MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    1
KAPITOLU 101
ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI
Biex temenda u tikkonsolida l-liġi dwar l-importazzjoni, esportazzjoni, manifattura, bejgħ u
użu ta’ l-oppju u ta’ mediċini oħra perikolużi.
1 ta’ Settembru, 1939
L-ORDINANZA XXXI ta’ l-1939 u ġiet emendata bl-Avviż Legali 4 ta’ 1-1963; bl-Atti:
XLVIII ta’ l-1975, XI ta’ l-1977, XXIII ta’ 1-1980, u XLIX ta’ l-1981; bl-Avviż Legali 32 ta’ l-
1984; bl-Att VIII ta’ l-1986; bl-Avviż Legali 58 ta’ 1-1988; bl-Att VIII ta’ l-1990; bl-Avviżi
Legali: 49 u 93 ta’ l-1990; bl-Atti: VI ta’ l-1994, XVI ta’ l-1996, II ta’ l-1998 u VI ta’ l-2000;
bl-Avviż Legali 148 ta’ l-2000; bl-Att III ta’ l-2002; u bl-Avviżi Legali 278 ta’ l-2003 u 1 ta’ l-
2004.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Titolu u Tifsir  1-2 
Taqsima I. Oppju mhux Maħdum u Weraq tal-Koka  3-4
Taqsima II.  Oppju Ppreparat  5-6 
Taqsima III.  Qanneb Indjan  7-8 
Taqsima IV.  Kokajina, Morfina, eċċ.  9-11 
Taqsima V.  Kontroll tat-Traffiku Estern  12-19 
Taqsima VI.  Disposizzjonijiet Ġenerali  20-33 
L-Ewwel Skeda
It-Tieni Skeda
It-Tielet Skeda
  2      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ din l-Ordinanza hu l-Ordinanza dwar
il-Mediċini Perikolużi.
Tifsir. 
Emendat: 
XXIII. 1980.2;
VI .1994.2.
2. (1) F’din l-Ordinanza, jekk mill-kuntest ma jkunx jidher
xort’oħra -
"esportazzjoni", bil-varjazzjonijiet grammatikali tagħha u bl-
espressjonijiet imnisslin minnha, tfisser, rigward Malta, tieħu jew
iġġiegħel li jittieħed barra minn Malta b’kull mod li jkun;
"importazzjoni", bil-varjazzjonijiet grammatikali tagħha u bl-
espressjonijiet imnisslin minnha, tfisser, rigward Malta, iġġib jew
iġġiegħel li jinġieb f’Malta b’kull mod li jkun;
"il-Konvenzjoni Singola" tfisser il-Konvenzjoni Singola dwar
Narkotiċi adottata fi New York fit-30 ta’ Marzu, 1961, kif
sussegwentement emendata bil-Protokol adottat f’Ġinevra fil-25 ta’
Marzu, 1972;
"oppju ppreparat" ifisser oppju ippreparat għat-tipjip u jfisser
ukoll il-frak u kull fdal ieħor li jibqa’ mill-oppju wara li jitpejjep; 
"oppju mediċinali" ifisser oppju mhux maħdum li jkun għadda
mill-proċess meħtieġ biex iservi għal użu mediċinali skond ma
tinħtieġ il-Farmakopea Ingliża sew jekk ikun f’għamla ta’ trab jew
ikkusksjat jew f’għamla oħra u sew jekk ikun kemm jekk ma jkunx
imħallat b’materji newtri;
"oppju mhux maħdum" ifisser is-sugu li jagħqad minnu nnifsu
meħud mill-miżwet tal-Papaver Somniferum L., li jkun imtess biss
sabiex jiġi ppakkjat u ttrasportat, tkun kemm tkun il-kwantità  ta’
morfina li jkun hemm fih;
"qanneb Indjan" tfisser kull pjanta tal-ġeneru Cannabis u kull
parti minn dik il-pjanta, iżda ma tinkludix fibra jew żerriegħa li
tkun ġiet magħmula mhux tajba biex tiżviluppa f’xi pjanta oħra
bħal dik;
"weraq tal-Koka" ifisser il-weraq ta’ l-Erythroxylum Coca
Lamarek u Erythroxylum Novogranatense (Morris) Hieronymus u l-
varjetajiet tagħhom li huma tal-familja ta’ l-Erythroxylaceae u l-
weraq ta’ speċi oħra ta’ din ir-razza li minnhom tista’ tittieħed il-
kokajina sew direttament jew bi trasformazzjoni kimika.
(2) F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, kull riferenza għal din l-Ordinanza għandha
titqies li tinkludi riferenza għar-regolamenti magħmula taħtha.
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    3
TAQSIMA I
OPPJU MHUX MAĦDUM U WERAQ TAL-KOKA
Setgħa biex jiġu 
kkontrollati l-
produzzjoni u t-
traffiku ta’ 1-oppju 
mhux mahdum u 
tal-weraq tal-koka. 
Emendat: 
A.L. 4 ta' l-1963; 
XI.1977.2; 
XLIX. 1981.4.
3. (1) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’
jagħmel regolamenti biex jikkontrolla jew jillimita l-produzzjoni,
pussess, bejgħ u distribuzzjoni ta’ oppju mhux maħdum jew ta’
weraq tal-koka, u partikolarment, iżda mingħajr ħsara tas-setgħa
ġenerali hawn fuq imsemmija, biex jipprojbixxi l-produzzjoni,
pussess, bejgħ jew distribuzzjoni ta’ oppju mhux maħdum jew ta’
weraq tal-koka ħlief minn persuni bil-liċenza jew xort’oħra
awtorizzati għaldaqshekk.
(2) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’
jistabbilixxi dawk il-pieni li jidhirlu xierqa, iżda mhux iktar minn
priġunerija għal xahar jew minn multa ta’ mija u ħamsin lira kontra
min jikser jew jonqos li jħares dawn ir-regolamenti.
Projbizzjoni tal-
koltivazzjoni ta’ l-
oppju jew tal-
pjanta tal-koka. 
4. Ħadd ma jista’ jikkoltiva l-pepprin ta’ l-oppju (papaver
somniferum) jew il-pjanta tal-koka (Erythroxylum Coca).
 TAQSIMA II
OPPJU PPREPARAT
Projbizzjoni ta’ 
esportazzjoni u ta’ 
importazzjoni ta’ 
oppju ppreparat. 
5. Ħadd ma jista’ jimporta, jew iġib f’Malta, jew jesporta
minnha, oppju ppreparat.
Piena għall-
manifattura, bejgħ, 
użu, eċċ., ta’ oppju 
ppreparat. 
6. Ikun ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza kull min -
(a) jimmanifattura jew ibigħ oppju ppreparat jew
xort’oħra jittraffika fih; jew
(b) ikollu fil-pussess tiegħu oppju ippreparat; jew
(ċ) meta huwa d-detentur ta’ fond, iħalli li dan il-fond jiġi
wżat għall-preparazzjoni ta’ oppju għat-tipjip, għall-
bejgħ jew għat-tipjip ta’ oppju ippreparat; jew
(d) ikollu x’jaqsam fit-tmexxija ta’ fond użat għall-iskop
hawn fuq imsemmi; jew
(e) ikollu fil-pussess tiegħu pipi jew strumenti oħra li
jistgħu jiġu wżati għat-tipjip ta’ l-oppju jew strumenti
li jistgħu jiġu wżati għall-preparazzjoni ta’ oppju għat-
tipjip; jew
(f) ipejjep jew juża xort’oħra oppju ppreparat jew
jiffrekwenta post użat għat-tipjip ta’ l-oppju.
  4      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
TAQSIMA III 
QANNEB INDJAN
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni u 
esportazzjoni ta' 
raża tal-pjanta 
Cannabis. 
Emendat: 
XXIII. 1980.6.
7. Ħadd ma jista’ jimporta jew iġib f’Malta, jew jesporta
minnha, raża meħuda mill-pjanta Cannabis.
Piena għal min 
jittraffika fil-pjanta 
Cannabis, eċċ. 
Sostitwit: 
XXIII. 1980.3. 
8. Ikun ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza kull min -
(a) ikollu fil-pussess tiegħu (ħlief fil-kors ta’ transitu
minn Malta jew mill-ibħra territorjali tagħha), ir-raża
meħuda mill-pjanta Cannabis jew xi preparazzjonijiet
li jkollhom bħala bażi din ir-raża; jew
(b) jipproduċi, ibigħ jew xort’oħra jittraffika fir-raża
meħuda mill-pjanta Cannabis jew f’xi preparazzjonijiet
li jkollhom bħala bażi din ir-raża; jew
(ċ) jikkoltiva l-pjanta Cannabis; jew
(d) ikollu fil-pussess tiegħu (ħlief fil-kors ta’ transitu
minn Malta jew mill-ibħra territorjali tagħha) il-pjanta
Cannabis kollha jew biċċa minnha (minbarra l-
preparazzjonijiet mediċinali tagħha); jew
(e) ibigħ jew xort’oħra jittraffika fil-pjanta Cannabis
kollha jew biċċa minnha (minbarra l-preparazzjonijiet
mediċinali tagħha).
TAQSIMA IV
 KOKAJINA, MORFINA, EĊĊ.
Kontroll tal-
manifattura u bejgh 
ta’ kokajina, eċċ. 
Emendat: 
A.L. 4 ta' l-1963; 
XI. 1977.2.
9. (1) Sabiex ma jsirx użu ħażin mill-mediċini li għalihom
tgħodd din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza, il-Ministru responsabbli
għas-saħħa pubblika jista’ jagħmel regolamenti biex jikkontrolla l-
manifattura, bejgħ, pussess u distribuzzjoni ta’ dawk il-mediċini, u
partikolarment, iżda mingħajr ħsara tas-setgħa ġenerali hawn fuq
imsemmija -
(a) biex jipprojbixxi l-manifattura ta’ mediċini li
għalihom tgħodd din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza
ħlief f’lokal bil-liċenza għaldaqshekk u taħt il-
kondizzjonijiet imniżżlin fil-liċenza; u
(b) biex jipprojbixxi l-manifattura, bejgħ jew
distribuzzjoni ta’ dawn il-mediċini ħlief minn persuni
bil-liċenza jew xort’oħra awtorizzati skond ir-
regolamenti u taħt il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-
liċenza jew fl-awtorizzazzjoni; u
(ċ) biex jirregola l-għoti minn tobba eżerċenti ta’ riċetti li
jkun fihom dawn il-mediċini u l-mod li bih għandhom
jiġu servuti dawn ir-riċetti; u
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    5
(d) biex jobbliga l-persuni illi jimmanifatturaw, ibigħu
jew jiddistribwixxu dawn il-mediċini li jżommu l-
kotba u jagħtu l-informazzjonijiet bil-miktub jew
xort’oħra kif jiġi ordnat; u
(e) biex jikkontrolla u jillimita l-pussess ta’ dawn il-
mediċini, jew it-traffiku fihom, fit-transitu tagħhom
minn Malta.
Kap. 31. 
(2) Ir-regolamenti taħt dan l-artikolu għandu jkun fihom
disposizzjonijiet sabiex persuna li jkollha skond il-liġi ħanut
miftuħ għall-bejgħ bl-imnut ta’ veleni taħt l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha tkun tista’ tiġi awtorizzata biex -
(a) timmanifattura fil-ħanut fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħha bl-imnut preparazzjoni, taħlita jew estratt tal-
mediċini li għalihom tgħodd din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza; jew
(b) teżerċita fil-ħanut in-negozju ta’ bejgħ bl-imnut ta’
dawn il-mediċini, jew isservi dawn il-mediċini jew
tagħmel misturi minnhom,
Kap. 37. 
bla ħsara tas-setgħa tal-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika
li jirtira l-awtorizzazzjoni fil-każ ta’ persuna li tkun ġiet misjuba
ħatja ta’ reat kontra din l-Ordinanza jew ta’ reat kontra l-Ordinanza
tad-Dwana, kif magħmula applikabbli b’din l-Ordinanza, u li, fil-
fehma tal-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika, ma jkunx
sewwa li tibqa’ tagħmel in-negozju tal-manifattura jew bejgħ jew
distribuzzjoni, skond il-każ, ta’ dawn il-mediċini.
(3) Xejn fir-regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu
m’għandu jittieħed bħala li - 
Kap. 31.
(a) jawtorizza l-bejgħ jew li jinżamm ħanut miftuħ għall-
bejgħ bl-imnut jew biex jiġu servuti jew magħmulin
misturi ta’ veleni minn persuna mhix kwalifikata
għaldaqshekk taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
dwar il-Professjoni Medika u Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha jew xort’oħra minn dawk
id-disposizzjonijiet;
Kap. 31.
il-Professjoni Medika u Professjonijiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew
jirregolaw il-bejgħ ta’ veleni.
Mediċini li 
għalihom tgħodd 
it-Taqsima IV. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2; 
XXIII. 1980.7; 
XLIX. 1981.6;
VI. 1994.3
Kalkolu ta’ 
perċentaġġ fil-
preparati likwidi.
10. (1) Il-mediċini li għalihom tgħodd din it-Taqsima ta’ din
l-Ordinanza huma dawk imsemmija fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’
din l-Ordinanza.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-perċentaġġi fil-każ ta’
preparati likwidi, kemm-il darba fuq hekk ma jkunx hemm
disposizzjoni oħra fir-regolamenti taħt din l-Ordinanza, għandhom
jiġu ikkalkolati fuq il-bażi li preparat li fih wieħed fil-mija ta’ xi
sustanza jfisser preparat li fih gramm ta’ sustanza, jekk solida, jew
millilitru tas-sustanza, jekk likwida, f’kull mitt millilitru tal-
preparat, u f’din l-istess proporzjoni għal kull perċentaġġ akbar jew
  6      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
iżgħar.
(3) Jekk il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jidhirlu
li xi mediċina oħra ta’ kull xorta tkun li tkun, iġġib jew x’aktarx
tista’ ġġib, jekk ma tkunx użata kif imiss, jew tista’ tinbidel
f’sustanza li ġġib, jew x’aktarx tista’ ġġib, jekk ma tkunx użata kif
imiss, effetti ħżiena sostanzjalment ta’ l-istess xorta jew natura
bħal dawk jew analoga għal dawk li jġibu l-mediċini msemmija fl-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza, l-imsemmi Ministru
jista’ b’ordni fil-Gazzetta jagħmel kull żidiet, varjazzjonijiet jew
tibdil għal dik l-iskeda.
(4) Jekk il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jidhirlu
sewwa li jiddikjara b’ordni illi s-Segretarju Ġenerali ta’ l-
Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda għarraf lill-partijiet fil-
Konvenzjoni Singola, b’deċiżjoni dwar preparat li fih mediċini li
għalihom tgħodd din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza, id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza ma jibqgħux
jgħoddu, mid-data msemmija fl-ordni, għall-preparat imsemmi fl-
istess ordni.
Projbizzjoni ta’ 
traffiku, eċċ., 
f’mediċini ġodda, 
u setgħa li tiġi 
applikata t-
Taqsima IV 
b’tibdil jew 
mingħajr tibdil, 
għal xi mediċini. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2; 
XLIX. 1981.6;
VI. 1994.4. 
11. (1) Ħadd ma jista’ jittraffika fi prodotti jew
jimmanifattura bi skop ta’ traffiku prodotti meħudin minn alkalojdi
fenantrini ta’ l-oppju jew minn alkalojdi ekgonini tal-werqa tal-
koka, li fit-13 ta’ Lulju, 1931, ma kinux prodotti wżati għal
skopijiet mediċinali jew xjentifiċi:
Iżda jekk il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika, f’xi
żmien li jkun, jidhirlu li dak il-prodott jiswa għall-mediċina jew
għax-xjenza, jista’ b’ordni jordna li dan is-subartikolu ma jibqax
igħodd għal dak il-prodott. 
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, ikun ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza.
(3) Jekk il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika ikun
sodisfatt illi ġiet ikkomunikata deċiżjoni dwar xi prodott imsemmi
fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu mis-Segretarju Ġenerali ta’ l-
Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda lill-partijiet fil-Konvenzjoni
Singola, il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika, b’ordni,
jista’, skond ma jkun jitlob il-każ, jew jiddikjara illi d-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza jgħoddu
għal dak il-prodott l-istess bħal ma jgħoddu għall-mediċini
msemmijin fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 10 ta’ din l-Ordinanza
jew japplika t-taqsima hawn fuq imsemmija għal dak il-prodott
b’dak it-tibdil li jkun speċifikat fl-ordni.
(4) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’,
b’ordni, japplika din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza b’dak it-tibdil
li jkun speċifikat fl-ordni, għal dawn il-mediċini, jiġifieri,
metilmorfina (komunement magħrufa bħala kodejina), etilmorfina
(komunement magħrufa bħala dijonina) u l-melħ tagħhom.
TAQSIMA V 
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    7
KONTROLL TAT-TRAFFIKU ESTERN
Tifsir tat-Taqsima 
V. 
