LEGATI TAŻ-ŻWIEĠ TA’ GĦAWDEX 
(AMMINISTRAZZJONI U GĦAŻLA) ġ KAP. 109.
KAPITOLU 109
ORDINANZA DWAR IL-LEGATI TAŻ-ŻWIEĠ 
TA’ GĦAWDEX (AMMINISTRAZZJONI U 
GĦAŻLA)
Biex tħassar l-Ordinanza Nru. I ta’ l-1843 u 1-Ordinanza VIII ta’ l-1858
u biex tipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ xi legati taż-żwieġ u għall-
għażla għalihom.
(31 ta’ Diċembru, 1940)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XXXVIII ta’ l-l940, kif emendata bl-Avviż
Legali 4 ta’ l-1963.
Titolu fil-qosor. 
taż-Żwieġ ta’ Għawdex (Amministrazzjoni u Għażla).
L-
amministrazzjoni 
tal-legati f’idejn is-
Segretarju għall-
Affarijiet ta’ 
Għawdex. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963. 
2. L-amministrazzjoni tal-legati taż-żwieġ magħmulin fil-
Gżira ta’ Għawdex minn Salvatore Refalo, Domenica Vassallo,
Angelo Fantino, Perna Critelli u Giovanni Pace għandha tkun
f’idejn is-Segretarju għall-Affarijiet ta’ Għawdex jew uffiċjal ieħor
maħtur mill-Prim Ministru.
Jedd ta’ għażla 
mogħti lil Bord.
3. (1) Il-jedd ta’ għażla għal-legati msemmijin fl-artikolu 2
ta’ din l-Ordinanza għandu jkun f’idejn il-Bord li jkun jikkonsisti
mill-Kummissjunarji tal-Karità ta’ Għawdex u minn rappreżentant
maħtur għaldaqshekk mill-Isqof ta’ Għawdex pro tempore.
(2) Ir-rappreżentant ta’ l-Isqof ta’ Għawdex jippresjedi fil-
laqgħat tal-Bord.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 626 tal-31 ta’ Diċembru, 1940.
