ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ K AP. 104.     1
KAPITOLU 104
ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA’ 
VETTURI TAL-MUTUR GĦAR-RISKJI TA’ 
TERZI PERSUNI
Biex tipprovdi kontra r-riskji ta’ terzi persuni minħabba 1-użu ta’
vetturi tal-mutur.
1 ta’ Awissu, 1947
L-ORDINANZA XXXVI ta’ l-1939, u ġiet emendata bl- Ordinanzi: XVI
ta’ l-1940 u X ta’ 1-1947; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI ta' 1-1958; bl-
Ordinanzi: XXII u XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ 1-1963; bl-Att XIII
ta’ l-l968; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti: XLIX ta’ 1-1981, III ta’
l-1985, XLI ta’ l-1986, VII u VIII ta’ l-1990; bl-Avviż Legali 163 ta’ l-
1990; u bl-Atti III ta’ l-1998 u XXIII ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor. 
dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi
Persuni. 
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
III. 1985.2; 
A.L. 163 ta’ l-
1990; 
XXIII. 2000.30.
Kap. 332.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba mill-kontest ma jkunx
jidher xort’oħra, l-espressjonijiet li ġejjin ifissru kif għal kull
waħda minnhom jingħad f’dan l-artikolu:
"assiguratur awtorizzat" ifisser kumpanija ta’ sigurtà  jew
assiguratur approvati mill-Ministru responsabbli għat-trasport; 
"Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta" tfisser l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta mwaqqfa taħt l-Att dwar Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta;
"bureau barrani" tfisser organizzazzjoni ċentrali mwaqqfa minn
assiguraturi tal-karrozzi f’xi pajjiż barra minn Malta sabiex
jingħata effett lill-arranġamenti nternazzjonali għall-assigurazzjoni
ta’ sewwieqa ta’ karrozzi kontra riskji ta’ terzi persuni meta jidħlu
f’pajjiżi fejn l-assigurazzjoni kontra dawk ir-riskji tkun
obbligatorja, u li magħha l-bureau lokali jkun għamel dak l-
arranġament;
"bureau lokali" tfisser l-organizzazzjoni ċentrali mwaqqfa minn
assiguraturi tal-karozzi f’Malta sabiex jingħata effett lil
arranġamenti nternazzjonali għall-assigurazzjoni ta’ sewwieqa ta’
karrozzi kontra riskji ta’ terzi persuni meta jidħlu f’pajjiżi fejn l-
assigurazzjoni kontra dawk ir-riskji tkun obbligatorja, u li tkun
magħrufa għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza mill-Ministru
responsabbli għat-trasport;
"ċertifikat internazzjonali ta’ sigurtà " tfisser ċertifikat
internazzjonali ta’ sigurtà  magħmul kif imiss (magħruf bħala
"Green Card") maħruġ lil sewwieq ta’ karrozza li jkun qed iżur
pajjiż taħt l-awtorità  ta’ bureau barrani jew tal-bureau lokali fil-
forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni ta’ Ġunju 1952 magħmula
mis-Sub-Committee on Road Transport ta’ l-Inland Transport
Committee tal-Komunjoni Ekonomika Ewropeja, kif emendata
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
2      KAP. 104. ħ      GĦAR-RISKJI  ’  I  I
minn żmien għal żmien;
"drajver", meta persuna separata jkollha f’idejha s-steering
wheel ta’ vettura tal-mutur, tikkomprendi din il-persuna kif ukoll
kull persuna oħra inkarigata mis-sewqan tal-vettura, u l-kelma
"issuq" għandha tiftiehem bl-istess mod;
"motor cycle" tfisser vettura bil-mutur b’żewġ roti;
"polza ta’ sigurtà " tfisser polza ta’ sigurtà  jew covering note li
tkun maħruġa minn assiguratur awtorizzat u tinkludi ċertifikat
internazzjonali ta’ sigurtà  maħruġ lil sewwieq ta’ karrozza li jkun
qed iżur pajjiż u valida għal Malta;
"sid", dwar vettura li hija l-oġġett ta’ kuntratt ta’ kiri jew ta’
kuntratt ta’ hire purchase, tfisser il-persuna fil-pussess tal-vettura
taħt dak il-kuntratt;
"stabbilit" tfisser stabbilit b’regolamenti;
"triq" tfisser triq, sqaq, pjazza, fortifikazzjoni jew post ieħor ta’
mogħdija għall-pubbliku;
"vettura tal-mutur" tfisser vettura mmexxija b’makna u qiegħda
jew tajba għall-użu fit-toroq, iżda ma tikkomprendix steam traction
engine jew steam roller;
Kap. 332.
"vettura tat-trasport pubbliku" għandha l-istess tifsir mogħti lilha
bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta. 
Il-persuni li jużaw 
vetturi tal-mutur 
għandhom ikunu 
assigurati kontra r-
riskji ta’ terzi 
persuni. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII. 1968.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XLI. 1986.2,3;
XXIII. 2000.30.
3. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza,
ħadd ma jista’ juża jew iġiegħel jew iħalli lil persuna oħra tuża
vettura tal-mutur fit-toroq kemm-il darba, għall-użu tal-vettura
minnu jew minn dik il-persuna l-oħra, skond il-każ, ma tkunx
isseħħ polza ta’ sigurtà  dwar ir-riskji ta’ terzi persuni, skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel,
meta jinsab ħati -
(a) fil-każ ta’ l-ewwel reat, multa ta’ mhux anqas minn
mitejn u ħamsin lira (Lm250) iżda ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira (Lm500) jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn tliet xhur, jew il-multa u l-priġunerija
flimkien;
(b) fil-każ tat-tieni reat, multa ta’ mhux anqas minn ħames
mitt lira (Lm500) iżda ta’ mhux iżjed minn seba’ mija
u ħamsin lira (Lm750) jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sitt xhur, jew il-multa u l-priġunerija
flimkien;
(ċ) fil-każ tat-tielet reat jew iktar, multa ta’ mhux anqas
minn seba’ mija u ħamsin lira (Lm750) iżda ta’ mhux
iżjed minn elf lira (Lm 1,000) jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sena, jew il-multa u l-
priġunerija flimkien, u - 
(i) meta r-reat ikun jikkonsisti fl-użu ta’ vettura tal-
mutur fi triq minn min ikun sid il-vettura tal-
mutur jew minn impjegat ta’, jew minn membru
tal-familja ta’ u li jkun jgħix ma’, sid il-vettura
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ K AP. 104.     3
tal-mutur, u ma jkunx hemm fis-seħħ polza ta’ l-
assigurazzjoni dwar din il-vettura skond ma
għandha tkun taqbel mal-ħtiġijiet ta’ din l-
Ordinanza, il-qorti għandha, b’żieda mal-pieni
indikati f’dan is-sub-paragrafu, tordna l-
konfiska tal-vettura tal-mutur;
(ii) meta r-reat, kif imsemmi, jitwettaq minn xi
ħaddieħor, il-qorti għandha, b’żieda mal-pieni
indikati f’dan is-sub-paragrafu, twaħħal multa
oħra li tkun daqs il-valur tal-vettura tal-mutur.