Emendat: 
XXIII. 1980.8.
12. F’din it-Taqsima, meta mill-kuntest ma jidhirx xort’oħra -
"awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni" tfisser awtorizzazzjoni
maħruġa minn awtorità  kompetenti f’pajjiż li minnu mediċina
perikoluża tiġi esportata, li jkun fiha l-partikolaritajiet kollha ta’
dik il-mediċina, u l-kwantità  awtorizzata għall-esportazzjoni,
flimkien ma’ l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-esportatur u tal-persuna li
lilha għandha tintbagħat, u l-isem tal-pajjiż u ż-żmien li fihom
għandha tiġi esportata;
"awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni" tfisser liċenza, maħruġa
minn awtorità  kompetenti, li tawtorizza l-importazzjoni ta’
kwantità  determinata ta’ xi mediċina perikoluża u li jkun fiha l-
partikolaritajiet kollha tal-mediċina, flimkien ma’ l-isem u l-
indirizz tal-persuna awtorizzata li timporta dik il-mediċina, l-isem
u l-indirizz tal-persuna li minn għandha għandha tiġi akkwistata l-
mediċina, u ż-żmien li fih għandha ssir l-importazzjoni;
"ċertifikat ta’ importazzjoni" ifisser ċertifikat sostanzjalment fil-
Formula A tat-Tieni Skeda li hawn ma’ din l-Ordinanza, maħruġ
minn awtorità  kompetenti f’pajjiż li fih sejrin jiġu importati
mediċini perikolużi;
"ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni" ifisser ċertifikat maħruġ
mill-awtorità  kompetenti ta’ pajjiż li minnu mediċina perikoluża
tgħaddi fil-kors tal-vjaġġ, illi jawtorizza t-tibdil tad-destinazzjoni
ta’ dik il-mediċina perikoluża għal pajjiż ieħor divers minn dak
imsemmi fl-awtorizzazzjoni ta’ l-esportazzjoni bħala l-pajjiż ta’ l-
aħħar destinazzjoni, u li jkun fih il-partikolaritajiet kollha li
għandhom ikunu f’awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni, flimkien ma’
l-isem tal-pajjiż li minnu l-merkanzija ġiet oriġinarjament
esportata;
"esportazzjoni", bil-varjazzjonijiet grammatikali tagħha u bl-
espressjonijiet imnisslin minnha, tfisser, rigward Malta, tieħu jew
iġġiegħel li jittieħed barra minn Malta bl-ajru jew bil-baħar,
xort’oħra milli fil-kors tal-vjaġġ;
"importazzjoni", bil-varjazzjonijiet grammatikali tagħha u bl-
espressjonijiet imnisslin minnha, rigward Malta, tfisser iġġib jew
iġġiegħel li jinġieb f’Malta, bl-ajru jew bil-baħar, xort’oħra milli
fil-kors tal-vjaġġ;
"fil-kors tal-vjaġġ" ifisser meħuda jew mibgħuta minn pajjiż u
miġjuba f’Malta bl-ajru jew bil-baħar (sew jekk tiġi żbarkata jew
trasbordata f’Malta jew le) bl-iskop biss li tiġi meħuda f’pajjiż
ieħor bl-istess mezz ta’ trasport jew b’mezz ieħor;
"mediċina perikoluża" tfisser mediċina li għaliha tgħodd it-
Taqsima IV ta’ din l-Ordinanza, u tikkomprendi oppju mhux
maħdum, weraq tal-koka, qanneb Indjan, u l-preparati kollha li
tagħhom hija bażi r-raża meħuda mill-qanneb Indjan, u, għall-
finijiet ta’ l-artikoli 15, 16, 17 u 18, tikkomprendi wkoll ir-raża
meħuda mill-qanneb Indjan;
"mezz ta’ trasport" jikkomprendi bastiment, ajruplan u kull mezz
ieħor ta’ trasport li bih oġġetti jistgħu jinġiebu f’Malta jew
  8      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
jittieħdu minn Malta.
Esportazzjoni ta’ 
mediċini 
perikolużi. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XXIII. 1980.8;
VI. 1994.5.
13. (1) Meta jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ importazzjoni
maħruġ regolarment mill-awtorità  kompetenti ta’ pajjiż, it-Tabib
Prinċipali tal-Gvern jista’ jagħti awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni
fil-Formula B tat-Tieni Skeda li hawn ma’ din l-Ordinanza dwar
mediċina msemmija fiċ-ċertifikat ta’ importazzjoni lill-persuna
msemmija f’dak iċ-ċertifikat bħala l-esportatur, u li, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, tista’ mill-bqija, skond il-liġi,
tesporta dik il-mediċina minn Malta. L-awtorizzazzjoni ta’
esportazzjoni għandha tiġi magħmula fi tliet kopji u tnejn minn
dawn il-kopji għandhom jingħataw lill-esportatur, u dan għandu
jibgħat waħda minnhom flimkien mal-mediċina li għaliha
tirriferixxi, meta din il-mediċina tiġi esportata. It-Tabib Prinċipali
tal-Gvern, għandu jibgħat it-tielet kopja direttament lill-awtorità
kompetenti tal-pajjiż ta’ l-aħħar destinazzjoni. Bla ħsara tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, huwa mħolli
għal kollox fil-każijiet kollha fid-diskrezzjoni tat-Tabib Prinċipali
tal-Gvern jekk jagħtix jew jirrifjutax awtorizzazzjoni ta’
esportazzjoni, kif jidhirlu sewwa.
(2) Ebda mediċina perikoluża ma tista’ tiġi esportata minn
Malta jekk min jibgħata ma jkollux awtorizzazzjoni ta’
esportazzjoni valida u li tkun għadha sseħħ dwar dik il-mediċina,
mogħtija taħt din l-Ordinanza.
(3) Fil-waqt ta’ l-esportazzjoni ta’ mediċina perikoluża l-
esportatur għandu jippreżenta lill-Kontrullur tad-Dwana l-mediċina
perikoluża, l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni dwarha, u dawk il-
provi l-oħra li l-Kontrullur tad-Dwana jitlob biex ikun żgur li l-
mediċina sejra tiġi esportata skond il-liġi għall-post imsemmi fl-
awtorizzazzjoni li tirriferixxi għaliha u lill-persuna msemmija fl-
istess awtorizzazzjoni.
Importazzjoni ta’ 
mediċini 
perikolużi. 
Emendat: 
XXIII. 1980.8;
VI. 1994.6.
14. (1) It-Tabib Prinċipali tal-Gvern jista’ jagħti
awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni fil-Formula Ċ tat-Tieni Skeda li
hawn ma’ din l-Ordinanza għall-importazzjoni f’Malta tal-mediċini
perikolużi speċifikati fiha, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu
sewwa, lill-persuna li tista’ skond il-liġi timporta dawk il-mediċini.
(2) Meta tiġi maħruġa awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni taħt
is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, it-Tabib Prinċipali tal-Gvern
joħroġ ukoll, dwar il-mediċina perikoluża li tkun sejra tiġi
importata, ċertifikat ta’ importazzjoni (Formula A) li għandu jiġi
mibgħut mill-persuna li tkun sejra timporta lill-persuna li minn
għandha l-mediċina tkun sejra tiġi akkwistata. Meta l-importatur, li
lilu tkun ġiet mogħtija awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni taħt dan l-
artikolu jkun irid jimporta l-mediċina jew il-mediċini li għalihom
dik l-awtorizzazzjoni tirriferixxi, f’iżjed minn partita waħda, jiġi
mogħti lilu ċertifikat ta’ importazzjoni separat għall kull partita.
(3) Ebda mediċina perikoluża ma tista’ tiġi importata f’Malta
jekk il-persuna li lilha l-mediċina tiġi mibgħuta ma jkolliex
awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni valida u li tkun għadha sseħħ
mogħtija taħt dan l-artikolu.
(4) Kull mediċina perikoluża importata f’Malta għandu jkollha
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    9
magħha awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni valida u li tkun għadha
sseħħ jew ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni.
Mediċini 
perikolużi fil-kors 
tal-vjaġġ. 
Emendat: 
XVI. 1960.3;
VI. 1994.7.
15. (1) Ħadd ma jista’ jġib f’Malta mediċina perikoluża li
tkun fil-kors tal-vjaġġ ħlief jekk - 
(a) il-mediċina tkun fil-kors tal-vjaġġ minn pajjiż li minnu
tista’ tiġi skond il-liġi esportata għal pajjiż ieħor illi
fih dik il-mediċina tista’ tiġi skond il-liġi importata; u
(b) ikollha magħha awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jew
ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni, skond il-każ, li
jkunu validi u għadhom iseħħu.
(2) Meta l-mediċina perikoluża li tkun fil-kors tal-vjaġġ ikollha
magħha awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ tibdil
ta’ destinazzjoni u Kontrullur tad-Dwana jkollu raġunijiet sabiex
jaħseb li dik l-awtorizzazzjoni jew dak iċ-ċertifikat huma foloz, jew
li ġew meħuda b’qerq jew b’wiri doluż ta’ ħaġa b’oħra dwar xi
partikolarità  ta’ importanza, il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jaqbad
u jżomm il-mediċina li għaliha l-awtorizzazzjoni jew iċ-ċertifikat
jirriferixxu. Kif ikun sodisfatt li l-awtorizzazzjoni jew iċ-ċertifikat
huma validi jew li ma ġewx meħuda b’qerq jew b’wiri ta’ ħaġa
b’oħra kif jingħad hawn fuq, il-Kontrullur tad-Dwana jillibera l-
mediċina.
(3) Meta mediċina perikoluża miġjuba f’Malta fil-kors tal-
vjaġġ titniżżel l-art, jew tiġi trasbordata f’Malta, hija tibqa’ taħt il-
kontroll tal-Kontrullur tad-Dwana u ma tistax titwarrab mill-post
fejn tkun ħlief taħt u skond il-liċenza tal-ġarr mogħtija taħt l-
artikolu 16 ta’ din l-Ordinanza.
(4) Xejn f’dan l-artikolu m’għandu jitqies li jgħodd għal
mediċina perikoluża li tkun fil-kors tal-vjaġġ bl-ajru jekk l-ajruplan
igħaddi minn fuq Malta mingħajr ma jinżel l-art, jew għal
kwantitajiet ta’ mediċini perikolużi li jkunu raġonevolment
jagħmlu parti bona fide mill-provvista mediċinali tal-bastiment jew
ta’ l-ajruplan.
Projbizzjoni 
ġenerali fuq l-
importazzjoni u l-
esportazzjoni ta’ 
mediċini 
perikolużi. 
Miżjud:
VI.1994.8.
15A. (1) Ħadd ma jista’ jimporta jew jesporta, jew iġiegħel li
tiġi importata jew esportata, jew jagħmel xi ħaġa biex tkun tista’
tiġi importata jew esportata, mediċina perikoluża f’Malta jew minn
Malta ħlief taħt u skond id- disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kliem "importazzjoni" u
"esportazzjoni" u l-varjazzjonijiet grammatikali tagħhom u l-
espressjonijiet imnisslin minnhom għandu jkollhom it-tifsir mogħti
lilhom fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 2 ta’ din l-Ordinanza.
Liċenzi tal-ġarr. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XXIII. 1980.8;
VI. 1994.9.
16. (1) Ħadd ma jista’ - 
(a) iniżżel mediċina perikoluża mill-mezz ta’ trasport li
bih tkun inġiebet f’Malta fil-kors tal-vjaġġ; jew
(b) b’xi mod iwarrab minn postha mediċina perikoluża
f’Malta, f’xi żmien wara li tkun tniżżlet minn dak il-
mezz ta’ trasport,
ħlief taħt u skond liċenza (fil-Formula D tat-Tieni Skeda li ħawn
  10      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
ma’ din l-Ordinanza u f’din l-Ordinanza msejħa "liċenza tal-ġarr")
maħruġa mill-Kontrullur tad-Dwana. F’kull każ ikun għal kollox
imħolli fid-diskrezzjoni tal-Kontrullur tad-Dwana jekk jagħtix jew
jiċħadx li jagħti liċenza tal-ġarr, kif jidhirlu sewwa.
(2) Ebda liċenza tal-ġarr għalbiex xi mediċina tiġi meħuda fuq
mezz ta’ trasport sabiex tintbagħat barra minn Malta ma tiġi
maħruġa ħlief meta jinġiebu lill-Kontrullur tad-Dwana
awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jew ċertifikat ta’ tibdil ta’
destinazzjoni validi u li jkunu għadhom iseħħu. 
Il-mediċini 
m’ghandhomx 
jintmissu. 
Emendat: 
XVI. 1960.3. 
17. Ħadd ma jista’ jġiegħel li mediċina perikoluża li tkun fil-
kors tal-vjaġġ tiġi mgħoddija minn proċess li jbiddel ix-xorta
tagħha, jew volontarjament jiftaħ jew jikser pakkett li jkun fih
mediċina perikoluża li tkun fil-kors tal-vjaġġ ħlief taħt l-
istruzzjonijiet tal-Kontrullur tad-Dwana u b’dak il-mod li hu
jordna.
Tibdil ta’ 
destinazzjoni ta’ 
mediċini 
perikolużi. 
Emendat: 
XXIII. 1980.8;
VI. 1994.10.
18. (1) Ħadd ma jista’, ħlief bis-saħħa ta’ ċertifikat ta’ tibdil
ta’ destinazzjoni fil-Formula E li hemm fit-Tieni Skeda ma’ din l-
Ordinanza, iġiegħel jew jagħmel b’mod li mediċina perikoluża
miġjuba f’Malta fil-kors tal-vjaġġ tiġi diretta għal destinazzjoni
oħra minn dik li għaliha kienet oriġinarjament mibgħuta. Fil-każ ta’
mediċina fil-kors tal-vjaġġ akkumpanjata b’awtorizzazzjoni ta’
esportazzjoni jew b’ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni maħruġin
minn awtorità  kompetenti ta’ pajjiż ieħor, il-pajjiż li għalih il-
mediċina kienet ġiet oriġinarjament mibgħuta jitqies li hu l-pajjiż li
fl-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni jew fiċ-ċertifikat ta’ tibdil ta’
destinazzjoni jkun imsemmi bħala l-pajjiż ta’ destinazzjoni.
 (2) Huwa mħolli għal kollox fid-diskrezzjoni tat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern li jagħti ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni
għal mediċina perikoluża fil-kors tal-vjaġġ meta jinġieb lilu
ċertifikat ta’ importazzjoni validu u li jkun għadu jseħħ magħruġ
minn awtorità  kompetenti fil-pajjiż li għalih wieħed ikun irid
ibiddel id-destinazzjoni tal-mediċina, jew meta tinġieb lilu prova li
tista’ tiżgurah li l-mediċina sejra tintbagħat skond il-liġi u għal
skop tajjeb.
(3) Iċ-ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni għandu jiġi maħruġ
f’żewġ kopji: kopja minnhom għandha takkumpanja l-mediċina
meta tiġi esportata minn Malta u l-kopja l-oħra għandha tiġi
mibgħuta mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern direttament lill-awtorità
kompetenti fil-pajjiż li għalih il-merkanzija tkun biddlet id-
destinazzjoni.
(4) Meta jinħareġ ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni, it-Tabib
Prinċipali tal-Gvern iżomm għandu l-awtorizzazzjoni ta’
esportazzjoni jew iċ-ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni (jekk ikun
hemm) li jkunu jakkumpanjaw il-mediċina meta tasal f’Malta u
jibgħathom lura lill-awtorità  li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni ta’
esportazzjoni jew iċ-ċertifikat ta’ tibdil ta’ destinazzjoni flimkien
ma’ notifika ta’ l-isem tal-pajjiż li għalih dik il-mediċina tkun
biddlet id-destinazzjoni.
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    11
Setgħa tat-Tabib 
Prinċipali tal 
Gvern.
19. Is-setgħat li jistgħu jiġu eżerċitati u d-dmirijiet li
għandhom jiġu esegwiti mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern taħt din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza jistgħu jiġu eżerċitati u għandhom jiġu
esegwiti, fl-assenza tiegħu, mill-uffiċjal li jagħmel floku.
TAQSIMA VI 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Liċenzi. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
20. Il-liċenzi, permessi, jew awtorizzazzjonijiet, għall-finijiet
ta’ din l-Ordinanza, minn barra t-Taqsima V tagħha, jistgħu
jinħarġu jew jingħataw mill-persuna, bil-pattijiet u taħt il-
kondizzjonijiet (kompriż fil-każ ta’ liċenza l-ħlas ta’ dritt) li l-
Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jistabbilixxi
b’regolamenti.
Setgħa għall-
ispezzjoni u qbid.
Emendat:
XXIII. 1980.4.
21. (1) Kull uffiċjal tal-Pulizija ta’ grad mhux anqas minn dak
ta’ sotto-spettur jista’, għall-finijiet ta’ l-esekuzzjoni ta’ din l-
Ordinanza, jidħol fil-post ta’ kull persuna li tinnegozja bħala
produttur, fabbrikant, bejjiegħ jew distributur ta’ mediċini li
għalihom tgħodd din l-Ordinanza u jitlob li jinġiebu lilu u
jispezzjona l-kotba jew dokumenti dwar l-operazzjonijiet f’dawk il-
mediċini kif ukoll jista’ jispezzjona l-mediċini li dik il-persuna
jkollha fi stock.
(2) Kull min volontarjament idewwem jew ifixkel persuna waqt
l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha taħt dan l-artikolu jew ma jurix jew
jaħbi jew jittenta jaħbi kotba, merkanzija fi stock, mediċini jew
dokumenti hawn fuq imsemmija, ikun ħati ta’ reat kontra din l-
Ordinanza.
Reati u pieni.
Emendat: 
XLVIII. 1975.2; 
XXIII. 1980.5; 
VIII. 1986.2; 
VIII. 1990.3;
VI. 1994.11.
XVI. 1996.2;
II. 1998.8;
VI. 2000.2.
22. (1) Kull min - 
(a) jikser jew jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza; jew 
(b) jikser jew jonqos li jesegwixxi l-kondizzjonijiet ta’
liċenza jew permess maħruġin jew ta’ awtorizzazzjoni
mogħtija taħt jew skond din l-Ordinanza; jew
(ċ) sabiex jottjeni, għalih jew għal ħaddieħor, il-ħruġ, il-
konċessjoni jew it-tiġdid ta’ liċenza, permess jew
awtorizzazzjoni kif jingħad hawn fuq, jagħmel
dikjarazzjoni jew rapport li jkunu foloz f’xi
partikolarità , jew xjentement jagħti, jipproduċi jew
jagħmel użu minn dikjarazzjoni jew rapport jew
dokument li jkun fihom partikolarità  falza; jew
(d) f’Malta jgħin, iħajjar, jagħti parir jew ifittex biex jiġi
magħmul f’post barra minn Malta reat li għalih hemm
piena skond id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi
korrispondenti li tkun isseħħ f’dak il-post, jew jassoċja
ruħu ma’ xi persuna jew persuni oħra f’Malta sabiex
jagħmel tali reat, jew jagħmel xi ħaġa biex iħejji jew
jiffaċilita xi att li, li kieku jsir f’Malta ikun reat kontra
  12      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
din l-Ordinanza; jew
(e) tkun ċittadin ta’ Malta jew resident permanenti
f’Malta, li f’xi post barra minn Malta jagħmel xi ħaġa
li jekk issir f’Malta tikkostitwixxi reat ta’ bejgħ jew
traffikar ta’ mediċina kontra din l-Ordinanza jew reat
taħt il-paragrafu (f) ta’ dan is-subartikolu; jew
(f) jassoċja ruħu ma’ xi persuna jew persuni oħra f’Malta
jew barra minn Malta sabiex ibigħ jew jittraffika
mediċina f’Malta kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, jew li jippromovi, jikkostitwixxi,
jorganizza jew jiffinanzja l-assoċjazzjoni,
ikun ħati ta’ reat kontra din l-Ordinanza.
