   IMPIEG TA’ ĊERTI KAPITALI   ġKAP. 26.     1
KAPITOLU 26 
ORDINANZA DWAR L-IMPIEG TA’ ĊERTI 
KAPITALI
Biex tipprovdi għall-impieg fiż-żgur u utli ta’ kapitali ta' ċerti nies*
(28 ta’ Frar, 1895)#
Saret liġi bl-ORDINANZA VI ta’ l-1895, u ġiet emendata bl-Att VI ta’
l-1959; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor.
ta’ ċerti Kapitali.
Impieg ta’ flus 
f’renti.
Kap. 16.
2. (1) Fil-każ ta’ esproprjazzjoni għal skop pubbliku ta’ beni
suġġetti għal fedekommess jew fil-każ ta’ liċitazzjoni ta’ beni
suġġetti għal fedekommess, skond l-artikolu 523 tal-Kodiċi Ċivili,
il-qorti kompetenti tista’ tordna li l-indennizz li jkun imiss jitħallas
għall-beni esproprjati, meta dan l-indennizz mhux anqas minn
ħamsin lira, jew l-ishma tal-prezz li jmissu lill-komproprjetarji tal-
beni mibjugħa b’liċitazzjoni, ikun kemm ikun l-ammont tagħhom,
jiġu impjegati fl-akkwist ta’ renta perpetwa li għandha tiġi, wara
dak l-ordni, ikkostitwita mill-Gvern ta’ Malta, bit-tnejn u nofs fil-
mija, skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, basta li l-qorti
tkun sodisfatta li hu meħtieġ li jsir dan l-impieg għall-ġid tal-
partijiet interessati.
Ordni tal-qorti 
dwar it-
trasferibbiltà tar-
renta.
(2) Il-qorti, sew fl-ordni għall-akkwist tar-renta jew wara, fuq
talba ta’ xi parti interessata, tista’ tagħti l-provvedimenti meħtieġa
dwar it-trasferibbiltà tar-renta.
Il-qorti tista’ 
tordna li l-kapital 
tar-renta jibqa' 
suġġett għall-
fedekommess.
(3) Il-qorti tista’ wkoll tordna li l-kapital tar-renta jibqa’
suġġett għall-fedekommess minflok il-beni esproprjati jew
mibjugħa b’liċitazzjoni.
Il-fatt li renta, eċċ, 
mhix trasferibbli 
għandu jiġi 
ddikjarat fl-
iskritturi.
(4) Meta r-renta hija ddikjarata bħala mhix trasferibbli jew
bħala suġġetta għal fedekommess, dan il-fatt għandu jitniżżel
espressament fl-iskritturi msemmijin fl-artikoli 4 u 6.
Impieg ta’ xi 
kapitali oħra 
f’renti.
3. (1) Il-qorti kompetenti tista’ tordna li s-somom ta’ flus
hawn taħt imsemmija, meta l-ammont ma jkunx anqas minn ħamsin
lira, għandhom jiġu mpjegati f’renta kif jingħad fl-aħħar artikolu
qabel dan, jiġifieri:
(a) il-prezz jew parti mill-prezz ta’ beni suġġetti għal
fedekommess, li tagħhom ġiet ordnata d-deroga għal xi
raġuni li ma tkunx raġuni ta’ utilità pubblika;
(b) il-prezz jew parti tal-prezz ta’ beni li mhux trasferibbli
*Dak li kien Artikolu 1 ta’ din l-Ordinanza li qabel it-titolu tagħha kien "Biex
tagħmel disposizzjonijiet dwar beni suġġetti għal fedekommess" ġie inkorporat
bħala artikolu 523 fil-Kodiċi Ċivili  (Kapitolu 16).
#Ara Proklama Nru. II ta' l-1895.
