   PROJBIZZJONI TA’ ESPORTAZZJONI TA’ XI OĠĠETTI    ġKAP. 24.
KAPITOLU 24
ORDINANZA DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
ESPORTAZZJONI TA’ XI OĠĠETTI
Biex tawtorizza lill-Ministru responsabbli għall-pulizija li jipprojbixxi
f'xi każijiet l-esportazzjoni ta’ xi oġġetti.
(20 ta’ Frar, 1889)*
Saret liġi bl-ORDINANZA IV ta’ l-1889 u ġiet emendata bl-Avviż
Legali 46 ta’ l-1965 u bl-Atti: LVIII ta’ l-1974 u VIII ta’ l-1982.
Titolu fil-qosor.
Projbizzjoni ta’ Esportazzjoni ta’ xi Oġġetti.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
Pulizija li 
jipprojbixxi f'xi 
każijiet, l-
esportazzjoni jew 
it-trasport ta’ xi 
oġġetti. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
VIII.1982.2.
2. (1) Il-Ministru responsabbli għall-pulizija jista’, meta
jidhirlu li hu meħtieġ, għas-sigurtà u difiża ta’ Malta, jipprojbixxi,
b’avviż pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, li jiġu esportati jew
ittrasportati max-xtut, dawn l-oġġetti: armi, munizzjon, porvli ta’ l-
isparar, provvisti militari u navali, u kull oġġett li l-Ministru
responsabbli għall-pulizija jidhirlu li jista’ jitbiddel fi provvisti
militari jew navali, fi proviżjonijiet, jew f’kull xorta ta’ ħwejjeġ ta’
l-ikel, tajbin għall-bniedem, inkella kull oġġett li jista’ jkabbar il-
kwantità tagħhom.
(2) Meta l-oġġetti hekk ipprojbiti jiġu esportati jew jinġiebu
fuq mol jew lok ieħor biex jiġu mbarkati għall-esportazzjoni minn
Malta, jew ittrasportati max-xtut, jew miġjubin bil-baħar biex jiġu
hekk esportati jew ittrasportati, huma jiġu kkonfiskati, u l-
esportatur jew l-aġent tiegħu jew il-karigatur ta’ dawn l-oġġetti
jeħel penali ta’ mitt lira.
Il-konfiska ssir 
ipso jure jekk ħadd 
ma jitlob lura l-
oġġetti fi żmien 
tmint ijiem mill-
ħruġ ta’ avviż.
3. (1) Il-konfiska msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan issir
ipso jure, mingħajr ma tkun tinħtieġ ebda proċedura ġudizzjarja,
kemm-il darba, fi żmien tmint ijiem mid-data tal-ħruġ ta’ avviż
iffirmat mill-Kummissarju tal-Pulizija, ħadd ma jitlob lura, b’ittra
uffiċjali jew b’ittra oħra mibgħuta lill-istess Kummissarju, l-oġġetti
kkonfiskati.
(2) Dan l-avviż għandu jsemmi l-oġġetti kkonfiskati skond il-
marka jew sinjal ieħor li jkollhom minn barra, u jagħti r-raġuni tal-
konfiska tagħhom; barra minn dan, għandu jwissi illi, kemm-il
darba ħadd ma jitlob lura dawk l-oġġetti, b’ittra uffiċjali jew b’ittra
oħra mibgħuta lill-Kummissarju tal-Pulizija fi żmien tmint ijiem
minn dak l-avviż, dawk l-oġġetti jiġu kkonfiskati. L-avviż għandu
jiġi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u kopja tiegħu għandha
titwaħħal fil-bieb ta’ l-Istazzjon prinċipali tal-Pulizija tal-Belt
Valletta.
*Ara Proklama Nru. III ta’ l-1889.
 2      KAP. 24.ħ  PROJBIZZJONI TA’ ESPORTAZZJONI TA’ XI OĠĠETTI 
Proċedimenti 
għall-ġbir tal-
penali u għall-
konfiska. Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. L-Avukat Ġenerali jista’, fl-isem tal-Gvern, jaġixxi,
quddiem il-qorti kompetenti, għall-ħlas tal-penali msemmija fl-
artikolu 2, kif ukoll għall-konfiska ta’ l-oġġetti maqbuda bis-saħħa
ta’ din l-Ordinanza, meta għaldaqshekk ikun jinħtieġ proċediment
ġudizzjarju.
