 VOTAZZJONI  ġKAP. 102.    1
KAPITOLU 102
ORDINANZA ELETTORALI DWAR IL-VOTAZZJONI* 
Biex tipprovdi għall-elezzjoni u għażla ta’ membri tal-Kamra tad-Deputati.
 (3 ta’ Lulju, 1939)#
Saret liġi bl-ORDINANZA XXXIV ta’ l-1939, u ġiet emendata bl-Ordinanzi: II ta’ l-1945 u
IV ta’ l-1947; bil-Proklama Numru IX ta’ l-1947; bl-Att VI ta’ l-1947; bl-Ordinanzi: VI ta’ l-
1959, XXXIV ta’ l-1961, XXIII u XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963 u 46 ta’ l-
1965; bl-Atti: XIX ta’ l-1966, XXXV, LVI u LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975;
u bl-Atti: XLVII ta’ l-1975, I ta’ l-1976, XXVII u XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1990 u XXI ta’
l-1991.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli+ 
Titolu fil-Qosor  1 
Taqsima I. Disposizzjonijiet Preliminari  2-3 
Taqsima II. Proċedura ta’ 1-Elezzjoni  4-33 
Taqsima III.  Għadd tal-Voti  34-38 
Taqsima IV.  Aġenti Elettorali, Spejjeż Elettorali u Atti Illegali  39-52 
Taqsima V.  Atti ta’ Korruzzjoni  53-57 
Taqsima VI.  Skuża f’każ ta’ Atti ta’ Korruzzjoni u ta’ Atti Illegali  58-60 
Taqsima VII.  Nullità ta’ Elezzjonijiet  61-62 
Taqsima VIII.  Disposizzjonijiet Generali  63-68 
L-Ewwel Skeda
It-Tieni Skeda 
It-Tielet Skeda 
Ir-Raba’ Skeda 
Il-Ħames Skeda
Is-Sitt Skeda
Is-Seba’ Skeda
*Din l-Ordinanza, barra mill-artikoli 41 sa 62 (it-tnejn magħduda) ġiet imħassra bl-Att XXI ta' l-1991.
Dawn 1-artikoli huma wkoll riprodotti fl-Erbatax-il Skeda ta' 1-Att imsemmi.
#Ara Proklama Nru. XXXII tat-3 ta’ Lulju, 1939.
+L-artikolu 1, it-Taqsima I sat-Taqsima III (it-tnejn inklużi) u 1-artikoli tagħhom 2 sa 38 (it-tnejn
inklużi), 1-artikoli 39 u 40 tat-Taqsima IV, it-Taqsima VIII u 1-artikoli korrispondenti 63 sa 68 (it-
tnejn inklużi) u 1-Ewwel Skeda sas-Sitt Skeda (it-tnejn inklużi) ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
 2      KAP. 102.ħ      VOTAZZJONI
 Titolu fil-qosor.  l. Imħassar bl-artikolu 118 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991. 
Imħassra:
XXI. 1991.118. 
TAQSIMA I
DISPOSIZZJONIJIET PRELIMINARI 
L-artikoli 2 u 3 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Imħassra:
XXI. 1991.118. 
TAQSIMA II
PROĊEDURA TA’ L-ELEZZJONI
L-artikoli 4 sa 33 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Imħassra:
XXI. 1991.118. 
TAQSIMA III
GĦADD TAL-VOTI
L-artikoli 34 sa 38 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
TAQSIMA IV
AĠENTI ELETTORALI, SPEJJEŻ ELETTORALI U ATTI ILLEGALI
Ħatra ta’ aġenti 
elettorali. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
39. Imħassar bl-artikolu 118 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991. 
Persuni ħatja ta’ 
atti ta’ korruzzjoni 
ma jistgħux jiġu 
maħtura aġenti 
elettorali. 
40. Imħassar bl-artikolu 118 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991.
Kuntratti dwar 
spejjeż ta’ 
elezzjoni. 
41. Il-kuntratt, li bis-saħħa tiegħu jintefqu spejjeż għal
elezzjoni jew dwar it-tmexxija jew direzzjoni ta’ elezzjoni, ma
jobbligax kandidat f’dik l-elezzjoni, ħlief jekk ikun magħmul mill-
kandidat stess jew mill-aġent elettorali tiegħu; iżda l-fatt li taħt dan
l-artikolu dak il-kuntratt ma jobbligax lill-kandidat, ma jeħlisx lill-
kandidat mill-konsegwenzi ta’ atti ta’ korruzzjoni jew illegali
magħmulin mill-aġent tiegħu.
Il-ħlas ta’ l-ispejjeż 
isir bil-mezz ta’ l-
aġent elettorali.
42. (1) Barra minn fil-każijiet permessi f’din l-Ordinanza bis-
saħħa tagħha, ebda ħlas jew antiċipu jew depożitu ma jista’ jsir
minn kandidat f’elezzjoni, jew minn aġent f’isem il-kandidat, jew
minn persuna oħra, qabel, matul jew wara dik l-elezzjoni, għal
spejjeż minfuqa għal elezzjoni, jew għat-tmexxija jew direzzjoni
ta’ elezzjoni, ħlief mill-agent elettorali tal-kandidat jew bil-mezz
tiegħu, u kull somma ta’ flus maħruġa minn persuna li ma tkunx il-
kandidat għal spejjeż minfuqa għal elezzjoni jew għat-tmexxija jew
direzzjoni ta’ l-elezzjoni, sew bħala rigal, self, antiċipu jew
 VOTAZZJONI  ġKAP. 102.    3
depożitu, għandha titħallas lill-kandidat jew lill-aġent elettorali
tiegħu u mhux xort’oħra; iżda dan l-artikolu ma jitqies li jgħodd
għal ebda somma maħruġa minn persuna minn flusha għal spejjeż
żgħar li tkun għamlet skond il-liġi, kemm-il darba din is-somma ma
tiġix imħallsa lura lilha.
