IMPORTAZZJONI, MAGAZZINAĠĠ U BEJGĦ TA’ PETROLEUMġ K AP. 25.        1
KAPITOLU 25 
Emendat:
XXV. 2000.36.
ORDINANZA DWAR L-IMPORTAZZJONI, 
MAGAZZINAĠĠ U BEJGĦ TA’ PETROLEUM
Emendat:
XXV. 2000.36.
Biex tirregola l-importazzjoni, magazzinaġġ u l-bejgħ bl-imnut tal-
petroleum u ta’ sustanzi oħra bħalu.
1 ta’ April, 1889
L-ORDINANZA IX ta’ l-1889, u ġiet emendata bl-Ordinanzi: VIII ta’ l-
1897 u XXIX ta’ l-1934; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza XIV ta’ l-1958; bl-
Ordinanzi: XVI ta’ l-1960 u XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963;
bl-Atti: IX ta’ l-1971, LVIII ta’ l-1974, XI u XVI ta’ l-1977, IX ta’ l-1982,
VII ta’ l-1991, u XXV ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor. 
Emendat:
XXV. 2000.36.
1. It-titolu fil-qosor ta’ din l-Ordinanza hu l-Ordinanza dwar
l-Importazzjoni, Magazzinaġġ u Bejgħ ta’ Petroleum.
Tifsir. 
Mibdul:
IX. 1982.2.
Emendat:
XXV. 2000.36.
2. F’din l-Ordinanza, "petroleum" tfisser kull idrokarburi
naturali sew f’forma likwida jew gassuża, magħdud żejt mhux
raffinat u gass naturali, u sew jekk fi stat mhux raffinat jew naturali
kemm f’forma proċessata jew raffinata.
Il-kaptan ta’ 
bastiment 
imgħobbi bil-
petroleum għandu 
jiddikjara x-xorta 
ta’ tagħbija li 
jkollu. 
Emendat: 
XXIX..1934.2; 
IX. 1971.3; 
XVII. 1991.81;
XXV. 2000.36..
3. (1) Is-sid jew kaptan ta’ bastiment li biċċa mit-tagħbija
tiegħu tkun tikkonsisti f’petroleum għandu jirrapporta lill-Awtorità
Marittima ta’ Malta ix-xorta ta’ dik it-tagħbija flimkien ma’ kull
tagħrif ieħor li titlob l-Awtorità  Marittima ta’ Malta.
(2) L-aġent ta’ bastiment, li biċċa mit-tagħbija tiegħu tkun
tikkonsisti f’petroleum jew, jekk ma jkunx hemm dan l-aġent, l-
impurtatur jew id-destinatarju ta’ tagħbija ta’ petroleum, għandu
jagħti avviż lill-Awtorità  Marittima ta’ Malta tlitt ijiem qabel ma
jasal dak il-bastiment.
(3) Jekk is-sid, il-kaptan, l-aġent, l-impurtatur jew id-
destinatarju jonqos mid-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu, huwa jeħel
penali mhux iżjed minn ħames mitt lira:
Iżda, fil-każ ta’ l-aġent, ta’ l-impurtatur jew tad-
destinatarju, huwa ma jeħilx dik il-penali jekk jipprova
b’sodisfazzjon tal-qorti li quddiemha tiġi mismugħa l-kawża li ma
kienx jaf jew li, bl-użu ta’ diliġenza raġonevoli, ma setax ikun jaf
bil-wasla ta’ dak il-bastiment.
