PRIĠUNIERI ABBORD TA’ BASTIMENTI MERKANTILI  ġKAP.  21.   
KAPITOLU 21
L-ORDINANZA DWAR IL-PRIĠUNIERI 
ABBORD TA’ BASTIMENTI MERKANTILI
Biex temenda l-liġi dwar il-priġunieri abbord ta’ bastimenti merkantili. 
(25 ta’ April, 1882)*
Saret liġi bl-ORDINANZA III ta’ l-1882 u ġiet emendata bl-Avviż
Legali 46 ta’ l-1965 u bl-Att LVIII ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor.
Priġunieri Abbord ta’ Bastimenti Merkantili.
Il-Kummissarju 
tal-Pulizija għandu 
jgħarraf lill-
maġistrat bil-
priġunieri abbord 
ta’ bastimenti 
merkantili. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
2. Meta l-Kummissarju tal-Pulizija jkollu raġun jaħseb li,
abbord ta’ bastiment merkantili, tinsab persuna miżmuma taħt
kustodja b’effett ta’ sentenza ta’ tribunal stranġier, jew biex tiġi
ġġudikata f’pajjiż stranġier, huwa għandu minnufih igħarraf bil-fatt
lil wieħed mill-maġistrati, illi, mingħajr dewmien, għandu
jivverifika ċ-ċirkostanzi tal-każ, u jagħmel rapport fuqu lill-
President ta’ Malta, għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
li ġejjin.
Meta l-maġistrat 
isib li l-priġunier 
jinsab miżmum 
taħt kustodja 
b'ordni bil-miktub 
ta’ l-awtorità 
kompetenti. 
Setgħat tal-
President ta’ 
Malta. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l- 1965; 
LVIII. 1974.68.
3. (1) Jekk il-maġistrat isib li l-persuna hawn fuq imsemmija
tinsab miżmuma taħt kustodja bis-saħħa ta’ ordni bil-miktub ta’ l-
awtorità kompetenti ta’ Stat stranġier, għal reat (barra minn reat
politiku), kompriż ammutinament, diżerzjoni mis-servizz militari
jew reat ieħor kontra d-dixxiplina militari, il-President ta’ Malta
jista’ jordna li din il-persuna titħalla abbord tal-bastiment, biex
tkompli l-vjaġġ għall-post tad-destinazzjoni tagħha, inkella, skond
iċ-ċirkostanzi, li dik il-persuna tiġi meħuda f’ħabs pubbliku, sabiex
hemm tinżamm sakemm, fuq talba tal-konslu jew ta’ persuna oħra
li tkun teżerċita s-setgħat ta’ konslu ta’ l-Istat hawn fuq imsemmi,
tista’ terġa’ tiġi meħuda abbord ta’ l-istess bastiment jew ta’
bastiment ieħor, biex tkompli dak il-vjaġġ.
Il-provi li għandu 
jisma' l-maġistrat.
(2) Il-maġistrat għandu jisma’ kull prova li tinġieb sabiex turi
li r-reat li għalih il-persuna fuq imsemmija tkun miżmuma taħt
kustodja, hu reat politiku; iżda, sakemm ma jiġix ippruvat il-
kuntrarju, għandu jiġi preżunt li x-xorta tar-reat hija miġjuba
sewwa fl-ordni li bis-saħħa tiegħu dik il-persuna tkun tinsab
miżmuma taħt kustodja.
Setgħa tal-
maġistrat li jagħti 
żmien sabiex 
jinġieb l-ordni.
4. Meta, minn dikjarazzjoni magħmula quddiemu, bil-
ġurament, mill-kaptan tal-bastiment jew minn persuni oħra, il-
maġistrat ikun sodisfatt li l-ordni ta’ l-awtorità stranġiera msemmi
fl-aħħar artikolu qabel dan eżista, imma ntilef jew tħalla mhux għal
apposta f’xi lok barra minn Malta, il-maġistrat jista’ jagħti żmien
ta’ mhux iżjed minn xahrejn sabiex jinġieb l-ordni jew kopja
awtentika tiegħu, kemm-il darba l-kaptan jobbliga ruħu b’garanzija
tajba, sas-somma ta’ mitejn lira, għall-ħlas tad-danni li għalihom
*Ara Proklama Nru. III ta’ l-1882.
