VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      1
KAPITOLU 110
ORDINANZA DWAR IL-VALUTAZZJONI 
TA’ ARTIJIET MIBNIJA
Biex tipprovdi dwar il-valutazzjoni ta’ artijiet mibnija f’Malta.
20 ta’ Ġunju, 1941
L-ORDINANZA VIII ta’ l-1941, u ġiet emendata bl-Ordinanza VI ta’ l-
1943; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: XXXI ta’ l-1966, LVIII ta’ l-
1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXII ta’ l-1976, VIII ta’ l-
1990, XXIV ta’ l-1995 u VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor. 
il-Valutazzjoni ta’ Artijiet Mibnija.
Tifsir.
Emendat: 
VI. 1943.2;
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXII. 1976.4.
2. F’din l-Ordinanza u f’kull regolament magħmul bis-saħħa
tagħha, kemm-il darba mis-suġġett jew mill-kuntest ma jkunx
jidher xort’oħra - 
"art" tfisser, bla ħsara tas-sens speċjali ta’ din il-kelma fil-każ ta’
art mibnija ġewwa art akbar, kull art ipposseduta kollha f’daqqa
bħala ħaġa waħda, iżda dil-kelma ma tfissirx - 
(a) l-artijiet jew biċċa minn artijiet użati bħala kappella
tal-mejtin jew użati biss bħala knisja, kappella jew
post pubbliku għall-qima t’Alla; jew
(b) artijiet li l-jeddijiet legali kollha fuqhom, barra mill-
kiri, jkunu jmissu lill-Gvern ta’ Malta;
(ċ) kmamar ta’ l-għodod, egħeriexem, jew ġrieni, jew bini
ieħor żgħir maqtugħ għalih, li ma jkunux qegħdin
sabiex wieħed dejjem jorqod fihom is-sena kollha u li
s-sura tagħhom turi li m’humiex tajbin biex jinkrew
mifrudin mill-għalqa li fiha jkunu jinsabu;
"art mibnija" jfisser art li tikkonsisti, jew, mingħajr il-ħsara jekk
tkun ġratilha, minn egħmil il-għadu jew ta’ kontra l-għadu, kienet
tkun, fil-jum ta’ l-istima, għadha tikkonsisti, f’bini jew sehem minn
bini, kien x’kien l-għan għal liema nbena, u fiha tiġbor kull art (kif
ukoll kull bini ieħor li jagħmel magħha) li wieħed jistenna li
ordinarjament tkun jew kienet tagħmel mal-bini jew sehem minn
bini l-ewwel imsemmi u fiha tiġbor xi ġnien ta’ dar ta’ dak il-bini l-
ewwel imsemmi jew sehem ta’ bini, iżda ma jfissirx xi mpjant u
makkinarju, jekk ikun hemm, li jkun jinsab hemmhekk, jew xi park
jew kortin jew raba’, jekk ikun hemm, li jagħmel ma’ l-art mibnija
(f’dak il-każ hawnhekk imsejħa "art mibnija f’art akbar") li minnha
huwa jagħmel sehem;
"jum ta’ stima" jfisser l-20 ta’ Ġunju, 1941, jew, fil-każ biss ta’
artijiet mibnija li sfaw mhux mitmuma jew li ma kienux jeżistu
f’dak il-jum, il-jum meta jiġu mitmuma;
"kiri" ma jfissirx ukoll enfitewsi, iżda jfisser ukoll okkupazzjoni
bis-saħħa ta’ ordni ta’ rekwiżizzjoni;
  2      KAP. 110. ħ        VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA
"sid" ifisser il-persuna li f’ċertu jum tirċievi, jew li b’jeddha
stess tista’ tikri u tirċievi l-kera ta’ art u t-tutur, kuratur,
amministratur, prokuratur jew rappreżentant ieħor ta’ dan is-sid,
jew meta dan is-sid ma jkunx jista’ jinsab malajr, dik il-persuna illi,
mingħajr ma tkun tinħtieġ prova oħra, tiġi maħtura, fuq rikors ta’ l-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ Artijiet, mis-Sekond’Awla tal-Qorti
Ċivili, u jfisser ukoll mill-jum tat-trasferiment, kull persuna li lilha
jkun ġie trasferit l-interess tas-sid bejn il-jum ta’ l-istima u dak li
fih jiġi stabbilit fuq stima il-valur fis-sena ta’ l-art:
Iżda fil-każ ta’ art mibnija li tkun in komun u li tagħha l-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma jkunx jaf li hemm
