ISKRIZZJONI U TIĠDID TA’ PRIVILEĠĠI U IPOTEKI ANTIKI ġKAP. 27.     1
KAPITOLU 27
ORDINANZA DWAR L-ISKRIZZJONI U TIĠDID 
TA’ PRIVILEĠĠI U IPOTEKI ANTIKI
Sabiex jispiċċa l-effett tal-privileġġi u ipoteki li ma jkunux ġew inskritti
fir-Reġistru Pubbliku, u ta’ l-iskrizzjonijiet li ma jkunux ġew imġedda
f’ċertu żmien.
(17 ta’ Mejju, 1895)*
Saret liġi bl-Artikoli 1 u 3 ta’ l-ORDINANZA XIII ta’ l-1895 
Titolu fil-qosor.
Iskrizzjoni u t-Tiġdid ta’ Privileġġi u Ipoteki Antiki.
Żmien għall-
iskrizzjoni ta’ ċerti 
privileġġi u 
ipoteki.
2. (1) Il-privileġġi u l-ipoteki kkostitwiti qabel il-
promulgazzjoni ta’ l-Ordinanza Nru. XI ta’ l-1856#, u li, taħt il-
liġijiet li kienu jseħħu qabel dik l-Ordinanza, kellhom effett,
rigward it-terzi, ukoll jekk ma kinux ġew iskritti, għandhom, sabiex
jibqgħu jseħħu bl-effetti tagħhom kollha, jiġu iskritti fir-Reġistru
Pubbliku fiż-żmien ta’ tliet snin + mill-promulgazzjoni ta’ din l-
Ordinanza.
(2) L-iskrizzjoni għandha ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza Nru. XII ta’ l-l856¢ u ta’ l-Ordinanza Nru. VII ta’ l-
1868**.
(3) Meta l-persuna li titlob l-iskrizzjoni ta’ privileġġ jew
ipoteka minn dawk fuq imsemmija ġġib lid-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku dikjarazzjoni maħlufa fis-sens li hija ma tafx b’liema
titolu ġew ikkostitwiti l-privileġġ jew l-ipoteka, imma taf li d-dejn
kien ġie rikonoxxut, bil-mod li jingħad f’dik id-dikjarazzjoni,
matul it-tletin sena ta’ qabel it-talba għall-iskrizzjoni, annotazzjoni
ta’ din id-dikjarazzjoni fin-nota tiswa minflok l-indikazzjoni tad-
data u x-xorta ta’ l-att li bih jiġu kkostitwiti l-privileġġ jew l-
ipoteka.
Żmien għat-tiġdid 
ta’ xi 
iskrizzjonijiet.
3. L-iskrizzjonijiet ta’ privileġġi jew ipoteki li jistgħu
jiġġeddu, u li mid-data tagħhom ġà għaddew tletin sena, għandhom
jiġu mġedda fi żmien tliet snin mill-promulgazzjoni ta’ din l-
Ordinanza. 
*Ara Proklama Nru. VI ta’ l-1895.
#Din 1-Ordinanza ġiet imħassra bl-Ordinanza Nru. VII ta’ l-1868, issa t-Tieni
Ktieb tal-Kapitlu 16. Ġiet ippromulgata fit-22 ta’ Settembru, 1857. (Ara art. 4
tagħha, u Prok. Nru. V tat-22 ta’ Ġunju, 1857).
+Ara Ordinanza Nr. XIV ta’ l-1897 u Ordinanza V ta’ l-1899 li bihom iż-żmien
għall-iskrizzjoni ġie mtawwal.
¢Imħassra bl-Att Nru. XII ta’ l-1927 (Kapitolu 56).
**Issa t-Tieni Ktieb tal-Kapitolu 16.