(2) Kull min jikser dan l-artikolu billi jagħmel ħlas, antiċipu,
jew depożitu jew iħallas flus maħruġa kif jingħad hawn fuq, ikun
ħati ta’ att illegali.
Żmien li fih 
għandhom jintalbu 
u jitħallsu spejjeż 
ta’ elezzjoni. 
Emendat: 
XIII. 1983.5.
43. (1) Kull ħlas magħmul minn aġent elettorali għal spejjeż li
jkunu saru għal elezzjoni jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’
elezzjoni, barra minn meta s-somma tkun ta’ anqas minn ħamsa u
għoxrin centeżmu, għandu jidher minn kont bid-dettalji kollha u
minn irċevuta.
(2) Kull talba kontra kandidat f’elezzjoni jew l-aġent tiegħu
għall-ħlas ta’ spejjeż li jkunu saru għal elezzjoni jew għat-tmexxija
jew direzzjoni ta’ elezzjoni, li ma tiġix mibgħuta lill-aġent
elettorali fiż-żmien stabbilit f’din l-Ordinanza, tiġi preskritta u
m’għandhiex tiġi mħallsa; u barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li
jista’ jkun hemm bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, kull aġent elettorali
li jħallas kont b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’ att
illegali.
(3) Ħlief fil-każijiet permessi f’din l-Ordinanza, iż-żmien
stabbilit f’din l-Ordinanza biex jintbagħtu talbiet għal ħlas huwa ta’
erbatax-il ġurnata wara dik li fiha l-kandidat li tela’ jiġi ddikjarat
elett.
(4) L-ispejjeż kollha minfuqa minn kandidat f’elezzjoni jew
f’ismu, u li jkunu ġew hekk minfuqa għall-elezzjoni jew għat
tmexxija jew direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, għandhom jitħallsu fiż-
żmien stabbilit f’din l-Ordinanza u mhux xort’oħra; u, barra minn
dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm bis-saħħa ta’ din l-
Ordinanza, kull aġent elettorali li jagħmel ħlasijiet
b’kontravvenzjoni ta’ din id-disposizzjoni jkun ħati ta’ att illegali.
(5) Ħlief fil-każijiet permessi f’din l-Ordinanza, iż-żmien
stabbilit f’din l-Ordinanza għall-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż kif jingħad
hawn fuq huwa tmienja u għoxrin ġurnata wara dik li fiha l-
kandidat li tela’ jiġi ddikjarat elett.
(6) Meta jiġi ppruvat minn kandidat għas-sodisfazzjon tal-qorti
li ħlas magħmul minn aġent elettorali b’kontravvenzjoni ta’ dan l-
artikolu sar mingħajr il-permess jew konnivenza ta’ dak il-
kandidat, l-elezzjoni tiegħu ma tkunx nulla, u huwa ma jkun
suġġett għal ebda inkapaċità taħt din l-Ordinanza minħabba biss li
dak il-ħlas ikun sar b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu.
(7) Jekk l-aġent elettorali jikkontesta talba għall-ħlas mibgħuta
lilu fiż-żmien stabbilit f’din l-Ordinanza, jew jirrifjuta jew jonqos
li jħallasha fiż-żmien hawn fuq imsemmi ta’ tmienja u għoxrin
ġurnata, dik it-talba għall-ħlas titqies li hija talba kkontestata.
(8) Min jagħmel talba għall-ħlas li tiġi kkontestata jista’, jekk
irid, jaġixxi għall-ħlas fil-qorti ċivili kompetenti; u kull somma li
titħallas mill-kandidat jew mill-aġent tiegħu skond is-sentenza jew
 4      KAP. 102.ħ      VOTAZZJONI
digriet ta’ dik il-qorti titqies li ġiet imħallsa fiż-żmien stabbilit
f’din l-Ordinanza, u titqies ukoll li hija eċċezzjoni għad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza li jridu li l-kontijiet jitħallsu
mill-aġent elettorali.
(9) Meta tiġi pprovata raġuni tajba għas-sodisfazzjon tal-qorti
ċivili kompetenti, il-qorti fuq rikors ta’ min jagħmel it-talba għall-
ħlas, jew tal-kandidat, jew ta’ l-aġent tiegħu tista’, b’digriet, tagħti
permess li titħallas mill-kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu
talba kkontestata, jew talba għal spejjeż kif jingħad hawn fuq,
għalkemm tkun ġiet mibgħuta wara ż-żmien li fih skond dan l-
artikolu għandhom jintbagħtu t-talbiet, jew għalkemm it-talba
għall-ħlas tkun intbagħtet lill-kandidat u mhux lill-aġent elettorali.
(10) Kull somma speċifikata f’dak id-digriet tista’ titħallas mill-
kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu, u meta tiġi mħallsa skond
dak il-permess titqies li ġiet imħallsa fiż-żmien stabbilit f’din l-
Ordinanza.
Ħlas ta’ kumpens 
lill aġent elettorali. 
44. Sa fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, din l-Ordinanza tgħodd
għal talba ta’ kumpens magħmula minn aġent elettorali għax
xogħol tiegħu u għall-ħlas ta’ dak il-kumpens bħallikieku huwa
kien xi kreditur ieħor, u jekk tinqala’ kwistjoni dwar l-ammont ta’
dik it-talba, din tkun talba kkontestata fis-sens ta’ din l-Ordinanza,
u tiġi hekk ittrattata.
Spejjeż personali 
tal-kandidat u 
spejjeż żgħar.
45. (1) Il-kandidat f’elezzjoni jista’ jħallas l-ispejjeż personali
li jagħmel huwa għall-elezzjoni jew li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
elezzjoni jew li jkunu inċidentali għal dik l-elezzjoni sa ammont
mhux iżjed minn tnax-il lira, iżda kull spiża oħra personali li jkun
hekk għamel għandha titħallas mill-aġent elettorali tiegħu.