amministratur komuni, jitqies li hu l-amministratur komuni dak is-
sid li l-komproprjetarji, fi żmien għaxart ijiem mill-jum li fih l-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ikun talabhom li jaħtru
amministratur, igħarrfu lil dak l-uffiċjal li huma ħatru, jew, fin-
nuqqas ta’ din it-tagħrifa, il-komproprjetarju jew terza persuna oħra
li l-Uffiċjal tal- Valutazzjoni ta’ l-Artijiet fid-dehen tiegħu, jaħtar
bħala amministratur komuni (li jkollu jedd li jikri l-art mibnija u
jdaħħal il-kera tagħha u xort’oħra jamministra l-proprjetà
bħallikieku kien amministratur maħtur għalhekk minn qorti
kompetenti biex jamministra proprjetà  immobbli) fuq dawk il-
kondizzjonijiet l-oħra li huwa fid-dehen tiegħu jidhirlu xieraq u
fosthom bil-jedd li, mill-flus kollha li jidħlu mill-art mibnija
amministrata, tinżamm kummissjoni ta’ mhux iżjed minn l-erbgħa
fil-mija ta’ dawk il-flus fil-każ ta’ komproprjetarju u ta’ mhux iżjed
minn ħamsa fil-mija fil-każ ta’ barranin;
"stabbilit" ifisser stabbilit b’regolamenti magħmulin bis-saħħa
ta’ din l-Ordinanza;
"Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet" ifisser l-uffiċjal magħżul
mill-Prim Ministru bħala Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza;
"valur fis-sena" ifisser, bla ħsara ta’ dak li jingħad fl-artikoli 3 u
4 ta’ din l-Ordinanza - 
(a) kemm-il darba l-art mibnija ma kenitx fil-31 ta’
Marzu, 1939, mikrija bil-għamara, il-kera sħiħ fis-sena
li bih kienet mikrija fil-31 ta’ Marzu, 1939, jew, jekk,
dak in-nhar, ma kenitx mikrija, jew mikrija għaliha,
jew ma kenitx teżisti, f’dak il-każ il-kera sħiħ fis-sena
li bih, f’dak il-jum, wieħed bir-raġun kien jistenna li
setgħet tinkera bla għamara, minn sena għal oħra, billi
jittieħed qies ta’ l-iskop li għalih f’dak iż-żmien kienet
użata jew okkupata inkella setgħat isservi, bla ma
jingħata każ, fil-jum ta’ l-istima tal-ħsara, jekk ikun
hemm li sadattant tkun ġrat, bl-egħmil ta’ l-għadu jew
kontra l-għadu, u tat-tgħarriq ordinarju u tax-xogħlijiet
li jkollhom x’jaqsmu ma’ shelter kontra l-ħbit mill-
ajru jew li jkunu saru għal ftit taż-żmien minħabba l-
gwerra, billi jitnaqqas, f’kull każ, sew jekk il-każ ikun
jaqa’ taħt parti jew oħra ta’ din it-tifsira jew taħt l-
artikoli 3 u 4 ta’ din l-Ordinanza, il-ħlas ta’ kull sena
tal-piżijiet piji (minbarra l-egħxur) fuq l-art mibnija u
VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      3
l-għaxra fil-mija tal-kera;
(b) jekk l-art mibnija kienet fil-31 ta’ Marzu, 1939,
mikrija bil-għamara, iżda kienet inkriet bla għamara
f’xi żmien matul il-ħames snin ta’ qabel dak il-jum, l-
aħħar kera sħiħ fis-sena li bih l-art mibnija kienet
mikrija bla għamara;
(ċ) jekk l-art mibnija kienet fil-31 ta’ Marzu, 1939,
mikrija bil-għamara u ma kenitx mikrija bla għamara
f’ebda żmien matul il-ħames snin ta’ qabel dak il-jum,
somma ikkalkolata bit-tlieta u nofs fil-mija fuq il-valur
kapitali tagħha kif stabbilit fl-aħħar trasferiment
b’titolu oneruż, jew fl-aħħar qasma jew stima
ġudizzjarja li tkun saret dwar dik l-art mibnija matul
il-ħames snin ta’ qabel il-31 ta’ Marzu, 1939, jew, jekk
ma jkunx hemm dak it-tibdil ta’ sidien matul dak iż-
żmien, fuq kemm kien il-valur kapitali tagħha fil-31
ta’ Marzu, 1939, kif stabbilit bi ftehim, jew, fin-
nuqqas ta’ ftehim, kif jiġi stmat jew deċiż mill-Bord
tal-Kummissarji Speċjali għall-Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet.
