DRITTIJIETTAX-XHIEDA   1
KAPITOLU 108 
ORDINANZA DWAR ID-DRITTIJIET
TAX-XHIEDA 
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi 1-liġi dwar id-
drittijiet tax-xhieda fil-qorti.
(27 ta’ Diċembru, 1940)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XXXVI ta’ 1-1940, kif emendata bl-Avviżi
Legali: 46 ta' 1-1965, 148 ta’ 1-1975; u bl-Atti: XXII ta’ 1-1976, VIII ta’ l-
1990 u XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Drittijiet tax-Xhieda.
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
A.L. 148 ta’ l-
1975: 
XXII. 1976.4; 
VIII. 1990.3;
XXIV.1995.360. 
2. F’din l-Ordinanza -
"qorti" tfisser qorti ta’ ġurisdizzjoni kompetenti u tfisser ukoll
Bord maħtur taħt xi liġi u kull persuna awtorizzata minn dik il-qorti
jew minn dak il-Bord biex tieħu x-xiehda;
"qorti superjuri" tfisser ukoll il-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti
Ċivili (Prim’Awla u Sekond’Awla), il-Qorti ta’ l-Appell, il-Qorti
Kriminali, il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali, il-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) fil-ġurisdizzjoni tagħha superjuri, u wkoll kull persuna
awtorizzata minn dik il-qorti superjuri biex tieħu x-xhieda;
"stabbilit" ifisser stabbilit taħt din l-Ordinanza;
Kap.12.
"xhud" jiġifieri kull persuna li tiġi mħarrka jew mitluba minn
waħda mill-partijiet fi proċeduri li jkunu miexja quddiem qorti
sabiex tagħti x-xiehda tagħha jew iġġib xi dokument, iżda ma
tinkludix xhud ex parte skond l-artikoli 563A u 563B tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċvili.
Jedd ta’ xhud għal 
dritt. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
3. Ix-xhieda għandhom jedd għad-drittijiet stabbiliti fl-Iskeda
A li hawn ma’ din l-Ordinanza għal kull attendenza quddiem il-
qorti superjuri u għad-drittijiet stabbiliti fl-Iskeda B għal kull
attendenza quddiem kull qorti oħra:
Iżda ebda persuna mpjegata fis-servizz tal-Gvern ta’ Malta
m’għandha jedd għal ebda dritt meta tiġi msejħa biex tagħti xiehda
mill-Gvern.
Jedd tax-xhud 
għall-ispejjeż tat-
traġitt.
4. Ix-xhieda għandhom jedd għall-ispejjeż tat-traġitt biex
imorru fil-post li fih għandhom jagħtu x-xiehda u biex jerġgħu lura
minnu:
Iżda x-xhud m’għandhux jedd għal spejjeż oħra ta’ traġitt
ħlief għal dawk illi huwa fil-fatt ikun għamel fit-traġitt bl-orħos
mezz ta’ trasport.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 621 tas-27 ta’ Diċembru, 1940.
 2      KAP. 108.ħ     DRITTIJIETTAX-XHIEDA
Jedd tax-xhud 
għall-ispejjeż ta’ l-
ikel u rqad.
5. Ix-xhieda li joqogħdu Malta, li jiġu msejħa quddiem qorti
f’Għawdex u x-xhieda li joqogħdu Għawdex, li jiġu msejħa
quddiem qorti f’Malta, għandhom ukoll jedd għall-ispejjeż ta’ l-
ikel u rqad li fil-fatt ikunu għamlu biex qagħdu Għawdex jew
Malta, skond il-każ. Dawn l-ispejjeż m’għandħomx ikunu iżjed
mil-limiti stabbiliti fl-Iskeda Ċ li hawn ma’ din l-Ordinanza.
Drittijiet u spejjeż 
għal kull jum ta’ 
attendenza fil- 
qorti.
6. Id-drittijiet u spejjeż stabbiliti għandhom jingħataw għal
kull jum illi fih ix-xhud jattendi fil-qorti:
Iżda xhud illi, wara li jiġi illiċenzjat mill-qorti, jitlaq mill-
