorti dwar il-jedd tal-mejjet fuq
qabar privat kif jingħad fl-artikolu 9, ma tiġix mogħtija fiż-żmien
imsemmi f’dak l-artikolu, inkella, jekk din id-dikjarazzjoni tiġi
mogħtija, il-katavru ma jiġix meħud f’dak il-qabar fi żmien xahar
mill-jum ta’ dik id-dikjarazzjoni, jew, fil-każ li din id-dikjarazzjoni
tiġi mogħtija qabel ma tagħlaq sena minn dak in-nhar tad-difna, fi
żmien xahar mid-data ta’ avviż tas-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika, is-somma ddepożitata tibqa’ għall-Gvern, bħala kumpens
tal-qabar okkupat kif jingħad f’dak l-istess artikolu:
Iżda, f’dan il-każ, il-qabar jitqies bħala li ġie akkwistat
mill-persuna li tkun għamlet id-depożitu, u hija jkollha jedd titlob
li jiġi magħmul l-att meħtieġ tal-konċessjoni ta’ dak il-qabar.
Ġarr ta’ katavri 
mid-depożt għall-
oqbra tagħhom. 
Emendat: 
XlX.1921.3. 
Kap. 17.
12. Meta, għar-raġuni msemmija fis-subartikolu  (2) ta’ l-
artikolu 12 ta’ l-Ordinanza dwar id-Dfin, katavru jiġi mqiegħed
depożt fil-post magħżul mill-Gvern għal dan il-ħsieb, is-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, meta jasal iż-żmien li dak il-
katavru jista’ jiġi meħud fil-qabar tiegħu, għandu jagħti avviż ta’
dan lil wieħed mill-qraba jew mill-werrieta tal-mejjet, kif jagħżel
hu; u jekk dan il-qarib jew werriet jonqos li jagħmel il-ġarr tal-
katavru fi żmien xahar mid-data ta’ dan l-avviż, is-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika jista’ jordna l-ġarr bi spejjeż tal-Gvern u
mbagħad jitlob il-ħlas lura ta’ dawn l-ispejjeż mingħand il-persuna
li lilha jkun ġie mibgħut l-avviż hawn fuq imsemmi, bla ħsara
dejjem tal-jedd ta’ din il-persuna għall-indennizz mingħand il-
werrieta tal-mejjet, jew, jekk hija nfisha tkun waħda mill-werrieta,
mingħand il-werrieta l-oħra sħabha.
Għażla ta’ qabar 
minn persuna li 
jkollha jedd fuq 
żewġ oqbra jew 
iżjed.
13. Jekk persuna jkollha jedd fuq żewġ oqbra privati jew iżjed,
il-għażla tal-qabar li fih hija tkun tixtieq tindifen tista’ ssir ukoll
bil-fomm; u fil-mewt tagħha, din il-għażla titqies li ġiet ippruvata
mqar b’sempliċi dikjarazzjoni bil-fomm tar-raġel jew tal-mara, tal-
ġenitur, ta’ l-iben jew tal-bint, jew ta’ xi qarib ieħor tal-mejjet, jew
 4      KAP. 18.ħ      ĊIMITERJU TA’ L-ADDOLORATA
b’dikjarazzjoni bħal din magħmula mis-saċerdot jew mit-tabib li
minnu l-persuna hawn fuq imsemmija tkun ġiet assistita fl-aħħar
marda tagħha.
Disposizzjoni dwar 
jedd ta’ dfin f'qabar 
partikolari.
14. Il-persuna li għandha jedd ta’ dfin f’qabar partikolari, tista’
titlob li kull disposizzjoni magħmula minna dwar dan il-jedd, sew
jekk din id-disposizzjoni tkun sabiex ebda katavru ieħor ta’ ebda
persuna oħra ma jiġi midfun f’dak il-qabar, jew sabiex il-jedd
tiegħu, wara mewtu, igħaddi għand persuni oħra minnu maħtura,
għandha tiġi rreġistrata fil-kotba miżmumin fiċ-ċimiterju jew
f’uffiċċju pubbliku ieħor, fejn l-oqbra privati huma rreġistrati.
Eċċezzjonijiet. 15. (1) Kull disposizzjoni msemmija fl-aħħar artikolu qabel
dan ma jkollhiex effett jekk ma ssirx b’att pubbliku.
(2) Ma jkollha lanqas ebda effett, jekk, meta l-qabar ikun ta’
tnejn min-nies jew iżjed, dik id-disposizzjoni ma ssirx minn dawk
il-persuni kollha.
Fin-nuqqas 
ta’dispozizzjoni 
speċjali, il-jedd ta’ 
dfin f'qabar 
igħaddi, wara l-
mewt tal-
pussessur, lill-
qraba tiegħu mid-
demm.
16. Fin-nuqqas ta’ disposizzjoni speċjali oħra, il-jedd ta’ dfin
f’qabar partikolari jgħaddi, wara l-mewt tal-pussessur, lill-qraba
tiegħu mid-demm fl-ordni li huma msejħa mil-liġi għas-suċċessjoni
bla testment, għad illi dawn ma jkunux il-werrieta tiegħu. 
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għas-
saħħa pubblika li 
jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
Xl. 1977.2.
Kap. 17.
17. Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’
jagħmel regolamenti dwar iż-żmien u l-mod tal-ġarr ta’ katavri
għaċ-ċimiterju, dwar id-dfin ta’ dawn il-katavri, u għall-bon-ordni
f’dan iċ-ċimiterju, basta li f’dawn ir-regolamenti ma jkun hemm
xejn kuntrarju għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ l-
Ordinanza dwar id-Dfin.
Pieni. 
Emendat: 
XI.1977.2.
Kap. 9.
18. (1) Kull min jikser xi regolament magħmul taħt l-aħħar
artikolu qabel dan, jeħel, meta jinsab ħati, il-pieni stabbiliti mill-
Kodiċi Kriminali għall-kontravvenzjonijiet.
(2) Meta l-kontravvenzjoni tiġi magħmula fiċ-ċimiterju minn
persuna li ma tkunx għalqet erbatax-il sena, u li tkun daħlet fiċ-
ċimiterju taħt il-ħarsien ta’ persuna oħra li għalqet tmintax-il sena,
il-qorti tista’, għal dik il-kontravvenzjoni, tikkundanna lil din il-
persuna għal ammenda ta’ mhux iżjed minn lira.
(3) Kull min jiffirma jew jipproduċi lill-Pulizija xi
dikjarazzjoni meħtieġa skond id-disposizzjoni tal-proviso għal
paragrafu (g) ta’ l-artikolu 3 meta jkun jaf li dik id-dikjarazzjoni
tkun falza jew li jkun fiha xi dikjarazzjoni falza jeħel, meta jinsab
ħati, multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