Stima speċjali meta 
l-kera jkun baxx 
iżżejjed. 
3. Meta, fil-fehma ta’ l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet,
il-kera sħiħ fis-sena ta’ art mibnija, kif ikun iffissat fuq il-bażi ta’
kirja attwali taħt it-tifsira tal-kelmiet "valur fis-sena" fl-artikolu 2
ta’ din l-Ordinanza, ikun baxx iżżejjed, l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet jista’, b’avviż, jordna l-istima tal-kera sħiħ fis-sena ta’
dik l-art bit-tlieta u nofs fil-mija tal-valur ta’ dik l-art bħal ma kien
fil-31 ta’ Marzu, 1939, u dan il-valur għandu jiġi iffissat bi ftehim,
jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, bi stima jew b’deċiżjoni tal-Bord tal-
Kummissarji Speċjali għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
Stima ta’ bini li 
jkun ma’ artijiet 
oħra. 
4. Il-kera sħiħ fis-sena ta’ art mibnija ġewwa art akbar jitqies
li huwa l-kera sħiħ fis-sena li bih wieħed kien jaħseb li kellha
tinkera bla għamara, minn sena għal oħra, bil-jedd tal-kerrej, jekk
irid, li jikri, kif ikun sejjer is-suq, il-wesgħa bis-siġar jew l-art
moxa jew raba’ li fil-fatt ikunu jagħmlu sehem minn dik l-art akbar.
Tagħrifa li 
tinbagħat lill- 
Uffiċjal tal 
Valutazzjoni. 
Emendat: 
VI. 1943.4.
5. (1)  Kull min, fil-jum ta’ l-istima, ikun is-sid ta’ art
mibnija li tinsab f’Malta, għandu, fi żmien erbgħin ġurnata minn
dak il-jum, jew fi żmien itwal li, f’xi każ partikolari, jiġi mogħti
bil-miktub mill-Ufliċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, jibgħat lill-
Uffiċjal tal-Valutazzjonijiet ta’ l-Artijiet, tagħrif veru u komplut
dwar dik l-art fuq il-formula stabbilita u skond dik il-formula, u
magħha għandu jkun hemm il-provi li jkunu stabbiliti.
(2) Kull komproprjetarju, fil-jum ta’ l-istima, għandu, fi żmien
ħmistax-il ġurnata jgħarraf bil-miktub lill-Uffiċjal tal-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet bl-art mibnija jew bl-artijiet mibnija li fiha jew fihom
huwa jkollu interess flimkien ma’ ħaddieħor, u jekk hemmx jew le
amministratur komuni għal dik l-art mibnija jew għal dawk l-
artijiet mibnija.
Stima bl- 
aċċettazzjoni ta’ l-
avviż.
6. Jekk l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ma jagħtix fi
żmien erba’ xhur wara li jagħlaq iż-żmien, ewlieni jew imġedded,
imsemmi fl-artikolu 5(1), avviż lis-sid illi hu ma jaċċettax il-valur
  4      KAP. 110. ħ        VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA
fis-sena ddikjarat mis-sid fit-tagħrifa tiegħu, f’dan il-każ il-valur
fis-sena hekk iddikjarat ikun il-valur fis-sena stmat ta’ l-art mibnija
li għaliha jirriferixxi.
Proċedura meta 1-
Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet ma 
jaċċettax il-valur 
iddikjarat. 
