   BENI TAL-KNISJA ANGLIKANA  ġKAP. 19.      1
KAPITOLU 19
L-ORDINANZA DWAR IL-BENI TAL-KNISJA 
ANGLIKANA
Biex tagħmel xi disposizzjonijiet dwar xi beni iddestinati għas-Servizz
Divin skond ir-rit tal-Knisja Anglikana, u dwar beni oħra li għandhom
x'jaqsmu magħhom.
(21 ta’ Ġunju, 1876)*
Saret liġi bl-ORDINANZA VI ta’ l-1876, u ġiet emendata bl-Ordinanza
XIV ta’ l-1895; u bl-Att XXXIX ta’ l-1972.
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XXXIX.1972.2.
1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza dwar il-Beni
tal-Knisja Anglikana.
Il-Knisja 
Anglikana kif issa 
stabbilita mogħtija 
l-proprjetà ta’ ċerti 
beni fil-Belt 
Valletta. 
Emendat: 
XIV. 1895.1; 
XXXlX.1972.3.
2. (1) Il-jedd ta’ proprjetà fuq il-knisja li qiegħda l-Belt
Valletta, bejn Piazza Celsi, Strada Ponente, u Strada Teatro#,
mibnija bi spejjeż tal-Maestà Tagħha l-mejta Reġina Adelajde, fuq
biċċa art mogħtija mill-Gvern ta’ Malta, u ddestinata għas-Servizz
Divin skond ir-rit tal-Knisja Anglikana, huwa, bis-saħħa ta’ din l-
Ordinanza, ittrasferut lil din il-knisja kif issa stabbilita.
(2) Il-jedd ta’ proprjetà tar-reġistri, tal-bibljoteka, ta’ l-
arġenteriji u tal-mobbli li jmiss lil dik il-knisja, huwa bis-saħħa ta’
din l-Ordinanza ttrasferut lill-imsemmija Knisja Anglikana.
Il-Knisja 
Anglikana 
mogħtija l-
proprietà ta’ ċerti 
beni tas-Sliema.
3. Huwa ttrasferut ukoll lil din il-Knisja Anglikana, bis-saħħa
ta’ din l-Ordinanza, il-jedd ta’ proprjetà fuq l-immobbli li qiegħed
fi Triq Ridolfo, fil-limiti ta’ tas-Sliema, li tiegħu Jane Trower,
b’kuntratt tas-7 ta’ April, 1866, riċevut min-Nutar George
Domenico Page, għamlet donazzjoni lis-Sedi Veskovili ta’ Ġibiltà
u, għal dik is-Sedi, lill-Isqfijiet Anglikani li suċċessivament
jokkupaw l-istess Sedi; u huwa ttrasferut ukoll lil din il-Knisja
Anglikana l-jedd ta’ proprjetà fuq il-Kappella li, fuq porzjoni ta’ l-
immobbli hawn fuq imsemmi, ġiet wara, bi spejjeż, kollha jew
biċċa minnhom, ta’ Jane Trower hawn fuq imsemmija, jew ta’ l-
Isqof Dr Walter John Trower, li kien f’dak iż-żmien fil-pussess tas-
Sedi ta’ Ġibiltà, mibnija għas-Servizz Divin skond ir-rit tal-Knisja
Anglikana.
Jedd ta’ proprjetà 
oħra tas-Sliema 
mogħti lill-Knisja 
Anglikana.
4. Huwa ttrasferut ukoll lil din il-Knisja Anglikana, bis-saħħa
ta’ din l-Ordinanza, il-jedd ta’ proprjetà fuq porzjoni, u d-dominju
utli fuq il-porzjoni l-oħra, ta’ l-artijiet f’tas-Sliema, bejn Triq
Ridolfo hawn fuq imsemmija u Triq Tonna li, b’kuntratt tat-18 ta’
Frar, 1873, riċevut min-Nutar George Domenico Page hawn fuq
imsemmi, il-mejjet Isqof Charles Amyand Harris, li kien f’dak iż-
żmien fil-pussess tas-Sedi ta’ Gibiltà, xtara bi flusu u għamel
tagħhom donazzjoni lil dik l-istess Sedi.
*Ara Proklama Nru. II ta' l-1876.
#Issa Misraħ Indipendenza, Triq il-Punent u Triq it-Teatru rispettivament.
 2      KAP. 19.ħ     BENI TAL-KNISJA ANGLIKANA
Ħelsien mil-liġi 
tal-manumorta. 
Emendat: 
XXXlX.1972.4.
Kap. 201.
5. Il-Knisja Anglikana hawn fuq imsemmija hija bis-saħħa ta’
din l-Ordinanza awtorizzata li żżomm u tgawdi l-immobbli
msemmijin fl-artikoli ta’ qabel dan, mingħajr l-obbligu ta’ bejgħ
jew trasferiment tagħhom, minkejja kull disposizzjoni ta’ l-Att
dwar il-Manumorta.
Setgħat mogħtijin 
lill-Isqof ta’ 
Ġibiltà pro 
tempore eżerċibbli 
mill-Isqof 
Anglikan.
6. Kull jedd jew setgħa illi, bis-saħħa ta’ wieħed mill-atti ta’
donazzjoni msemmijin fl-artikoli 3 u 4, ġew mogħtija lill-Isqof ta’
Ġibiltà pro tempore, huma, bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza,
ittrasferuti lill-Isqof Anglikan pro tempore, li b’mandat jew att
ieħor ta’ l-awtorità kompetenti, ikun awtorizzat li jeżerċita l-
funzjonijiet veskovili ġewwa bini li qiegħed f’Malta u ddestinat
għas-Servizz Divin skond ir-rit tal-Knisja Anglikana.
Riserva ta’ 
disposizzjonijiet.
7. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3, 4 u 6, xejn
f’din l-Ordinanza ma jaffettwa d-disposizzjonijiet miġjuba fl-atti
ta’ donazzjoni msemmijin f’dawk l-artikoli, jekk dawk id-
disposizzjonijiet, indipendentement minn din l-Ordinanza, huma
validi skond il-liġi.