(2) Il-kandidat għandu jibgħat lill-aġent elettorali fiż-żmien li
fih skond din l-Ordinanza għandhom jintbagħtu t-talbiet għall-ħlas,
dikjarazzjoni bil-miktub ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż personali
mħallsin kif jingħad hawn fuq mill-kandidat.
(3) Fl-ispejjeż personali ta’ kandidat jidħlu l-ispejjeż xierqa ta’
trasport u l-ispejjeż xierqa għall-qagħad tiegħu f’lukandi jew
band’oħra għall-finijiet ta’ l-elezzjoni.
(4) Kull persuna tista’, jekk tkun hekk awtorizzata bil-miktub
mill-aġent elettorali tal-kandidat, tħallas l-ispejjeż meħtieġa ta’
kartolerija, pustaġġ, telegrammi, u spejjeż żgħar oħra sa ammont li
kollu kemm hu ma jiskorrix l-ammont imsemmi fl-awtorizzazzjoni,
iżda kull somma ’1 fuq minn dak l-ammont għandha titħallas mill-
aġent elettorali.
(5) Dikjarazzjoni bid-dettalji tal-ħlasijiet magħmulin minn
persuna hekk awtorizzata għandha tintbagħat lill-aġent elettorali
fiż-żmien li fih skond din l-Ordinanza għandhom jintbagħtu t-
talbiet għall-ħlas, u għandha tkun imwettqa b’kont bl-irċevuta ta’
dik il persuna.
 VOTAZZJONI  ġKAP. 102.    5
Spiża li taqbeż il-
maximum hija att 
illegali. 
Emendat: 
I. 1976.I1; 
XXVII. 1981.12. 
46. (1) Barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm
bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, ebda somma ma tista’ titħallas u
ebda spiża ma tista’ ssir minn kandidat f’elezzjoni jew mill-aġent
elettorali tiegħu, sew qabel, matul, jew wara l-elezzjoni, għall-
elezzjoni jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, iżjed
minn sitt mitt lira:
Iżda f’dan l-ammont ma tidħolx l-ispiża magħmula mill-
kandidat għall-ispejjeż tiegħu personali, lanqas il-kumpens (jekk
ikun hemm) li jitħallas lill-aġent elettorali basta li dan il-kumpens
ma jiskorrix mitt lira.
(2) Fil-każ ta’ kandidati li joħorġu għal elezzjoni fl-istess
distrett bħala membri ta’ l-istess partit politiku, l-ispejjeż ta’ dawk
il-kandidati jistgħu jingħaddu flimkien u ma jitqiesx li kien hemm
kontravvenzjoni għal dan l-artikolu ħlief jekk l-ispejjeż kollha ta’
dawk il-kandidati, magħdudin flimkien, jiskorru jew is-somma ta’
sitt mitt lira moltiplikata bin-numru ta’ dawk il-kandidati jew is-
somma ta’ tlett elef lira skond liema minnhom tkun l-iżgħar: iżda
jekk is-somma kollha ta’ dawk l-ispejjeż tiskorri waħda mis-
somom hawn fuq imsemmija, l-ispejjeż ta’ kull wieħed minn dawk
il kandidati jiġu separati mill-ispejjeż ta’ l-oħrajn u jgħoddu d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(3) Kull kandidat jew aġent elettorali li xjentement jikser dan l-
artikolu jkun ħati ta’ att illegali.
Ċerti spejjeż huma 
att illegali. 
47. (1) Ebda ħlas jew kuntratt għall-ħlas bl-iskop li jgħin jew
jipprokura li jitla’ kandidat f’elezzjoni, ma jista’ jsir - 
(a) għat-trasport ta’ eletturi għal post ta’ votazzjoni jew
minn dan il-post sew billi jinkrew vetturi jew
xort’oħra; jew
(b) għall-użu ta’ dar, art, bini jew lokal għall-esposizzjoni
ta’ appell, kartellun jew avviż, jew minħabba din l-
esposizzjoni, lil xi elettur jew ma’ xi elettur.
(2) Barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm taħt
din l-Ordinanza, jekk jiġi xjentement magħmul ħlas jew kuntratt
għall-ħlas b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu sew qabel, matul,
jew wara elezzjoni, il-persuna li tagħmel dak il-ħlas jew kuntratt
tkun ħatja ta’ att illegali, u kull min jirċievi dak il-ħlas jew ikun
parti f’dak il-kuntratt, meta jaf li hu b’kontravvenzjoni ta’ dan l-
artikolu, ikun ukoll ħati ta’ att illegali:
Iżda meta l-mestier ordinarju ta’ elettur bħala aġent ta’
pubbliċita jew bħala editur huwa li jesponi bi ħlas kartelluni u
avviżi, il-ħlas lil dak l-elettur jew il-kuntratt miegħu, jekk
magħmul fil-kors ordinarju ta’ dak il-mestier, ma jitqiesx li huwa
att illegali fis-sens ta’ dan l-artikolu.
Ċerti impiegi huma 
illegali.
48. (1) Ħadd ma jista’, biex jgħin jew jipprokura li jitla’
kandidat f’elezzjoni, jiġi mqabbad jew impjegat bi ħlas jew
b’wegħda ta’ ħlas għal ebda skop u f’ebda kwalità, ħlief għall-
iskopijiet jew fil-kwalitajiet li ġejjin:
(a) aġent elettorali wieħed u mhux iżjed;
 6      KAP. 102.ħ      VOTAZZJONI
(b) numru raġonevoli ta’ skrivani u messaġġieri, skond il-
kobor tad-distrett elettorali u n-numru ta’ eletturi
mniżżlin fir-reġistru elettorali għal dak id-distrett.
(2) Barra minn xi eċċezzjoni li jista’ jkun hemm taħt din l-
Ordinanza, jekk persuna tiġi mqabbda jew impjegata
b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu, sew qabel, matul jew wara
elezzjoni, il-persuna li tqabbadha jew li timpjegaha tkun ħatja ta’
att illegali.
Riserva għal 
kredituri. 
49. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza li jipprojbixxu ċerti
ħlasijiet jew kuntratti għal ħlasijiet, u l-ħlas ta’ somom, u l-infieq
ta’ spejjeż li jiskorru ċerti ammonti stabbiliti, ma jippreġudikawx
il-jedd ta’ ebda kreditur illi, meta saru l-kuntratt jew l-ispiża ma
kienx jaf li saru b’kontravvenzjoni ta’ din l-Ordinanza.
Rapport u 
dikjarazzjoni dwar 
spejjeż elettorali. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965.
50. (1) Fi żmien wieħed u tletin ġurnata wara l-ħruġ tar-
riżultat ta’ elezzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, l-aġent elettorali ta’
kull kandidat f’dik l-elezzjoni għandu jibgħat lill-kummissjonarju
rapport ta’ l-ispejjeż elettorali ta’ dik il-persuna, li għandu jkun fih
il-partikolaritajiet imsemmijin fis-Seba’ Skeda li hawn ma’ din l-
Ordinanza, u għandu jkun iffirmat sew mill-kandidat kif ukoll mill-
aġent elettorali tiegħu. Kemm-il darba l-kandidat ikun nieqes minn
Malta, id-dmirijiet li jmissu lilu jistgħu jiġu esegwiti minn
rappreżentant maħtur għaldaqshekk.
(2) Dan ir-rapport għandu jkun fih iddikjarati l-ħlasijiet kollha
magħmulin mill-kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu, jew minn
persuni oħra f’isem il-kandidat jew fl-interess tiegħu, għall-ispejjeż
li jkunu saru għall-elezzjoni, jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’ l-
elezzjoni, u għandu jkun fih iddikjarat ukoll kull dejn ieħor li jkun
għadu mhux imħallas, dwar dawk l-ispejjeż, li huwa jew l-aġent
elettorali tiegħu jkun jaf bih.
(3) Ir-rapport għandu jkollu miegħu d-dikjarazzjonijiet li
għandhom isiru bil-ġurament quddiem maġistrat mill-kandidat jew
l-aġent elettorali tiegħu, fil-formola miġjuba fis-Seba’ Skeda li
hawn ma’ din l-Ordinanza.
(4) Kull kandidat jew aġent elettorali illi jikser id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ikun ħati, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56, ta’ att illegali.
Pubblikazzjoni ta’ 
avviż dwar ir-
rapport ta’ spejjeż 
elettorali. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XIII.1983.5.
51. Meta r-rapport ta’ l-ispejjeż elettorali, u d-dikjarazzjonijiet
dwarhom jiġu ppreżentati lill-kummissjonarji, dawn għandhom,
mill-iktar fis li jista’ jkun, jieħdu ħsieb li avviż tad-data li fiha ġew
ippreżentati r-rapport u d-dikjarazzjonijiet, u tal-ħin u tal-lok li
fihom jistgħu jiġu eżaminati jiġi mwaħħal f’post fejn jidher sewwa
fl-uffiċċju tal-kummissjonarji u ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern,
u kull min irid, bil-ħlas ta’ dritt ta’ ħames ċenteżmi, għandu l-jedd
jara dak ir-rapport jew dawk id-dikjarazzjonijiet u, bil-ħlas ta’ sitt
ċenteżmi għal kull faċċata ta’ mija u għoxrin kelma, jista’ jitlob
kopja jew kopji ta’ kull parti tagħhom.
 VOTAZZJONI  ġKAP. 102.    7
Piena għal min 
jinsab ħati ta’ att 
illegali. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVI. 1974.3; 
LVIII.1974.68; 
A.L. 148 ta’ 1-
1975.
52. (1) Kull min jagħmel att illegali jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira u bħala konsegwenza talli jiġi
hekk misjub ħati, isir inkapaċi, għal żmien ta’ erba’ snin mid-data li
fiha jiġi misjub ħati, li jkun irreġistrat bħala elettur jew li jivvota
f’elezzjoni jew li jkun elett membru, u jekk qabel dik id-data jkun
ġie elett membru, il-post tiegħu, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, jsir battal mid-data li
huwa jiġi misjub hekk ħati.
(2) Ebda proċediment għal att illegali ma’ jista’ jinbeda
mingħajr il-permess ta’ l-Avukat Ġenerali.
TAQSIMA V 
ATTI TA' KORRUZZJONI
Personifikazzjoni. 
ta’ votazzjoni taħt l-isem ta’ persuna oħra, sew jekk dak l-isem ikun
ta’ persuna ħajja jew mejta jew ta’ persuna ivvintata, jew, wara li
jkun ġa ivvota darba f’dik l-elezzjoni, jitlob fl-istess elezzjoni
polza ta’ votazzjoni f’ismu nnifsu, ikun ħati ta’ reat ta’
personifikazzjoni.
Trattament. 
persuna oħra, qabel, matul jew wara elezzjoni, direttament jew
indirettament, jagħti jew jipprovdi, jew iħallas l-ispiża kollha jew
biċċa mill-ispiża biex jingħata jew jiġi pprovdut ikel, xorb,
trattament, jew proviżjon lil persuna, jew għal xi persuna, bil-ħsieb
li b’korruzzjoni jinfluwixxi fuq dik il-persuna jew fuq persuna oħra
biex tagħti jew biex ma tagħtix il-vot tagħha f’elezzjoni, jew
minħabba li dik il-persuna jew persuna oħra tkun tat jew ma tkunx
tat il-vot, jew minħabba li tkun sejra tivvota jew sejra ma tivvotax
f’elezzjoni, ikun ħati ta’ reat ta’ trattament.
(2) Kull elettur li b’korruzzjoni jaċċetta jew jieħu ikel, xorb,
trattament, jew proviżjon, kif jingħad hawn fuq, ikun ħati ta’ reat
ta’ trattament.
Użu ta’ influwenza 
illegali. 