(2A) Kull min jinstab ħati ta’ reat taħt dan l-artikolu għandu
(ħlief jekk il-qorti għal raġunijiet speċjali tikkunsidra li tordna mod
ieħor u mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-qorti li tordna żmien
itwal ta’ skwalifika) jiġi skwalifikat milli jkollu jew li jikseb
liċenza tas-sewqan għal żmien ta’ tnax-il xahar mid-data li jkun ġie
misjub ħati:
Iżda jekk l-esekuzzjoni tas-sentenza li biha wieħed jinstab
ħati titwaqqaf wara li min ikun instab ħati jiddikjara li bi ħsiebu
jappella minn dik is-sentenza, iż-żmien ta’ skwalifika jibda
għaddej- 
(a) jekk din tiġi konfermata jew imnaqqsa b’deċiżjoni tal-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali, mid-data ta’ din id-
deċiżjoni;
(b) jekk ma jiġix preżentat rikors ta’ appell fiż-żmien li
trid il-liġi, mill-ewwel jum wara l-ġurnata li fiha jkun
skada t-terminu;
(ċ) jekk l-appell jiġi ċedut permezz ta’ nota, mill-jum
meta tiġi preżentata din in-nota fil-qorti jew, jekk l-
appell jiġi mod ieħor deżert wara l-preżentata tar-
rikors ta’ l-appell, minn dak il-jum minn meta l-Qorti
ta’ l-Appell Kriminali tiddeċiedi wara li jsir rikors
mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mill-Awtorità  dwar
it-Trasport ta’ Malta.
Kap. 9. 
Kap. 446.
(2B) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali u
ta’ l-Att dwar il-Probation, ma japplikawx fil-każ ta’ xi reat kontra
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(3) Għad illi f’liġijiet oħra jista’ jkun hemm żmien stabbilit li
fih għandhom isiru proċeduri quddiem qorti, il-proċedi-ment għal
reat taħt dan l-artikolu jista’ jsir - 
(a) fi żmien sitt xhur mid-data li fiha jkun sar ir-reat
allegat; jew
(b) fi żmien li ma jiskorrix la tliet xhur mid-data li fiha l-
prosekuzzjoni tkun ġiet taf li sar ir-reat u lanqas sena
mid-data li fiha jkun sar ir-reat, 
skond liema żmien minnhom ikun l-itwal.
(4) Dan l-artikolu ma jgħoddx - 
(a) għal vetturi tal-mutur ta’ proprjetà  tal-Gvern ta’ Malta
meta dawn il-vetturi jiġu biss użati u impjegati fis-
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
4      KAP. 104. ħ      GĦAR-RISKJI  ’  I  I
servizz tal-Gvern ta’ Malta;
(b) għal xi klassi determinata ta’ vetturi tal-mutur li
għaliha l-Ministru responsabbli għat-trasport jordna
b’regolament li dan l-artikolu m’għandux igħodd.
Rekwiżiti dwar il-
poloz. 
Emendat: 
XXIII.1962.2; 
III. 1985.3; 
XLI. 1986.3;
VII.1990.2.
4. (1) Sabiex polza ta’ sigurtà  tkun skond id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza, għandha tkun, barra milli tkun polza ta’ sigurtà
kif imfisser fl-artikolu 2, li tassigura lil dik il-persuna, persuni, jew
klassijiet ta’ persuni, kif speċifikat fil-polza, kontra kull
responsabbiltà  li hija jista’ jkollha jew huma jista’ jkollhom
minħabba l-mewt ta’ persuna jew offiża fuq il-persuna jew il-ħsara
lil xi proprjetà , kkaġunata mill-użu jew minħabba l-użu ta’ vettura
tal-mutur fit-triq:
Iżda ma jkunx meħtieġ li dik il-polza tkun tkopri - 
(i) responsabbiltà  għall-mewt ta’ persuna li tkun fl-
impieg ta’ persuna assigurata bil-polza,
ikkaġunata minħabba u fil-kors ta’ impieg
tagħha, jew għall-offiża fuq il-persuna li dik il-
persuna tbati minħabba u fil-kors ta’ l-impieg
tagħha; jew
(ii) fil-każ ta’ motor cycle, responsabbiltà  għall-
mewt ta’ persuni jew għal offiża fuq persuni li
jinġarru fi jew fuq, jew li jitilgħu fuq jew jinżlu
mill-motor  cycle fil-ħin tal-ġrajja li minnha
jinqalgħu talbiet għad-danni; jew
(iii) responsabbiltà  li ġejja minn kuntratt; jew
(iv) responsabbiltà  għal dik il-ħsara lill-proprjetà  ta’
terzi persuni, ikkaġunata f’inċident wieħed, li
tkun teċċedi l-ħamsin elf lira; jew
(v) responsabbiltà  għall-ħsara lill-proprjetà  ta’ terzi
persuni li tkun fuq jew ġewwa l-vettura tal-
mutur assigurata jew li tkun fil-pussess tal-
persuna assigurata.