7. Meta l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jagħti avviż
illi hu ma jaċċettax, jew mhux bi ħsiebu jew ma jistax taħt l-
artikolu 3 ta’ din l-Ordinanza, jaċċetta l-valur fis-sena iddikjarat
jew meħtieġ taħt l-artikolu 5, u bejnu u s-sid ma jsir ebda ftehim
fuq dak l-ammont fi żmien xahar, jew f’dak iż-żmien itwal li
f’każijiet partikolari jingħata bil-miktub mill-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, wara l-kunsinna ta’ dak l-avviż, f’dan il-
każ l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu b’rikors, li fih
għandu jagħti d-dettalji ta’ l-ammonti fil-kwistjoni, iġib l-istima
għad-deċiżjoni finali tal-Bord tal-Kummissarji Speċjali għall-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet. L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
jista’ wkoll jitlob deċiżjoni meta għal xi raġuni oħra ma jkunx jista’
jsir ftehim:
Iżda, meta sid ikun naqas li jibgħat it-tagħrif, l-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ jgħaddi għall-istima ta’ l-art
mibnija ta’ dak is-sid, wara tletin ġurnata mill-aħħar jum li fih dak
it-tagħrif ikun imissu ntbagħat, u minn din l-istima jista’ biss isir
appell lil u bil-permess speċjali tal-Bord tal-Kummissarji Speċjali
tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, taħt dawk il-kondizzjonijiet illi dan
il-Bord ikun jidhirlu xierqa.
Dikjarazzjoni 
supplementari tas-
sid. 
Miżjud: 
VI. 1943.5.
8. (1)  Is-sid ta’ xi art mibnija li dwarha tkun saret
dikjarazzjoni skond dak li jgħid l-artikolu 5 ta’ din l-Ordinanza
għandu, qabel ma jibda, wara dak iż-żmien, iqalleb fil-bini jew iżid
bini fl-art mibnija, jew qabel ma jagħmel xi tiġdid, igħarraf lill-
Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, bir-reqqa u bis-sewwa,
bix-xogħlijiet li jkun bi ħsiebu jagħmel, fuq u skond il-formula
preskritta.
(2) Fi żmien għaxart ijiem wara li jintemmu x-xogħlijiet li
tagħhom tkun saret dikjarazzjoni mibgħuta kif jingħad hawn qabel,
jew, meta għal xi raġuni s-sid ma jkunx mexxa x-xogħlijiet kollha,
fi żmien għaxart ijiem wara t-tmiem ta’ dawk ix-xogħlijiet li
tabilħaqq ikunu saru, is-sid ta’ dik l-art mibnija għandu jgħarraf
lill-Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, bir-reqqa u bis-sewwa,
bix-xogħlijiet li jkun għamel, fuq u skond il-formula preskritta.
(3) Meta l-Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet ikollu
raġuni għalfejn jaħseb illi minħabba xi tibdil fil-bini jew żieda ta’
bini f’xi art mibnija il-valur fis-sena ta’ dik l-art mibnija jkun
żdied, huwa jerġa’ mill-ġdid jistima dik l-art mibnija, u jibgħat lis-
sid tagħha tagħrifa bil-miktub tal-valur fis-sena, kif stmat mill-
ġdid, ta’ l-art mibnija, flimkien ma’ dettalji xierqa ta’ kif dak il-
valur ġie magħdud.
(4) Jekk is-sid ta’ dik l-art mibnija ma jilqax il-valur fis-sena
kif stmat mill-ġdid u jekk dak is-sid u l-Uffiċjal għall-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet ma jaslux fi ftehim fi żmien ġimgħatejn wara li tasal
dik it-tagħrifa jew wara dak iż-żmien itwal li jista’ jkun mogħti bil-
miktub mill-Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet f’xi każ
għalih, f’dak il-każ l-Uffiċjal għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet
għandu b’talba jressaq dik l-istima l-ġdida għad-deċiżjoni aħħarija
VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      5
tal-Bord tal-Kummissjonarji Speċjali maħtur b’din l-Ordinanza.
Bord ta’ 
Kummissarji 
Speċjali għall- 
Valutazzjoni ta’ 
Artijiet. 