Setgħat tal-
Kontrullur tad-
Dwana. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
IX.1982.2;:
XXV. 2000.36.
4. Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jordna li jittieħed kampjun
tal-petroleum li jkun jinsab abbord ta’ dak il-bastiment, biex jiġi
eżaminat bil-mod approvat mill-Ministru responsabbli għall-
portijiet, fil-lok u fiż-żmien li l-imsemmi Kontrullur jista’
jistabbilixxi, u l-kaptan jew il-persuna minnu maħtura jistgħu jkunu
preżenti waqt dak l-eżami. L-uffiċjal jew persuna oħra li jagħmel
dak l-eżami għandu jagħti ċertifikat dwar il-grad li fih il-petroleum
eżaminat jieħu n-nar, u ċ-ċertifikat tiegħu fuq hekk jista’ jinġieb
bħala prova f’kull proċediment; iżda l-kaptan jista’ jġib provi li
juru li dak iċ-ċertifikat mhux eżatt, u f’dan il-każ il-qorti tista’
taħtar periti biex jeżaminaw il-petroleum li għalih iċ-ċertifikat ikun
  2  KAP. 25. ħ IMPORTAZZJONI, MAGAZZINAĠĠ U BEJGĦ TA’ PETROLEUM
jirreferixxi u jagħmlu rapport dwaru.
Setgħat ta’ l-
Awtorità  Marittima 
ta’ Malta. 
Emendat: 
XXIX.1934.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
lX.1971.3; 
XVII.1991.81;
XXV. 2000.36.
 5. (1) Barra minn kull regolament ġenerali magħmul mill-
Ministru responsabbli għall-portijiet, l-Awtorità  Marittima ta’
Malta tista’ tordna li bastiment, illi biċċa mit-tagħbija tiegħu tkun
tikkonsisti f’petroleum, m’għandux jidħol jew iħott it-tagħbija
tiegħu ta’ petroleum ħlief fil-port jew bajja u fil-post imsemmijin
fl-ordni, u jekk il-kaptan jonqos li jesegwixxi minnufih dak l-ordni,
l-Awtorità  Marittima ta’ Malta tista’ tordna li l-bastiment jiġi
meħud f’dak il-port jew f’dik il-bajja u f’dak il-post bi spejjeż u
għar-riskju tal-kaptan.
(2) L-Awtorità  Marittima ta’ Malta m’għandhiex tħalli l-
bastiment isiefer sakemm ma jiġux imħallsa l-ispejjeż tat-trasport u
ta’ l-indukrar tal-bastiment u tal-petroleum.
Pieni. 
Emendat: 
XVI. 1960.3.
6. Il-kaptan tal-bastiment imsemmi fl-artikolu 3, illi ma jkunx
irid jagħti dik l-għajnuna li l-uffiċjali li jaġixxu taħt l-ordnijiet tal-
Kontrullur tad-Dwana jitolbuh sabiex jieħdu l-kampjun imsemmi
fl-artikolu 4, kif ukoll kull min volontarjament ifixkel lil dawn l-
uffiċjali fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena
tal-priġunerija għal żmien mhux iżjed minn tliet xhur u ammenda.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
portijiet li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXIX. 1934.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXV. 2000.36..
7. Il-Ministru responsabbli għall-portijiet jista’ jagħmel
regolamenti dwar il-portijiet u bajji li fihom jistgħu jidħlu
bastimenti mgħobbija bil-petroleum, u dwar il-post li fih dawn il-
bastimenti għandhom jiġu sorġuti u jiżbarkaw it-tagħbija, kif ukoll
dwar il-ħin u l-mod ta’ dan l-iżbark u dwar il-kawtieli li għandhom
jittieħdu waqt l-iżbark.
Piena f'każ ta’ 
kontravvenzjoni 
għar-regolamenti. 
Emendat: 
IX. 1971.3; 
XI.1972.2; 
XVII. 1991.81.
8. (1) Meta bastiment jiġi sorġut jew tagħbija tiġi maħtuta l-
art jew xort’oħra żbarkata b’kontravvenzjoni ta’ regolament
magħmul taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, il-
kaptan ta’ dak il-bastiment, jew sid it-tagħbija, skond ma jkun il-
każ, jeħel penali mhux iżjed minn ħamsin lira għal kull ġurnata,
jew biċċa minn ġurnata, li fiha tibqa’ sejra dik il-kontravvenzjoni.