Emendat: 
LVI. 1974.4.
55. Kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew
bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, juża jew ihedded li juża forza,
vjolenza jew restrizzjoni, jew jikkaġuna jew ihedded li jikkaġuna,
huwa nnifsu jew bil-mezz ta’ ħaddieħor, offiża, dannu, ħsara jew
telf temporali jew spiritwali fuq persuna jew kontra persuna sabiex
iħajjar jew iġiegħel lil dik il-persuna tivvota jew ma tivvotax, jew
minħabba li dik il-persuna tkun ivvotat jew ma tkunx ivvotat
f’elezzjoni, u kull min b’serq tal-persuna, bi vjolenza, jew b’att jew
mezz qarrieqi, jimpedixxi jew ma jħallix l-eżerċizzju liberu tal-jedd
tal-vot ta’ elettur, jew b’hekk iġiegħel, iħajjar jew jipperswadi
elettur biex jagħti jew biex ma jagħtix il-vot tiegħu f’elezzjoni,
ikun ħati tar-reat ta’ użu ta’ influwenza illegali.
Korruzzjoni. 
Emendat:
XXXIV.1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
56. Hu ħati tar-reat ta’ korruzzjoni:
(a) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
 8      KAP. 102.ħ      VOTAZZJONI
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jagħti, jislef jew
jiftiehem li jagħti jew jislef, jew joffri, iwiegħed jew
iwiegħed li jipprokura jew li jfittex li jipprokura, flus
jew xi ħaġa li tiswa flus lil jew għal xi elettur; jew lil
jew għal persuna oħra fl-interess ta’ elettur, jew lil jew
għal xi persuna oħra, biex iħajjar elettur jivvota jew
ma jivvotax, jew b’korruzzjoni jagħmel xi att kif
jingħad hawn fuq minħabba li dan l-elettur ikun ivvota
jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni taħt din l-Ordinanza;
(b) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jagħti jew
jipprokura, jew jiftiehem li jagħti jew li jipprokura,
jew joffri, iwiegħed jew iwiegħed li jipprokura jew li
jfittex li jipprokura kariga, post jew impieg lil jew għal
xi elettur jew lil jew għal xi persuna fl-interess ta’
elettur jew lil jew għal xi persuna oħra biex iħajjar
elettur jivvota jew ma jivvotax, jew jagħmel
b’korruzzjoni xi att kif jingħad hawn fuq minħabba li
elettur ikun ivvota jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni taħt
din l-Ordinanza;
(ċ) kull min direttament jew indirettament huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirregala, jislef,
joffri, iwiegħed, jipprokura jew jiftiehem, bil-mod fuq
imsemmi, lil jew ma’ xi persuna sabiex iħajjar lil din
il-persuna li tipprokura jew li tfittex li tipprokura l-
elezzjoni ta’ xi ħadd bħala membru tal-Kamra, jew li
tipprokura jew tfittex li tipprokura l-vot ta’ xi elettur
f’elezzjoni li ssir taħt din l-Ordinanza;
(d) kull min, wara jew minħabba dak ir-rigal, self, offerta,
wegħda, prokurament jew ftehim kif jingħad hawn fuq,
jipprokura jew jobbliga ruħu, iwiegħed jew ifittex li
jipprokura l-elezzjoni ta’ persuna bħala membru tal-
Kamra jew il-vot ta’ xi elettur f’elezzjoni li ssir taħt
din l-Ordinanza;
(e) kull min joħroġ flus jew iħallas jew iġiegħel li jitħallsu
flus lil persuna oħra jew għall-użu ta’ persuna oħra,
sabiex dawk il-flus jew biċċa minnhom jintefqu
f’korruzzjonijiet f’elezzjoni li ssir taħt din l-
Ordinanza, jew xjentement iħallas jew iġiegħel li
jitħallsu flus lil xi persuna bi ħlas jew b’radd ta’ flus li
ntefqu kollha jew biċċa minnhom f’korruzzjonijiet
f’dik l-elezzjoni;
(f) kull elettur illi, qabel jew matul elezzjoni taħt din l-
Ordinanza, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirċievi flus, rigal,
self, jew xi ħaġa li tiswa flus, kariga, post jew impieg,
jew jiftiehem jew jikkuntratta fuqhom għalih jew għal
persuna oħra, biex jivvota jew biex jobbliga ruħu li
jivvota jew biex ma jivvotax jew biex jobbliga ruħu li
ma jivvotax f’dik l-elezzjoni;
(g) kull min, wara elezzjoni taħt din l-Ordinanza,
direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew bil-
 VOTAZZJONI  ġKAP. 102.    9
mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirċievi flus jew xi ħaġa li
tiswa flus minħabba li persuna tkun ivvotat jew ma
tkunx ivvotat jew minħabba li jkun ġiegħel persuna
oħra li tivvota jew li ma tivvotax f’dik l-elezzjoni.
Piena u inkapaċità 
minħabba atti 
illegali.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVI. 1974.5; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
57. (1) Kull min jikkommetti r-reat ta’ personifikazzjoni, ta’
trattament, ta’ użu ta’ influwenza illegali jew ta’ korruzzjoni jew
igħin, iħajjar, jagħti parir jew jipprokura biex isir ir-reat ta’
personifikazzjoni u kull kandidat jew aġent elettorali li xjentement
igħid il-falz fid-dikjarazzjoni meħtieġa fl-artikolu 50 dwar l-
ispejjeż elettorali, ikun ħati ta’ att illegali u jeħel, meta jinsab ħati,
fid-diskrezzjoni tal-qorti, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew
il-multa u l-priġunerija flimkien, u, minħabba li jkun ġie hekk
misjub ħati, isir inkapaċi, għaż-żmien ta’ seba’ snin, mid-data li
jkun ġie misjub ħati, li jkun irreġistrat bħala elettur u li jivvota
f’elezzjoni taħt din l-Ordinanza, jew li jkun elett bħala membru, u
jekk f’dik id-data huwa jkun ġie elett membru, l-elezzjoni tiegħu,
bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni ta’
Malta, titħassar mid-data li huwa jiġi hekk misjub ħati.
