POSTIJIET TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA ġ K AP. 103.
KAPITOLU 103
ORDINANZA DWAR POSTIJIET TA’ ĦSARA 
GĦAS-SAĦĦA 
Biex tipprovdi għat-tibdil ta’ postijiet ta’ ħsara għas-saħħa.
 (7 ta’ Lulju, 1939)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XXXV ta’ 1-1939, u ġiet emendata bl-
Ordinanza VI ta' l-1959; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Atti: LVIII ta’
l-1974, XLIX ta’ l-1981 u VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
ta’ Ħsara għas-Saħħa.
Tifsir.
fil-kelma "bini" jidħlu dar, kapanna, tinda jew forma oħra ta’
kenn temporanju jew permanenti;
fil-kelmiet "difetti sanitarji" jidħlu n-nuqqas ta’ arja, ta’ wisa’
jew ta’ ventilazzjoni, id-dlam, l-umdità, in-nuqqas ta’ fornitura ta’
ilma biżżejjed u fil-qabda jew ta’ kumditajiet sanitarji jew ta’
kumditajiet oħra;
fil-kelma "triq" jidħlu bitħa, sqaq, passaġġ, pjazza jew post ieħor
ta’ mogħdija.
Il-President jista’ 
jiddikjara mhix 
sanitarja area ta’ 
tbattil.
Emendat: 
LVIII. 1974. 68.
3. Meta l-President ta’ Malta hu sodisfatt dwar area f’Malta
jew Għawdex -
(a) illi d-djar f’dik l-area minħabba nuqqas ta’ tiswijiet
jew minħabba difetti sanitarji mhumiex tajba għall-
abitazzjoni tan-nies, jew minħabba t-tqassim ħażin
tagħhom, jew id-dieq jew it-tqassim ħażin tat-toroq,
huma perikolużi jew ta’ ħsara għas-saħħa ta’ l-abitanti
ta’ dik l-area, u li l-bini l-ieħor fl-area, jekk ikun
hemm, huwa għall-istess raġuni perikoluż jew ta’
ħsara għas-saħħa ta’ dawk l-abitanti; u
(b) illi l-aħjar mod sabiex l-area ma tibqax hekk, huwa li
jinħatt il-bini kollu fl-area,
il-President ta’ Malta jordna li dik l-area tiġi deskritta fuq mappa
b’mod illi jitħalla barra mill-area kull bini, li huwa ma jkunx
jidhirlu, għal xi waħda mir-raġunijiet fuq imsemmija, li mhux
tajjeb għall-abitazzjoni tan-nies jew li huwa perikoluż jew ta’ ħsara
għas-saħħa, u, bi Proklama, jiddikjara l-area hekk deskritta bħala
area ta’ tbattil, jiġifieri area li għandha titbattal mill-bini kollu
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza:
Iżda qabel ma jiddikjara area bħala area ta’ tbattil, il-
President ta’ Malta għandu jkun sodisfatt illi hemm jew għad ikun
hemm post adattat għan-nies li jkollhom jitilqu minħabba t-tbattil
ta’ area qabel ma jsir l-ispustament li minn żmien għal ieħor ikun
*Ara Proklama Nru. XXXIII tas-7 ta’ Lulju, 1939.
 2      KAP. 103.ħ    POSTIJIET TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA
jinħtieġ matul il-ħatt tal-bini f’dik l-area, jew f’partijiet differenti
tagħha.
L-awtorità 
kompetenti 
għandha tieħu 
ħsieb tbattal l-area 
tat-tbattil. 
Emendat: 
VI.1959.3.
4. (1) Mill-aktar fis li jista’ jkun wara li area tkun ġiet
iddikjarata bħala area ta’ tbattil, l-awtorità kompetenti għandha,
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, tibda tbattal l-area
bil-mod il-wieħed jew l-ieħor kif sejjer jingħad hawn jew parti bil-
mod il-wieħed u parti bl-ieħor, jiġifieri -
(a) billi tordna l-ħatt ta’ bini fl-area; jew
(b) billi tixtri bini li jkun jinsab ġewwa l-area u
tesegwixxi, jew b’mod ieħor tiżgura, il-ħatt totali jew
parzjali ta’ dak il-bini.