 2      KAP. 21.ħ PRIĠUNIERI ABBORD TA’ BASTIMENTI MERKAN-
jista’ jkollha jedd, skond il-liġi, il-persuna detenuta, minħabba dik
id-detenzjoni.
Meta persuna 
tinsab miżmuma 
taħt kustodja għal 
reat magħmul fuq 
il-baħar. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
5. (1) Jekk il-priġunier ikun jinsab miżmum taħt kustodja
abbord ta’ bastiment merkantili stranġier, mhux bis-saħħa ta’ ordni
bil-miktub ta’ awtorità pubblika, iżda biex jiġi meħud f’port ta’ l-
Istat tan-nazzjonalità tiegħu jew tal-bastiment, sabiex jiġi hemm
iġġudikat għal reat magħmul abbord ta’ l-istess bastiment matul il-
vjaġġ, il-President ta’ Malta, fuq talba tal-konslu, jew ta’ persuna
oħra li tkun teżerċita l-funzjoni ta’ konslu ta’ l-Istat li tiegħu dak il-
bastiment jappartjeni, jista’ wkoll jordna li dak il-priġunier jitħalla
abbord tal-bastiment, jew, skond iċ-ċirkostanzi, li jiġi miżmum
f’ħabs pubbliku sakemm ikun jista’ jerġa’ jittieħed lura fuq l-istess
bastiment jew fuq bastiment ieħor, biex jiġi ttrasportat fil-port fuq
imsemmi, iżda dan kemm-il darba l-maġistrat, wara li jisma’ l-
imputat u l-provi miġjuba, jiddeċiedi -
(a) li, skond dawk il-provi, kieku r-reat ġie magħmul fil-
ġurisdizzjoni ta’ Malta, kien ikun hemm raġunijiet
biżżejjed biex l-imputat jitqiegħed taħt att ta’ akkuża;
(b) li r-reat huwa wieħed mir-reati suġġetti għall-
estradizzjoni taħt liġi ta’ estradizzjoni li tkun isseħħ
f’Malta, ukoll jekk dik il-liġi ma tkunx tgħodd għal
delinkwenti maħruba minn dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux f’każ
meta l-imputat ikun jista’, skond il-liġi, jiġi ġġudikat f’Malta. 
Il-maġistrat jista’ 
jordna li persuna 
taħt kustodja tiġi 
meħuda f'ħabs 
pubbliku. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
6. Il-maġistrat jista’ wkoll, f’kull żmien sakemm jibgħat ir-
rapport tiegħu lill-President ta’ Malta, jordna li l-persuna miżmuma
taħt kustodja abbord ta’ bastiment tittieħed f’ħabs pubbliku.
Manteniment tal-
persuna fil-ħabs.
7. Il-manteniment tal-persuna mibgħuta f’ħabs pubbliku,
f’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-artikoli ta’ qabel dan,
huwa għas-spejjeż tal-kaptan tal-bastiment li fuqu dik il-persuna
tkun inġiebet f’Malta.
Żmien li fih il-
persuna tista’ 
tibqa’ miżmuma 
taħt kustodja.
8. F’ebda każ il-persuna fuq imsemmja ma tista’ tiġi
miżmuma taħt kustodja f’Malta, sew abbord ta’ bastiment kemm
f’ħabs pubbliku, għal iżjed minn xahrejn minn dak in-nhar li tkun
inġiebet f’Malta.
Ħelsien tal-persuna 
taħt kustodja. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68
9. Jekk mir-rapport tal-maġistrat ikun jidher li ċ-ċirkostanzi
mhumiex tali li jiġġustifikaw il-għoti ta’ ordni mill-President ta’
Malta taħt l-artikoli 3 u 5, il-President ta’ Malta għandu jordna li l-
persuna miżmuma taħt kustodja tiġi lliberata.
Ħarba tal-persuna 
miżmuma taħt 
kustodja. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
10. Jekk il-persuna hawn fuq imsemmija, qabel l-ordni tal-
President ta’ Malta għall-ħelsien tagħha, taħrab minn fuq il-
bastiment jew mill-ħabs fejn tkun miżmuma taħt kustodja, hija
tista’ tiġi arrestata mill-Pulizija f’kulI lok li tkun tinsab fih, u
meħuda mill-ġdid fuq il-bastiment jew il-ħabs, skond il-każ.