(2) Meta jsir ħlas minn assiguratur awtorizzat taħt polza
maħruġa bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, minħabba l-mewt ta’
persuna jew l-offiżi fuq il-persuna kkaġunata mill-użu ta’ vettura
fit-toroq, u l-assiguratur awtorizzat ikun jaf li l-persuna li mietet
jew li batiet l-offiża ġiet ikkurata fi sptar għal dik l-offiża fatali jew
offiża oħra fuq il-persuna, għandhom ukoll jitħallsu mill-
assiguratur awtorizzat lill-isptar l-ispejjeż raġonevoli ta’ l-isptar
għal dik il-kura, sa ammont mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin lira
għal kull persuna hekk ikkurata.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu l-kelma "sptar" tfisser
istitut li jipprovdi kura medika jew kirurġika lill-morda li
jinżammu ġewwa l-isptar.
(3) Il-persuna li tagħti polza ta’ sigurtà  taħt dan l-artikolu hija
obbligata tindennizza lill-persuni jew klassijiet ta’ persuni
speċifikati fil-polza għal kull responsabbiltà  li l-polza espressament
tkopri fil-każ ta’ dawk il-persuni jew klassijiet ta’ persuni.
(4) Ħlief meta polza ta’ sigurtà  ma tkunx ċertifikat
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ K AP. 104.     5
internazzjonali ta’ sigurtà , polza ta’ sigurtà  ma għandha ebda effett
għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza kemm-il darba u sakemm ma jiġix
maħruġ mill-assiguratur awtorizzat favur il-persuna li ħadet il-
polza, ċertifikat (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmi "ċertifikat
ta’ sigurtà ") fil-forma stabbilita; u meta l-polza ta’ sigurtà  tkun
ċertifikat internazzjonali ta’ sigurtà , dak iċ-ċertifikat
internazzjonali għandu, għall-finijiet kollha ta’ din l-Ordinanza
ħlief meta r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, ikun iċ-ċertifikat
ta’ sigurtà  meħtieġ li jinħareġ taħt dan is-subartikolu.
Rekwiżiti dwar 
garanziji. 
Emendat: 
X. 1947.2;
VI. 1958.2;
XXII. 1962.3; 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
5. Imħassar bl-artikolu 3 ta’ l-Att XLI ta’ l-1986.
Ċerti 
kondizzjonijiet fil-
poloz 
m’għandhomx 
effett. 
Emendat: 
XLI. 1986.3. 
6. Kull kondizzjoni f’polza maħruġa għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, li biha jiġi stabbilit li ebda responsabbiltà  ma tinħoloq
bis-saħħa tal-polza, jew li kull responsabbiltà  hekk maħluqa
tispiċċa, fil-każ ta’ xi ħaġa determinata li tiġi magħmula jew li
tonqos li tiġi magħmula wara li jiġri l-fatt li jagħti lok għat-talba
tad-danni taħt il-polza, m’għandhiex effett rigward dawk it-talbiet
għad-danni msemmija fl-artikolu 4(1)(b):
Iżda xejn f’dan l-artikolu m’għandu jittieħed bħala li
jannulla d-disposizzjonijiet ta’ polza li jobbligaw lill-persuna
assigurata li tħallas lura lill-assiguratur awtorizzat kull somma illi
dan ikun obbligat iħallas taħt il-polza u li tkun serviet fil-ħlas tat-
talbiet għal danni lil terzi persuni.
Mat-talba għal 
liċenza ta’ vettura 
tal-mutur għandu 
jinġieb ċertifikat 
ta’ sigurtà  . 
Emendat: 
XLI. 1986.3.
7. Il-persuna li titlob liċenza jew it-tiġdid ta’ liċenza għal
vettura tal-mutur għandha ġġib prova kif jiġi stabbilit illi jew- 
(a) li fid-data meta l-liċenza jibda jkollha effett tkun
isseħħ il-polza ta’ sigurtà  meħtieġa għall-użu tal-
vettura mir-rikorrent jew minn persuni oħrajn b’ordni
tiegħu jew bil-permess tiegħu; inkella
(b) li l-vettura hija waħda li għaliha jgħodd l-artikolu 3(4).
Meta hu meħtieġ li 
wieħed juri ċ- 
ċertifikat ta’ 
sigurtà . 
Emendat: 
XLI. 1986.3; 
VII. 1990.3;
III. 1998.3.
8. (1) Kull min isuq vettura tal-mutur fit-toroq għandu, meta
jiġi mitlub minn membru tal-Pulizija, jagħti ismu u l-indirizz
tiegħu u l-isem u l-indirizz tas-sid tal-vettura tal-mutur u għandu
juri ċ-ċertifikat tiegħu, u jekk jonqos li jagħmel dan ikun ħati ta’
reat:
Iżda, jekk id-drajver ta’ vettura tal-mutur fi żmien jumejn
mid-data li fiha jkun ġie mitlub biex juri ċ-ċertifikat tiegħu, juri
huwa stess iċ-ċertifikat lill-Kummissarju tal-Pulizija, hu
m’għandux jiġi misjub ħati taħt dan is-subartikolu tar-reat li naqas
li juri ċ-ċertifikat tiegħu.
(2) Jekk f’xi każ li, minħabba l-preżenza ta’ vettura tal-mutur
fit-triq, jiġri aċċident li jikkaġuna offiża fuq persuna oħra jew ħsara
lil xi vettura, annimal jew proprjetà  oħra, id-drajver tal-vettura ma
jurix f’ dak il-ħin iċ-ċertifikat tiegħu lil membru tal-Pulizija li
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
6      KAP. 104. ħ      GĦAR-RISKJI  ’  I  I
jitlob li jarah, jew lil persuna oħra li jkollha raġuni tajba li titlob li
tarah, huwa għandu, mill-iżjed fis li jista’ jkun, u f’ebda każ aktar
tard minn erbgħa u għoxrin siegħa mill-aċċident, jirrapporta l-
aċċident fi stazzjon tal-Pulizija, u juri hemm iċ-ċertifikat tiegħu, u
jekk jonqos li jagħmel dan huwa jkun ħati ta’ reat:
Iżda persuna m’għandhiex tiġi misjuba ħatja taħt dan is-
subartikolu tar-reat li naqset li turi ċ-ċertifikat tagħha jekk, fi żmien
jumejn minn dakinhar li jiġri l-aċċident, turi hija stess iċ-ċertifikat
tagħha lill-Kummissarju tal-Pulizija.