(2) L-awtorità kompetenti biex tordna l-ħatt ta’ bini f’area ta’
tbattil huwa d-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, u l-awtorità
kompetenti biex tixtri bini li jinsab ġewwa l-area huwa l-
Accountant General.
Ordni għall-ħatt. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
5. (1) Meta dwar area iddikjarata area ta’ tbattil, id-Direttur
tax-Xogħlijiet Pubbliċi jiddeċidi li jordna l-ħatt ta’ bini f’dik l-
area, huwa għandu jagħmel u jressaq quddiem il-President ta’
Malta sabiex jiġi mwettaq minnu, ordni (f’din l-Ordinanza msejjaħ
"ordni għall-ħatt") li bih jordna l-ħatt ta’ dak il-bini.
(2) L-ordni għall-ħatt għandu jkun fil-forma stabbilita u
għandu jiddeskrivi l-bini li għalih jirreferixxi, u jiffissa ż-żmien li
fih id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jrid li l-bini fl-area jiġi
mbattal għall-ħatt u għal dak il-fini huwa jista’ jiffissa żminijiet
differenti dwar bini differenti.
(3) Qabel ma jressaq l-ordni quddiem il-President ta’ Malta, id-
Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi għandu - 
(a) joħroġ fil-Gazzetta tal-Gvern avviż li bih igħarraf li
ġie magħmul dak l-ordni; u
(b) jinnotifika lis-sid jew sidien, u lill-kerrej jew detentur,
tal-bini msemmi fl-ordni, b’avviż li juri x’inhu l-iskop
ta’ dan l-ordni u li dan l-ordni sejjer jiġi mressaq
quddiem il-President ta’ Malta sabiex jiġi mwettaq
minnu, u jispeċifika ż-żmien, li ma għandux ikun
anqas minn wieħed u għoxrin ġurnata, li fih tista’ ssir
oppożizzjoni għal dak l-ordni:
Kap. 12.
Iżda, jekk is-sid, jew xi wieħed jew xi wħud mis-sidien, ma
jkunux magħrufa jew ikunu inċerti jew assenti jew minuri jew
inkapaċi u mhux legalment rappreżentati, l-avviż hawn fuq
imsemmi għandu jiġi nnotifikat lill-kuraturi maħtura mill-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili biex jirrappreżentaw dak is-sid jew
dawk is-sidien skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
(4) Kull sid u kull persuna oħra li jkollhom jeddijiet ipotekarji
jew jeddijiet reali fuq il-bini, jistgħu, fi żmien wieħed u għoxrin
ġurnata mill-ħruġ ta’ l-ordni għall-ħatt, jagħmlu oppożizzjoni għal
dak l-ordni lill-Bord imsemmi fis-subartikolu ta’ wara dan,
minħabba li l-bini mhux ħażin għall-abitazzjoni tan-nies għar
POSTIJIET TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA ġ K AP. 103.
raġunijiet imsemmijin fl-artikolu 3 ta’ din l-Ordinanza, jew li jista’,
bi spiża raġonevoli, isir hekk tajjeb għall-abitazzjoni tan-nies li ma
jkunx hemm perikolu jew ħsara għas-saħħa tan-nies li joqogħdu
f’dak il-bini.
(5) Jekk ma ssirx oppożizzjoni minn ebda waħda mill-persuni
hawn fuq imsemmija, jew jekk kull oppożizzjoni li tkun saret tiġi
rtirata, il-President ta’ Malta jista’ jwettaq l-ordni b’xi tibdil jew
mingħajr tibdil; iżda f’kull każ ieħor, qabel ma jwettaq l-ordni,
jordna li ssir investigazzjoni minn bord (f’din l-Ordinanza msemmi
"il-Bord") u jikkunsidra kull oppożizzjoni li ma tkunx ġiet irtirata u
r-rapport tal-Bord, u mbagħad wara jista’ jwettaq l-ordni, b’xi
tibdil jew mingħajr tibdil, jew ma jwettaqx dak l-ordni.
Kap. 88. 
(6) Meta ordni għall-ħatt ma jiġix imwettaq dwar bini
partikolari, dak l-ordni ma jitqiesx li jgħodd għal dak il-bini: iżda
kull bini bħal dan jista’ jiġi akkwistat imqar kontra r-rieda tas-sid
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet
għal Skopijiet Pubbliċi.