(2) Ebda proċediment dwar att ta’ korruzzjoni ma jista’ jinbeda
mingħajr il-permess ta’ l-Avukat Ġenerali.
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza,
riferenzi għal "tivvota" jew għal "ma tivvotax", jew għal "tagħti"
jew għal "ma tagħtix il-vot", jinkludu riferenzi għal "tivvota" jew
għal "ma tivvotax" b’mod partikolari.
TAQSIMA VI
SKUŻA F’KAŻ TA’ ATTI TA’ KORRUZZJONI
 U TA’ ATTI ILLEGALI
Raġunijiet li 
jiskużaw lill-
kandidat f’xi 
każijiet ta’ atti ta’ 
korruzzjoni jew 
illegali magħmulin 
mill-aġenti tiegħu. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
58. L-elezzjoni ta’ kandidat, li kien ħati fil-persuna ta’ l-aġenti
tiegħu, tar-reat ta’ trattament u ta’ użu ta’ influwenza illegali, u ta’
atti illegali, jew ta’ xi reati minn dawn, dwar dik l-elezzjoni, ma
tiġix, minħabba dawk ir-reati, iddikjarata nulla u lanqas il-kandidat
ma jaqa’ taħt ebda inkapaċità taħt din l-Ordinanza, jekk il-qorti
tkun sodisfatta, wara li tagħti lill-Avukat Ġenerali l-opportunità li
jiġi mismugħ, illi l-kandidat għamel il-prova - 
(a) li ebda att ta’ korruzzjoni jew illegali ma sar f’dik l-
elezzjoni mill-kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu
u r-reati hawn fuq imsemmija saru kontra l-ordnijiet u
mingħajr il-kunsens jew il-konnivenza ta’ dak il-
kandidat jew ta’ l-aġent elettorali tiegħu; u
(b) illi dak il-kandidat u l-aġent elettorali tiegħu għamlu
kull mezz raġonevoli sabiex ma jħallux li jsiru atti ta’
korruzzjonijiet u atti illegali f’dik l-elezzjoni; u
(ċ) illi r-reati hawn fuq imsemmija kienu ta’ natura ħafifa,
bla importanza u limitati; u
 10      KAP. 102.ħ      VOTAZZJONI
(d) illi mill-bqija fl-elezzjoni ma kien hemm ebda att ta’
korruzzjoni jew att illegali min-naħa ta’ dak il-
kandidat u ta’ l-aġenti tiegħu.
Il-qorti tista’ ma 
tqisx bħala att 
illegali, att 
innoċenti. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. l48 ta’ l-1975.
59. Meta, fi proċedimenti, jiġi ippruvat lill-qorti, bi provi li l-
qorti jidhrilha li huma biżżejjed - 
(a) illi att jew nuqqas ta’ kandidat f’elezzjoni, jew ta’ l-
aġent elettorali tiegħu jew ta’ aġent ieħor jew ta’
persuna oħra, li jikkonsisti fi ħlas ta’ somma jew spiża
magħmula f’ammont li jiskorri l-maximum permess
f’din l-Ordinanza, jew li jikkonsisti fi ħlas, obbligu,
impieg, jew kuntratt magħmul b’kontravvenzjoni ta’
din l-Ordinanza, jew li b’mod ieħor sar
b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, kien ikun, li kieku ma kienx hemm dan l-
artikolu, att illegali; u
(b) illi dak l-att jew nuqqas kien ġej min-nuqqas ta’
attenzjoni jew minħabba kalkolu ħażin mhux apposta
jew minħabba kawża oħra raġonevoli ta’ l-istess xorta,
u illi, f’ebda każ, ma ġie minn nuqqas ta’ bona fidi,
u taħt iċ-ċirkostanzi l-qorti jkun jidhrilha, wara li tagħti lill-Avukat
Ġenerali l-opportunità li jiġi mismugħ, li hi ħaġa sewwa li l-
kandidati f’dik l-elezzjoni u l-aġent u persuna oħra jew xi ħadd
minnhom, m’għandhomx ikunu suġġetti għall-konsegwenzi taħt din
l-Ordinanza, il-qorti tista’ tqis dak l-att jew nuqqas bħala
eċċezzjoni għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, għad illi,
skond dawn id-disposizzjonijiet dak l-att jew nuqqas kien ikun att
illegali, u b’hekk il-kandidat, aġent jew persuna hawn fuq
imsemmija ma jkunux suġġetti minħabba dak l-att jew nuqqas għal
ebda waħda mill-konsegwenzi taħt din l-Ordinanza.
Skuża ammissibbli 
fil-każ ta’ nuqqas 
ta’ tħaris mid- 
disposizzjonijiet 
dwar ir-rapport u 
d-dikjarazzjoni ta’ 
spejjeż elettorali. 
Emendat:
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
60. (1) Meta r-rapport u d-dikjarazzjoni dwar spejjeż elettorali
ta’ kandidat f’elezzjoni ma jiġux mibgħuta kif jinħtieġ f’din l
Ordinanza, jew, jekk jiġu mibgħuta, ikun fihom xi żball jew
dikjarazzjoni falza, f’dan il-każ -
(a) jekk il-kandidat fi proċediment ċivili jew kriminali
taħt din l-Ordinanza, jipprova għas-sodisfazzjon tal-
qorti, illi l-fatt li dak ir-rapport jew dawk id-
disposizzjonijiet, jew il-wieħed jew l-oħra jew parti
minnhom, ma ġewx mibgħuta, jew li fihom xi żball
jew dikjarazzjoni falza, ġara minħabba li huwa kien
marid jew minħabba l-assenza, mewt, mard jew
imġieba ħażina ta’ l-aġent elettorali tiegħu jew ta’
skrivan jew ta’ uffiċjal ta’ dan l-aġent, jew minħabba
nuqqas ta’ attenzjoni, jew għal xi raġuni oħra tajba ta’
din ix-xorta, u mhux minħabba nuqqas ta’ bona fidi
min-naħa tal-kandidat; jew
(b) jekk l-aġent elettorali tal-kandidat jipprova għas-
sodisfazzjon tal-qorti illi l-fatt li ma bagħatx ir-rapport
u d-dikjarazzjonijiet li kien imissu jibgħat jew xi parti
minnhom, jew li kien fihom xi żball jew dikjarazzjoni
falza, ġara minħabba li kien marid jew minħabba l-
  VOTAZZJONI   ġ K AP. 102.