(3) Hu dmir tas-sid ta’ vettura tal-mutur li jagħti dawk l-
informazzjonijiet li jiġi mitlub jagħti minn uffiċjal tal-Pulizija
mhux taħt il-grad ta’ sotto-spettur, jew f’isem dak l-uffiċjal, dwar l-
identità  tad-drajver ta’ vettura tal-mutur kull meta d-drajver, taħt
is-subartikolu (1), ikun ġie mitlub li juri ċ-ċertifikat tiegħu, u jekk
is-sid jonqos li jagħmel dan huwa jkun ħati ta’ reat.
(4) F’dan l-artikolu l-kelmiet "juri ċ-ċertifikat tiegħu" ifissru
juri għall-eżami ċ-ċertifikat meħtieġ ta’ sigurtà  jew prova oħra li l-
vettura tal-mutur mhix tinsaq jew ma kinitx tinsab
b’kontravvenzjoni ta’ l-artikolu 3, kif jiġi stabbilit.
Meta hu meħtieġ li 
wieħed juri l-poloz 
ta’ sigurtà .
9. Il-persuna li tiġi mitluba taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza li turi lil uffiċjal tal-Pulizija ċertifikat ta’ sigurtà  maħruġ
lilha taħt l-artikolu 4(4) għandha, meta tiġi hekk mitluba, turi lil
dak l-uffiċjal tal-Pulizija l-polza ta’ sigurtà  li għaliha dak iċ-
ċertifikat jirriferixxi, u jekk tonqos li tagħmel dan hija tkun ħatja
ta’ reat:
Iżda jekk din il-persuna fi żmien jumejn minn dakinhar li
tkun ġiet hekk mitluba biex turi l-polza ta’ sigurtà  tagħha, turi hija
stess il-polza lill-Kummissarju tal-Pulizija, hija ma tiġix ħatja tar-
reat li naqset li turi l-polza tagħha.
Dmir ta’ l- 
assiguraturi li 
jesegwixxu l-ħlas li 
għalih tkun ġiet 
ikkundannata 
persuna assigurata 
kontra r-riskji ta’ 
terzi persuni. 
Emendat: 
XXII. 1962.4; 
III. 1985.4; 
XLI. 1986.4; 
VII. 1990.4.
10. (1) Jekk, wara li jkun inħareġ ċertifikat ta’ sigurtà  taħt l-
artikolu 4(4) ta’ l-artikolu 4 lill-persuna li tkun ħadet il-polza, tiġi
mogħtija sentenza kontra persuna assigurata bil-polza, dwar
responsabbiltà  li għandha tkun koperta minn polza taħt l-artikolu
4(1) (meta hija responsabbiltà  koperta bil-kondizzjonijiet tal-
polza), f’dan il-każ, għad illi l-assiguratur awtorizzat ikun jista’
jannulla jew iħassar, jew ikun annulla jew ħassar il-polza, huwa
għandu, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu iħallas lill-
persuni li favur tagħhom tkun ingħatat is-sentenza, kull somma ta’
flus li għandha titħallas bis-saħħa ta’ dik is-sentenza dwar ir-
responsabbiltà  fuq imsemmija, kompriż l-ammont li jmiss jitħallas
għal spejjeż u għal imgħaxijiet fuq dik is-somma.
(2) Ebda somma ma jkollha titħallas mill-assiguratur
awtorizzat taħt id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu- 
(a) b’effett ta’ sentenza, kemm-il darba qabel jew fi żmien
sebat ijiem wara tmiem il-provi ta’ l-attur fil-
proċediment li fih tkun ġiet mogħtija s-sentenza, ma
jingħatax avviż ta’ dak il-proċediment b’att
ġudizzjarju lill-assiguratur awtorizzat; jew
(b) b’effett ta’ sentenza, sakemm l-esekuzzjoni tagħha
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ K AP. 104.     7
tibqa’ sospiża sakemm jinqata’ l-appell; jew
(ċ) b’effett ta’ responsabbiltà  jekk qabel ma jiġri l-fatt li
jkun ikkaġuna l-mewt jew l-offiża fuq il-persuna jew
ħsara lil proprjetà  illi tagħti lok għal dik ir-
responsabbiltà , il-polza kienet ġiet imħassra mill-
partijiet bil-kunsens ta’ xulxin jew bis-saħħa ta’
kondizzjoni fl-istess polza, u -
(i) jew qabel ma jiġri l-fatt hawn fuq imsemmi ċ-
ċertifikat ikun ġie mogħti lura lill-assiguratur
awtorizzat, jew il-persuna li għaliha ċ-ċertifikat
ikun inħareġ, tkun għamlet u tat lill-assiguratur
awtorizzat dikjarazzjoni maħlufa li ċ-ċertifikat
intilef jew ġie distrutt, inkella
(ii) wara li jiġri l-fatt hawn fuq imsemmi, iżda qabel
ma jagħlqu erbatax-il ġurnata minn meta jibda l-
effett tat-tħassir tal-polza, iċ-ċertifikat ikun ġie
mogħti lura lill-assiguratur awtorizzat jew il-
persuna li għaliha ċ-ċertifikat ikun inħareġ, tkun
għamlet u tat dik id-dikjarazzjoni maħlufa kif
ingħad hawn fuq, inkella
(iii) sew qabel kemm wara li jiġri l-fatt hawn fuq
imsemmi, iżda fiż-żmien li jingħad hawn fuq ta’
erbatax-il ġurnata, l-assiguratur awtorizzat ikun
beda proċediment taħt din l-Ordinanza minħabba
li ma jkunx ġie mogħti lura ċ-ċertifikat.