(7) Meta, fil-fehma tal-Bord, bini li ma jkunx fih innifsu ħażin
għas-saħħa, u li jkun miżmum tajjeb, jiġi mdaħħal f’area ta’ tbattil
minħabba l-kondizzjonijiet ħżiena għas-saħħa li ġġib ir-rassa ta’
bini f’dik l-area, jew minħabba biss it-tqassim ħażin ta’ dak il-bini
tiegħu relattivament għal bini ieħor, jew minħabba d-dieq jew it-
tqassim ħażin tat-toroq, il-Bord jista’ jirrikmanda li dak il-bini jkun
intitolat għal indennizz speċjali skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 9 ta’ din l-Ordinanza; u, meta jwettaq
l-ordni, il-President ta’ Malta jista’ għall-finijiet tal-ħlas ta’
indennizz jiddikjara dan il-bini intitolat għal kumpens speċjali.
(8) Il-Bord għandu jkun fih mhux anqas minn tliet persuni
maħtura mill-President ta’ Malta: waħda minnhom għandha tkun
persuna li jkollha d-diploma tas-saħħa pubblika, persuna li teżerċita
l-professjoni ta’ avukat, u oħra li terżerċita l-professjoni ta’ arkitett
u inġinier ċivili. Iċ-Chairman tal-Bord jiġi maħtur mill-President
ta’ Malta.
(9) Mill-aktar fis li jista’ jkun wara li mill-President ta’ Malta
jiġi mwettaq ordni għall-ħatt, id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi
għandu joħroġ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li jgħarraf li l-ordni ġie
mwettaq u jinnotifika bl-istess avviż lil kull persuna illi, wara li
tkun tat avviż ta’ l-oppożizzjoni tagħha għall-ordni, tkun dehret
biex issostni l-oppożizzjoni tagħha fl-investigazzjoni li tkun saret
mill-Bord.
(10) L-ordni għall-ħatt jibda jseħħ mid-data li fiha jkun ġie
mgħarraf it-twettiq tiegħu fil-Gazzetta tal-Gvern.
Eżekuzzjoni ta’ 1-
ordni għall-ħatt u 
pieni għal min 
jiksru.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
VIII.1990.3.
6. (1) Meta ordni għall-ħatt jibda jseħħ, il-kerrejja jew id-
detenturi ta’ bini li għalih igħodd l-ordni għandhom joħorġu minn
dak il-bini fi żmien sitt ġimgħat minn dak l-ordni jew f’dak iż-
żmien itwal li jagħti d-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, u s-sid jew
is-sidien għandhom iħottu dak il-bini qabel ma jagħlqu sitt ġimgħat
mid-data li fiha l-bini jitbattal, jew qabel ma jagħlaq dak iż-żmien
itwal li, skond iċ-ċirkostanzi, id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi
jidhirlu xieraq li jagħti, u, jekk il-bini ma jiġix maħtut qabel ma
 4      KAP. 103.ħ    POSTIJIET TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA
jagħlaq dak iż-żmien, id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jista’
jidħol u jħott il-bini u jbigħ il-materjal tiegħu.
(2) Il-bini ma jitqiesx li ġie maħtut mis-sid jew mis-sidien
tiegħu sakemm il-materjal ma jiġix imneħħi mill-area ta’ tbattil:
Iżda d-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jista’ jagħti permess
bil-miktub sabiex dak il-materjal jew biċċa minnu jibqa’ fil-post
wara li l-bini jitħatt jew sabiex titħatt biċċa biss mill-bini, jekk ikun
sodisfatt li dak il-materjal jew il-biċċa mhix maħtuta ta’ dak il-bini
ma jfixklux l-iżvilupp ta’ l-area skond il-proġett approvat mill-
Ministru responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi, u taħt il-
kundizzjoni espressa illi kemm-il darba l-Gvern jagħmel użu ’1
quddiem minn dak il-materjal jew mill-biċċa mhix maħtuta ta’ dak
il-bini, dan ma jagħtix jedd lis-sid għal indennizz.
(3) L-ispejjeż li jagħmel id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi
taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jiġu mnaqqsa mill-ammont,
jekk ikun hemm, li jġib il-bejgħ tal-materjal iżda ebda somma oħra
ma tista’ tintalab lis-sid jew sidien tal-bini għall-ispejjeż tal-ħatt.