 2      KAP. 26.ħ       IMPIEG TA’ ĊERTI KAPITALI  
mingħajr l-awtorità tal-qorti, li t-trasferiment tagħhom
kien ġie, għal xi raġuni li tkun, awtorizzat;
(ċ) is-somom ta’ flus li jmissu lil minuri taħt tutela jew lil
persuna interdetta jew lil persuni oħra jew korpi morali
li jidhru għalihom amministraturi maħturin jew
imwettqin minn qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili;
(d) is-somom ta’ flus assenjati lil mara miżżewġa fil-firda
jew bħala assigurazzjoni tad-dota jew tad-dotarju.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3) u (4) ta’ l-aħħar
artikolu qabel dan igħoddu fil-każ tas-somom ta’ flus imsemmijin
fil-paragrafu (a) u d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (4) ta’
dak l-istess artikolu jgħoddu fil-każ tas-somom ta’ flus imsemmijin
fil-paragrafi (b), (ċ) u (d).
Kif jiġu akkwistati 
r-renti. 
Emendat: 
VI.1959.3.
4. Għall-finijiet ta’ l-impieg ta’ flus imsemmi fl-artikoli 2 u
3, għandha tiġi ppreżentata lill-Accountant General kopja
awtentika tad-digriet li bis-saħħa tiegħu r-renta għandha tiġi
kkostitwita, u fil-ġurnata li jiffissa l-Accountant General, għandha
titħallas fl-uffiċċju tiegħu s-somma meħtieġa għall-akkwist tar-
renta; meta titħallas dik is-somma, l-Accountant General
jikkostitwixxi r-renta daqs kemm tmiss, bi skrittura, skond il-
Formula A li hawn ma’ din l-Ordinanza, f’żewġ oriġinali li wieħed
minnhom jiġi merfugħ fl-uffiċju ta’ l-Accountant General u l-ieħor
jiġi kkunsinnat lill-kreditur tar-renta.
Kit titħallas ir-
renta.
5. (1) Ir-renta tiġi mħallsa b’lura, kull sena, fl-ewwel
ħmistax-il ġurnata tax-xahar ta’ Jannar; kull ħlas għandu jiġi
mniżżel fid-dahar ta’ l-iskrittura li biha tkun ġiet ikkostitwita r-
renta, jew ta’ l-iskritturi msemmijin fl-artikolu ta’ wara dan, u ebda
ħlas ta’ renta ma jista’ jsir mingħajr ma tinġieb l-iskrittura jew
mingħajr ma jinġiebu l-iskritturi hawn fuq imsemmija.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-ħlas, ir-renta titqies li tibda mill-
ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara dak li fih tkun ġiet ikkostitwita. 
Qsim ta’ renti. 
Emendat: 
VI.1959.3.
6. (1) Meta r-renta hija maqsuma bejn tnejn min-nies jew
iżjed, l-Accountant General, meta jiġu lilu ppreżentati d-dokumenti
dwar dak il-qsim u kkunsinnata l-iskrittura msemmija fl-aħħar
artikolu qabel dan, għandu joħroġ tant skritturi, skond il-Formula B
li hawn ma’ din l-Ordinanza, daqs kemm ikunu l-ishma li fihom
tkun ġiet maqsuma r-renta basta li kull sehem ikun daqs porzjon
tal-kapital mhux anqas minn ħames liri.
(2) Ma jittieħed qies ta’ ebda oppożizzjoni kontra dan il-qsim,
jekk din l-oppożizzjoni ma ssirx b’att ġudizzjarju nnotifikat lil
Accountant General u lill-pussessur tar-renta.
Trasferiment ta’ 
renta. 
Emendat: 
VI. 1959.3.
7. (1) Ir-renta, ħlief meta tkun suġġetta għal fedekommess
jew xort’oħra mhux trasferibbli, tista’ tiġi ttrasferita wkoll b’ġirata.
(2) Din il-ġîra għandha ssir bil-miktub fuq id-dahar ta’ l-
iskrittura li tirreferixxi għaliha, billi jitniżżel l-isem u l-kunjom tal-
ġiratarju u l-isem ta’ missieru, u għandha tkun iddatata u ffirmata
mill-ġirant.
(3) L-Accountant General  mhux obbligat jeżamina l-
   IMPIEG TA’ ĊERTI KAPITALI   ġKAP. 26.     3
awtentiċità tal-ġîri.
It-trasferiment ta’ 
renta suġġetta għal 
fedekommess, 
eċċ., għandu jsir 
b’att pubbliku.