(3) Ebda somma ma jkollha titħallas mill-assiguratur
awtorizzat taħt id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
jekk, f’kawża mibdija qabel, jew fi żmien tliet xhur wara, li jinbeda
l-proċediment li fih tkun ġiet mogħtija s-sentenza, hu jkun ħa
dikjarazzjoni illi, apparti mid-disposizzjonijiet tal-polza, huwa
għandu jedd li jannullaha minħabba li kienet ittieħdet bil-ħabi ta’
fatt sostanzjali jew billi ġie rappreżentat fatt li kien falz f’xi
partikolarità  sostanzjali, jew, jekk ikun annulla l-polza għal dik ir-
raġuni, illi kellu jedd li jagħmel hekk apparti mill-kondizzjonijiet
tagħha:
Iżda, assiguratur awtorizzat li jkun ħa f’kawża d-
dikjarazzjoni kif jingħad hawn fuq ma jkollux b’daqshekk il-jedd
għall-benefiċċju ta’ dan is-subartikolu dwar sentenza meħuda fi
proċediment mibdi qabel ma tkun bdiet dik il-kawża, kemm-il
darba qabel jew fi żmien sebat ijiem wara li tibda dik il-kawża hu
ma jkunx ta avviż tagħha b’att ġudizzjarju lill-persuna li tkun l-
attriċi f’dak il-proċediment billi jispeċifika l-ħabi jew ir-
rappreżentazzjoni falza li huwa bi ħsiebu jibbaża ruħu fuqhom, u
kull persuna li tiġi mogħtija avviż ta’ dik il-kawża jkollha l-jedd,
jekk trid, li ssir parti fiha.
(4) Jekk l-ammont li assiguratur awtorizzat ikun sar obbligat
iħallas taħt dan l-artikolu minħabba responsabbiltà  ta’ persuna
assigurata b’polza jkun jiskorri l-ammont li għalih, apparti mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kien ikun obbligat bil-polza
minħabba dik ir-responsabbiltà , huwa jkollu jedd jieħu lura
mingħand dik il-persuna ż-żejjed li jkun ħallas.
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
8      KAP. 104. ħ      GĦAR-RISKJI  ’  I  I
(5) F’dan l-artikolu, il-kelma "sostanzjali" tfisser ta’ xorta tali
li tinfluwenza d-deċiżjoni ta’ assiguratur prudenti meta jiġi biex
jara jekk għandux jieħu r-riskju, u, f’dan il-każ, b’liema premium u
taħt liema kondizzjonijiet, u l-espressjoni "responsabbiltà  koperta
bil-kondizzjonijiet tal-polza" tfisser responsabbiltà  li hija koperta
bil-polza jew li kienet tkun hekk koperta li kieku l-assiguratur
awtorizzat ma kellux il-jedd li jannulla jew iħassar, jew ma
annullax jew ma ħassarx, il-polza.
(6) Il-proċediment jitqies li nbeda fid-data li fiha tiġi
ppreżentata ċ-ċitazzjoni f’qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili.
(7) F’din l-Ordinanza, ir-riferenzi għal ċertifikat ta’ sigurtà
f’disposizzjonijiet dwar ir-radd ta’ ċertifikat ta’ sigurtà  jew it-telfa
jew distruzzjoni tiegħu, rigward poloz li taħthom ikun ġie maħruġ
iżjed minn ċertifikat wieħed, għandhom jiftiehmu bħala riferenzi
għaċ-ċertifikati kollha, u, fil-każ li tiġi maħruġa kopja ta’
ċertifikat, għandhom jiftiehmu bħala li jikkomprendu riferenza għal
dik il-kopja.
Privileġġ fuq is-
somma li titħallas 
taħt il-polza.
11. Il-persuna li lejha ssir responsabbli l-persuna assigurata li
lilha tkun ġiet maħruġa polza ta’ sigurtà  għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza għandha privileġġ bi preferenza fuq il-kredituri l-oħra
kollha fuq kull somma li jkun imiss titħallas lill-persuna assigurata
mill-assiguratur awtorizzat bis-saħħa tal-polza.
Nullità  ta’ 
restrizzjonijiet 
dwar 1-iskop tal-
poloz, u ta’ 
kuntratti li 
jirrestrinġu r-
responsabbiltà  
rigward trasport 
b’kiri jew bi hlas 
ta’ passiġġieri. 
Emendat: 
XLI. 1986.5.
12. (1) Meta ċertifikat ta’ sigurtà  jiġi maħruġ taħt l-artikolu
4(4) lill-persuna li tkun ħadet il-polza, dak li fil-polza jkun qiegħed
biex jirrestrinġi l-assigurazzjoni tal-persuna assigurata minn dik il-
polza b’riferenza għal dawn il-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) il-kondizzjoni tal-persuna li ssuq il-vettura; jew 
(b) il-kondizzjoni tal-vettura; jew
(ċ) in-numru tal-persuni li l-vettura tgħabbi; jew
(d) il-piż jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-merkanzija li l-
vettura tgħabbi; jew
(e) il-ħinijiet li fihom jew l-area li fiha l-vettura hija
wżata; jew
(f) il-forza (tal-makna) u l-valur tal-vettura; jew 
(g) li l-vettura jkollha apparati partikolari; jew
(h) li l-vettura jkollha mezzi speċjali ta’ identifikazzjoni
barra mill-mezzi ta’ identifikazzjoni li huma meħtieġa
mill-liġijiet jew taħt il-liġijiet li jkunu jseħħu; jew
(i) il-kulur tal-vettura; jew
(j) l-età  ta’ min ikun qed isuq il-vettura,
m’għandu ebda effett dwar dawk ir-responsabbiltajiet li għandhom
ikunu koperti mill-polza taħt l-artikolu 4(1)(b): 
Iżda xejn f’dan is-subartikolu ma jobbliga assiguratur
awtorizzat li jħallas somma minħabba r-responsabbiltà  ta’ persuna
għal ħaġ’oħra ħlief biex tiġi sodisfatta, f’kollox jew f’parti, dik ir-
responsabbiltà , u kull somma mħallsa mill-assiguratur awtorizzat
biex tiġi sodisfatta, f’kollox jew f’parti, ir-responsabbiltà  ta’
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ K AP. 104.     9
persuna koperta bil-polza, bis-saħħa biss ta’ dan is-subartikolu,
tista’ minnu tittieħed lura mingħand dik il-persuna.
