   TIFSIR TAL-PIENI  ġKAP. 23.     1
KAPITOLU 23
ORDINANZA DWAR IT-TIFSIR TA’ PIENI
Biex tagħmel disposizzjonijiet dwar it-tifsir ta’ xi pieni.
(4 ta’ Awissu, 1888)*
Saret liġi bl-Ordinanza XVII ta’ l-1888 u ġiet emendata bl-Att XLIX ta’
l-1981.
Titolu fil-qosor.
ta’ Pieni.
Tifsir dwar xi 
pieni. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
Kap. 9.
2. Kull liġi li hawn issa jew li għad issir ’il quddiem, u illi
tagħti l-piena tal-mewt, tal-priġunerija, tar-reklużjoni, tal-multa,
ta’ l-ammenda, tad-detenzjoni, jew taċ-ċanfira, titqies bħala li
tagħti l-piena korrispondenti li hemm fil-Kodiċi Kriminali, għall-
effetti u konsegwenzi kollha ta’ din il-piena, bl-istess mod
daqslikieku d-disposizzjonijiet ta’ dik il-liġi kienu jagħmlu parti
minn dak il-Kodiċi, iżda fil-limiti stabbiliti f’dik l-istess liġi.
Pieni stabbiliti 
għall-
kontravvenzjo-
nijiet.
Kap. 9.
3. Kull liġi li tagħti bi kliem ġenerali, il-pieni li hemm għall-
kontravvenzjonijiet, titqies bħala li tagħti l-pieni kollha illi, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 341 u 344 tal-Kodiċi Kriminali,
jistgħu, separatament jew kumulattivament jiġu applikati għall-
kontravvenzjonijiet ikkontemplati f’dak il-Kodiċi.
Skala ta’ pieni.
Kap. 9.
4. Kull liġi li tikkontempla t-tlugħ jew l-inżul minn piena
għal oħra titqies bħala li tirriferixxi għall-iskala tal-pieni u għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ l-artikolu 31 tal-Kodiċi Kriminali.
Disposizzjonijiet 
oħra li jgħoddu.
Kap. 9.
5. Kull disposizzjoni oħra tal-Kodiċi Kriminali tgħodd fil-każ
ta’ reat ikkontemplat f’liġi speċjali, ħlief meta dik id-disposizzjoni
ma tkunx kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dik il-liġi.
*Ara Proklama Nru. XII ta’ l-4 ta’ Awissu, 1888.