mewt jew mard ta’ l-aġent elettorali li l-kandidat kellu
qabel, jew minħabba l-assenza, mewt, mard jew
imġieba ħażina ta’ skrivan jew uffiċjal ta’ aġent
elettorali tal-kandidat, jew minħabba nuqqas ta’
attenzjoni jew għal xi raġuni oħra tajba ta’ din ix
xorta, u mhux minħabba nuqqas ta’ bona fidi min naħa
ta’ l-aġent elettorali,
il-qorti, wara li tagħti l-opportunità lill-Avukat Ġenerali li jiġi
mismugħ, tista’, skond ma jidhrilha xieraq, tagħti digriet li bih
tilqa’ skuża ammissibbli għall-fatt li r-rapport u d-dikjarazzjonijiet
hawn fuq imsemmija ma ġewx mibgħuta jew għall-fatt li kien
fihom żball jew dikjarazzjoni falza.
(2) Meta fi proċediment jiġi ippruvat lill-qorti illi persuna li
hija jew li kienet aġent elettorali irrifjutat jew naqset li tagħmel dak
ir-rapport jew li tagħti dawk il-partikolaritajiet sabiex il-kandidat
jew l-aġent elettorali tiegħu, rispettivament, ikunu jistgħu iħarsu d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar ir-rapport u d-
dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż elettorali, il-qorti, qabel ma tagħti d-
digriet u tilqa’ l-iskuża, kif jingħad f’dan l-artikolu, tordna lil dik
il-persuna biex tidher, u, kemm-il darba hija tonqos li tidher u li
tipprova l-kuntrarju, tordnalha li tagħmel ir-rapport u d-
dikjarazzjoni, jew li tikkunsinna prospett tal-partikolaritajiet li
għandu jkun fih ir-rapport, kif il-qorti jidhrilha sewwa, u li tagħmel
jew tikkunsinna dawn f’dak iż-żmien, u lil dik il-persuna u b’dak il-
mod li l-qorti tordna, jew tista’ tordna li tiġi eżaminata dwar dawk
il-partikolaritajiet, u kemm-il darba tonqos li tesegwixxi dak l-
ordni, hija tkun ħatja ta’ att illegali.
(3) Il-qorti tista’ tilqa’ l-iskuża taħt il-kondizzjoni li jsir
rapport u dikjarazzjoni f’forma mbiddla jew fi żmien imġedded, u li
jiġu mħarsa dawk il-kondizzjonijiet l-oħra illi l-qorti jidhrilha li
huma l-aħjar sabiex iseħħu l-finijiet ta’ din l-Ordinanza; u d-digriet
li jilqa’ skuża ammissibbli jeħles lill-kandidat jew lill-aġent
elettorali, skond il-każ, minn kull responsabbilità jew konsegwenza
taħt din l-Ordinanza għall-fatt skużat bid-digriet; u meta jiġi
ippruvat lill-qorti mill-kandidat illi att jew nuqqas ta’ aġent
elettorali dwar ir-rapport u d-dikjarazzjoni rigward l-ispejjeż
elettorali sar mingħajr il-kunsens jew il-konnivenza tal-kandidat u
li l-kandidat għamel il-mezzi kollha raġonevoli sabiex jevita dak l-
att jew nuqqas, il-qorti teħles lill-kandidat mill-konsegwenzi ta’ l-
att jew nuqqas ta’ l-aġent elettolari tiegħu.
(4) Id-data tad-digriet, jew jekk ikollhom jiġu osservati
kondizzjonijiet u pattijiet, id-data li fiha r-rikorrent jesegwihom
għal kollox, hija magħrufa f’din l-Ordinanza bħala d-data li fiha
ġiet milqugħa l-iskuża.
 12      KAP. 102.ħ      VOTAZZJONI
TAQSIMA VII 
NULLITÀ TA’ ELEZZJONIJIET
Nullità minħabba li 
l-kandidat jiġi 
misjub ħati.
Emendat: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
61. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta, l-elezzjoni ta’ kandidat bħala membru tal-
Kamra tiġi annullata meta huwa jiġi misjub ħati ta’ korruzzjoni jew
ta’ att illegali.
Nullità ta’ 
elezzjoni għal 
raġunijiet oħra. 
Emendat: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
62. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta meta applikabbli, l-elezzjoni ta’ kandidat
bħala membru tal-Kamra tiġi ddikjarata nulla meta tiġi pprovata
għas-sodisfazzjon tal-qorti xi waħda jew oħra mir-raġunijiet li
ġejjin:
(a) jekk minħabba korruzzjoni ġenerali, trattament
ġenerali, jew intimidazzjoni ġenerali, jew imġieba
oħra ħażina, jew ċirkostanzi oħra, il-biċċa l-kbira ta’ l-
eletturi kienu jew setgħu jkunu impeduti li jtellgħu l-
kandidati li kienu jridu;
(b) nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza dwar l-elezzjonijiet jew tar-regolamenti
dwar il-votazzjoni jekk il-qorti jidhrilha li l-elezzjoni
ma ġietx immexxija skond il-prinċipji stabbiliti f’dawk
id-disposizzjonijiet u li dan in-nuqqas kellu effett fuq
ir-riżultat ta’ l-elezzjoni;
(ċ) illi fl-elezzjoni sar att ta’ korruzzjoni jew att illegali
mill-kandidat innifsu jew minn aġent tal-kandidat bil-
konoxxenza jew kunsens tal-kandidat;
(d) illi l-kandidat qabbad personalment persuna bħala
aġent elettorali tiegħu, jew bħala galoppin jew aġent
meta kien jaf li dik il-persuna, matul is-seba’ snin ta’
qabel ma ġiet hekk inqabbda minnu, kienet ġiet
misjuba ħatja ta’ att ta’ korruzzjoni;
(e) illi l-kandidat kien, fiż-żmien li ġie elett, persuna
skwalifikata għall-elezzjoni bħala membru. 