Emendat: 
VI. 1943.6;
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ 1-
1975; 
VIII. 1990.3;
XXIV.1995.362;
VI. 2001.10.
Kap. 12. 
9. (1)  Il-President ta’ Malta jista’ jaħtar Bord ta’ Kummissarji
Speċjali għall-Valutazzjoni ta’ Artijiet, wieħed jew aktar, u kull
bord għandu jkun jkun magħmul minn tliet membri li minnhom
wieħed, li jkun imħallef irtirat jew maġistrat irtirat jew persuna li
tkun eserċitat bħala avukat f’Malta għal perjodu jew perjodi li
jammontaw, b’kollox, għal seba’ snin, ikun chairman. Qabel ma
jibdew jaqdu dmirijiethom iċ-chairman u l-membri għandhom
jieħdu u jiffirmaw ġurament, quddiem l-Avukat Ġenerali, li jwettqu
l-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att b’imparzjalità  u skond il-liġi.
(2) Ma jingħatax appell mid-deċiżjoni tal-Bord tal-
Kummissarji Speċjali għall-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
(3) Il-proċedimenti ta’ dan il-Bord għandhom ikunu sommarji
u, fuq talba tas-sid, jistgħu jsiru bil-magħluq, u ma jkunx jinħtieġ li
l-provi jitniżżlu bil-miktub.
(4) Fis-smigħ tal-kwistjoni jistgħu jinġiebu xhieda sew mill-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet u kemm mis-sid, u ebda
differiment ma jingħata ħlief għal raġuni gravi biex ma jsirx kontra
l-ġustizzja.
(5) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ir-regoli ordinarji tal-proċedura ċivili għandhom jiġu mħarsin sa
fejn ikun kompatibbli mal-proċedimenti sommarji. Id-deċiżjoni
għandha titqiegħed f’idejn ir-Reġistratur tal-Qrati u ma jkun jista’
jaraha ħadd mill-pubbliku mingħajr il-kunsens bil-miktub tas-sid
interessat. L-ispejjeż tal-proċedimenti jiġu ntaxxati sommarjament
mill-Bord, u jitħallsu mill-Gvern jew mis-sid skond jekk il-valur
fis-sena kif deċiż ma jkunx jew ikun jiskorri b’wieħed fil-ħamsin
il-valur iddikjarat mis-sid.
Kap. 12. 
(6) Il-Bord ikollu s-setgħa kollha mogħtija mill-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. 
Kull mandat jew ordni maħruġ mill-Bord għandu jkun
iffirmat miċ-chairman tal-Bord u ċċertifikat mir-reġistratur.
Ir-Reġistru tal-Qrati ta’ Malta jew, kif jaħbat, ir-Reġistru
tal-Qrati tal-Maġistrati (Għawdex) jkun ir-reġistru tal-Bord.
Assistent Uffiċjal 
tal-Valutazzjoni ta’ 
1-Artijiet. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ 1-1963. 
10. Il-Prim Ministru jista’ minn żmien għall-ieħor jaħtar dak
in-numru illi hu jidhirlu meħtieġ ta’ Assistenti Uffiċjali tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
Formula ta’ avviż.
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet taħt din l-Ordinanza jew regolament
magħmul bis-saħħa tagħha, għandu jkun iffirmat mill-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jew minn Assistent Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, u dan l-avviż ikun jiswa jekk il-firma fih
tkun stampata jew miktuba, iżda kull avviż li bih persuna tintalab
biex tidher quddiem l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu
jkun iffirmat minn dan innifsu.
(2) Din il-firma fuq avviż jew ordni titqies bħala li hija l-firma
ta’ dik il-persuna fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja.
  6      KAP. 110. ħ        VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA
Notifika ta’ 1-
avviż. 
12. (1) L-avviż jista’ jkun innotifikat sew lill-persuna nfisha
kemm billi jintbagħat bil-posta irreġistrata fil-post fejn kien
magħruf li kellha l-aħħar in-negozju jew id-dar, u f’dan l-aħħar
każ, jitqies li wasal fil-kors ordinarju tal-posta, u għall-prova ta’
din in-notifika tkun biżżejjed il-prova illi l-ittra li kien fiha l-avviż
kienet indirizzata sewwa u ġiet impustata.