(4) Is-somma li tibqa’ f’idejn id-Direttur tax-Xogħlijiet
Pubbliċi wara li mill-prezz tal-bejgħ tal-materjal jitnaqqsu l-
ispejjeż tal-ħatt, tingħata lis-sid jew sidien tal-bini.
(5) Jekk persuna li taf li hemm iseħħ ordni għall-ħatt u li dan l-
ordni japplika għal xi bini, tuża dan il-bini kontra l-ordni, jew tħalli
li hekk jiġi wżat, teħel, meta tinsab ħatja, mill-Qorti tal-Maġistrati,
multa ta’ mhux iżjed minn għaxar liri, u, barra minn dan, penali ta’
lira għal kull ġurnata, jew parti ta’ ġurnata, illi tuża dak il-bini, jew
tħalli li jkun hekk użat wara li hija tkun ġiet misjuba hekk ħatja.
Bini fuq area ta’ 
tbattil. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ 1-1963; 
XLIX. 1981.6. 
Kap. 10.
7. Meta ordni għall-ħatt jibda jseħħ, ebda art li għaliha jkun
igħodd l-ordni ma tista’ tiġi wżata għal skop ta’ bini jew xort’oħra
żviluppata ħlief skond il-proġett approvat mill-Ministru
responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi skond id-disposizzjonijiet
tal-Kodiċi tal-Pulizija:
Iżda xejn f’dan l-artikolu ma għandu jitqies li jillimita jew
inaqqas is-setgħa tal-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet
pubbliċi li, f’kull żmien li jkun, jiddikjara area bħala li hija area, li
taqa’ taħt il-proġett taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16 ta’ dak
il-Kodiċi.
Ordni ta xiri 
obbligatorju. 
Emendat: 
VI. 1959.3; 
LVIII. 1974.68. 
Kap. 88.
8. (1) Meta d-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi jidhirlu li
mhux spedjent li jordna l-ħatt ta’ bini li jkun jinsab f’area ta’
tbattil, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Accountant General, u l-
Accountant General meta jkun ġie hekk imgħarraf għandu jressaq
għat-twettieq quddiem il-President ta’ Malta ordni ta’ xiri
obbligatorju, li bih jiddikjara li dak il-bini jinħtieġ li jinxtara għall-
finijiet ta’ din l-Ordinanza u kull ordni bħal dan għandu l-istess
effett, għall-finijiet ta’ proċedimenti ta’ esproprjazzjoni, bħad-
dikjarazzjoni msemmija fl-artikolu 3 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Akkwist ta’ Proprjetà għal Skopijiet Pubbliċi.
(2) Qabel ma jressaq ordni ta’ xiri obbligatorju quddiem il-
President ta’ Malta, l-Accountant General għandu jħares id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) sal-(10) inklużivament ta’ l-
POSTIJIET TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA ġ K AP. 103.
artikolu 5 ta’ din l-Ordinanza (dwar l-ordni tal-ħatt) u d-
disposizzjonijiet ta’ dawk is-subartikoli jgħoddu għall-ordni ta’ xiri
obbligatorju daqs li kieku minflok il-kelmiet "ordni tal-ħatt" u
"Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi", fejn jidħlu f’dawk is-subartikoli,
kien hemm il-kelmiet "ordni ta’ xiri obligatorju" u "Accountant
General" rispettivament.
Indennizz. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
Kap. 88.
9. (1) L-indenniz li għandu jitħallas għal bini li jkun jinsab
f’area ta’ tbattil u li dwaru jkun hemm iseħħ ordni ta’ xiri
obbligatorju, ikun il-valur, fiż-żmien ta’ meta ssir l-istima, ta’ l-art,
bħala sit imbattal mill-bini u lest biex jista’ jiġi żviluppat, u għandu
jikkomprendi l-valur tal-materjal wara li titnaqqas l-ispiża tal-ħatt;
u, bla ħsara ta’ din il-limitazzjoni, dan il-kumpens jiġi likwidat
mill-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet skond id-disposizzjonijiet ta’
l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi.