Kap. 217.
Għall-finijiet tal-paragrafu (e) ta’ dan is-subartikolu, l-
espressjoni "resident permanenti" tfisser persuna li favur tagħha
jkun inħareġ permess ta’ residenza skond id-disposizzjonijiet li
jinsabu fl-artikolu 7 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni.
(lA) L-assoċjazzjoni ta’ persuni msemmija fil-paragrafi (d) u (f)
tas-subartikolu preċedenti teżisti malli jiġu kkumbinati jew
miftehma l-mezzi, ikunu li jkunu, li bihom dawk il-persuni
għandhom jimxu.
(1B) Għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza l-kelma "jittraffika" (bil-
varjazzjonijiet grammatikali u bl-espressjonijiet imnisslin minnha)
b’riferenza għal traffikar f’mediċina, tinkludi l-koltivazzjoni, l-
importazzjoni f’dawk iċ-ċirkostanzi li l-Qorti tkun sodisfatta li dik
l-importazzjoni ma kinietx għall-użu esklussiv tal-ħati, il-
manifattura, l-esportazzjoni, id-distribuzzjoni, il-produzzjoni, l-
amministrazzjoni, il-provvista, li wieħed joffri li jagħmel xi wieħed
minn dawn l-atti, u l-għoti ta’ informazzjoni intiża biex twassal
għax-xiri ta’ tali mediċina bi ksur ta’ din l-Ordinanza:
Kap. 446.
Kap. 9.
Iżda dil-każ ta’ importazzjoni f’dawk iċ-ċirkostanzi li l-
Qorti tkun sodisfatta li dik l-importazzjoni kienet għall-użu
esklussiv tal-ħati, id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation
kif ukoll l-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali, ma jgħoddux.
(1Ċ) (a)Persuna tkun ukoll ħatja ta’ reat kontra din l-Ordinanza
jekk tuża, tittrasferixxi l-pussess ta’, tibgħat jew tikkonsenja lil xi
persuna jew post, takkwista, tirċievi, iżżomm, tittrasporta,
tittrasmetti, toltera, tiddisponi minn jew b’xi mod ieħor tinnegozja,
bi kwalunkwe mod jew bi kwalunkwe mezz, xi flus, proprjetà
(kemm jekk mobbli jew immobbli) jew xi rikavat minn dawk il-flus
jew minn dik il-proprjetà  bil-ħsieb li taħbi jew tikkonverti dawk il-
flus jew dik il-proprjetà  jew dak ir-rikavat u tkun taf jew ikollha
suspett li dawk il-flus jew proprjetà  kollha jew parti minnhom, jew
dak ir-rikavat kollu jew parti minnu, ikunu ġew miksuba jew
riċevuti, direttament jew indirettament, bħala riżultat ta’ -
(i) l-għemil ta’ reat imsemmi fis-subartikolu (1) jew
fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (1D) jew fis-
subartikolu (1E); jew
(ii) xi att ta’ kommissjoni jew ommissjoni f’xi post
barra minn dawn il-Gżejjer li jekk isir f’dawn il-
Gżejjer ikun jikkostitwixxi reat taħt is-
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    13
subartikolu (1) jew il-paragrafu (a) tas-
subartikolu (1D).
(b) Fi proċedimenti għal reat taħt il-paragrafu (a) ta’ dan s-
subartikolu, meta l-prosekuzzjoni ġġib prova li l-imputat jew
akkużat ma jkun ta ebda spjegazzjoni raġonevoli li turi li dawk il-
flus, proprjetà  jew rikavat ma kenux flus, proprjetà  jew rikavat kif
deskritti fl-imsemmi paragrafu, l-oneru li jipprova l-provenjenza
leċita ta’ dawk il-flus, proprjetà  jew rikavat tkun tinkombi fuq il-
persuna imputata jew akkużata.
(1D) (a) Persuna tkun ukoll ħatja ta’ reat kontra din l-Ordinanza
jekk tbiegħ jew xort’oħra tittraffika f’sustanza msemmija fit-Tielet
Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza meta tkun taf jew ikollha
suspett illi s-sustanza tkun sejra tintuża fi jew għall-produzzjoni ta’
mediċina kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza; u t-tifsira
ta’ "jittraffika" fis-subartikolu (1B) għandha tapplika, mutatis
mutandis, għal dan is-subartikolu.
(b) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’ jagħmel
regolamenti biex jikkontrolla l-manifattura, il-bejgħ, il-pussess, id-
distribuzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ kull waħda
mis-sustanzi msemmija fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ din l-
Ordinanza u partikolarment, iżda mingħajr ħsara tas-setgħa
ġenerali hawn fuq imsemmija, għal kull wieħed mill-finijiet
imsemmija fil-paragrafi (a) sa (e) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
9, safejn ikun applikabbli, bir-riferenza għall-mediċini f’dawk il-
paragrafi mifhuma bħala riferenza għall-imsemmija sustanzi.
(1E) Persuna tkun ukoll ħatja ta’ reat kontra din l-Ordinanza
jekk timmanifattura, tittrasporta jew tqassam xi tagħmir jew
materjali meta tkun taf li dawn ikunu sejrin jintużaw għall-
koltivazzjoni, produzzjoni jew manifattura ta’ xi mediċina kontra
d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u kull għemil projbit taħt
dan is-subartikolu għandu għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza jitqies li
jkun jikkostitwixxi reat ta’ bejgħ jew traffikar ta’ mediċina kontra
din l-Ordinanza.
(1F) Kull persuna li tinżel Malta u jkollha fil-pussess tagħha xi
mediċina kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza tkun eżenti
minn kull responsabbiltà  kriminali jekk ikunu sodisfatti l-
kondizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1G) ta’ dan l-artikolu.
(1G) Il-kondizzjonijiet li għalihom jagħmel riferenza s-
subartikolu (1F) ta’ dan l-artikolu huma dawn li ġejjin:
(a) il-persuna li jkollha l-pussess tal-mediċina ma tkunx
ordinarjament residenti f’Malta u tkun ġiet minn xi
post barra minn Malta;
(b) ma’ l-ewwel opportunità  wara li tinżel Malta dik il-
persuna tikkonsenja l-mediċina msemmija lil uffiċjal
tal-pulizija jew lil uffiċjal tad-dwana u tistqarr li l-
istess mediċina kienet għall-użu personali esklussiv
tagħha; u
(ċ) il-mediċina msemmija tkun fi kwantità  tali u tkun fil-
pussess ta’ dik il-persuna taħt ċirkostanzi tali li
raġonevolment iwasslu għall-inferenza li l-istess
  14      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
mediċina kienet destinata għall-użu personali
esklussiv ta’ dik il-persuna. 
(2) Kull persuna akkużata b’reat kontra din l-Ordinanza
għandha titressaq jew quddiem il-Qorti Kriminali jew quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex),
skond kif jordna l-Avukat Ġenerali, u jekk tinsab ħatja teħel, għal
kull reat -
(a) meta tinsab ħatja mill-Qorti Kriminali -
(i) meta r-reat ikun reat taħt l-artikolu 4 jew taħt il-
paragrafu (ċ) ta’ l-artikolu 8 jew ikun jikkonsisti
fil-bejgħ jew traffikar ta’ mediċina bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ikun
reat taħt il-paragrafu (f) tas-subartikolu (1), jew
ikun reat ta’ pussess ta’ mediċina, bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, taħt tali
ċirkostanzi li l-qorti tkun sodisfatta li dak il-
pussess ma kienx għall-użu esklussiv tal-ħati,
jew ikun reat imsemmi fis-subartikolu (1Ċ) jew
(1D) jew (1E), priġunerija għall-għomor: 
Iżda: 
(aa) meta l-qorti tkun tal-fehma li, meta
tqis l-età  tal-ħati, il-kondotta ta’ qabel
tal-ħati, il-kwantità  tal-mediċina u x-
xorta u l-kwantità  tat-tagħmir jew
materjali, jekk ikun il-każ, involuti fir-
reat u ċ-ċirkostanzi l-oħra kollha tar-
reat, il-piena ta’ priġunerija għall-
għomor ma tkunx dik xierqa; jew
(bb) meta l-verdett tal-ġuri ma jkunx
unanimu,
f’każijiet bħal dawn il-qorti tista’ tikkundanna
lill-persuna misjuba ħatja għall-piena ta’
priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn
erba’ snin iżda mhux iżjed minn tletin sena u
multa ta’ mhux inqas minn elf lira iżda mhux
iżjed minn ħamsin elf lira ; u
(ii) għal kull reat ieħor, priġunerija għal żmien ta’
mhux inqas minn tnax-il xahar iżda mhux iżjed
minn għaxar snin u multa ta’ mhux inqas minn
mitejn lira iżda mhux iżjed minn għaxart elef
lira; jew
(b) meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew
mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) -
(i) meta r-reat ikun reat taħt l-artikolu 4 jew taħt il-
paragrafu (ċ) ta’ l-artikolu 8 jew ikun jikkonsisti
fil-bejgħ jew traffikar ta’ mediċina bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ikun
reat taħt il-paragrafu (f) tas-subartikolu (1), jew
ikun reat ta’ pussess ta’ mediċina, bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, taħt tali
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    15
ċirkostanzi li l-qorti tkun sodisfatta li dak il-
pussess ma kienx għall-użu esklussiv tal-ħati,
jew ikun reat imsemmi fis-subartikoli (1Ċ) jew
(1D) jew (lE), priġunerija għal żmien mhux
inqas minn sitt xhur iżda mhux iżjed minn
għaxar snin u multa ta’ mhux inqas minn mitejn
lira iżda mhux iżjed minn ħamest elef lira; u
(ii) għal kull reat ieħor, priġunerija għal żmien ta’
mhux inqas minn tliet xhur iżda mhux iżjed
minn tnax-il xahar jew multa ta’ mhux inqas
minn mitejn lira iżda mhux iżjed minn elf lira
jew dik il-priġunerija u multa flimkien,
u f’kull każ li persuna tinsab ħatja ta’ reat kontra din l-
Ordinanza, l-oġġetti kollha li dwarhom ikun sar ir-reat
jiġu konfiskati favur il-Gvern, u kull oġġett hekk
konfiskat għandu, jekk il-qorti hekk tordna, jiġi
distrutt jew isir minnu xort’oħra kif jista’ jiġi provdut
fl-ordni:
Iżda, għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, meta l-persuna
akkużata ma tkunx għalqet l-età  ta’ sittax-il sena u kemm-il darba
ma tkunx akkużata flimkien ma’ persuna oħra li tkun għalqet l-età
ta’ sittax-il sena, kull riferenza għall-Qorti tal-Maġistrati (Malta)
jew għall-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) għandha tiftiehem bħala
riferenza għall-Qorti tal-Minorenni:
Iżda wkoll meta persuna tinsab ħatja kif provdut fis-
subparagrafu (i) tal-paragrafu (a) jew fis-subparagrafu (i) tal-
paragrafu (b) u r-reat ikun sar fi, jew ġewwa distanza ta’ mitt metru
mill-perimetru ta’, skola, club jew ċentru taż-żgħażagħ, jew xi post
ieħor simili fejn normalment jiltaqgħu iż-żgħażagħ, jew ir-reat ikun
jikkonsisti fil-bejgħ, fil-provvista, fl-amministrazzjoni jew f’li
wieħed joffri li jagħmel xi wieħed minn dawn l-atti, lil minuri, lil
mara tqila jew lil persuna li tkun qed issegwi programm ta’ kura
jew ta’ riabilitazzjoni mid-dipendenza mid-drogi, il-piena tiżdied bi
grad. 
(3) Meta reat kontra din l-Ordinanza li dwaru persuna tkun
instabet ħatja jkun, jew ikollu x’jaqsam ma’ koltivazzjoni ta’ pjanta
f’għalqa, ġnien jew xi post ieħor bħal dan, il-qorti għandha b’żieda
ma’ kull piena oħra tordna l-konfiska favur il-Gvern tal-proprjetà
kollha immobbli li fiha jkun sar ir-reat kif deskritt fl-att ta’ l-
akkuża jew fl-akkuża:
Iżda meta ebda waħda mill-persuni misjuba ħatja kif intqal
qabel ma tkun il-proprjetarju assolut jew komproprjetarju jew
proprjetarju suġġett għall-użufrutt tal-proprjetà  immobbli, u tkun
għand min jagħmel ir-reat b’xi titolu ieħor, kemm jekk reali jew
xort’oħra, il-qorti għandha tordna il- konfiska ta’ dak it-titolu favur
il-Gvern.
(3A) Meta reat kontra din l-Ordinanza li dwaru persuna tkun
instabet ħatja ikun xi wieħed mir-reati msemmija fis-subarikolu (1)
ta’ l-artikolu 24A il-qorti għandha, b’żieda ma’ kull piena oħra, fis-
sentenza tagħha jew f’kull żmien wara, fuq it-talba tal-
prosekuzzjoni - 
  16      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
(a) meta xi proprjetà  immobbli, f’Malta jew f’xi post barra
minn Malta, tkun ġiet użata biex tinżamm jew tinħażen
jew biex tinbigħ jew tiġi traffikata, dik il-mediċina, kif
deskritt fl-att ta’ l-akkuża jew fl-akkuża, tordna l-
konfiska favur il-Gvern ta’ kull dritt reali li l-ħati
jkollu fuq dik il-proprjetà  immobbli;
(b) meta l-ħati ma jkunx is-sid assolut iżda jkollu xi titolu
reali ieħor fuq il-proprjetà  immobbli, jew ikollu titolu,
barra minn titolu reali, li bis-saħħa tiegħu jkollu l-
kontroll ta’ dik il-proprjetà  jew dritt għal aċċess
għaliha, il-qorti għandha tordna lill-ħati li jħallas
multa ta’ mhux inqas minn ħamest elef lira iżda mhux
iżjed minn tletin elf lira kif il-qorti tistabbilixxi wara li
tqis il-valur tal-proprjetà  immobbli u l-valur tat-titolu
reali fuqu, jekk ikun hemm, li jkun konfiskat kif intqal
qabel;
Kap. 9. 
Kap. 37.
(ċ)bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali u
ta’ l-Ordinanza tad-Dwana, tagħmel ordni li bih id-
disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) u (b) ta’ dan is-
subartikolu jiġu applikati mutatis mutandis għal jew
dwar xi biċċa tal-baħar jew vettura, f’Malta jew f’xi
post barra minn Malta, wżata biex tinżamm jew
tinħażen, jew biex tinbigħ jew tiġi traffikata dik il-
mediċina; u
(d) tordna l-konfiska favur il-Gvern ta’ kull flejjes jew
proprjetà  mobbli oħra, u tal-proprjetà  immobbli kollha
tal-persuna hekk misjuba ħatja wkoll jekk il-proprjetà
immobbli minn meta l-ħati jkun ġie akkużat tkun
għaddiet għand terzi persuni, u anke jekk l-imsemmija
flejjes, proprjetà  mobbli jew proprjetà  immobbli jkunu
qegħdin f’xi post barra minn Malta.
(4) Ebda persuna li tinsab ħatja ta’ reat minħabba li tkun kisret
jew naqset li tħares ir-regolamenti magħmulin taħt din l-Ordinanza
dwar il-kotba li għandhom jinżammu, jew il-għoti jew is-servizz ta’
riċetti b’mediċini li għalihom tgħodd din l-Ordinanza, ma tista’ tiġi
ikkundannata għal priġunerija mingħajr ma tingħata lilha l-fakultà
li tista’ minflok tħallas multa, jew għall-ħlas ta’ multa ta’ iżjed
minn ħamsin lira, jekk il-qorti li tisma’ l-każ tkun sodisfatta illi r-
reat sar minħabba nuqqas ta’ attenzjoni u ma kienx preparatorju
għal reat ieħor li sar jew li kien sejjer isir kontra din l-Ordinanza u
lanqas sar fil-kors ta’ reat ieħor u lanqas m’għandu x’jaqsam ma’
reat ieħor li sar jew li kien sejjer isir kontra din l-Ordinanza.
(5) Kull min jittenta jagħmel reat kontra din l-Ordinanza, jew
iħajjar jew iġiegħel persuna oħra tagħmel dak ir-reat, jeħel, meta
jinsab ħati, mingħajr preġudizzju ta’ kull responsabbiltà  oħra, l-
istess piena u konfiska daqs li kieku ikkommetta reat taħt din l-
Ordinanza.
Kap. 31.
(6) Meta reat li dwaru persuna tinsab ħatja taħt din l-Ordinanza
jkun jikkonsisti fil-produzzjoni, il-bejgħ jew traffikar ieħor
f’mediċina msemmija f’din l-Ordinanza, u dik il-persuna jew
ikollha liċenza taħt din l-Ordinanza jew taħt l-Ordinanza dwar il-
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    17
Professjoni Medika jew il-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha, jew ikollha warrant maħruġ taħt dik l-Ordinanza biex
teżerċita professjoni, jew xogħol jew sengħa, jew ir-reat isir f’post
li dwaru jkun hemm liċenza taħt din l-Ordinanza jew taħt l-
Ordinanza qabel imsemmija, il-qorti għandha, fuq it-talba tal-
prosekuzzjoni u b’żieda ma’ kull piena oħra, tordna r-revoka ta’ dik
il-liċenza jew ta’ dak il-warrant u malli jkun sar dak l-ordni kull
liċenza bħal dik jew warrant bħal dak għandu jieqaf milli jkollu
effett għall-finijiet kollha tal-liġi u b’mod partikolari għall-finijiet
ta’ din l-Ordinanza u ta’ l-Ordinanza msemmija qabel.
 
Kap. 12.
(7) Kull deċiżjoni kif imsemmija fis-subartikoli (3) u (3A) li
tordna l-konfiska ta’ proprjetà  immobbli jew ta’ xi titolu ta’ dik il-
proprjetà  għandha titqies li hi u għandha tiġi esegwita bħal
sentenza ċivili li titrasferixxi dak it-titolu favur il-Gvern, u l-
Avukat Ġenerali għandu, għall-finijiet ta’ l-artikolu 239 tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jitqies li hu l-parti
nteressata li tista’ tikseb ir-reġistrazzjoni ta’ dak it-trasferiment.
Kap. 446.