qorti u jerġa’ fl-istess jum jiġi msejjaħ mill-ġdid biex jixhed jitqies
bħala xhud ġdid u jkollu jedd għad-drittijiet u spejjeż stabbiliti.
Ix-xhud għandu 
jagħti avviż tad-
dehra tiegħu meta 
ma jkunx ġie 
mħarrek. 
7. Ix-xhud illi, meta ma jkunx ġie mħarrek minn qabel,
jattendi fil-qorti b’talba ta’ waħda mill-partijiet fi proċeduri li
jkunu miexja quddiem qorti, iżda għal xi raġuni ma jkunx ta x-
xiehda tiegħu, ma jkollux jedd għad-drittijiet u spejjeż stabbiliti,
kemm-il darba, fit-tmiem ta’ kull seduta li fiha huwa jattendi, ma
jagħtix avviż ta’ dik it-talba u attendenza lid-deputat reġistratur jew
lill-persuna awtorizzata biex tieħu x-xiehda: u dawn għandhom
jagħmlu notament ta’ dan l-avviż fl-atti tal-proċess.
M’hemmx jedd 
għal drittijiet meta 
xhud hu preżenti 
fil-qorti. 
8. (1) Ebda persuna ma jkollha jedd għad-drittijiet u spejjeż
stabbiliti jekk, meta ma tkunx minn qabel imħarrka jew mitluba
minn waħda mill-partijiet fi proċeduri li jkunu miexja quddiem
qorti li tidher fil-qorti sabiex tagħti xiehda, tkun, meta tiġi msejħa
biex tixhed, fil-lok li fih il-qorti toqgħod.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
jgħoddux jekk ix-xhud, wara li jkun xehed, jinżamm sabiex ikun
jista’ jerġa’ jiġi msejjaħ biex jixhed.
Setgħa tal-qorti li 
tordna li jsir 
depożitu għad-
drittijiet u spejjeż.
9. Meta tilqa’ r-rikors għall-ħruġ ta’ taħrika ta’ xhud, il-qorti
tista’ tordna lir-rikorrent li jagħmel depożitu ta’ somma biżżejjed
għad-drittijiet u spejjeż li jmissu lix-xhud u meta jsir dan l-ordni,
ix-xhud jista’ jirrifjuta li jixhed sa ma jsir id-depożitu.
Ħruġ ta’ taxxa mir-
reġistratur u jedd 
tal-persuna 
interessata li 
tagħmel appell.
10. (1) Fuq talba ta’ persuna interessata, ir-reġistratur tal-qorti
li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha x-xhud ikun xehed, għandu joħroġ
taxxa tad-drittijiet u spejjeż kif stabbiliti li jmissu lix-xhud.
(2) Ir-reġistratur jista’, qabel ma joħroġ it-taxxa msemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jagħti l-ġurament lil kull persuna
li jidhirlu biex jiżgura xi ċirkostanza meħtieġa sabiex jiffissa d-
drittijiet u l-ispejjeż.
(3) Ix-xhud li jkollu jedd għad-drittijiet u spejjeż stabbiliti, jew
il-persuna li jkollha tħallas dawk id-drittijiet u spejjeż, jistgħu
jappellaw kontra t-taxxa tar-reġistratur.
(4) Dan l-appell għandu jsir b’rikors quddiem il-qorti li taħt il-
ġurisdizzjoni tagħha x-xhud ikun xehed, fi żmien tmint ijiem li
jgħoddu - 
(a) għal dawk li jkunu talbu t-taxxa, minn dak inhar li fih
it-taxxa tiġi maħruġa; u
(b) għad-debitur li jkun ġie innotifikat regolarment b’dik
it-taxxa b’att ġudizzjarju, minn dak inhar ta’ dik in-
DRITTIJIETTAX-XHIEDA   3
notifika.
Il-Ministru jista’ 
jemenda, 
jissostitwixxi jew 
iżid ma’ l-Iskedi. 
Miżjud: 
XXIV.1995.360.
11. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti li bihom jemenda, jissostitwixxi jew iżid ma’ l-Iskedi
li jinsabu ma’ din l-Ordinanza.
 4      KAP. 108.ħ     DRITTIJIETTAX-XHIEDA
SKEDA A 
ġArtikolu 3ħ
Id-drittijiet li ġejjin igħoddu għax-xhieda quddiem qorti
superjuri: 
(a) Ekklesjastiċi, membri ta’ professjoni legali u