(2) Il-kuntratt għat-trasport ta’ passiġġier f’vettura tal-mutur li
fiha l-passiġġieri jiġu ttrasportati b’kiri jew bi ħlas, huwa null
f’dawk il-partijiet tiegħu li jeskludu jew inaqqsu r-responsabbiltà
ta’ persuna dwar talba għad-danni li tista’ ssir kontra dik il-persuna
minħabba l-mewt jew offiża fuq il-persuna ta’ passiġġier waqt it-
trasport tiegħu fil-vettura tal-mutur jew fuqha, jew waqt li jkun
dieħel fiha, jew tiela’ fuqha jew nieżel minnha, jew li jimponu xi
kondizzjonijiet dwar is-seħħ ta’ din ir-responsabbiltà .
Hu dmir ta’ 
persuna li kontra 
tagħha jiġi mitlub 
ħlas ta’ danni, li 
tagħti 
informazzjoni 
dwar is-sigurtà . 
Emendat: 
VII. 1990.5.
13. (1) Kull persuna li kontra tagħha jintalbu danni dwar
responsabbiltà  li għandha tkun koperta minn polza taħt is-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 4 ta’ din l-Ordinanza, meta mistoqsija
mill-persuna li titlob id-danni, jew fl-isem ta’ din il-persuna,
għandha tiddikjara jekk kenitx jew le assigurata dwar dik ir-
responsabbiltà  b’polza li għandha effett għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza, jew kenitx tkun hekk assigurata li kieku l-assiguratur
awtorizzat ma annullax jew ma ħassarx il-polza, u, fil-każ li kienet
jew kienet tkun hekk assigurata, għandha tagħti dawk il-
partikolaritajiet dwar dik il-polza li kienu speċifikati fiċ-ċertifikat
ta’ sigurtà  maħruġ għaliha taħt l-artikolu 4(4).
(2) Kull min, mingħajr raġuni tajba, jonqos mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jew volontarjament jagħmel
dikjarazzjoni falza bi tweġiba għall-mistoqsija kif jingħad hawn
fuq, ikun ħati ta’ reat.
Dmir li ċ-ċertifikat 
jiġi mogħti lura 
meta l-polza tiġi 
mħassra. 
14. Meta ċertifikat ta’ sigurtà  jiġi maħruġ taħt l-artikolu 4(4)
lill-persuna li tkun ħadet il-polza u l-polza tiġi mħassra bil-kunsens
ta’ xulxin bis-saħħa ta’ kondizzjonijiet fil-polza, il-persuna li favur
tagħha jkun ġie maħruġ iċ-ċertifikat għandha, fi żmien sebat ijiem
minn dakinhar li t-tħassir ikollu effett, tagħti lura ċ-ċertifikat lill-
assiguratur awtorizzat jew, jekk ikun ġie mitluf jew distrutt,
tagħmel u tagħti lill-assiguratur awtorizzat dikjarazzjoni maħlufa
f’dan is-sens, u kemm-il darba tonqos li tagħmel dan, tkun ħatja ta’
reat.
Applikazzjoni ta' xi 
artikoli ta’ l-
Ordinanza għall-
garanziji. 
15. Imħassar bl-artikolu 3 ta’ l-Att XLI ta' l-1986.
Ħlas u sigurtà  dwar 
kura ta’ urġenza ta’ 
offiżi fuq il-
persuna li jiġru 
minħabba l-użu ta’ 
vetturi tal-mutur 
fit-toroq.
Emendat: 
VII. 1990.6.
16. (1) Meta tkun tinħtieġ minnufih kura jew eżami mediku
jew kirurġiku minħabba offiża fuq il-persuna (kompriża offiża
fatali) ikkaġunata lil persuna bl-użu jew minħabba l-użu ta’ vettura
tal-mutur fit-toroq, u l-kura jew l-eżami hekk meħtieġ (f’dan l-
artikolu msejħa "kura ta’ urġenza") jiġu effettwati minn tabib bil-
liċenza, il-persuna li kienet tuża l-vettura fiż-żmien illi jiġri l-fatt li
jkun ikkaġuna offiża fuq il-persuna għandha, fuq talba li ssir skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu ta’ wara dan, tħallas lit-tabib jew,
jekk il-kura ta’ urġenza tkun ġiet effettwata minn iżjed minn tabib
wieħed, lit-tabib li minnu ġiet l-ewwel effettwata, dritt kif, minn
żmien għal ieħor, jiġi stabbilit.
(2) Meta l-kura ta’ urġenza tiġi l-ewwel effettwata fi sptar
(jiġifieri, f’istitut li jipprovdi kura medika jew kirurġika lill-morda
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
10      KAP. 104. ħ      GĦAR-RISKJI  ’  I  I
li jinżammu ġewwa l-isptar) id-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’
qabel dan dwar il-ħlas tad-dritt, sa fejn jistgħu jgħoddu, għandhom
effett daqs li kieku r-riferenzi għal tabib bil-liċenza kienu riferenzi
għal sptar.
(3) Ir-responsabbiltà  li bis-saħħa ta’ dan l-artikolu taqa’ taħtha
l-persuna li tuża l-vettura, meta l-fatt li bih inħolqot ikun ġie
ikkaġunat bl-att ħażin ta’ persuna oħra, għandha titqies għall-
finijiet tat-talba għad-danni li jkun imisshom jitħallsu minħabba
dak l-att ħażin, bħala danni li batiet il-persuna li tuża l-vettura.
(4) Fl-artikolu 4(1), ir-riferenza għar-responsabbiltà  dwar il-
mewt jew offiża fuq il-persuna, titqies li tikkomprendi riferenza
għar-responsabbiltà  tal-ħlas taħt dan l-artikolu għall-kura ta’
urġenza meħtieġa minħabba offiża fuq il-persuna, u l-proviso ta’
dak il-paragrafu m’għandux effett rigward ir-responsabbiltà  tal-
ħlas taħt dan l-artikolu.
Disposizzjonijiet u 
disposizzjonijiet 
supplimentarji 
dwar talbiet għall-
ħlas ta’ kura ta’ 
urġenza. 