(8) Meta jirriżulta lill-qorti li l-ħati, li ma jkunx persuna li tkun
instabet ħatja ta’ reat kif hemm imsemmi fis-subparagrafu (i) tal-
paragrafu (a) jew fis-subparagrafu (i) tal-paragrafu (b) tas-
subartikolu (2), ikun jinħtieġ kura u għajnuna għar-rijabilitazzjoni
tiegħu mid-dipendenza fuq xi mediċina perikoluża (kif imfissra fl-
artikolu 12), il-qorti tista’, minflok ma tapplika xi waħda mill-pieni
provduti fis-subartikoli ta’ qabel dan, tqiegħed lill-ħati fuq
probation skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation,
hekk iżda li dak l-ordni ta’ probation jista’ jsir minkejja li l-ħati, li
jkun għalaq l-erbatax il-sena, ma jkunx wera r-rieda tiegħu li jħares
il-ħtiġiet ta’ l-ordni kif provdut fl-artikolu 7 ta’ dak l-Att.
Kap. 9. 
Kap. 446.
(9) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 21 u 28A tal-Kodiċi
Kriminali u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
jkunux applikabbli dwar xi persuna misjuba ħatja ta’ reat kif
imsemmi fis-subparagrafu (i) tal-paragrafu (a) jew fis-subparagrafu
(i) tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (2).
(10) Meta, fil-każ ta’ persuna misjuba ħatja ta’ reat imsemmi
fis-subartikolu (9), il-qorti tkun sodisfatta li dik il-persuna tkun
teħtieġ kura għar-rijabilitazzjoni tagħha mid-dipendenza fuq xi
mediċina perikoluża (kif imfissra fl-artikolu 12) u -
(a) il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika
jiċċertifika bil-miktub li dik il-kura tista’ tingħata fil-
ħabs u
(b) il-persuna hekk misjuba ħatja taqbel li toqgħod għal
dik il-kura,
il-qorti tista’, fl-għoti tas-sentenza, tordna li l-persuna tingħatalha
dik il-kura fil-ħabs (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ordni
għal kura") għal dak il-perijodu ta’ żmien (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "il-perijodu ta’ kura") li jiġi speċifikat fl-ordni
(li ma jkunx itwal mill-perijodu ta’ żmien, kif imnaqqas skond dan
is-subartikolu, li l-persuna misjuba ħatja jkollha tiskonta fil-ħabs) u
l-piena ta’ priġunerija li, kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’
dan is-subartikolu,  kienet tingħata (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejħa "il-piena oriġinali"), u li għandha tiġi espressament
  18      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
imsemmija fis-sentenza, għandha titnaqqas mill-qorti b’mhux iżjed
minn terz.
(11) Jekk matul il-perijodu ta’ kura, il-qorti li tkun għamlet l-
ordni għal kura tkun sodisfatta, fuq rikors ta’ l-Avukat Ġenerali, li
l-persuna li għaliha jirreferi l-ordni tkun, mingħajr raġuni valida (li
l-prova ta’ dan tinkombi fuq dik il-persuna), irrifjutat il-kura jew
tkun ġabet ruħha b’mod li tagħmel il-kura tagħha, jew dik ta’
priġunieri oħra, diffiċli jew ineffettiva, hija għandha tirrevoka dak
l-ordni u tordna li tiġi skontata l-piena oriġinali.
(12) Il-qorti li tkun għamlet l-ordni għal kura għandha, fuq
rikors magħmul f’kull żmien matul il-perijodu ta’ kura mill-
persuna li għaliha jirreferi l-ordni u li jkun jitlob ir-revoka ta’ dak
l-ordni, tirrevoka dak l-ordni u tordna li tiġi skontata l-piena
oriġinali.
(13) Il-qorti li tkun għamlet l-ordni għal kura tista’, fuq rikors
magħmul f’kull żmien matul il-perijodu ta’ kura mill-persuna li
għaliha jirreferi l-ordni jew mill-Avukat Ġenerali, tneħħi dak l-
ordni jekk tkun sodisfatta li l-kura ma tkunx aktar xierqa.
(14) Għall-finijiet tas-subartikoli (10) sa (13) -
(a) kull deċiżjoni tal-qorti li tirrevoka ordni għal kura u
tordna li għandha tiġi skontata l-piena oriġinali ma
tkunx suġġetta għal appell;
(b) meta ordni għal kura jiġi konfermat jew mibdul mill-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali, l-ordni għandu jitqies li
jkun sar mill-imsemmija qorti;
(ċ) ordni għal kura għandu, kemm-il darba ma jkunx ġie
revokat jew imneħħi jew ikun spiċċa milli jkollu seħħ
aktar kmieni, jispiċċa milli jkollu seħħ minn dak in-
nhar li tkun ġiet skontata jew maħfura l-piena ta’
priġunerija għar-reat li dwaru jkun sar l-ordni.
Iffriżar ta’ 
proprjetà  ta’ 
persuna akkużata. 
Miżjud: 
VIII. 1986.3.
Emendat:
VI. 2000.3.
22A. (1) Meta persuna tiġi akkużata taħt l-artikolu 22 ta’ din l-
Ordinanza, b’bejgħ jew bi traffikar ta’ mediċina jew bi
promozzjoni, kostituzzjoni, organizzazzjoni jew finanzjament ta’
assoċjazzjoni taħt il-paragrafu (f) tas-subartikolu (1) ta’ dak l-
artikolu jew bir-reat fis-subartikolu (1Ċ) ta’ l-istess artikolu, il-
qorti għandha fuq it-talba tal-prosekuzzjoni tagħmel ordni - 
(a) li jissekwestra f’idejn terzi persuni b’mod ġenerali l-
flejjes u l-proprjetà  mobbli kollha li jkunu dovuti lil
jew ikunu jmissu lill-akkużat jew ikunu proprjetà
tiegħu, u
(b)li jipprojbixxi lill-akkużat milli jittrasferixxi jew
xort’oħra jiddisponi minn xi proprjetà  mobbli jew
immobbli:
Iżda l-qorti għandha f’dak l-ordni tistabbilixxi xi flejjes
jistgħu jitħallsu lil jew jiġu riċevuti mill-akkużat fil-waqt li jkun
qed iseħħ dak l-ordni, fejn jiġu speċifikati l-għejjun, il-mod u
modalitajiet oħra ta’ ħlas, inklużi salarju, paga, pensjoni u
benefiċċji soċjali li jitħallsu lill-akkużat, sabiex huwa u l-familja
tiegħu jitħallilhom għixien deċenti f’ammont, fejn ikun hemm
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    19
mezzi biżżejjed, ta’ sitt elef lira fis-sena:
Iżda wkoll l-qorti tista’ barra minn dan - 
(a) tawtorizza l-ħlas ta’ djun li jkollhom jitħallsu mill-
akkużat lil kredituri bona fide u li jkunu saru qabel ma
jkun sar dak l-ordni; u
(b) għal raġuni tajba tawtorizza lill-akkużat biex
jittrasferixxi proprjetà  mobbli jew immobbli.
(2) Dak l-ordni għandu - 
(a) jibda jseħħ u jorbot lit-terzi persuni kollha
immedjatament malli jsir, u r-Reġistratur tal-Qorti
għandu jieħu ħsieb li avviż dwaru jiġi pubblikat
mingħajr dewmien fil-Gazzetta, u għandu jieħu ħsieb
ukoll li kopja tiegħu tiġi reġistrata fir-Reġistru
Pubbliku dwar proprjetà  immobbli, u
(b) jibqa’ jseħħ sakemm il-proċedimenti jkunu ġew deċiżi
b’mod finali u konklużiv, u fil-każ li persuna tinsab
ħatja, sakemm is-sentenza tkun ġiet esegwita.
(3) Il-qorti tista’ f’ċirkostanzi partikolari tibdel dak l-ordni, u
d-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel għandhom japplikaw
għal dak l-ordni kif hekk mibdul.
(4) Kull ordni bħal dak għandu jkun fiħ l-isem u l-kunjom ta’ l-
akkużat, il-professjoni, is-sengħa jew stat ieħor tiegħu, isem
missieru, isem ommu u kunjom ta’ xbubitha, post tat-twelid u post
ta’ residenza u n-numru tal-karta ta’ l-identità  tiegħu.
(5) Meta xi flus ikunu jew isiru dovuti lill-akkużat mingħand xi
persuna fil-waqt li dak l-ordni jkun fis-seħħ dawk il-flus
għandhom, sakemm ma jkunx ordnat xort’oħra f’dak l-ordni, jiġu
depożitati f’bank għall-kreditu ta’ l-akkużat.
(6) Meta dak l-ordni ma jibqax fis-seħħ kif provdut fil-
paragrafu (b) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu r-Reġistratur tal-
Qorti għandu jieħu ħsieb li avviż f’dak is-sens jiġi pubblikat fil-
Gazzetta, u għandu jirreġistra fir-Reġistru Pubbliku nota li tħassar
ir-reġistrazzjoni ta’ dak l-ordni.
Piena għall-ksur ta’ 
1-ordni tal-qorti. 
Miżjud: 
VIII. 1986.3.
Emendat:
VI. 1994.12.
22B. Kull persuna li tagħmel xi ħaġa bi ksur ta’ l-ordni tal-qorti
msemmi fl-artikolu 22A ta’ din l-Ordinanza tkun ħatja ta’ reat u
teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tnax-il xahar, jew
dik il-multa u priġunerija flimkien, u l-qorti tista’ tordna lill-
persuna hekk misjuba ħatja li tiddepożita f’bank għall-kreditu ta’ l-
akkużat l-ammont tal-flejjes jew il-valur ta’ proprjetà  mobbli oħra
mħallsa jew konsenjata bi ksur ta’ dak l-ordni tal-qorti.
  20      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
Ordni ta’ 
Sospensjoni.
Miżjud:
VI. 2000.4.
Kap. 31.
22B. bis (1) Meta persuna tiġi akkużata kif provdut fl-artikolu
22A(1) u dik il-persuna tkun persuna bħalma hemm imsemmi fl-
artikolu 22(6) jew tkun persuna li jkollha liċenza, permess jew
awtorità  lilha maħruġa minn awtorità  kompetenti fl-eżerċizzju jew
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eżerċizzju ta’ xi arti, sengħa, sejħa
jew xogħol ieħor u r-reat isir f’post li dwaru jkun hemm liċenza
maħruġa skond din l-Ordinanza, skond l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha, jew taħt xi liġi oħra, il-Qorti tista’, mingħajr preġudizzju
għal kull ordni oħra li tista’ tagħmel taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, fuq talba tal-prosekuzzjoni tagħmel ordni, hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa ''ordni ta’ sospensjoni'', li biha
tissospendi dik il-liċenza, dak il-permess jew dik l-awtorità .
(2) L-ordni ta’ sospensjoni għandha tibqa’ sseħħ għal matul iż-
żmien kollu tal-proċeduri sakemm tingħata l-aħħar sentenza.
(3) Persuna li tagħmel xi att li dwaru jkunu meħtieġa liċenzi,
permess jew awtorità,  dak il-permess jew dik l-awtorità  kienu
sospiżi bis-saħħa ta’ ordni ta’ sospensjoni, għandha titqies li tkun
hekk għamlet l-att mingħajr dik il-liċenza, dak il-permess jew dik l-
awtorità  meħtieġa.
Proċedimenti 
speċjali tal-qorti. 
Miżjud:
VIII. 1986.3. 
Emendat:
VI. 1994.13.
22Ċ. (1) Meta jkun sar ordni ta’ konfiska taħt il-paragrafu (d)
tas-subartikolu (3A) ta’ l-artikolu 22 ta’ din l-Ordinanza, il-persuna
misjuba ħatja, jew it-terza persuna msemmija f’dak il-paragrafu,
tista’ tibda azzjoni għal dikjarazzjoni li xi proprjetà  jew kull
proprjetà  mobbli jew immobbli hekk konfiskata ma tkunx profitti
jew dħul mill-egħmil ta’ xi reat taħt din l-Ordinanza (kemm jekk
ikun jew ma jkunx hekk aġġudikat minn qorti tal-ġustizzja
kriminali) lanqas proprjetà  akkwistata jew miksuba, direttament
jew indirettament, minn jew permezz ta’ xi profitti jew dħul bħal
dawk.
(2) Dik l-azzjoni għandha tinbeda b’rikors fil-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha s-
sentenza li tordna l-konfiska tkun saret finali u konklużiva.
(3) Ir-rikorrent għandu b’sustenn għat-talba tiegħu, jeħmeż
mar-rikors id-dokumenti kollha li hu jkun jista’ jipproduċi u
għandu jagħti fir-rikors tiegħu l-ismijiet tax-xhieda kollha li jkun bi
ħsiebu jġib, fejn igħid dwar kull wieħed il-prova li jkun bi ħsiebu
jagħmel.
(4) Il-qorti għandha, mingħajr dewmien, tqiegħed ir-rikors
għas-smigħ f’data kmieni, liema data m’għandha f’ebda każ tkun
iktar tard minn tletin jum mid-data tal-preżentata tar-rikors.
(5) Ir-rikors u l-avviż tad-data stabbilita għas-smigħ għandhom
jiġu notifikati lill-Kummissarju tal-Pulizija mingħajr dewmien, u l-
imsemmi Kummissarju għandu jippreżenta r-risposta tiegħu għar-
rikors fi żmien ħmistax-il jum wara d-data tan-notifika tar-rikors.
(6) Il-qorti għandha tisma’ r-rikors sat-tmiem fi żmien għoxrin
jum tax-xogħol mid-data stabbilita għas-smigħ oriġinali tar-rikors,
u ma jingħata ebda aġġornament ħlief jew bil-kunsens taż-żewġ
partijiet jew għal raġuni eċċezzjonali li tiġi reġistrata mill-qorti, u
dik id-data aġġornata ma tkunx aktar tard minn dak li hu ġustifikat
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    21
b’dik ir-raġuni.
Kap. 12.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili dwar il-proċedimenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili,
għandhom japplikaw dwar kull rikors bħal dak.
(8) Kull sentenza li tirrevoka l-konfiska ta’ proprjetà  immobbli
titqies li tittrasferixxi t-titolu ta’ dik il-proprjetà  lura mingħand il-
Gvern lill-parti li favur tagħha tingħata, u dik il-parti tkun tista’
tikseb ir-reġistrazzjoni ta’ dak it-trasferiment fir-Reġistru
Pubbliku.
Radd lura ta’ 
proprjetà  li ma 
tibqax konfiskata. 
Miżjud: 
VIII. 1986.3. 
22D. Meta l-qorti tilqa’ talba għal dikjarazzjoni kif provdut fis-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 22Ċ dwar proprjetà  konfiskata, dik il-
proprjetà  ma tibqax konfiskata u tintradd lura lir-rikorrent bis-
saħħa tas-sentenza meta din tkun finali u konklużiva, u ma’ dan ir-
rikorrent ikollu l-jedd li jieħu lura d-dħul riċevut mill-Gvern minn
dik il-proprjetà  matul il-perijodu tal-konfiska tagħha.
Distruzzjoni ta’ 
mediċini wara li 
jsir il-proċess 
verbal. 
Miżjud: 
VIII. 1986.4. 
Emendat:
VI. 1994.14.
22E. (1) Malli jinbdew il-proċedimenti taħt l-artikolu 22 ta’
din l-Ordinanza, il-mediċina li dwarha persuna tkun akkużata
għandha tiġi esebita materjalment fil-qorti, kemm jista’ jkun
possibbli, u segwita l-proċedura li ġejja.
(2) Il-qorti għandha tinnomina perit fotografiku biex jieħu
ritratti, kif indikat mill-qorti, tal-mediċina fl-oġġett li fih tkun
kontenuta, fil-pakki, fil-kolli jew f’reċipjenti tagħha, u għandha
wkoll tinnomina perit biex janalizza u jistabbilixxi l-kwantità , ix-
xorta u l-forma preċiżi u jagħti l-aktar deskrizzjoni eżatta tal-
mediċina, u biex jieħu kampjuni tagħha biex jinżamm bħala prova.
(3) Il-periti għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jippreżentaw
il-qorti u jikkonfermaw bil-ġurament rapport bil-miktub tal-
konklużjonijiet tagħhom, flimkien ma’ l-imsemmija ritratti u
kampjuni.
(4) Il-qorti, meta tkun sodisfatta b’dak ir-rapport jew b’dawk
ir-rapporti għandha tgħaddi biex il-mediċina, barra mill-kampjuni,
tiġi distrutta taħt is-sorveljanza tagħha u tagħmel proċess verbal.
(5) Il-proċess verbal jitqies li jkun sar b’mod regolari jekk ikun
fih deskrizzjoni qasira tal-mediċina, ikollu r-rapport jew ir-rapporti
tal-periti mehmużin miegħu u jkun iffirmat mill-qorti.
(6) Il-proċess verbal magħmul kif intqal qabel ikun prova tal-
kontenut tiegħu f’kull proċedimenti kriminali.
(7) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma għandhomx
japplikaw meta l-mediċina tkun diġà  ġiet fotografata u analizzata
minn periti nominati fil-kors ta’ l-inkjesta dwar l-in genere, kemm
il-darba l-qorti, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, ma tħossx il-
ħtieġa li l-mediċina terġa’ tiġi fotografata u analizzata.
(8) In-nuqqas ta’ xi kawtela jew formalità  msemmija f’dan l-
artikolu ma jkunx ta’ impediment li ssir il-prova, b’kull mod
permess bil-liġi, tal-fatti li dwarhom din il-kawtela jew formalità
tkun tirreferi.
  22      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
Tifsir tal-kelmiet 
"liġi 
korrispondenti". 
Sostitwit:
VI. 1994.15.
23. Għall-finijiet ta’ l-artikoli 22 u 30B, il-kelmiet "liġi
korrispondenti" ifissru liġi msemmija f’ċertifikat li jidher maħruġ
minn jew f’isem ta’ Gvern ta’ pajjiż barra minn Malta bħala liġi li
tipprovdi, kemm esklussivament jew xort’oħra, għall-kontroll jew
għar-regolament f’dak il-pajjiż tal-manifattura, bejgħ, użu, pussess,
trasferiment, esportazzjoni, importazzjoni, jew traffikar ta’
mediċini perikolużi, narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi; u kull
dikjarazzjoni f’dak iċ-ċertifikat dwar l-effett tal-liġi msemmija fiċ-
ċertifikat, jew kull dikjarazzjoni f’ċertifikat bħal dan illi ċerti fatti
huma reat kontra dik il-liġi, hija finali.