(2) Jekk persuna li għandha tkun innotifikata b’avviż ma tkunx
tista’ tinsab, jew jekk l-indirizz tagħha ma jkunx magħruf, avviż
imwaħħal mal-bini li għalih l-avviż ikun jirriferixxi u fl-għassa tal-
Pulizija li tkun l-aktar qrib għal dak il-bini, jitqies bħala avviż
biżżejjed lil dik il-persuna.
(3) Meta l-isem ta’ din il-persuna ma jkunx magħruf, ikun
biżżejjed li din tiġi msemmija fl-avviż bħala s-"sid" ta’ l-art
mingħajr ebda tagħrif ieħor.
(4) L-avviż jista’ jingħata wkoll lil persuna partikolari jew lil
klassi partikolari ta’ nies b’avviż maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern.
(5) L-avviż innotifikat lil wieħed mill-komproprejetarji jitqies
li ġie innotifikat lill-komproprjetarji l-oħra kollha.
Avviż sabiex 
wieħed jidher u 
jġib dokumenti.
13. L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ b’avviż
isejjaħ persuna, li huwa jkollu raġun jaħseb li hija s-sid jew il-
kerrej ta’ art mibnija biex tidher quddiemu fil-ħinijiet ta’ l-uffiċċju
sabiex tagħtih it-tagħrif meħtieġ dwar dik l-art, u sabiex iġġib
kotba jew dokumenti oħra dwarha li jkunu jinsabu għand dik il-
persuna jew li hija tkun tagħmel minnhom u hu dmir ta’ dik il-
persuna li tidher, li tagħti tagħrif veru u li ġġib il-kotba jew
dokumenti oħra li jkunu jinħtieġu.
Dħul għall- 
ispezzjoni. 
14. L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, kull Assistent
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet u kull min ikun awtorizzat
bil-miktub għaldaqshekk minn wieħed minnhom, jista’, wara li
jagħti avviż fi żmien xieraq jidħol f’art f’ħin xieraq ta’ bin-nhar
biex jispezzjona dik l-art u jieħu tagħrif dwarha. Fil-każ ta’ rifjut
bla raġuni għal dan id-dħul, tista’ tintalab l-assistenza ta’ uffiċjal
tal-Pulizija mhux taħt il-grad ta’ sottu-spettur sabiex id-dħul isir ta’
bilfors, iżda b’dan kollu d-detentur ma jeħlisx mill-piena li għaliha
jkun sar suġġett.
Pieni.
Emendat: 
VIII. 1990.3.
15. Kull sid jew ħaddieħor li jonqos minn xi obbligu li għandu
taħt din l-Ordinanza jew taħt regolament magħmul bis-saħħa
tagħha jeħel, meta jinsab ħati quddiem Qorti tal-Maġistrati, multa
ta’ mhux anqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsin lira:
Iżda, jekk ir-reat ikun li ngħata xjentement tagħrif jew
partikolaritajiet essenzjali foloz, il-piena tkun mhux anqas minn
ħamsin lira u mhux iżjed minn mitt lira.
Regolamenti. 
Emendat: 
VI. 1943.7;
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXXI. 1966.2.
16. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’, bla
ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jagħmel
regolamenti, sabiex l-esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet kollha jew
ta’ xi wħud mid-disposizzjonijiet tagħha, tkun tista’ tissokta u ssir
aħjar.
(2) Ir-regolamenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza
VALUTAZZJONITA’ ARTIJIETMIBNIJA      7
għandhom jinġiebu quddiem il-Kamra tad-Deputati mill-aktar fis li
jista’ jkun wara li jsiru, u, jekk tgħaddi riżoluzzjoni fis-sebat ijiem
ta’ wara li fihom il-Kamra tkun iltaqgħet wara li dawk ir-
regolamenti jkunu nġiebu quddiema, sabiex dawk ir-regolamenti
jiġu mħassra, dawk ir-regolamenti ma jkunux igħoddu, iżda bla
ħsara li kull ma jkun sar qabel bis-saħħa tagħhom ikun jiswa jew li
jsiru regolamenti ġodda.