8. It-trasferiment ta’ renta li tkun fedekommessarja jew li
xort’oħra mhux trasferibbli, meta huwa awtorizzat skond il-liġi,
għandu, taħt piena ta’ nullità, isir b’att pubbliku.
L-oriġinal jew il-
kopja tat-titolu tat-
trasferiment 
għandu jinġieb lill-
Accountant 
General. Emendat: 
VI.1959.3.
9. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ renta bi skrittura privata jew
b’att pubbliku, iċ-ċessjonarju għandu jieħu lill-Accountant General
l-oriġinal jew kopja awtentika ta’ l-att ta’ ċessjoni.
L-att tal-prokura 
jew tar-rahan 
għandu jinġieb lill-
Accountant 
General. 
Emendat: 
VI. 1959.3.
10. Il-pussessur ta’ renta jekk ikun ħatar prokuratur biex
idaħħal l-ammont tagħha, jew dak li favur tiegħu tkun ġiet mirhuna
r-renta, għandu jieħu lill-Accountant General l-oriġinal jew kopja
awtentika ta’ l-att tal-prokura jew tar-rahan.
L-Accountant 
General għandu 
jniżżel it-
trasferiment jew ir-
rahan tar-renta fuq 
kopja duplikata.
Emendat: 
VI.1959.3.
11. (1) L-Accountant General għandu jniżżel, fuq il-kopja
duplikata miżmuma fl-uffiċċju tiegħu skond l-artikolu 4, it-
trasferimenti li jsiru xort’oħra milli b’ġirata, jew b’rahan, kif ukoll
id-data li fiha jkun irċieva d-dokumenti msemmijin fl-artikolu 9
jew 10, kif ikun il-każ.
(2) It-trasferiment m’għandux effett quddiem it-terzi, u r-rahan
ma jibdiex iseħħ, ħlief mill-ġurnata hawn fuq imsemmija. 
Oppożizzjoni 
għall-ħlas ta’ renta.
12. L-oppożizzjoni għall-ħlas ta’ l-annati ta’ renta mhumiex
ammissibbli, ħlief - 
(a) meta t-titolu tal-pussessur ta’ renta f’isem ta’ persuna
oħra, ma jibqax jeżisti;
(b) meta l-iskrittura dwar ir-renta tintilef, tinsteraq jew
tinqered; jew
(ċ) meta l-pussessur tat-titolu jfalli.
Kondizzjonijiet 
għall-ħlas ta’ renta 
f'xi każijiet.
13. Ma jista’ jintalab ebda ħlas ta’ renta jew tal-prezz tal-fidwa
ta’ renta, jekk ir-renta tkun ġiet mifdija, ħlief meta, fil-każ
imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, il-parti
interessata tipprova l-jedd tagħha għalih, u meta, fil-każ imsemmi
fil-paragrafu (b) ta’ dak l-artikolu, din il-parti tagħti wkoll
garanzija tajba għar-radd tas-somma mħallsa. Fil-każ imsemmi fil-
paragrafu (ċ) ta’ dak l-artikolu r-renta jew il-prezz tal-fidwa jistgħu
jitħallsu lill-kuratur tal-falliment.
Telf, eċċ., ta’ l-
iskrittura.
14. Kemm-il darba l-iskrittura tintilef, tinsteraq jew tinqered,
il-parti nteressata tista’ titlob oħra flokha, wara li tipprova l-jedd
tagħha u tagħti garanzija tajba.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni.
15. (1) L-azzjoni għall-annati ta’ renta tispiċċa bil-
preskrizzjoni, kontra kull persuna, egħluq ħames snin li jibdew
miexja mill-ħmistax tax-xahar ta’ Jannar.
(2) L-azzjoni għall-ħlas tal-prezz tal-fidwa tispiċċa bil-
preskrizzjoni egħluq tletin sena li jibdew miexja mill-ħrug ta’ l-
avviż imsemmi fl-artikolu 17.
 4      KAP. 26.ħ       IMPIEG TA’ ĊERTI KAPITALI  
Ir-renta tista’ 
tinfeda mill-Gvern. 