Setgħa ta’ arrest. 24. Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’ jarresta mingħajr mandat
kull persuna li tagħmel, jew tittenta tagħmel, jew li l-uffiċjal ikollu
raġun li jissuspetta li għamlet jew li ttentat tagħmel, reat kontra din
l-Ordinanza, jekk huwa jkollu raġunijiet biex jaħseb illi dik il-
persuna taħrab jekk ma tiġix arrestata, jew jekk huwa ma jkunx jaf
l-isem u l-indirizz tal-persuna, u ma jkollux mezz biex isir jafhom.
Setgħat 
addizijonali ta’ 
investigazzjoni. 
Miżjud:   
VI.1994.16. 
Emendat:  
XVI.1996.3;
VI.2000.5.
24A. (1) Meta, wara informazzjoni li tasallu, l-Avukat
Ġenerali jkollu raġuni biżżejjed biex jissuspetta li persuna
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-persuna suspettata"):
(a) tkun ħatja ta’ bejgħ jew traffikar ta’ xi mediċina kontra
d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jew
(b) tkun ħatja ta’ xi reat imsemmi fil-paragrafi (e) jew (f)
tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 22, jew 
(ċ) tkun ħatja ta’ reat imsemmi fil-paragrafu (d) tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 22 b’riferenza għal xi reat
imsemmi fil-paragrafi ta’ qabel dan ta’ dan is-
subartikolu, jew
(d) tkun ħatja ta’ reat imsemmi fis-subartikolu (1Ċ) ta’ l-
artikolu 22,
huwa jista’ jitlob lill-Qorti Kriminali għal ordni (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejjaħ "ordni ta’ investigazzjoni") biex persuna
(inkluż korp jew għaqda ta’ persuni, sew jekk persuna ġuridika jew
le) imsemmija fl-ordni li tidher li għandha fil-pussess tagħha
materjal partikolari jew materjal ta’ deskrizzjoni partikolari li
x’aktarx li jkun ta’ siwi sostanzjali (kemm jekk waħdu jew flimkien
ma’ materjal ieħor) għall-investigazzjoni ta’, jew in konnessjoni
ma’, il-persuna suspettata, turi jew tagħti aċċess għal dak il-
materjal lill-persuna jew persuni indikati fl-ordni; u l-persuna jew
persuni hekk indikati jkollhom, bis-saħħa ta’ l-ordni ta’
investigazzjoni, is-setgħa li jidħlu f’kull dar, bini jew reċint ieħor
sabiex jagħmlu tfittxija għal u jaqbdu dak il-materjal.
(2) Meta jkun sar jew ikun intalab ordni ta’ investigazzjoni,
kull min, meta jkun jaf jew ikollu suspett li tkun qed issir l-
investigazzjoni, jikxef xi ħaġa li tista’ tippreġudika l-imsemmija
investigazzjoni ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
mhux iżjed minn ħamest elef lira jew priġunerija għal mhux iżjed
minn tnax-il xahar, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda fi proċedimenti għal reat taħt dan is-subartikolu, l-
akkużat ikun jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova illi huwa ma kienx
jaf jew jissuspetta li l-kxif seta’ jippreġudika l-investigazzjoni.
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    23
(3) Ordni ta’ investigazzjoni:
Kap 9. 
Kap. 12.
(a) ma jagħti ebda jedd għall-produzzjoni ta’, aċċess għal,
jew tiftix għal komunikazzjonijiet bejn avukat jew
prokuratur legali u l-klijent tiegħu li fi proċedimenti
legali jkunu protetti kontra l-kxif bis-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 642 tal-Kodiċi Kriminali jew bis-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 588 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
(b) għandu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet
tal-paragrafu ta’ qabel dan, ikollu seħħ minkejja kull
obbligu dwar is-segretezza jew restrizzjoni fuq il-kxif
ta’ informazzjoni imposti minn kull liġi jew xort’oħra;
u
(ċ) jista’ jsir dwar materjal fil-pussess ta’ dipartiment tal-
gvern.
(4) Meta l-materjal li dwaru tkun tirreferi talba taħt is-
subartikolu (1) ikun jikkonsisti f’informazzjoni li tkun f’computer,
l-ordni ta’ investigazzjoni għandu jkollu seħħ bħala ordni għall-
produzzjoni tal-materjal, jew għall-għoti ta’ aċċess għal dak il-
materjal, f’għamla li wieħed jista’ jieħdu miegħu u li jkun viżibbli
u leġibbli.
(5) Kull persuna li, wara li tkun ġiet ordnata biex tipproduċi
jew tagħti aċċess għal materjal kif provdut fis-subartikolu (1),
mingħajr raġuni valida (li l-prova tagħha tkun tinkombi fuqha)
volontarjament tonqos jew tirrifjuta li tobdi dak l-ordni ta’
investigazzjoni, jew li volontarjament timpedixxi jew tostakola xi
tfittxija għal dak il-materjal, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew priġunerija
għal mhux iżjed minn tnax-il xahar, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(6) Flimkien ma’, jew separatament minn, talba għal ordni ta’
investigazzjoni, l-Avukat Ġenerali jista’, fiċ-ċirkostanzi msemmija
fil-paragrafi (a) sa (d) tas-subartikolu (1), jitlob lill-Qorti Kriminali
għal ordni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ordni ta’
sekwestru") -
(a) li jissekwestra f’idejn dawk il-persuni (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "is-sekwestratarji") li jkunu
msemmijin fit-talba l-flus u l-proprjetà  mobbli oħra
kollha li jkunu dovuti jew jgħajjtu jew jappartjenu lill-
persuna suspettata,
(b) li jordna lis-sekwestratarju biex jiddikjara bil-miktub
lill-Avukat Ġenerali, mhux aktar tard minn erba’ u
għoxrin siegħa mill-ħin tan-notifika ta’ l-ordni, ix-
xorta u l-provenjenza tal-flus u l-proprjetà  mobbli oħra
kollha hekk sekwestrati, u
(ċ) li jipprojbixxi lill-persuna suspettata milli tittrasferixxi
jew b’xi mod ieħor tiddisponi minn xi proprjetà
mobbli jew immobbli.
(6A) Meta jkun sar jew ikun intalab ordni ta’ sekwestru, kull
min, meta jkun jaf jew ikollu suspett li l-ordni ta’ sekwestru jkun
  24      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
hekk sar jew intalab, jikxef xi ħaġa li tista’ tippreġudika l-effikaċja
ta’ l-imsemmi ordni jew xi investigazzjoni konnessa miegħu ikun
ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn
ħamest elef lira jew priġunerija ta’ mhux iżjed minn tnax-il xahar,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda fi proċedimenti għal reat taħt dan is-subartikolu l-
akkużat ikun jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova illi huwa ma kienx
jaf jew jissuspetta li l-kxif seta’ jippreġudika l-investigazzjoni jew
l-effikaċja ta’ l-ordni ta’ sekwestru.
(7) Qabel ma tagħmel ordni ta’ investigazzjoni jew ordni ta’
sekwestru, il-qorti tista’ titlob li tisma’ lill-Avukat Ġenerali bil-
magħluq u ma tagħmilx dak l-ordni -
(a) kemm-il darba ma taqbilx ma’ l-Avukat Ġenerali li
hemm raġuni biżżejjed kif provdut fis-subartikolu (1);
u
(b) fil-każ ta’ ordni ta’ investigazzjoni, kemm-il darba l-
qorti ma tkunx sodisfatta li jkun hemm raġuni
biżżejjed biex wieħed jissuspetta li l-materjal li għalih
tirreferi t-talba -
(i) x’aktarx li jkun ta’ siwi sostanzjali (kemm jekk
waħdu jew flimkien ma’ materjal ieħor) għall-
investigazzjoni li għaliha tkun saret it-talba, u
(ii) ma jkunx jikkonsisti f’komunikazzjonijiet
imsem-mija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (3).
Kap. 12.
(8) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a), (b) u (e) tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 381 u tas-subartikolu (l) ta’ l-artikolu
382 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom
japplikaw, mutatis mutandis, għall-ordni ta’ sekwestru.
(9) Ordni ta’ sekwestru għandu jiġi notifikat lis-sekwestratarju
u lill-persuna suspettata minn uffiċjal tal-Pulizija Eżekuttiva li ma
jkunx taħt il-grad ta’ spettur.
(10) Kull persuna li tikser ordni ta’ sekwestru tkun ħatja ta’ reat
u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tnax-il xahar,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda meta r-reat ikun jikkonsisti fil-ħlas jew konsenja lil xi
persuna mis-sekwestratarju ta’ xi flus jew proprjetà  mobbli oħra
sekwestrata kif provdut fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (6) jew
ikun jikkonsisti fit-trasferiment jew tneħħija ta’ xi proprjetà  mobbli
jew immobbli mill-persuna suspettata bi ksur tal-paragrafu (ċ) tas-
subartikolu (6), il-multa għandha dejjem tkun mill-inqas id-doppju
tal-valur tal-flus jew proprjetà  in kwistjoni.
(11) Ordni ta’ sekwestru għandu, kemm-il darba ma jiġix
revokat aktar kmieni mill-Avukat Ġenerali b’avviż bil-miktub
notifikat lill-persuna suspettata u lis-sekwestratarju bil-mod
provdut fis-suhartikolu (9), jispiċċa milli jkollu seħħ ma’ egħluq
tletin jum mid-data li fiha jkun sar; u l-qorti ma tagħmilx ordni
ieħor ta’ sekwestru dwar dik il-persuna suspettata kemm-il darba
ma tkunx sodisfatta li hemm informazzjoni sostanzjalment ġdida
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    25
dwar xi atti msemmija fil-paragrafi (a) sa (d) tas-subartikolu (1):
Iżda l-imsemmi perijodu ta’ tletin jum għandu jitwaqqaf
għal dak iż-żmien li l-persuna suspettata tkun tinsab barra minn
dawn il-Gżejjer u l-Avukat Ġenerali javża b’dan il-fatt lis-
sekwestratarju b’avviż bil-miktub notifikat bil-mod provdut fis-
subartikolu (9).
(12) Waqt li tkun qed issir investigazzjoni ta’ reat kontra din l-
Ordinanza, il-Pulizija Esekuttiva tista’ titlob lil maġistrat biex
jisma’ bil-ġurament lil kull persuna li hija taħseb li għandha
informazzjoni dwar dak ir-reat; u l-maġistrat għandu minnufih
jisma’ lil dik il-persuna bil-ġurament.
Kap. 9.
(13) Għall-fini tas-smigħ bil-ġurament ta’ persuna kif provdut
fis-subartikolu (12) il-maġistrat ikollu l-istess setgħat li bil-liġi
għandha l-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) bħala qorti istruttorja kif ukoll is-setgħat imsemmija fl-
artikolu 554 tal-Kodiċi Kriminali; iżda dak is-smigħ għandu dejjem
isir bil-magħluq.
(14) Ebda qorti ma tista’ toħroġ mandat ta’ inibizzjoni għall-
waqfien ta’ l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ investigazzjoni, ta’
sekwestru jew ta’ sospensjoni.
Setgħat 
ta’investigazzjoni 
dwar reati fil-
kompetenza ta’ 
qrati barra minn 
Malta. 
Miżjud:
XVI.1996.4.
Emendat:
II. 1998.8.
24B. (1) Meta l-Avukat Ġenerali jirċievi talba magħmula minn
awtorità  ġudizzjarja jew prosekutriċi ta’ xi post barra minn Malta
sabiex isiru investigazzjonijiet f’Malta dwar persuna (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa "il-persuna suspettata") suspettata minn
dik l-awtorità  b’att jew ommissjoni li jekk isiru f’dawn il-Gżejjer,
jew f’ċirkostanzi korrispondenti, ikunu jikkostitwixxu xi wieħed
mir-reati msemmija fil-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d) tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 24A, l-Avukat Ġenerali jista’ jitlob lill-Qorti
Kriminali għal ordni ta’ investigazzjoni jew ordni ta’ sekwestru jew
għat-tnejn u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24A għandhom
mutatis mutandis japplikaw għal dik it-talba u għall-persuna
suspettata u għal kull ordni ta’ investigazzjoni jew ta’ sekwestru
magħmul mill-qorti bħala riżultat ta’ dik it-talba.
(2) Il-kliem "ordni ta’ investigazzjoni" fis-subartikoli (2) u (5)
ta’ l-istess artikolu 24A għandhom jinqraw u jiftiehmu bħala li
jinkludu ordni ta’ investigazzjoni magħmul taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu.
(3) Il-kliem "ordni ta’ sekwestru" fis-subartikolu (6A) ta’ l-
istess artikolu 24A għandhom jinqraw u jiftiehmu bħala li jinkludu
ordni ta’ sekwestru magħmul taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu.
Iffriżar ta’ 
proprjetà  ta’ 
persuna akkużata 
b’reati fil-
kompetenza ta’ 
qrati barra minn 
Malta.
Miżjud:
XVI.1996.4.
24Ċ. (1) Meta l-Avukat Ġenerali jirċievi talba magħmula minn
awtorità  ġudizzjarja jew prosekutriċi ta’ xi post barra minn Malta
għall-qbid temporanju ta’ kull jew xi flejjes jew proprjetà , mobbli
jew immobbli, ta’ persuna (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu msejħa "l-akkużat") imputata jew akkużata fi proċedimenti
quddiem il-qrati ta’ dak il-post b’reat li jkun jikkonsisti f’att jew
ommissjoni li jekk isiru f’dawn il-Gżejjer, jew f’ċikostanzi
korrispondenti, ikunu jikkostitwixxu xi wieħed mir-reati msemmija
  26      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
fil-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 24A,
l-Avukat Ġenerali jista’ jitlob lill-Qorti Kriminali għal ordni
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ordni ta’ iffriżar") li jkollu
l-istess effett bħal ordni kif imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 22A u d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu 22A
għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, japplikaw mutatis mutandis għal dak l-ordni.
(2) L-ewwel proviso tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 22A ma
għandux japplika għal ordni ta’ iffriżar magħmul taħt dan l-artikolu
ħlief jekk:
(a) l-akkużat ikun preżenti f’Malta fid-data li fiha jsir l-
ordni; jew
(b) l-Avukat Ġenerali jew xi persuna interessata oħra
preżenti f’Malta jitlob jew titlob lill-qorti, qabel jew
wara li jsir l-ordni, li jiġi applikat dak il-proviso
f’liema każ il-qorti għandha biss tapplika l-proviso
safejn tkun sodisfatta li jkun meħtieġ li jiġi applikat
dak il-proviso sabiex lill-akkużat u lill-familja tiegħu
jitħallilhom għixien deċenti.
(3) Fil-każ ta’ ordni ta’ iffriżar taħt dan l-artikolu jkun
biżżejjed li l-ordni jkun fih ta’ mill-anqas erbgħa mill-
partikolaritajiet imsemmija fis-subartikolu (4) ta’ l-artikolu 22A u
jista’ jkun fih ukoll kull partikolarità  oħra, inkluż in-numru tal-
passaport, ta’ l-akkużat li tkun utili għall-identifikazzjoni ta’ l-
akkużat.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), ordni
ta’ iffriżar taħt dan l-artikolu għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu
ta’ sitt xhur mid-data li fiha jsir iżda għandu jiġi mġedded mill-
qorti għal perijodi oħra ta’ sitt xhur fuq talba għal dak il-għan mill-
Avukat Ġenerali u wara li l-qorti tkun sodisfatta li:
(a) il-kondizzjonijiet li jkunu wasslu għall-għemil ta’ l-
ordni jkunu għadhom jeżistu; jew
(b) li l-akkużat ikun instab ħati ta’ reat kif imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu fil-proċedimenti
msemmija fl-istess subartikolu u ma tkunx ġiet
esegwita s-sentenza rigward l-akkużat f’dawk il-
proċedimenti jew ma jkunx ġie esegwit xi ordni ta’
konfiska konsegwenzjali jew aċċessorju għal dik is-
sentenza kemm jekk dak l-ordni jkun sar fi
proċedimenti ċivili jew kriminali:
Iżda meta l-akkużat ikun instab ħati kif imsemmi qabel iżda
ma jkun sar ebda ordni ta’ konfiska fis-sentenza dwar dik id-
dikjarazzjoni ta’ ħtija l-ordni ta’ iffriżar għandu madankollu jiġi
mġedded kif mitlub mill-Avukat Ġenerali meta l-qorti tkun
sodisfatta li l-proċedimenti ċivili jew kriminali għall-għemil ta’
ordni bħal dak ikunu pendenti jew imminenti.
(5) Kull ordni ta’ iffriżar taħt dan l-artikolu jista’ jiġi revokat
mill-qorti qabel jagħlaq il-perijodu stabbilit fis-subartikolu (4) ta’
dan l-artikolu:
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    27
(a) fuq it-talba ta’ l-Avukat Ġenerali; jew
(b) fuq it-talba ta’ xi persuna interessata u wara li tisma’
lill-Avukat Ġenerali meta l-qorti tkun sodisfatta:
(i) li l-kondizzjonijiet li jkunu wasslu għall-għemil
ta’ l-ordni ma jkunux għadhom jeżistu; jew
(ii) li kien hemm deċiżjoni finali fil-proċedimenti
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu li
bis-saħħa tagħha l-akkużat ma jkunx instab ħati
ta’ xi reat kif hemm imsemmi fl-istess
subartikolu.
(6) L-artikolu 22B għandu wkoll japplika għal kull persuna li
taġixxi bi ksur ta’ ordni ta’ iffriżar taħt dan l-artikolu.
Esekuzzjoni ta’ 
ordnijiet ta’ 
konfiska 
magħmulin minn 
qrati barra minn 
Malta wara 
kundanna għal 
reati fil-
kompetenza ta’ 
dawk il-qrati.
Miżjud:
XVI. 1996.4.
24D. (1) Ordni ta’ konfiska magħmul minn qorti barra minn
Malta jista’ jiġi esegwit f’Malta skond id-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ dan l-artikolu.
(2) Meta l-Avukat Ġenerali jirċievi talba magħmula minn
awtorità  ġudizzjarja jew prosekutriċi ta’ xi post barra minn Malta
għall-esekuzzjoni f’Malta ta’ ordni ta’ konfiska magħmul minn
qorti kompetenti f’dak il-post (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "ordni esteru ta’ konfiska") l-Avukat Ġenerali jista’ jibda
azzjoni fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili permezz ta’ rikors li fih
jitlob li tiġi ordnata l-esekuzzjoni f’Malta ta’ l-ordni esteru ta’
konfiska.