Imħassar. 
XXI. 1991.118
TAQSIMA VIII
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
L-artikoli 63 sa 68 ġew imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
  VOTAZZJONI   ġ K AP. 102.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
L-EWWEL SKEDA
Imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV.1961.8; 
XXV.1962. 3; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68. 
IT-TIENI SKEDA 
Imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Sostitwita:
I. 1976.12;
XXVII. 1981.5. 
IT-TIELET SKEDA 
Imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8;
A.L. 46 ta’ l-1965.
 IR-RABA' SKEDA
Imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Emendata: 
XXXIV. 1961.8;
A.L. 46 ta’ l-1965.
IL-ĦAMES SKEDA
Imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991.
Emendata: 
XXXIV. 1961.8;
A.L. 46 ta’ l-1965.
IS-SITT SKEDA
 Imħassra bl-Att XXI ta’ l-1991. 
Emendata: 
XIII. 1983.5.
IS-SEBA' SKEDA 
ġArtikolu 50 (1)ħ
RAPPORT TA’ L-ISPEJJEŻ TA’ L-ELEZZJONI
l. Fil-kolonna tad-dħul għandu jkun hemm l-isem u d-
deskrizzjoni ta’ kull persuna (kompriż il-kandidat), każin, soċjetà
jew assoċjazzjoni li mingħandħom daħlu flus, garanziji jew
ekwivalent ta’ flus, għall-ispejjeż li jsiru għall-elezzjoni, jew li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-elezzjoni jew inċidentali għall-elezzjoni,
u l-ammont li jkun daħal mingħand kull persuna, każin, soċjetà jew
assoċjazzjoni separatament.
2. Fil-kolonna ta’ l-ispejjeż għandhom jitniżżlu:
 (a) l-ispejjeż personali tal-kandidat magħmulin jew
imħallsin mill-kandidat jew mill-aġent elettorali
tiegħu; 
 14      KAP. 102.ħ      VOTAZZJONI
(b) l-isem u r-rata, u l-ammont kollu tal-ħlas ta’ kull
persuna mpjegata bħala aġent (kompriż l-aġent
elettorali), skrivan jew messaġġier;
(ċ) l-ispejjeż tat-traġitti u l-ispejjeż l-oħra kollha
magħmulin mill-kandidat jew mill-aġent elettorali
tiegħu akkont ta’ aġenti (kompriż l-aġent elettorali),
skrivani, jew messaġġieri;
(d) l-ispejjeż tat-traġitti ta’ persuni, sew jekk imħallsin
b’salarju jew le, li saru għall-kandidatura u sew jekk
ikunu ġew imħallsin jew magħmulin mill-kandidat,
mill-aġent elettorali tiegħu jew mill-persuna li tagħmel
dak it-traġitt;
(e) l-ispejjeż li tħallsu jew li saru, għal: 
(i) stampa;
(ii) avviżi;
(iii) kartolerija; 
(iv) pustaġġ; 
(v) telegrammi;
(vi) kiri ta’ kmamar għal meetings jew għal kumitati; 
(f) spejjeż oħra diversi, li tħallsu jew li saru.
Nota:
(1) Għandhom jitniżżlu l-ispejjeż kollha li jkunu saru dwar il-
kandidatura sew jekk ikunu ġew imħallsa mill-kandidat, mill-aġent
elettorali tiegħu jew minn persuna oħra, jew li jkunu għadhom
m’humiex imħallsa fid-data tar-rapport.
(2) Għall-partiti kollha ta’ iżjed minn ħamsa u għoxrin
ċenteżmu ħlief fil-każijiet (bħal pustaġġ) li għalihom ma tingħatax
irċevuta, mar-rapport għandhom jiġu mdaħħla l-kontijiet.
 (3) Is-somom kollha ta’ flus imħallsa bla ma jkun hemm
riċevuta tagħhom, għandhom jitniżżlu ħaġa b’ħaġa bid-data tal-
ħlas. 
(4) Is-somom kollha ta’ flus li ma jkunux tħallsu għandhom
jitniżżlu f’lista għaliha.
  VOTAZZJONI   ġ K AP. 102.
FORMULA TA’ DIKJARAZZJONI LI SSIR MILL-AĠENT 
ELETTORALI 
Billi jiena aġent
elettorali għalkandidat għall-
elezzjonidistrett elettorali,
b’din naħlef solennement li dan ir-rapport ta’ hawn fuq ta’ spejjeż
elettorali huwa veru sa fejn naf u nifhem jien, u li, barra mill-
ispejjeż li huma mniżżlin fih, ma saru ebda xorta ta’ spejjeż, sa fejn
naf u nifhem jien, li għandhom x’jaqsmu mal-kandidatura jew
għall-kandidatura ta’ ............................ 
 ............................
Aġent Elettorali.
Maħluf quddiemi.
 ................................................
Maġistrat.
FORMULA TA’ DIKJARAZZJONI LI SSIR MILL- 
KANDIDAT
 Jien kandidat għa
distrett elettorali, naħlef li r-
rapport ta’ spejjeż elettorali ta’ hawn fuq huwa veru sa fejn naf u
nifhem jien, u illi, barra mill-ispejjeż li huma mniżżlin fih, ma saru
ebda xorta ta’ spejjeż sa fejn naf u nifhem jien li għandhom
x’jaqsmu mal-kandidatura jew għall-kandidatura tiegħi.
.............................
Kandidat
Maħluf quddiemi.
 ..............................................
Maġistrat.
