KONTROLLTAL-KOLTIVAZZJONITAT-TABAKK 
KAPITOLU 106 
ORDINANZA DWAR IL-KONTROLL TAL-
KOLTIVAZZJONI TAT-TABAKK 
Biex tikkontrolla l-koltivazzjoni tat-tabakk.
(14 ta’ Lulju, 1939)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XLIV ta’ l-1939, kif emendata bl-Ordinanza
XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Att XIII ta’ 1-1983.
Titolu fil-qosor. 
Kontroll tal-Koltivazzjoni tat-Tabakk.
Liċenza għall 
koltivazzjoni tat-
tabakk.
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
2. (1) Ħadd ma jista’ jikkoltiva tabakk f’Malta, għal kull
skop li jkun, mingħajr liċenza mingħand id-Direttur tal-Biedja
skond ir-regolamenti magħmulin taħt din l-Ordinanza.
(2) Il-liċenza tiswa għal sena mid-data tal-ħruġ tagħha u tista’
tiġġedded minn sena għal oħra.
(3) Dritt ta’ lira (Lml) għal kull elf mija u erbgħa u għoxrin
metru kwadru ta’ art jew parti minnha li għaliha l-liċenza
tirreferixxi, għandu jittieħed mid-Direttur tal-Biedja għall-ħruġ ta’
kull liċenza bħal din u għal kull tiġdid tagħha.
Talba għal liċenza. 
deskrizzjoni ta’ l-art li għaliha t-talba tirreferixxi, jiddikjara l-
kobor ta’ l-art f’metri kwadri u jibgħat flimkien mat-talba skizz bi
pjanta ta’ l-art li jkun ta’ sodisfazzjon lid-Direttur tal-Biedja.
Setgħa tal Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
4. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’ jagħmel
regolamenti - 
(a) dwar il-kondizzjonijiet li taħthom il-liċenzi jistgħu
jinħarġu jew jiġġeddu;
(b) biex jistabbilixxu l-formula li fiha għandha ssir it-talba
għal dawn il-liċenzi;
(ċ) biex jillimitaw in-numru ta’ liċenzi li għandhom
jinħarġu fi żmien jew ieħor; u
(d) ġeneralment, dwar l-esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza u tar-regolamenti magħmulin
taħtha.
Setgħa tad-Direttur 
tal-Biedja li 
jispezzjona art li 
fiha jkun hemm il-
koltivazzjoni 
ta’tabakk.
5. Id-Direttur tal-Biedja u kull persuna awtorizzata minnu
jistgħu, f’ħinijiet xierqa, jidħlu, jispezzjonaw u jkejlu art li għaliha
tirreferixxi liċenza għall-koltivazzjoni ta’ tabakk, u kull art li
dwarha jkollhom raġun jaħsbu li fiha qiegħda ssir koltivazzjoni tat-
tabakk bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew tar-
regolamenti magħmulin taħtha, u jistgħu jieħdu kampjuni ta’
żrieragħ jew pjanti għall-eżami u jitolbu fatturi, kotba jew
dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu mal-koltivazzjoni tat-tabakk
*Ara Proklama Nru. XXXIV ta’ l-14 ta’ Lulju, 1939.
 2      KAP. 106.ħ   KONTROLLTAL-KOLTIVAZZJONITAT-TABAKK
f’dik l-art jew li juru x’sar minn dak it-tabakk.
Il-Ministru jista’ 
jipprojbixxi l-
koltivazzjoni tat-
tabakk.
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
6. Il-Ministru responsabbli għall-biedja, meta jidhirlu li huwa
meħtieġ fl-interess pubbliku, jista’ jipprojbixxi b’notifikazzjoni fil-
Gazzetta tal-Gvern il-koltivazzjoni tat-tabakk f’parti jew oħra ta’
Malta, u wara d-data ta’ din in-notifikazzjoni ebda liċenza għall-
koltivazzjoni tat-tabakk ma tiġi maħruġa jew imġedda:
Iżda l-liċenzi kollha li jkunu jseħħu f’dik id-data jibqgħu
jiswew sad-data li fiha jagħlqu.
Rapport li għandu 
jsir minn min 
ikollu l-liċenza.
7. Kull persuna li lilha tiġi mogħtija liċenza taħt din l-
Ordinanza għandha, meta tiġi hekk mitluba mid-Direttur tal-Biedja,
tagħmel rapport u bih tagħti dawk l-informazzjonijiet li d-Direttur
tal-Biedja jitlob dwar il-koltivazzjoni tat-tabakk, il-prodott li
ttieħed, il-prezz li bih ġie mibjugħ it-tabakk, u l-isem u l-kunjom
tax-xerrej ta’ dak it-tabakk.
Reati u pieni. 8. Kull min ifixkel lid-Direttur tal-Biedja jew persuna oħra
awtorizzata minnu fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, u kull min jikser jew jonqos li
jħares id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew tar-regolamenti
magħmulin taħtha, jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn għoxrin lira:
Iżda meta r-reat jikkonsisti fil-koltivazzjoni ta’ tabakk
mingħajr liċenza, il-ħati jeħel multa oħra li tkun daqs id-doppju
tad-dritt li jkun imiss jitħallas taħt id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 2 ta’ din l-Ordinanza.