Emendat:
XXIII. 2000.30.
17. (1) L-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta, meta mitluba
minn persuna li tippretendi li għandha jedd li titlob ħlas taħt l-aħħar
artikolu qabel dan għandha tagħti lil dik il-persuna kull
informazzjoni li tista’ dwar il-marki ta’ identifikazzjoni tal-vettura
tal-mutur li, dik il-persuna tippretendi, hija l-vettura li bl-użu
tagħha ġrat l-offiża fuq il-persuna, u dwar l-identità  u l-indirizz tal-
persuna li kienet tuża l-vettura fiż-żmien li ġara l-fatt li ikkaġuna
dik l-offiża.
(2) It-talba għall-ħlas taħt l-aħħar artikolu qabel dan tista’, fiż-
żmien li tkun qiegħda ssir il-kura ta’ urġenza, issir bil-fomm lill-
persuna li kienet tuża l-vettura, u jekk ma ssirx hekk għandha ssir
b’talba bil-miktub innotifikata lil dik il-persuna fi żmien sebat
ijiem mill-ġurnata li fiha tkun saret il-kura ta’ urġenza.
(3) It-talba bil-miktub għandha tkun iffirmata minn min
jagħmilha jew, fil-każ ta’ sptar, mill-uffiċjal responsabbli tiegħu,
għandu jkun fiha l-isem u l-indirizz ta’ min jagħmilha, iċ-
ċirkostanzi li taħthom saret il-kura ta’ urġenza, u li l-ewwel saret
minn min jagħmel it-talba, jew fil-każ ta’ sptar, fl-isptar.
(4) It-talba bil-miktub tista’ tiġi notifikata billi tiġi
ikkunsinnata lill-persuna li kienet tuża l-vettura, jew billi tiġi
mibgħuta f’ittra rreġistrata bil-boll imħallas indirizzata lilha fil-
post fejn soltu toqgħod jew fejn magħruf li kienet toqgħod l-aħħar.
(5) Somma li għandha titħallas taħt l-aħħar artikolu qabel dan
tista’ tintalab bħallikieku kienet dejn ċivili li l-persuna li kienet
qiegħda tuża l-vettura għandha tagħti lit-tabib jew lill-isptar.
(6) Il-ħlas li jsir taħt l-aħħar artikolu qabel dan lil tabib jew
sptar jiswa, sa l-ammont imħallas, bħala ħelsien mir-responsabbiltà
tal-persuna li kienet qiegħda tuża l-vettura, jew ta’ persuna oħra,
għall-ħlas ta’ kull somma dwar spejjeż jew drittijiet tat-tabib jew
ta’ l-isptar biex saret għal dik il-kura ta’ urġenza jew sabiex saret
dik il-kura.
(7) Il-ħlas taħt l-aħħar artikolu qabel dan ma jitqiesx bħala ħlas
magħmul minn assiguratur awtorizzat jew sid għall-finijiet ta’ l-
artikolu 4(2).
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ K AP. 104.     11
Depożitu taħt din l-
Ordinanza. 
18. Imħassar bl-artikolu 3 ta’ l-Att XLI ta' l-1986. 
Għoti ta’ tagħrif 
fil-każ ta’ aċċidenti 
li jinvolvu ħsara 
jew offiża fuq 
persuna.
Miżjud:
III. 1998.3.
18. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17(1) għandhom ikunu
mutatis mutandis japplikaw għal talba għal tagħrif minn persuna li
tallega li tkun ġarrbet xi ħsara jew offiża fuq persuna b’riżultat ta’
aċċident bħalma hemm imsemmi fl-artikolu 8(2) jew għal talba
bħal dik mill-assiguratur ta’ dik il-persuna.
Falsifikazzjoni, 
eċċ., ta’ ċertifikat.
Emendat:
A.L. 4 ta' l-1963; 
XLI. 1986.3; 
VIII. 1990.3;
XXIII. 2000.30.
19. (1) Kull min, bil-ħsieb li jqarraq -
(a) jiffalsifika jew ibiddel jew juża jew jislef jew iħalli li
jiġi wżat minn persuna oħra, ċertifikat ta’ sigurtà  taħt
din l-Ordinanza; jew
(b) jagħmel jew ikollu fil-pussess tiegħu dokument li
jixbah hekk sewwa lil ċertifikat bħal dak fuq imsemmi
li jista’ jqarraq,
hu ħati ta’ reat, u jeħel, meta jinsab hekk ħati, priġunerija għal
żmien mhux iżjed minn sena jew multa ta’ mhux iżjed minn mitt
lira jew il-priġunerija u l-multa flimkien.
(2) Kull min biex jieħu liċenza ta’ vettura tal-mutur jew biex
jieħu ċertifikat ta’ sigurtà  taħt din l-Ordinanza, jagħmel
dikjarazzjoni falza jew jaħbi xi informazzjoni sostanzjali, jeħel,
meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien mħux iżjed minn sitt xħur
jew multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira jew il-priġunerija u l-
multa flimkien.
(3) Kull min joħroġ ċertifikat ta’ sigurtà  li hu jaf li huwa falz
f’xi partikolarità  sostanzjali, jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija
għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed
minn ħamsin lira jew il-priġunerija u l-multa flimkien.
(4) Jekk membru tal-korp tal-Pulizija jkollu raġuni tajba biex
jaħseb li ċertifikat ta’ sigurtà  muri lilu skond id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza mid-drajver ta’ vettura tal-mutur huwa
dokument li dwaru jkun sar reat taħt dan l-artikolu, hu jista’ jaqbad
id-dokument u, meta dokument jiġi maqbud taħt dan l-artikolu, il
persuna li mingħandha jiġi meħud, kemm-il darba d-dokument ma
jkunx qabel ġie mogħti lura lilha jew kemm-il darba hija ma tkunx
qabel ġiet akkużata ta’ reat taħt dan l-artikolu, tiġi miġjuba
b’ċitazzjoni quddiem il-Qorti Kriminali tal-Maġistrati biex tagħti
kont talli kienet fil-pussess ta’ dak id-dokument, u l-qorti tagħti
ordni dwar dak li għandu jsir mid-dokument hawn fuq imsemmi
skond ma jkun xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ.