(2) Meta bini akkwistat obbligatorjament taħt id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jiġi maħtut f’parti biss mill
awtorità kompetenti u meta l-parti mhix maħtuta tal-bini tiġi wżata
mill-awtorità kompetenti fit-tlugħ ta’ bini ġdid, kompriżi l-
pedamenti, il-kumpens hawn fuq imsemmi għandu jikkomprendi l-
ispiża tal-kostruzzjoni ta’ dik il-parti tal-bini eżistenti li ma tkunx
ġiet maħtuta.
(3) Meta bini huwa intitolat għal kumpens speċjali skond
dikjarazzjoni tal-President ta’ Malta taħt is-subartikolu (7) ta’ l-
artikolu 5 ta’ din l-Ordinanza, il-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet
għandu - 
(a) fil-każ ta’ bini kompriż f’ordni tal-ħatt, jagħti
kumpens f’dak il-proporzjon mal-valur li kien jiġi
likwidat għal dak il-bini, li kieku ma ġiex kompriż fl-
ordni tal-ħatt, skond ma l-Bord ta’ Arbitraġġ dwar
Artijiet jidhirlu xieraq;
(b) fil-każ ta’ bini kompriż f’ordni ta’ xiri obbligatorju,
jagħti, barra l-valur ta’ l-art u tal-materjal skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, kumpens f’dak il-
proporzjon mal-valur li kien jiġi likwidat għal dak il-
bini, li kieku ma ġiex kompriż fl-ordni ta’ xiri
obbligatorju, skond ma l-Bord ta’ Arbitraġġ dwar
Artijiet jidhirlu xieraq.
Kap. 88.
(4) B’dak kollu li jingħad f’dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu m’għandhomx effett fil-każ ta’ bini li dwaru ma
jkunx ġie milqugħ mill-President ta’ Malta, ordni tal-ħatt jew ordni
ta’ xiri obbligatorju, u jgħoddu għal dan il-bini mingħajr ebda
limitazzjoni d-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’
Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi.
Kumpens għall 
ispejjeż tal-ġarr. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
10. (1) Il-Ministru resposabbli għax-xogħlijiet pubbliċi jista’
jawtorizza l-ħlas lil kull persuna li jkollha titlaq minn bini li għalih
igħodd l-ordni tal-ħatt jew l-ordni ta’ xiri obbligatorju, ta’ somma
raġonevoli li jidhirlu sewwa għall-ispejjeż tal-ġarr minn dak il-bini,
u lil kull persuna li taħdem xi sengħa jew ikollha negozju f’dak il-
bini, il-ħlas ukoll ta’ somma raġonevoli li jidhirlu sewwa għat-telfa
li, fil-fehma tal-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi,
 6      KAP. 103.ħ    POSTIJIET TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA
hija tista’ tbati minħabba t-tfixkil li jġib fis-sengħa jew fin-negozju
tagħha l-ħruġ minn dak il-bini.
(2) Meta l-ħatt jew xiri obbligatorju ta’ bini li jkun jinsab
f’area ta’ tbattil ikun, fiċ-ċirkostanzi partikolari, ta’ ħsara
eċċezzjonali lis-sid jew lis-sidien, il-Ministru responsabbli għax-
xogħlijiet pubbliċi jista’ jawtorizza l-ħlas ta’ somma ex gratia lis-
sid jew sidien barra kull kumpens ieħor li għalih is-sid jew sidien
jistgħu jkunu xort’oħra intitolati taħt is-subartikoli (1), (2) u (3) ta’
l-artikolu 9 ta’ din l-Ordinanza.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għax-
xogħlijiet pubbliċi 
li jagħmel 
regolamenti.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
11. Il-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi jista’,
b’regolamenti - 
(a) jistabbilixxi l-formula ta’ l-ordnijiet tal-ħatt u ta’ l-
ordnijiet ta’ xiri obbligatorju;
(b) jagħti setgħat lill-Bord maħtur għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, u jistabbilixxi l-proċeduri tiegħu;
(ċ) jiffissa d-drittijiet li għandhom jitħallsu għal proċeduri
quddiem il-Bord;
(d) jistabbilixxi l-mod li bih id-Direttur tax-Xogħlijiet
Pubbliċi jista’ jbigħ jew jiddisponi minn materjal ta’
bini wara l-ħatt tiegħu; u
(e) in ġenerali jagħmel disposizzjonijiet biex jiġu esegwiti
d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