Emendat: 
VI.1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
16. Ir-renti li jiġu magħmula taħt din l-Ordinanza jistgħu jiġu
mifdija, f’kull żmien, jekk ikun irid il-Ministru responsabbli għall-
finanzi, bi ħlas ta’ somma daqs dik li jkun irċieva l-Accountant
General għall-kostituzzjoni ta’ dik ir-renta:
Iżda l-Gvern ma jistax, għal ebda raġuni, jiġi mġiegħel jifdi
dawn ir-renti.
Ir-renta tispiċċa 
meta tiġi mifdija 
mill-Gvern. 
Emendat: 
VI. 1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
17. (1) Meta l-Ministru responsabbli għall-finanzi jordna l-
fidwa ta’ renta, din ir-renta ma tibqax tgħaddi minn dak in-nhar li
dak l-ordni jiġi maħruġ b’avviż mill-Accountant General fil-
Gazzetta tal-Gvern: dan l-avviż għandu jkun fih deskrizzjoni tar-
renta u sejħa lill-pussessur tar-renta biex jidher fl-uffiċċju ta’ l-
Accountant General sabiex jirċievi l-kapital.
Il-prezz tal-fidwa 
ta’ renta suġġetta 
għal fedekommess, 
eċċ., ma jistax 
jitħallas mingħajr 
ordni tal-qorti.
(2) Il-prezz tal-fidwa ta’ renta suġġetta għal fedekommess jew
li xort’oħra ma tkunx trasferibbli, ma jistax jiġi mħallas mingħajr
ordni tal-qorti, u l-qorti tista’ tagħti dawk il-provvedimenti li
jidhrilha sewwa għall-ġid tal-partijiet interessati.
   IMPIEG TA’ ĊERTI KAPITALI   ġKAP. 26.     5
FORMOLI
Emendat: 
VI.1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII.1983.4.
FORMOLA A
(Artikolu 4)
SKRITTURA GĦALL-KOSTITUZZJONI TA’ RENTA
Nru ..............................       
Jien, hawn taħt iffirmat, Accountant General, niddikjara li, bis-
saħħa ta’ digriet  (hawn daħħal l-isem tal-qorti )
ta’............................... ġiet illum ikkostitwita u magħmula renta
perpetwa ta’ kull sena ta’ Lm ............ favur ta’ .............................
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Impieg ta’ ċerti
Kapitali (Kap. 26); u jien, fl-isem tal-Gvern ta’ Malta, nobbliga
ruħi li nħallas din ir-renta lil .............................. jew lir-
rappreżentant leġittmu tiegħu, kull sena, fl-ewwel ħmistax-il
ġurnata tax-xahar ta’ Jannar.
Ir-renta hawn fuq imsemmija ġiet magħmula minni kif jingħad
hawn fuq bil-prezz ta’ Lm ............... li niddikjara li ġà rċevejt fl-
isem tal-Gvern ta’ Malta. 
Uffiċċju tat-Teżor.
Illum ........................     
Approvat
Ministru responsabbli Accountant General.
għall-finanzi.
 6      KAP. 26.ħ       IMPIEG TA’ ĊERTI KAPITALI  
Emendat:
VI. 1959.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII.1983.4.
FORMOLA B
(Artikolu 6)
SKRITTURA MAĦRUĠA FIL-KAŻ TA’ QSIM TA’ RENTA
Billi r-renta ta’ kull sena ta’ Lm ..................... magħmula taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Impieg ta’ ċerti Kapitali
(Kap. 26) bi skrittura Nru..................................... maħruġa f’
......................................................................................... favur ta’
................................................ ġiet maqsuma ..................... ishma.
Għaldaqshekk bis-saħħa ta’ din l-iskrittura, l-Accountant
General, hawn taħt iffirmat, fl-isem tal-Gvern ta’ Malta, jobbliga
ruħu li jħallas lil....................................... li minnu ġie akkwistat
is-sehem ta’......................................... (hawn semmi s-sehem) mir-
renta hawn fuq imsemmija, jew lir-rappreżentant leġittimu tiegħu,
kull sena, fl-ewwel ħmistax-il ġurnata tax-xahar ta’ Jannar, is-
somma ta’ Lm .................................. .      
Uffiċċju tat-Teżor.
Illum .........................................          
Approvat
Ministru responsabbli Accountant General.
għall-finanzi.