medika, inġinieri ċivili, professuri ta’ l-
Università, membri ta’ Klassi Superjuri fis-
Servizz Ċivili, surmastrijiet ta’ l-ewwel grad
ta’ l-Iskola Sekondarja, fizzjali militari,
negozjanti, fabbrikanti, fizzjali tal-Pulizija ’1
fuq mill-grad ta’ Spettur, kaptani u kapi
inginieri tal-marina merkantili u persuni oħra
ta’ grad bħal dawn ......................................... 30c
(b) Aġenti kummissjonanti, sensala, fizzjali tal-
marina merkantili taħt il-grad ta’ kaptan jew
ta’ kap inġinier, il-headmasters ta’ l-Iskejjel
Elementari, is-surmastrijiet taħt l-ewwel grad
ta’ l-Iskejjel Sekondarji, fizzjali tal-Pulizija
taħt il-grad ta’ Suprintendent u persuni oħra
ta’ grad bħal dawn
...................................................................... 25c
(ċ) Kummerċjanti, sidien ta’ ħwienet u ta’
lukandi, pjazzisti, surmastrijiet ta’ l-Iskejjel
Elementari, irkantaturi, fotografi, mekkaniċi,
Warrant u Non-commissioned officers fil-
Forzi Armati ta’ Malta u fil-Korp tal-Pulizija
u persuni oħra ta’ grad bħal dawn .................. 20c
(d) Ħaddiema, bdiewa, kuntistabblijiet tal-
Pulizija, suldati, lavranti fil-ħwienet u nies
tax-xogħol oħra .............................................  15c
(e) Xhieda subien li jkollhom anqas minn 18-il
sena u xhieda nisa, ta’ kull età li tkun, kemm-
il darba ma jkollhomx professjoni jew
negozju ......................................................... l0c
(f) Xhieda msejħin sabiex jagħtu x-xiehda
tagħhom fuq ħwejjeġ xjentifiċi ...................... 50c
(g) għal kull siegħa jew parti ta’ siegħa li xhud
jinżamm biex jixhed quddiem qorti superjuri
wara s-1 p.m., għandhom jitħallsu dawn id-
drittijiet oħra li ġejjin:
(i) lix-xhieda msemmijin f’ (a), (b) u (f) ....... 5c 
(ii) lil xhieda oħra ......................................... 2c5
DRITTIJIETTAX-XHIEDA   5
SKEDA Ċ
 ġArtikolu 5ħ
L-ispejjeż li ġejjin għal ikel u rqad jingħataw skond l-artikolu 5
għal kull jum li fih ix-xhud jattendi l-qorti: 
SKEDA B
ġArtikolu 3ħ
l. Xhieda msejħa f’qorti oħra li ma tkunx qorti
superjuri ikollhom jedd għal dritt ta’ .........................  2c5
2. Xhieda li jinżammu wara nofsinhar ikollhom
jedd għal dritt ieħor ta’ ............................................  2c5
3. Xhieda msejħin biex jagħtu x-xiehda
tagħhom fuq ħwejjeġ xjentifiċi jkollhom jedd għad-
drittijiet imniżżlin fl-(f) ta’ l-Iskeda A.
F’Malta F’Għawdex
1. Lix-xhieda msemmijin fl-(a) u
(b) fl-Iskeda A .......................................
 
50c
 
30c
2. Lix-xhieda msemmijin fiċ-(ċ) ta’
l-Iskeda A ..............................................
 
40c
 
30c
3. Lix-xhieda msemmijin fid-(d) ta’
l-Iskeda A ..............................................
 
25c  20c
4. In-nisa miżżewġa u nisa romol għandhom jedd għall-
ispejjeż skond il-kondizzjoni ta’ żwieġhom.
5. In-nisa mhux miżżewġa għandhom jedd għall-ispejjeż
skond il-kondizzjoni tal-ġenituri tagħhom.
6. Ix-xhieda li ma jkollhomx tmintax-il sena għandhom jedd
għal żewġ terzi ta’ l-ammont stabbilit fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ din
l-Iskeda skond il-kondizzjoni tal-ġenituri tagħhom.