(3) L-Avukat Ġenerali għandu jehmeż mar-rikors kopja ta’ l-
ordni esteru ta’ konfiska rilevanti flimkien mad-dokumenti kollha li
huwa jkun jista’ jipproduċi b’sustenn għat-talba tiegħu u għandu
jagħti fir-rikors tiegħu l-ismijiet tax-xhieda kollha li jkun bi ħsiebu
jġib, fejn jgħid dwar kull wieħed il-prova li jkun bi ħsiebu jagħmel.
(4) Ir-rikors għandu jiġi notifikat lill-persuna li l-proprjetà
tagħha l-ordni esteru ta’ konfiska jidher li jkun se jikkonfiska,
liema persuna għandha tippreżenta r-risposta tagħha fi żmien
ħmistax-il jum wara d-data tan-notifika tar-rikors. Ir-risposta
għandu jkun fiha lista tax-xhieda li l-intimat ikun bi ħsiebu jġib,
fejn jgħid dwar kull wieħed il-prova li jkun bi ħsiebu jagħmel u l-
intimat għandu jehmeż mar-risposta d-dokumenti kollha li huwa
jkun jista’ jipproduċi u li jkun bi ħsiebu jġib bħala prova.
(5) Il-qorti għandha, mingħajr dewmien, tqiegħed ir-rikors
għas-smigħ f’data kmieni, liema data ma għandha f’ebda każ tkun
iżjed tard minn tletin jum mid-data tal-preżentata tar-rikors.
(6) Il-qorti ma għandhiex tordna l-esekuzzjoni f’Malta ta’ l-
ordni esteru ta’ konfiska jekk:
(a) l-intimat ma kienx ġie notifikat bil-proċedimenti li
kienu wasslu għall-għemil ta’ l-ordni esteru ta’
konfiska rilevanti hekk li ma kellux opportunità
biżżejjed biex jikkontesta l-għemil ta’ l-istess ordni;
(b) l-ordni esteru ta’ konfiska jkun inkiseb bi frodi da parti
ta’ xi persuna bi preġudizzju għall-intimat; 
(ċ) l-ordni esteru ta’ konfiska jkun fih xi disposizzjoni
  28      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
kuntrarja għall-ordni pubbliku jew għal-liġi pubblika
lokali li tkun isseħħ f’Malta;
(d) l-ordni esteru ta’ konfiska jkun fih disposizzjonijiet
kontradittorji.
(7) Deċiżjoni mill-qorti li biha tiġi ordnata l-esekuzzjoni ta’
ordni esteru ta’ konfiska għandu jkollha l-effett li tikkonfiska favur
il-Gvern ta’ Malta kull ħaġa u proprjetà  tkun li tkun li tkun tinsab
f’Malta li l-konfiska tagħhom tkun ġiet ordnata fl-ordni esteru ta’
konfiska suġġett għal kull direttiva li l-Gvern ta’ Malta jista’ jagħti
sabiex jiddisponi ulterjorment mill-istess ħwejjeġ u proprjetà  hekk
konfiskati.
Kap. 12.
(8) Id-deċiżjoni li biha tiġi ordnata l-esekuzzjoni ta’ ordni
esteru ta’ konfiska li jkun jipprovdi għall-konfiska ta’ proprjetà
immobbli jew ta’ xi titolu għal proprjetà  bħal dik ikollha l-effett li
titrasferixxi dik il-proprjetà  immobbli jew dak it-titolu lill-Gvern
ta’ Malta u għall-finijiet ta’ l-artikolu 239 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili l-Avukat Ġenerali għandu
jitqies li hu l-parti interessata li tista’ tikseb ir-reġistrazzjoni ta’
dak it-trasferiment.
(9) Id-deċiżjoni li biha tiġi ordnata 1-esekuzzjoni ta’ ordni
esteru ta’ konfiska li jkun jipprovdi għall-konfiska ta’ proprjetà
mhux speċifikata li 1-valur tagħha jkun jikkorrispondi għar-rikavat
għandha, kif tigi irreġistrata fl- Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku,
tipproduċi minn dak in-nhar li tigi hekk reġistrata ipoteka għall-
kreditu li jkun jammonta għall-imsemmi valur.
Kap. 12. 
(10) Meta 1-Avukat Ġenerali jirċievi talba kif imsemmija fis-
subartikolu (2) ta’ dan 1-artikolu 1-Avukat Ġenerali jista’, sabiex
iqiegħed fiż-żgur xi proprjetà  jew il-proprjetà  kollha li 1-ordni
esteru ta’ konfiska jidher li jkun qed jikkonfiska jew itellef, jitlob
lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għall-ħruġ ta’ kull jew ta’ xi att
kawtelatorju msemmi fl-artikolu 830 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili:
Kap .12. 
Iżda s-subartikolu (2) ta’ 1-artikolu 830 imsemmi hawn
qabel u 1-paragrafi (ċ), (d) u (e) tas-subartikolu (1) ta’ 1-artikolu
836 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ma
għandhomx japplikaw għal xi att kawtelatorju maħruġ bis-saħħa ta’
dan l-artikolu.
Kap. 12. 
(11) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-
artikolu, id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili dwar proċedimenti quddiem il-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili għandhom japplikaw għal kull rikors taħt dan 1-
artikolu.
(12) Għall-finijiet ta’ dan 1-artikolu:
"ordni ta’ konfiska" tinkludi kull sentenza, deċiżjoni,
dikjarazzjoni, jew ordni ieħor magħmul minn qorti kemm ta’
ġurisdizzjoni kriminali jew ċivili li jkun jipprovdi jew jidher li jkun
jipprovdi għall-konfiska jew telfien ta’:
(i) rikavat;
(ii) proprjetà  li fiha r-rikavat ikun ġie trasformat jew
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    29
konvertit;
(iii) proprjetà  li magħha jkun ġie mħallat ir-rikavat;
(iv) income jew benefiċċji oħra derivati minn (i), (ii)
u (iii) ta’ hawn fuq;
(v) proprjetà  li 1-valur tagħha jikkorrispondi għar-
rikavat; jew
(vi) mediċini perikolużi, materjali u tagħmir jew
strumentalitajiet oħra wżati jew maħsuba biex
jintużaw b’xi mod f’reat rilevanti;
"rikavat" tfisser kull vantaġġ ekonomiku u kull proprjetà  derivata
minn jew miksuba, direttament jew indirettament, mill-għemil ta’
reat rilevanti u tinkludi kull income jew benefiċċji oħra derivati
minn dik il-proprjetà ;
"proprjetà " tfisser attiv ta’ kull xorta, kemm jekk korporali jew
inkorporali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u
dokumenti jew istrumenti legali li huma prova ta’ titolu għal, jew
interess fi, dak l-attiv;
"reat rilevanti" tfisser kull reat li jkun jikkonsisti f’xi att jew
ommissjoni li jekk isiru f’dawn il-Gżejjer, jew f’ċirkostanzi
korrispondenti, ikunu jikkostitwixxu xi wieħed mir-reati msemmija
fil-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d) tas-subparagrafu (1) ta’ 1-artikolu
24A . 
Tifsir ta’ 
importazzjoni u 
esportazzjoni 
b’liċenza.
25. Għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza, kull oġġett jitqies li
huwa importat b’liċenza jew esportat b’liċenza jekk l-importatur
jew l-esportatur, skond il-każ, ikollu liċenza jew awtorizzazzjoni
maħruġa taħt din l-Ordinanza, li tawtorizza l-importazzjoni jew l-
esportazzjoni, skond il-każ, ta’ l-oġġett, u josserva l-
kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-liċenza jew ta’ l-
awtorizzazzjoni, imma mhux xort’oħra.
L-obbligu tal- 
prova.
Emendat:
VI. 1994.17.
26. (1) F’kull proċediment kontra persuna għal reat kontra din
l-Ordinanza, ma jkunx jinħtieġ li ssir il-prova tan-nuqqas ta’
liċenza, awtorizzazzjoni jew materja oħra ta’ eċċezzjoni jew difiża,
u l-obbligu li jipprova li hemm din il-liċenza, awtorizzazzjoni jew
materja ta’ eċċezzjoni jew difiża jmiss lill-persuna li tkun trid
tinqeda biha.
(2) Meta r-reat li bih persuna tkun akkużata ikun dak ta’
pussess ta’, jew bejgħ jew traffikar ta’, mediċina kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza l-akkużat ma jkunx jista’
jiddefendi ruħu kontra dik l-akkuża billi jipprova illi huwa ħaseb li
kellu fil-pussess tiegħu, jew li kien qed ibiegħ jew jittrafika, xi
ħaġa li ma kenitx il-mediċina msemmija fl-akkuża jekk il-pussess
ta’, jew il-bejgħ jew traffikar ta’, dik il-ħaġa oħra kien ikun, fiċ-
ċirkostanzi, bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ din l-Ordinanza jew ta’
xi liġi oħra.
  30      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
Detenzjoni waqt 
kumpilazzjoni. 
Miżjud:
VIII. 1986.5. 
Emendat: 
VIII. 1990.3; 
VI. 1994.18.
Kap. 9.
27. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, u bla
ħsara għat-tiġdid mill-President ta’ Malta taż-żmien tal-
kompilazzjoni kif provdut fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 401 ta’
dak il-Kodiċi, meta l-Avukat Ġenerali jkun ordna li persuna
akkużata b’bejgħ jew traffikar ta’ mediċina kontra din l-Ordinanza
jew akkużata bi promozzjoni, kostituzzjoni, organizzazzjoni jew
finanzjament ta’ assoċjazzjoni taħt il-paragrafu (f) tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 22 jew bir-reat imsemmi fis-subartikolu (1Ċ) ta’ 1-
imsemmi artikolu 22 għandha tiġi proċessata mill-Qorti Kriminali,
dik il-persuna għandha titressaq b’arrest u l-Qorti tal-Maġistrati
bħala qorti istruttorja għandha ttemm il-kumpilazzjoni fi żmien
għoxrin jum minn meta dik il-persuna tkun hekk tressqet, u
sakemm jgħaddi dak iż-żmien jew, jekk il-kumpilazzjoni tkun
intemmet f’data qabel, sa dak il-jum, il-persuna akkużata ma
tingħatax libertà  provviżorja iżda f’egħluq dawk l-għoxrin jum jew
dik id-data qabel kif intqal, il-qorti tista’ tagħti l-libertà  provviżorja
skond id-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi:
Kap. 9. 
Iżda jekk iż-żmien tal-kumpilazzjoni jiġi mwaqqaf għar-
raġuni speċifikata fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta’ 1-artikolu
402 tal-Kodiċi Kriminali, il-qorti tista’ madankollu tagħti 1-libertà
provviżorja wara li jkunu għaddew għoxrin jum minn meta dik il-
persuna titressaq il-qorti.
Piena pekunjarja 
tinġabar bħala dejn 
ċivili.
Miżjud: 
VIII. 1986.5.
28. (1) Meta persuna tinsab ħatja ta’ reat kontra din l-
Ordinanza, il-piena pekunjarja għandha, fuq it-talba tal-
prosekuzzjoni titqies li hi dejn ċivili u tiġi dikjarata mill-qorti
kompetenti li tagħti s-sentenza bħal li hi hekk dovuta u li titħallas
lill-Gvern u tista’ tiġi esegwita fl-istess qorti li tagħti s-sentenza bl-
istess mod bħallikieku ngħatat f’azzjoni ċivili li tkun saret kif imiss
bejn il-Gvern u l-persuna misjuba ħatja.
Kap. 9. 
(2) Meta iżda l-prosekuzzjoni tgħarraf lill-qorti kompetenti li l-
piena pekunjarja ma tkunx inġabret mill-Gvern, kif provdut fis-
subartikolu ta’ qabel dan, dik il-piena jew dik il-parti minnha li ma
tkunx inġabret, għandha titqies bħala multa jew ammenda li tkun
ingħatat mill-qorti u tinbidel fi priġunerija, mingħajr il-benefiċċju
taż-żmien għal ħlas, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali.
Tnaqqis ta’ piena. 
Miżjud:  
VIII. 1986.5.
29. Meta dwar persuna misjuba ħatja ta’ reat kontra din l-
Ordinanza, il-prosekuzzjoni tiddikjara fil-proċess li dik il-persuna
tkun għenet lill-Pulizija biex taqbad lill-persuna jew lill-persuni li
jkunu pprovdewlha l-mediċina, jew il-persuna misjuba ħatja kif
intqal qabel tipprova għas-sodisfazzjon tal-qorti li tkun hekk
għenet lill-Pulizija, il-piena titnaqqas, dwar priġunerija, bi grad
wieħed jew tnejn, u dwar piena pekunjarja, b’terz jew b’nofs.
Xiehda minn 
kompliċi. 
Miżjud: 
VIII. 1986.5. 
Kap. 9. 
*30. Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 639 tal-Kodiċi Kriminali meta persuna tkun xtrat jew
xort’oħra kisbet jew akkwistat mediċina bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, ix-xiehda ta’ dik il-persuna fi
proċedimenti kontra l-persuna li mingħandha tkun xtrat, kisbet jew
akkwistat il-mediċina, m’għandhiex għalfejn tkun korroborata
*Ara 1-artikolu 7 ta’ 1-Att VIII ta’ 1-1986.
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    31
b’ċirkostanzi oħra.
Dikjarazzjoni tista’ 
tinġieb bħala 
prova. 
Miżjud:
VI. 1994.19.
Kap. 9.
30A. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 661 tal-Kodiċi
Kriminali, meta persuna tkun involuta f’xi reat kontra din l-
Ordinanza, kull dikjarazzjoni magħmula minn dik il- persuna u li
tiġi konfermata bil-ġurament quddiem maġistrat, u kull xiehda
mogħtija minn dik il-persuna quddiem xi qorti tista’ tinġieb bi
prova kontra kull persuna oħra akkużata b’reat kontra 1-imsemmija
Ordinanza, kemm-il darba jinsab li dik id-dikjarazzjoni jew xiehda
tkun saret jew ingħatat volontarjament, u ma ġietx imgiegħla jew
meħuda b’theddid jew b’biża, jew b’wegħdiet jew bi twebbil ta’
vantaġġi.
Konsenja u xiri 
kontrollati.
Miżjud:
VI.1994.19.
Emendat:
II. 1998.8;
VI. 2000.6.
30B. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’kull liġi oħra, il-Pulizija
Esekuttiva, u fejn ikun il-każ, 1-Awtoritajiet tad- Dwana, jistgħu,
bil-kunsens ta’ 1-Avukat Ġenerali jew ta’ maġistrat, iħallu li ssir
konsenja kontrollata.
(2) Għall-finijiet ta’ dan 1-artikolu, konsenja kontrollata tfisser
it-teknika li biha konsenja illeċita jew suspettata ta’ mediċina
perikoluża (kif imfissra fl-artikolu 12) jew ta’ flus, proprjetà  jew
rikavat kif hemm imsemmi fl-artikolu 22(1Ċ)(a) titħalla toħroġ
minn Malta, tgħaddi minn Malta jew tidħol Malta, jew titħalla
tgħaddi minn post jew mingħand persuna f’Malta għal post ieħor
jew persuna oħra f’Malta, jew titħalla tidħol fit-territorju ta’ pajjiż
ieħor bil-kunsens u taħt is-sorveljanza tal-Pulizija Esekuttiva u,
fejn tkun il-każ, ta’ l-Awtoritajiet tad-Dwana u ta’ l-awtoritajiet
kompetenti ta’ dak il-pajjiż ieħor, bil-għan li jiġu identifikati l-
persuni involuti fl-egħmil tar-reati taħt din 1-Ordinanza jew taħt il-
liġi kornspondenti li tkun isseħħ fit-territorju ta’ dak il-pajjiż ieħor.
(3) Il-Pulizija Esekuttiva jew xi persuna taħt is-sorveljanza jew
direzzjoni tal-Pulizija Esekuttiva tista’, bil-kunsens ta’ l-Avukat
Ġenerali jew ta’ maġistrat, bil-għan li tidentifika persuni involuti
fl-egħmil tar-reati taħt din l-Ordinanza, takkwista jew tipprokura
mediċina perikoluża (kif imfissra fl-artikolu 12) jew konsenja
suspetta ta’ flus, proprejtà  jew rikavat kif hemm imsemmi fl-
artikolu 22(1Ċ)(a) mingħand kull persuna u minn kull post.
Persuni trasferiti 
għal Malta mill-
esteru sabiex 
jixhdu jew jgħinu 
f’investigazzjoni 
eċċ.
Miżjud:     
XVI.1996.5.
30Ċ. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
meta xhud, espert jew persuna oħra f’pajjiż jaqblu, dwar reat kontra
d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, li jixhdu fi proċediment jew
li jgħinu f’investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċediment
ġudizzjarju f’Malta wara talba għal assistenza ta’ dik ix-xorta
magħmula mill-awtorità  kompetenti f’Malta lill-awtorità
kompetenti f’dak il-pajjiż barrani dak ix-xhud, espert jew persuna
oħra ma għandhomx, waqt li jkunu f’Malta, jiġu proċessati,
detenuti, jingħataw piena jew jiġu assoġġettati għal xi restrizzjoni
oħra fuq il-libertà  personali tagħhom dwar atti, ommissjonijiet jew
kundanni ta’ qabel it-tluq tagħhom mill-pajjiż barrani.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma jibqgħux
japplikaw meta x-xhud, espert jew persuna oħra:
(a) jonqsu li jitilqu minn Malta, wara li kellhom 1-
opportunità  li jagħmlu dan, fi żmien perijodu ta’
ħmistax-il jum konsekuttivi mid-data li fiha huma
  32      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
jkunu ġew notifikati mill-Avukat Ġenerali b’avviż li
jinformahom li 1-preżenza tagħhom f’Malta ma tkunx
għadha meħtieġa; jew
(b) wara li jkunu telqu minn Malta, jirritornaw minn
jeddhom.
Kooperazzjoni fit-
trażżin ta’ reati 
rilevanti fuq il-
baħar.
Miżjud:
XVI.1996.5.
30D. (1) Meta 1-Avukat Ġenerali jirċievi talba magħmula
minn awtorità  ġudizzjarja jew prosekutriċi ta’ xi post barra minn
Malta (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-awtorità  li tagħmel
it-talba") għal awtorizzazzjoni biex l-awtoritajiet kompetenti ta’
dak il-post jieħdu 1-miżuri xierqa dwar biċċa tal-baħar rilevanti
raġonevolment suspettata li tkun qed twettaq reat rilevanti 1-
Avukat Ġenerali jista’ bil-qbil tal-Prim Ministru, jawtorizza t-teħid
ta’ 1-imsemmija miżuri mill-awtoritajiet kompetenti hawn qabel
imsemmija suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
miftiehma bejn 1-awtorità  li tagħmel it-talba u 1-Avukat Ġenerali,
bil-qbil tal-Prim Ministru.
