 ĦAMIEM TA’ L-ITTRI  ġKAP. 30.      1
KAPITOLU 30
ORDINANZA DWAR IL-ĦAMIEM TA’ L-ITTRI
Biex tagħmel disposizzjonijiet dwar il-ħamiem ta’ l-ittri.
(1 ta’ Awissu, 1903)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XIV ta’ l-1901 kif emendata bl-Avviżi
Legali: 4 ta’ l-1963, 148 ta’ l-1975, u bl-Att XLIX ta’ l-1981.
Titolu fil-qosor.
Ħamiem ta’ l-Ittri.
Dħul f’Malta ta’ 
ħamiem ta’ l-ittri. 
Emendat: 
A.L.148 ta’ l-1975.
2. Id-dħul f’Malta ta’ ħamiem ta’ l-ittri, għal kull użu li jkun,
hu permess biss minn dawk il-pajjiżi barranin li magħhom il-Gvern
ta’ Malta għamel konvenzjoni għat-trattament reċiproku u xorta
waħda ta’ dawn it-tjur.
Liċenzi għall-
barumbari. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. Ħadd ma jista’ jagħmel u jżomm barumbari ta’ ħamiem ta’
l-ittri jew jirċievi ħamiem ta’ l-ittri mingħajr liċenza mill-Ministru
responsabbli għall-Pulizija.
Avviż li għandu 
jingħata lill-
Pulizija.
4. Kull min jirċievi minn barra ħamiem ta’ l-ittri għandu, fi
żmien jumejn, igħarraf bil-fatt lill-Kummissarju tal-Pulizija u
jagħtih l-isem tal-pajjiż ta’ oriġini.
Tluq ta’ ħamiem.
ħamiem ta’ l-ittri li jkun ġie minn barra, hu permess biss jekk il-
ħamiem ikun ġie minn wieħed mill-pajjiżi msemmijin fl-artikolu 2.
Postijiet fejn jista’ 
jsir titjir. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
6. It-titjir ta’ ħamiem ta’ l-ittri jista’ jsir biss f’dawk il-
postijiet li jiġu magħżula mill-Ministru responsabbli għall-Pulizija
u taħt il-kontroll ta’ uffiċjal tal-Pulizija maħtur għaldaqshekk mill-
Ministru responsabbli għall-Pulizija.
Setgħat tal-
Ministru 
responsabbli għall-
Pulizija. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
7. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ jimpedixxi t-
titjir ta’ ħamiem ta’ l-ittri li huwa jkollu raġun jissuspetta li hu, jew
li milli jidher ikun kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 2 u 5. 
Restrizzjonijiet ta’ 
importazzjoni ta’ 
ħamiem stranġier. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
8. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ wkoll,
f’ċirkostanzi speċjali, jew jimpedixxi l-importazzjoni u t-trasport
ta’ ħamiem stranġier, jew jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom
tista’ ssir din l-importazzjoni.
Setgħat tal-
Pulizija.
9. Kull uffiċjal tal-Pulizija ta’ grad mhux anqas minn dak ta’
spettur jista’ jordna li jinġieb lilu, sabiex jiġi eżaminat minnu, il-
ħamiem miżmum għat-titjir, ikunu li jkunu l-origini tiegħu jew l-
iskop tat-tagħlim tiegħu, sew jekk ikun użat biex wieħed jispara
fuqu jew jekk ikun ta’ barumbari speċjali ta’ ħamiem ta’ l-ittri u,
f’kull każ, jista’ jimmarka b’boll speċjali jew jaqbad dan il-
ħamiem.
Pieni.
*Ara Proklama Nru. XIII tal-25 ta’ Ġunju, 1901 u Not. tal-Gvern Nru. 153 tas-27
ta’ Lulju, 1903.
 2      KAP. 30.ħ      ĦAMIEM TA’ L-ITTRI 
miġjuba, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ l-ammenda jew tad-
detenzjoni. Il-qorti tista’ tordna wkoll l-egħluq tal-barumbara.
Ċirkostanzi 
aggravanti. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
11. Kull min juża ħamiem ta’ l-ittri b’mod li jkun ta’ ħsara
għas-sigurtà ta’ l-Istat jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’
priġunerija għal żmien minn tliet xhur sa sentejn.