(5) F’dan l-artikolu l-espressjoni "ċertifikat ta’ sigurtà "
tikkomprendi kull dokument maħruġ taħt regolamenti magħmulin
mill-Ministru responsabbli għat-trasport bis-saħħa tas-setgħat
mogħtijin lilu taħt din l-Ordinanza biex jistabbilixxi dokumenti li
jistgħu jiġu ippreżentati minflok ċertifikat ta’ sigurtà .
Dikjarazzjoni jew 
tagħrif foloz lil 
assiguratur 
awtorizzat.
Miżjud:
III. 1998.4.
19A.  Kull min, bil-għan li jikseb xi vantaġġ jew benefiċċju
għalih innifsu jew għal oħrajn, xjentement, f’dokument maħsub li
jasal għand assiguratur awtorizzat, dikjarazzjoni jew stqarrija falza,
jew jagħti tagħrif falz, dwar iċ-ċirkostanzi ta’ xi inċident li
jikkaġuna offiża fuq persuna jew ħsara lil xi vettura, annimal jew
    ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
12      KAP. 104. ħ      GĦAR-RISKJI  ’  I  I
proprjetà  oħra, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal
żmien mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux inqas minn
ħamsin lira u mhux iżjed minn ħames mitt lira jew il-priġunerija u
l-multa flimkien.
Prosekuzzjoni. 
Emendat: 
XIII. 1968.3. 
Kap. 9.
20. Il-proċedimenti għar-reati kollha taħt din l-Ordinanza jsiru
skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali.
Min jirrifjuta li 
jagħti l-isem jew l-
indirizz u min 
jagħti isem jew 
indirizz falz. 
21. Jekk id-drajver ta’ vettura tal-mutur, li jkun għamel reat
taħt din l-Ordinanza jew taħt regolamenti magħmulin bis-saħħa
tagħha, jirrifjuta li jagħti l-isem u l-indirizz tiegħu, jew jagħti isem
jew indirizz falz, ikun ħati ta’ reat taħt din l-Ordinanza; u hu dmir
tas-sid tal-vettura tal-mutur, jekk jiġi mitlub, li jagħti kull
informazzjoni li jkun jista’ jagħti u li tista’ tiswa biex jingħaraf min
hu d-drajver u biex jinqabad, u jekk jonqos li jagħti din l-
informazzjoni jkun ħati ta’ reat taħt din l-Ordinanza.
Reati u pieni 
ġenerali.
22. (1) Kull min b’att jew b’ommissjoni jikser jew ma
josservax id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jeħel, meta għall-
każ ma jkunx hemm b’disposizzjoni speċjali stabbilita piena oħra,
multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira jew priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tliet xhur.
(2) Meta persuna, bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza jew ta’
regolamenti magħmulin taħtha, hija obbligata li tagħmel jew li ma
tagħmilx xi att jew xi ħaġa, u tonqos li tesegwixxi dan l-obbligu, il-
qorti tista’ meta ssib ħatja dik il-persuna, minbarra kull piena oħra
li tista’ tagħti, tordna lil din il-persuna li tesegwixxi dak l-obbligu,
taħt dawk il-kondizzjonijiet rigward ħin u mod ta’ esekuzzjoni, jew
xort’oħra, li jidhrilha meħtieġa sabiex iġġiegħel li jiġi esegwit l-
ordni tagħha.
(3) Jekk persuna tonqos li tesegwixxi l-ordni mogħti kif
jingħad hawn fuq, il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tordna lil
dik il-persuna tħallas somma mhux iżjed minn lira għal kull ġurnata
li dak l-ordni jibqa’ mhux esegwit jew li dik il-persuna tiġi
miżmuma l-ħabs sakemm tesegwixxi dak l-ordni:
Iżda din il-persuna, għan-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ l-
ordni, ma tistax tiġi kkundannata għal somom li flimkien jagħmlu
iżjed minn għoxrin lira jew priġunerija għal żminijiet li flimkien
jagħmlu iżjed minn xahrejn, minbarra kull multa oħra jew żmien
ieħor ta’ priġunerija li għalihom tista’ xort’oħra tkun suġġetta.
Regolamenti għall-
finijiet ta’ din 1-
Ordinanza. 
Emendat: 
X. 1947.3;
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XLIX. 1981.6; 
XLI. 1986.3;
A.L. 163 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
23. (1) Il-Ministru responsabbli għat-trasport jista’ jagħmel
regolamenti biex jistabbilixxi ħwejjeġ li jistgħu jiġu stabbiliti taħt
din l-Ordinanza, u ġeneralment dwar l-esekuzzjoni ta’ din l-
Ordinanza, u partikolarment, iżda mingħajr ħsara tal-ġeneralità  tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel, jista’ jagħmel regolamenti -
(a) dwar il-formuli li għandhom jiġu wżati għall-finijiet
ta’ din l-Ordinanza;
(b) dwar it-talbiet għal ċertifikati ta’ sigurtà  u għal
dokumenti oħra li jistgħu jiġu stabbiliti u dwar il-ħruġ
tagħhom, u dwar kif jinżammu notamenti ta’
dokumenti u kif jingħataw il-partikolaritajiet tagħhom,
ASSIGURAZZJONI TA’ VETTURI TAL-MUTUR
GĦAR-RISKJI TA’ TERZI PERSUNI ġ K AP. 104.     13
jew dwar kif tingħata informazzjoni dwarhom lill-
Kummissarju tal-Pulizija jew lill-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta, skond kif ikun jeħtieġ il-każ;
(ċ) dwar il-ħruġ ta’ kopji taċ-ċertifikati hawn fuq
imsemmija jew ta’ dokumenti oħra li jkunu mitlufa
jew distrutti;
(d) dwar il-kustodja, produzzjoni, tħassir u radd ta’ dawn
iċ-ċertifikati jew dokumenti oħra;
(e) dwar talbiet għall-egħmil ta’ depożiti, dwar l-impieg
tagħhom jew x’għandu jsir minnhom, dwar il-ħlas u r-
rati ta’ l-imgħax fuq depożiti, u dwar ir-radd tagħhom.
(2) Kull min jikser jew jonqos li jħares kull regolament taħt din
l-Ordinanza jeħel, għal kull reat, dik il-piena massima ta’ mhux
iżjed minn multa ta’ għoxrin lira li tiġi stabbilita mir-regolamenti.