(2) Meta tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni mill-Avukat Ġenerali
kif imsemmi qabel 1-awtoritajiet kompetenti msemmija fis-
subartikolu (1), suġġett għall-kondizzjonijiet li jistgħu ikunu ġew
miftiehma kif provdut fl-istess subartikolu, ikunu awtorizzati li
jieħdu 1-miżuri xierqa u li jeżerċitaw abbord il-biċċa tal-baħar li
dwarha jkunu ġew awtorizzati l-miżuri xierqa taħt dan 1-artikolu
dawk is-setgħat kollha ta’ arrest, dħul, perkwiżizzjoni u qbid li
huma mogħtija lill-pulizija eżekuttiva ta’ Malta.
(3) Għall-finijiet ta’ dan 1-artikolu:
"reat rilevanti" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bis-
subartikolu (12) ta’ 1-artikolu 24D;
"biċċa tal-baħar rilevanti" tfisser bastiment jew kull inġenji oħra
li jżommu f’wiċċ l-ilma ta’ kull deskrizzjoni, inklużi hovercrafts u
ingenji sommerġibbli, li jtajru l-bandiera Maltija jew juru l-marki
ta’ reġistrazzjoni ta’ Malta waqt li jkunu jeżerċitaw il-libertà  ta’
navigazzjoni skond id-dritt internazzjonali; u
"miżuri xierqa" dwar biċċa tal-baħar tinkludi t-tlugħ abbord fuq
u l-perkwiżizzjoni ta’ dik il-biċċa tal-baħar kif ukoll kull azzjoni
xierqa oħra dwar dik il-biċċa tal-baħar, persuni u tagħbija abbord
dik il-biċċa tal-baħar jekk tinsab prova li dik il-biċċa tal-baħar tkun
involuta f’reat rilevanti. 
Ftehim Ewropew 
dwar it-Traffiku 
Illeċitu bil-Baħar.
Miżjud:
XV. 2000.7.
Kap. 304.
30E. (1) Bis-saħħa ta’ dan l-artikolu u għall-finijiet ta’ l-Att
dwar ir-Ratifika ta’ Trattati, il-Gvern huwa awtorizzat li jaċċedi
għall-Ftehim dwar it-Traffiku Illeċitu bil-Baħar li jimplimenta l-
Artikolu 17 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-
Traffiku Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi,
magħmul fi Strasbourg fil-31 ta’ Jannar, 1995, hawnhekk iżjed ’l
quddiem f’dan l-artikolu msemmija bħala ''il-Konvenzjoni
Ewropea''.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ jagħmel
regolamenti ġeneralment għall-implimentazzjoni tal-provvedimenti
tal-Konvenzjoni Ewropea u jista’, b’mod partikolari, b’dawk ir-
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    33
regolamenti:
(a) jestendi l-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta’ Malta;
(b) jawtorizza l-imbarkar, it-tfittxija u l-arrest ta’
bastimenti;
(ċ) jipprovdi li ċerti uffiċjali, sew Maltin sew barranin,
għandhom, għall-finijiet ta’ xi liġi f’Malta, jitqiesu
bħala uffiċjali protetti minn dawk il-liġijiet;
(d) jipprovdi għall-ħatra ta’ awtoritajiet għall-finijiet tal-
Konvenzjoni Ewropea;
(e) jipprovdi dwar kif jiġu applikati dawk ir-regolamenti u
d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza għal dawk id-
drogi li dwarhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-
Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħha, skond
l-imsemmija Konvenzjoni Ewropea,
kollox kif jinsab provdut fil-Konvenzjoni Ewropea msemmija, u
jistgħu iktar minn hekk jipprovdu li xi parti mill-Konvenzjoni
Ewropea għandha, fil-qies provdut f’dawk ir-regolamenti, ikollha l-
forza ta’ liġi f’Malta.
Ordni għall proċess 
mill-Qorti tal- 
Maġistrati bħala 
Qorti ta’ 
Ġudikatura 
Kriminali. 
Miżjud: 
VIII. 1986.5. 
Emendat: 
VIII. 1990.3;
III. 2002.162.
*31. Minkejja li l-Avukat Ġenerali jkun ordna skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 22 ta’ din l-
Ordinanza, li persuna tiġi proċessata mill-Qorti Kriminali, huwa
jista’, f’kull żmien qabel ma jippreżenta l-att ta’ l-akkuża, jew
f’kull żmien wara li jippreżenta l-att ta’ l-akkuża u qabel ma
jintagħżel il-ġuri, u bil-kunsens ta’ l-akkużat, jordna li dik il-
persuna tiġi proċessata quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u malli jsir
dak l-ordni l-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura
Kriminali tkun kompetenti li tipproċessa lil dik il-persuna
daqslikieku ma jkun ingħata ebda ordni qabel. Meta l-Avukat
Ġenerali jkun ta ordni ġdid bħal dak wara l-preżentata ta’ l-att ta’ l-
akkuża, ir-reġistratur tal-Qorti Kriminali għandu jara li l-
inkartament jintbagħat lill-Qorti tal-Maġistrati, u jara li kopja ta’ l-
ordni ta’ l-Avukat Ġenerali tiġi notifikata lill-Kummissarju tal-
Pulizija.
Reati fil-
kompetenza tal-
Qorti tal-Maġistrati 
bhala Qorti ta’ 
Ġudikatura 
Kriminali. 
Miżjud: 
VIII. 1986.5. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
Kap. 9.
32. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-Kodiċi
Kriminali u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31 ta’ din
l-Ordinanza, il-Qorti tal-Maġistrati tkun kompetenti li tipproċessa
r-reati kollha kontra din l-Ordinanza kif ordnat mill-Avukat
Ġenerali skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu
22 ta’ din l-Ordinanza.
Jedd għal appell. 
Miżjud: 
VIII. 1986.6. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
Kap. 9. 
33. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-
Avukat Ġenerali dejjem ikollu jedd ta’ appell lill-Qorti ta’ l-Appell
Kriminali minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati
dwar proċedimenti kriminali li jinqalgħu mid-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza.
*Ara 1-artikolu 7 ta’ 1-Att VIII ta’ 1-1986.
  34      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
Emenda ta’ 1-
Iskedi.
Miżjud:
II. 1998.8.
34. Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’
b’regolamenti jemenda kull waħda mill-Iskedi li jinsabu ma’ din l-
Ordinanza.
Miżjuda: 
XXIII. 1980.9. 
Emendata: 
A.L. 32 ta’ l-1984; 
A.L. 58 ta’ l-1988; 
A.L. 49 ta’ l-1990; 
A.L. 93 ta’ l-1990;
A.L. 48 ta’ l -2000.
L-EWWEL SKEDA
Preparati li jkun fihom xi waħda mill-mediċini mdaħħlin fit-
Taqsimiet I u II ta’ din l-Iskeda suġġetti għall-eżenzjonijiet 
imniżżla fit-Taqsima III ta’ din l-Iskeda
TAQSIMA I 
AĊETORFINA
ACETYLMETHADOL
ACETYLALPHAMETHYL FENTANYL 
ALFENTANIL
ALLYLPRODINE 
ALPHACETYLMETHADOL 
ALPHAMEPRODINE 
ALPHAMETHADOL 
ALPHAMETHYL FENTANYL 
ALPHAMETHYL THIOFENTANYL 
ALPHAPRODINE 
ANILERIDINE
BENZETHIDINE 
BENZYLMORPHINE 
BETACETYLMETHADOL 
BETA-HYDROXYFENTANYL 
BETA-HYDROXY-3-METHYLFENTANYL
BETAMEPRODINE 
BETAMETHADOL
BETAPRODINE 
BEZITRAMIDE 
CANNABIS (Qanneb Indjan) - kull estratt jew tintura tiegħu 
CLONITAZENE
KOKAJINA 
CODOXIME
Konċentrat tal-ħaxixa tal-pepprin (il-materjal li jkun hemm
meta l-ħaxixa tal-pepprin tkun daħlet fi proċess għall-
konċentrament ta’ l-alkolojdi tiegħu meta dak il-materjal isir
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    35
disponibbli għall-kummerċ)
DESOMORFINA 
DEXTROMORAMIDE 
DIAMPROMIDE 
DIETHYLTHIAMBUTENE 
DIFENOXIN
DIHYDROMORPHINE 
DIMENOXADOL 
DIMEPHEPTANOL 
DIMETHYLTHIAMBUTENE 
DIOXAPHETYL BUTYRATE 
DIPHENOXYLATE 
DIPIPANONE
DROTEBANOL 
EKOGNINA l-esters u d-derivativi tiegħu li jistgħu jiġu
konvertiti f’ekognina u kokajina
ETHYLMETHYLTHIAMBUTENE 
ETONITAZENE
ETORFINA 
ETOXERIDINE 
FENTANYL 
FURETHIDINE 
HEROJINA 
HYDROCODONE 
HYDROMORPHINOL 
HYDROMORPHONE 
HYDROXYPETHIDINE 
ISOMETHADONE 
KETOBEMIDONE 
LEVOMETHORPHAN* 
LEVOMORAMIDE 
LEVOPHENACYLMORPHAN
LEVORPHANOL* 
OPPJU MEDIĊINALI 
METAZOCINE 
METHADONE 
METHADONE - INTERMEDJARJU
  36      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
METHYLDESORPHINE
METHYLDIHYDROMORPHINE 
METHYLFENTANYL (ISOMERS CIS u TRANS)
METHYLPHENYLPIPERIDOL PROPIONATE (MPPP)
METOPON
MORAMIDE - INTERMEDJARJU 
MORPHERIDINE MORFINA
METHOMBROMIDE TAL-MORFINA u d-derivattivi oħra tan-
nitroġenu pentavalenti tal-morfina, inklużi b’mod partikolari
d-derivattivi morphine-N-oxide, li wieħed minnhom hu
Codeine-N Oxide
MORPHINE-N-OXIDE 
MYROPHINE 
NICOMORPHINE 
NORACYMETHADOL 
NORLEVORPHANOL 
NORMETHADONE 
NORMORPHINE 
NORPIPANONE 
OXYCODONE 
OXYMORPHONE 
PARA-FLUORO FENTANYL
PETHIDINE
PETHIDINE - INTERMEDJARJU - A 
PETHIDINE - INTERMEDJARJU - B 
PETHIDINE - INTERMEDJARJU - Ċ 
PHENADOXONE
PHENAMPROMIDE 
PHENAZOCINE 
PHENETHYLPHENYLPIPERIDOL ACETATE (ESTER)
(PEPAP) 
PHENOMORPHAN
PHENOPERIDINE 
PIMINODINE 
PIRITRAMIDE 
PROHEPTAZINE 
PROPERIDINE 
RACEMETHORPHAN 
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    37
RACEMORAMIDE 
RACEMORPHAN 
REMIFENTANIL
SUFENTANIL 
THEBACON 
THEBAINE 
TILIDINE
TRIMEPERIDINE 
L-isomers, kemm-il darba ma jkunux esklużi b’mod speċifiku,
tal-mediċini f’din it-Taqsima ta’ l-Iskeda kull meta jkun possibbli
li jeżistu dawk l-isomers;
 L-esters u l-ethers, kemm-il darba ma jidhirx f’Taqsima oħra ta’
din l-Iskeda, tal-mediċini f’din it-Taqsima ta’ l-Iskeda kull meta
jkun possibbli li jeżistu dawk l-esters jew l-ethers;
Il-melħ ta’ dawk il-mediċini mniżżlin f’din it-Taqsima ta’ l-
Iskeda, magħduda l-melħ ta’ l-esters, ethers u isomers kif provdut
hawn fuq kull meta jkun possibbli li jeżisti dak il-melħ. 
*DEXTROMETHROPHAN u DEXTRORPHAN huma esklużi
b’mod speċifiku minn din it-Taqsima ta’ l-Iskeda.
TAQSIMA II 
ACETYLDIHYDROCODEINE
KODEJINA 
DEXTROPROPOXYPHENE 
DIHYDROCODEINE 
ETHYLMORPHINE 
NICOCODINE 
NICODICODINE
NORCODEINE
PHOLCODINE
PROPIRAM
L-isomers, kemm-il darba ma jkunux esklużi b’mod speċifiku,
tal-mediċini f’din it-Taqsima ta’ l-Iskeda kull meta jkun possibbli
li jeżistu dawk l-isomers fl-isem kemikali speċifiku;
Il-melħ tal-mediċini mniżżlin f’din it-Taqsima ta’ l-Iskeda,
inkluż il-melħ ta’ l-isomers kif provdut hawn fuq kull meta jkun
possibbli li jeżisti dak il-melħ.
  38      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
TAQSIMA III 
Eżenzjonijiet
1. Preparati ta’: 
ACETYLDIHYDROCODEINE 
KODEJINA
DIHYROCODEINE 
ETHYLMORPHINE
NICOCODINE 
NICODICODINE 
NORCODEINE, u 
PHOLCODINE 
meta jkunu komposti ma’ ingredjent wieħed jew aktar u jkun fihom
mhux aktar minn 100 milligram tal-mediċina f’kull unità  ta’ doża u
b’konċentrament ta’ mhux iżjed minn 2.5 fil-mija tal-preparati
mhux separati.
2. Preparati ta’ propiram li jkun fihom mhux iżjed minn 100
mg ta’ propiram f’kull unità  ta’ doża u kompost ma’ għall-anqas l-
istess ammont ta’ methylcellulose.
Kap. 31.
3. Preparati għall-użu mill-ħalq li jkun fihom mhux iżjed
minn 135 milligramm ta’ bażi ta’ dextropropoxyphene f’kull unità
ta’ doża jew b’konċentrament ta’ mhux iżjed minn 2.5 fil-mija tal-
preparati mhux separati, sakemm dawk il-preparati ma jkunx fihom
xi sustanza li tinsab indikata fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-
Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha.
4. Preparati ta’ kokajina li jkun fihom mhux iżjed minn 0.1
fil-mija ta’ kokajina kalkolat bħala bażi ta’ kokajina u preparati ta’
oppju jew morfina li jkun fihom mhux iżjed minn 0.2 fil-mija ta’
morfina kalkolat bħala bażi tal-morfina anhydrous u komposti ma’
ingredjent wieħed ieħor jew iżjed u b’dak il-mod u l-mediċina ma
tkunx tista’ tinkiseb b’mezzi li tista’ tapplikahom malajr jew
f’estratt li jkun ta’ ħsara għas-saħħa pubblika.
5. Preparati ta’ difenoxin li jkun fihom f’kull unità  ta’ doża,
mhux iżjed minn 0.5 mg ta’ difenoxin u kwantità  ta’ atropine
sulfate ekwivalenti għal mill-inqas 5 fil-mija tad-doża ta’
difenoxin.
6. Preparati ta’ diphenoxylate li jkun fihom, f’kull unità  ta’
doża, mhux aktar minn 2.5 milligramm ta’ diphenoxylate kalkolati
bħala bażi ta’ kwantità  ta’ atropine sulphate ekwivalenti għal mill-
inqas wieħed fil-mija tad-doża ta’ diphenoxylate.
7. Pulvis ipecacuanhae et opii compositus - 
10 fil-mija ta’ oppju fi trab
10 fil-mija ipecacuanha root, fi trab imħawwad sew ma’
80 fil-mija ta’ kull ingredjent ieħor f’forma ta’ trab li ma
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    39
jkun fih ebda mediċina.
8. Preparati li jkunu jaqblu ma’ xi waħda mill-formuli
mniżżlin f’din it-Taqsima ta’ l-Iskeda u taħlitiet ta’ dawk il-
preparati ma’ xi materjal li ma jkun fih ebda mediċina.
 
IT-TIENI SKEDA 
Emendata: 
XVI. 1960.3; 
XXIII. 1980.10.
Sostitwita:
VI. 1994.20.
FORMULA A
ġ Artikolu l4 (2)ħ
ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI 
(KAPITOLU 101)
Ċertifikat għall-Importazzjoni Nru. tas-Serje..................
maħruġ mill-Gvern ta’ Malta  Nru. tal-File ...............
ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI UFFIĊJALI GĦALL-
IMPORTAZZJONI
Jien, il-persuna nkarigata mill-amministrazzjoni tal-liġi dwar il-
mediċini perikolużi li għalihom tgħodd il-Konvenzjoni Singola
1961, b’dan niċċertifika illi jien approvajt l-importazzjoni minn*
ta’#
minn+ 
taħt il-kondizzjonijiet illi -
(i) il-merkanzija għandha tiġi mportata qabel il-
(ii) il-merkanzija għandha tiġi mportata f’partita
waħda; u
(iii) jekk1-importazzjoni tal-mediċini kollha
speċifi-kati hawn fuq ma ssirx qabel id-data
speċifikata fil-kondizzjoni Nru. (i) din l-
awtorizzazzjoni għandha tingħata lura minnufih
lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern
u li jien sodisfatt illi 1-merkanzija li sejra tiġi mportata hija
meħtieġa - 
(1) ¢għal skopijiet leġittimi (fil-kaz ta’ oppju mhux maħdum
jew ta’ werqa tal-koka).
(2) ¢għal skopijiet mediċinali jew xjentifiċi biss (fil-każ ta’
mediċini perikolużi minn barra l-oppju mhux maħdum u l-
weraq tal-koka).
*Isem, indirizz u negozju ta’ l-importatur.
#Deskrizzjoni eżatta u kwantità  tal-mediċini li sejrin jiġu mportati.
+Isem u indirizz tad-ditta fil-pajjiż ta’ 1-esportazzjoni minn fejn il-mediċina tkun
sejra tinġieb.
¢Ħassar il-kelmiet li ma jgħoddux għall-każ.
  40      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
(Data) .............................
(Firma u timbru tat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern).
Dan id-dokument huwa biss biex jiġi ippreżentat lill-Gvern tal-
pajjiż li minnu l-mediċina sejra tinġieb.
Sostitwita:
VI. 1994.20.
FORMULA B
ġ Artikolu 13 (1)ħ
ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI (KAPITOLU 101)
Nru. tal-File ..........................
Nru. tar-Riferenza
ta’ l-Applikant ......................
Nru. tas-Serje ..............................
AWTORIZZAZZJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI
Bis-saħħa ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi (Kapitolu
101), it-Tabib Prinċipali tal-Gvern b’din jawtorizza
(iżjed ’il quddiem imsejjaħ "1-esportatur")
li jesporta minn - 
(1) *mill-port ta’ bil-vapur
(2) *minn Malta f’ Pakk (i) Postali mill-
saskond iċ-
Ċertifikat ta’ Importazzjoni Nru. li jġib id-data
maħruġ minn
il-mediċini li ġejjin, jiġifieri  - 
Din 1-awtorizzazzjoni hija maħruġa taht il-kondizzjonijiet li
ġejjin:
1. Din l-awtorizzazzjoni mhix liċenza biex wieħed jakkwista
jew ikollu l-pussess tal-mediċini msemmijin hawnhekk.
2. Din l-awtorizzazzjoni tiswa biss għal mediċini ta’ l-istess
kwantità , kwalità  u forma msemmijin hawn fuq.
3. Din 1-awtorizzazzjoni ma teħlisx lill-esportatur milli
jħares ir-regolamenti tad-dwana li jkunu jseħħu f’dak iż-żmien
dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti minn Malta u lanqas mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta (Kapitolu 254),
jew tar-regolamenti tal-posta li jkunu jseħħu f’dak iż-żmien u
lanqas minn regoli jew regolamenti dwar it- trasmissjoni ta’ oġġetti
bil-posta li f’dak iż-żmien ikunu jseħħu, sew f’Malta jew xi mkien
ieħor.
4. Jekk il-mediċini jkunu awtorizzati biex jiġu esportati
b’bastiment il-kopja duplikata, li jkun hemm magħhom, għandha
takkumpanja l-merkanzija għal-lok ta’ destinazzjoni u għal dan 1-
iskop 1-esportatur għandu jieħu ħsieb li tiġi kkunsinnata lill-kaptan
*Ħassar il-kelmiet li ma jgħoddux.
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    41
tal-bastiment li bih il-merkanzija tinbagħat.
5. Jekk il-mediċini jkunu awtorizzati biex jigu esportati bil-
posta, il-kopja duplikata li jkun hemm magħhom għandha
titqiegħed ġewwa l-qoxra ta’ barra tal-pakk li jkun fih il- mediċini.
Jekk il-mediċini jkunu f’aktar minn pakk wieħed, il-kopja duplikata
għandha titqiegħed ġewwa l-qoxra ta’ barra ta’ wieħed minnhom;
il-pakki għandhom ikunu innumerati wieħed wara l-ieħor fuq il-
qoxra ta’ barra, u fuq kull pakk għandu jkun hemm indikat b’mod li
jista’ jinqara n-numru tal-pakk li fih tkun tinsab il-kopja duplikata.
ġ Ara nota (2) hawn taħt.ħ
6. L-esportatur, meta mitlub mill-Kontrullur tad-Dwana,
għandu jġiblu, fiż-żmien li jagħtih, prova sodisfaċenti illi l-
mediċini hawn fuq imsemmija ġew regolarment ikkunsinnati fid-
destinazzjoni msemmija f’din l-awtorizzazzjoni, u kemm-il darba
din il-kundizzjoni ma tiġix imħarsa, l-awtorizzazzjoni għandha
titqies bħala nulla u mingħajr effett.
7. L-esportatur għandu jagħti lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern
ir-rapport ta’ 1-oġġetti esportati minnu skond din l-awtorizzazzjoni
kif minn żmien għal ieħor jiġi mitlub.
8. Din l-awtorizzazzjoni tgħodd biss għall-esportatur
imsemmi hawn fuq u tista’ tiġi mħassra, f’kull żmien li jkun, mit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern. Għandha tinġieb għall- ispezzjoni meta
mitluba minn persuna awtorizzata għalhekk.
9. Din l-awtorizzazzjoni, jekk ma tkunx ġiet imħassra qabel,
tibqa’ sseħħ għal tliet xhur minn din id-data. Għandha tiġi
ippreżentata meta ssir l-esportazzjoni, lil uffiċjal - 
(1) *tad-Dipartiment tad-Dwana, 
(2) *tal-Posta,
li jżommha. Jekk ma jsirx użu minnha għandha tingħata lura lit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern fi żmien sebat ijiem mid-data li tkun
għalqet.
(Data) ...............................
.......................................
(Firma u timbru tat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern).
Nota: 
(1) Jekk f’din l-awtorizzazzjoni jkun jinħtieġ xi tibdil, hija
għandha tintbagħat lura b’talba biex isir dan it-tibdil u
b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet ta’ dan it-tibdil. Ma jista’ jsir
ebda tibdil mingħajr ma tingħata s-setgħa għaldaqshekk.
(2) Fil-każ ta’ mediċini esportati bil-posta n-nuqqas tat- tħaris
ta’ din il-kondizzjoni jista’ jġib dewmien jew konfiska tal-
pakki fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
*Ħassar il-kelmiet li ma jgħoddux.
  42      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
FORMULA Ċ 
ġ Artikolu 14 (1)ħ
ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI (KAPITOLU 101)
Nru. ta’ l-Awtorizzazzjoni ...............
Nru. tal-File ....................................
AWTORIZZAZZJONI GĦALL-IMPORTAZZJONI
Bis-saħħa ta’ l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi (Kapitolu
101) (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Ordinanza"), it-Tabib
Prinċipali tal-Gvern b’din jawtorizza*
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"l-importatur") li jimporta l-mediċini msemmijin fl-Iskeda li hawn
ma’ din, minn#
Din l-awtorizzazzjoni hija maħruġa taħt il-kondizzjonijiet li
ġejjin: 
l. Il-mediċini għandhom jiġu importati qabel (data).
2. Din l-awtorizzazzjoni mhix liċenza għall-pussess jew
fornitura tal-mediċini importati.
3. Din l-awtorizzazzjoni ma teħlisx lill-importatur milli
jħares ir-regolamenti tad-Dwana li jkunu jseħħu f’dak iż-żmien
dwar l-importazzjoni ta’ merkanzija f’Malta jew dwar it-trasbord
ta’ merkanzija f’Malta jew ir-regolamenti tal-Posta li f’dak iż-
żmien ikunu jseħħu f’Malta.
4. Din l-awtorizzazzjoni tgħodd biss għall-importatur u tista’
tiġi mħassra f’kull żmien li jkun mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern li
lilu għandha f’dak il-każ tingħata lura minnufih. Għandha tiġi
ippreżentata għall-ispezzjoni meta mitluba minn persuna
awtorizzata għalhekk.
5. Din l-awtorizzazzjoni, jekk ma tkunx ġiet qabel imħassra,
għandha tiġi ippreżentata lill-Kontrullur tad-Dwana meta ssir l-
importazzjoni u għandha tingħata lura lill-Kontrullur tad-Dwana
meta tiġi importata l-aħħar partita ta’ mediċini.
6. Jekk l-importazzjoni tal-mediċini kollha msemmijin fl-
Iskeda ma tkunx saret qabel id-data msemmija fil-kondizzjoni Nru.
1 din l-awtorizzazzjoni għandha minnufih wara dik id-data tingħata
lura lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern.
*Niżżel l-isem u 1-indirizz postali sħiħ ta’ l-importatur. 
#Niżżel 1-isem u 1-indirizz postali sħiħ ta’ l-esportatur.
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    43
7. Il-kopja ta’ l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, jekk
ikun hemm, li takkumpanja l-mediċini, għandha tinbagħat lit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern minnufih malli ssir l-importazzjoni tal-
mediċini.
(Data) .....................................
........................................
(Firma u timbru tat-Tabib
 Prinċipali tal-Gvern).
 
SKEDA li fiha jissemmew il-mediċini li għandhom jiġu importati u
l-kwantitajiet tagħhom:
Din l-awtorizzazzjoni m’għandhiex toħroġ mill-pussess ta’ l-importatur sakemm
tingħata lura lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern jew lill-Kontrullur tad-Dwana, li għandu
jikteb dak li jinħtieġ fuq id-dahar taċ-ċertifikat u jibgħat lura l-awtorizzazzjoni lit-
Tabib Prinċipali tal-Gvern.
INDURSAR MILL-KONTRULLUR TAD-DWANA
 meta ssir l-Importazzjoni
Data Deskriz-
zjoni tal-
mediċini 
importati
Numru u data 
ta’ l-Awtoriz-
zazzjoni għall-
Esportazzjoni
Kwantità    Kif importata L-Entry 
tad-Dwana  
jew Nru.  
tal-Pakk
 Firma u timbru 
tal-Kontrullur 
tad-Dwana
eżempju: 
mal- ........... 
(fil-każ ta’ 
bastiment), jew 
b’pakk postali 
irreġistrat jew 
b’kaxxa postali 
assigurata
Il-Kontrullur tad-Dwana jibgħat lura lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern din l-awtorizzazzjoni,
meta l-mediċini kollha msemmijin fiha jkunu ġew importati.
  44      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
FORMULA D 
ġ Artikolu 16 (1)ħ
ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI (KAPITOLU 101)
LIĊENZA GĦALL-ĠARR TA’ MEDIĊINI PERIKOLUŻI
 FIL-KORS TAL-VJAĠĠ
..................................................................................... huwa b’din
awtorizzat li jġorr il-mediċini perikolużi msemmijin hawn taħt
minn ........................................... għal ...........................................  
Xorta u kwantità  tal-mediċini perikolużi......................................
Partikolaritajiet dwar l-awtorizzazzjoni
għall-esportazzjoni (jew ċertifikat ta’
tibdil ta’ destinazzjoni, jekk ikun
hemm) dwar il-mediċini ............................................................. 
Isem tal-bastimenti li bih il-mediċini
jkunu nġiebu f’Malta ..................................................................
Data ta’ meta waslu ........................................................................ 
Numru tal-pakki ............................................................................. 
Marki u numri fuq il-pakki ............................................................. 
Din il-liċenza hija maħruġa taħt dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(1) Din il-liċenza tgħodd biss għall-ġarr tal-mediċini hawn fuq
imsemmijin.
(2) Il-ġarr tal-mediċini għandu jsir bejn ................. a.m./p.m.
u ................... a.m./p.m. fil- ........................... .19.... .
(3) Jekk il-ġarr tal-mediċini ma jsirx fil-ħinijiet u fil-jum
stabbiliti, din il-liċenza għandha tingħata lura minnufih lill-
Kontrullur tad-Dwana; u f’kull każ għandha tingħata lura malli jsir
il-ġarr.
(4) Il-mediċini m’għandhomx jinġarru jekk ma jkunx hemm
preżenti uffiċjal tad-Dipartiment tad-Dwana.
(5) Din il-liċenza ma tawtorizzax lill-persuna msemmija hawn
fuq li jkollha fil-pussess tagħha l-mediċini ħlief biex iġġorrhom
skond din il-liċenza.
(6) Il-pakki li jkun fihom il-mediċini m’għandhomx jinfetħu
jew jitqattgħu waqt il-ġarr.
(7) Din il-liċenza għandha tinġieb f’kull żmien meta tiġi
mitluba minn persuna awtorizzata għalhekk.
 (Data) .........................
..............................................
(Firma u timbru tal-
Kontrullur tad-Dwana).
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    45
FORMULA E 
ġ Artikolu 18 (1)ħ
ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI (KAPITOLU 101)
ĊERTIFIKAT TA’ TIBDIL TA’ DESTINAZZJONI
Jien, b’dan niċċertifika illi awtorizzajt illi d-destinazzjoni tal-
partita tal-mediċini, li hawn taħt jinsabu dettalji dwarhom, tiġi
mibdula f’dik imsemmija hawn taħt  - 
 Dan iċ-ċertifikat huwa maħruġ taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(1) Il-kopja duplikata ta’ dan iċ-ċertifikat għandha
takkumpanja 1-merkanzija għall-post ta’ destinazzjoni, u għal dan
l-iskop għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li miegħu
tintbagħat il-merkanzija.
(2) Dan iċ-ċertifikat ma jeħles lil ebda persuna li jkollha
x’taqsam mal-ġarr tal-partita tal-mediċini speċifikata hawn fuq li
tħares ir-regolamenti tad-dwana li jkunu jseħħu f’dak iż-żmien
dwar l-esportazzjoni ta’ merkanzija minn Malta.
(3) Dan iċ-ċertifikat jiswa biss għall-merkanzija u għaż-żmien
imsemmijin hawn fuq, u jista’ jitħassar f’kull żmien.
(4) Jekk il-partita tal-mediċini ma tinġarrx minn Malta fiż-
żmien imsemmi hawn fuq, dan iċ-ċertifikat għandu jingħata lura lit-
Deskrizzjoni u kwantitajiet tal-mediċini .........................................
Isem tal-bastiment li bih il-merkanzija
nġiebet f’Malta .........................................
Isem u indirizz ta’ l-esportatur .........................................
Numru u data ta’ l-awtorizzazzjoni għall-
esportazzjoni u minn min maħruġa l-
awtorizzazzjoni .........................................
Isem u indirizz tad-destinatarju oriġinali
msemmi fl-awtorizzazzjoni għall-
esportazzjoni .........................................
Isem u indirizz tad-destinatarju li lilu skond
it-tibdil ta’ destinazzjoni kif awtorizzat
ser tintbagħat il-merkanzija .........................................
Numru u data taċ-ċertifikat ta’ l-
importazzjoni (u minn min maħruġa l-
awtorizzazzjoni) li bih ġie awtorizzat it-
tibdil ta’ destinazzjoni .........................................
Isem tal-bastiment li fuqu 1-merkanzija hija
awtorizzata li tiġi meħuda barra minn
Malta .........................................
Żmien li fih il-merkanzija għandha tinġarr
minn Malta .........................................
  46      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
Tabib Prinċipali tal-Gvern.
(5) Dan iċ-ċertifikat għandu jinġieb f’kull żmien meta mitlub
minn persuna awtorizzata għalhekk.
(Data) ........................
.........................................
(Firma u timbru tat-Tabib
Prinċipali tal-Gvern)
Nota:                
(1) Meta għandu jsir xi tibdil f’din l-awtorizzazzjoni din
għandha tinbagħat lura flimkien ma’ talba biex isir dan it-
tibdil u dikjarazzjoni tar-raġunijiet ta’ dan it-tibdil. Ma
jista’ jsir ebda tibdil mingħajr awtorizzazzjoni.
(2) Dan id-dokument għandu jingieb quddiem l-awtoritajiet
kompetenti tal-pajjiż li minnu l-merkanzija tgħaddi, sew
jekk tiġi trasbordata jew le. In-nuqqas tat-tħaris ta’ din il-
kondizzjoni jista’ jġib dewmien jew konfiska tal-
merkanzija.
MEDIĊINIPERIKOLUŻI   ġ K AP.101.    47
TABELLA I
KATEGORIJA I
Il-forom stereoisomeriċi tas-sustanzi elekanti f’din il-Kategorija li ma jkunux
cathine (2) kull meta l-eżistenza ta’ forom bħal dawk tkun possibbli.
L-imluħa tas-sustanzi elenkati f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ forom
bħal dawk tkun possibbli u dawn ma jkunux l-imluħa ta’ cathine.
KATEGORIJA II
L-imluħa tas-sustanzi elenkati f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ mluħa
bħal dawk tkun possibbli.
KATEGORIJA III
IT-TIELET SKEDA Miżjuda:VI .1994.21.
Emendata:
A.L. 278 ta’ l-2003
A.L. 1 ta’ l-2004.
ġ Artikolu 22 (1D)ħ
Sustanza Kodiċi NK
(jekk ikun differenti)
Kodiċi NK CAS No (1)
1-Phenyl-2-propanone Phenylacetone 2914 31 00 103-79-7
N-acetylanthranilic acid
Isosafrol (cis + trans)
2-Acetamidobenzoic
acid
2924 23 00
2932 91 00
89-52-1
120-58-1
3,4-methylenedioxyphenl-
propan-2-one
1-(1,3-Benzodioxol-
5-yl)propan-2-one
2932 92 00 4676-39-5
Piperonal 2932 93 00 120-57-0
Safrole 2932 94 00 94-59-7
Ephedrine  2939 41 00 299-42-3
Pseudoephedrine 2939 42 00 90-82-4
Norephedrine
Ergometrine 
Ex 2939 49 00
2939 61 00
14838-15-4
60-79-7
Ergotamine  
Lysergic acid  
2939 62 00
2939 63 00
113-15-5
82-58-6
Sustanza Kodiċi NK
(jekk ikun differenti)
Kodiċi NK CAS No (1)
Acetic anhydride   2915 24 00 108-24-7
Phenylacctic acid   2916 34 00 103-82-2
Anthranilic acid   2922 43 00 118-92-3
Piperidine   2933 32 00 110-89-4
Potassium permanganate 2841 61 00 7722-64-7
Sustanza Kodiċi NK
(jekk ikun differenti)
Kodiċi NK CAS No (1)
Hydrochloric acid Hydrogen chloride 2806 10 00 7647-01-0
Sulphuric acid
Toluene
2807 00 10
2902 30 00
7664-93-9
108-88-3
  48      KAP. 101. ħ          MEDIĊINIPERIKOLUŻI
L-imluħa tas-sustanzi elenkati f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ forom
bħal dawk tkun possibbli u dawn ma jkunux l-imluħa ta’ hydrochloric acid u
sulphuric acid.
(1) CAS No. ifisser Chemical Abstract Service Registry Number li hu
identifikatur numeriku uniku u speċifiku għal kull sustanza u l-istruttura tagħha.
CAS No. hu speċifiku għal kull isomer u għal kull melħ ta’ kull isomer. Għalhekk
CAS Nos. għall-imluħa tas-sustanzi hawn qabel elenkati huma differenti minn dawk
mogħtija.
(2) Imsemmi wkoll (1)-norpseudoephedrine, CN code 2939 43 00, CAS No 492-
39-7.
TABELLA II
ACETIC ANHYDRIDE 
ACETONE
ANTHRANILIC ACID 
ETHYL ETHER 
PHENYLACETIC ACID 
PIPERIDINE 
METHYL  ETHYL KETONE 
TOLUENE
POTASSIUM PERMANGANATE 
SULPHURIC ACID 
HYDROCHLORIC ACID
Il-melħ tas-sustanzi mniżżlin f’din it-Tabella kull meta jkun possibbli li jeżisti dak
il-melħ.
Ethyl ether
Acetone
Diethyl ether  2909 11 00
2914 11 00
60-29-7
67-64-1
Methylethylketone Butanone 2914 12 00 78-93-3