(2) L-Awtorità  Marittima ta’ Malta tista’ tordna t-trasport tal-
bastiment jew tat-tagħbija, bi spejjeż tas-sid, f’post stabbilit fir-
regolamenti hawn fuq imsemmija, u kull spiża li ssir għal dak it-
trasport tista’ tiġi meħuda lura bl-istess mod li tista’ tintalab penali
bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza.
Proċeduri għall-
ħlas ta’ penali u ta’ 
spejjeż. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
9. L-Avukat Ġenerali jista’, fl-isem tal-Gvern, jaġixxi
quddiem il-qorti ċivili kompetenti, għall-ħlas tal-penali jew ta’ l-
ispejjeż li għandhom jitħallsu taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza. 
Il-bastiment, u l-
kaptan 
personalment, 
huma obbligati 
għall-ħlas tal-
penali u ta’ l-
ispejjeż.
10. Il-bastiment, kif ukoll il-kaptan tiegħu personalment, huma
obbligati għall-ħlas ta’ kull penali jew ta’ kull somma ta’ flus li
jkollu l-Gvern għall-ispejjeż li jkunu saru taħt id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza.
IMPORTAZZJONI, MAGAZZINAĠĠ U BEJGĦ TA’ PETROLEUMġ K AP. 25.        3
Il-Ministru 
responsabbli għall-
portijiet jista' 
jagħmel igħoddu d-
disposizzionijiet 
ta’ din l-Ordinanza 
għal sustanzi oħra 
li jieħdu n-nar. 
Miżjud: 
VIII. 1897.2. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XVI.1977.47. 
Kap. 272.
11. Il-Ministru responsabbli għall-portijiet jista’ jagħmel,
iħassar u jbiddel, b’Avviż tal-Gvern pubblikat fil-Gazzetta tal-
Gvern, ordnijiet li bihom jagħmel igħoddu d-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza jew ta’ regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’ din l-
Ordinanza, jew ta’ l-Att dwar l-Enemalta, jew miżmuma fis-seħħ
b’dak l-Att, għal sustanzi infjammabbli, esplożivi jew korrosivi,
iżda, il-kwantità  ta’ sustanzi li għalih b’Avviż tal-Gvern issir
tgħodd din l-Ordinanza, illi tista’ tinżamm mingħajr liċenza,
għandha tkun biss il-kwantità  speċifikata f’dak l-Avviż u, jekk din
il-kwantità  ma tkunx speċifikata, ebda kwantità  ma tista’ tinżamm
mingħajr liċenza.
Il-Ministru 
responsabbli għall-
portijiet għandu s-
setgħa li jagħmel 
regolamenti 
speċjali. 
Miżjud: 
VIII.1897.2. 
Emendat: 
XIV.1958; 
XXV.1960.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXV. 2000.36.
Kap. 423.
12.* Il-Ministru responsabbli għall-portijiet jista’ jagħmel
regolamenti speċjali dwar l-importazzjoni, magazzinaġġ u bejgħ bl-
imnut ta’ sustanzi esplożivi jew infjammabbli, li għalihom ma
jgħoddux id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ ordnijiet
magħmulin mill-Ministru responsabbli għall-portijiet bis-saħħa ta’
din l-Ordinanza:
Iżda dik is-setgħa ma għandhiex testendi għall-egħmil ta’
regolamenti li jolqtu l-importazzjoni, il-magazzinaġġ u l-bejgħ ta’
sustanzi esplożivi jew infjammabbli li dwarhom is-setgħa ta’
egħmil ta’ regolamenti hi vestita fl-Awtorità  ta’ Malta dwar ir-
Riżorsi taħt l-Att dwar Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.
*Dan l-artikolu kien jikkonsisti f'żewġ subartikoli. Is-subartikolu (2) ġie mħolli
barra in konsegwenza ta’ l-artikolu 47 ta’ l-Att XVI ta’ l-1977.
