KORRIMENTI(LIĠITA’ EMERĠENZA)  .
KAPITOLU 111
ORDINANZA DWAR IL-KORRIMENTI 
(LIĠI TA’ EMERĠENZA) 
Biex tagħmel provvedimenti dwar xi korrimenti li jiġru lin-nies fiż-
żmien ta’ din l-emerġenza ta’ issa.
(7 ta’ Awissu, 1941)*
Saret liġi bl-ORDINANZA IX ta’ l-1941, kif ġiet emendata bl-
Ordinanzi: X u XVII ta’ l-1942; bl-Att XVI ta’ l-1952; bl-Ordinanza XXV
ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: LVIII ta’ 1-1974, XLV
ta’ 1-1975 u VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Korrimenti (Liġi ta’ Emerġenza).
Tifsir.
Emendat:
XVI. 1952.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
2. (1) F’din l-Ordinanza, kemm-il darba mill-kuntest ma
jkunx jidher xort’oħra - 
"ħaddiem tad-difiża ċivili", għal dak li hu korriment, jiġifieri
wieħed iċcertifikat minn uffiċjal responsabbli ta’ korp organizzat
ta’ difiża ċivili li kien membru ta’ dak il-korp fiż-żmien li fih
korra;
"korp organizzat ta’ difiża ċivili" jiġifieri kull korp iddikjarat fi
skim li huwa korp organizzat ta’ difiża ċivili għall-finijiet ta’ din l-
Ordinanza u ta’ l-iskim;
"nies li jaħdmu għal qligħ" jiġifieri nies li jkollhom sengħa,
negozju, professjoni, kariga, impieg jew xogħol ieħor u jkunu għal
kollox jew l-aktar igħixu minn hekk, jew nies li, għad illi għal xi
żmien ikunu qiegħda, huma soltu hekk jaħdmu u b’hekk igħixu;
"skim" jiġifieri skim taħt din l-Ordinanza;
"żmien ta’ din l-emerġenza ta’ issa", jiġifieri ż-żmien li jibda fit-
tielet jum ta’ Settembru, 1939, u li jispiċċa f’dak il-jum li l-
President ta’ Malta ixandar bi proklama li huwa l-jum tat-tmiem ta’
din l-emerġenza ta’ issa;
"korriment tal-gwerra" jiġifieri korriment tal-persuna: 
(a) li jiġri minn - 
(i) tfigħ ta’ ħaġa (ukoll likwidi u gass); jew
(ii) użu ta’ armi, esplożivi jew ħaġ’oħra li tagħmel
ħsara; jew
(iii) kull ħaġ’oħra li biha ssir ħsara; 
sew mill-għadu jew fit-taqbid mal-għadu jew fir-reżistenza
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 362 tas-7 ta’ Awissu, 1941. 
Għad li din l-Ordinanza hija dwar ħwejjeġ li tnisslu mit-Tieni Gwerra Dinjija,
b’dan kollu ġiet imdaħhla f’din l-Edizzjoni Riveduta, għax għadha tgħodd għal
numru ta’ benefiċjarji. Madankollu, minħabba li l-Ordinanza tirreferixxi f’ħafna
każi għal fatti li ilhom li ġraw, iżda mhux ħafna ’1 bogħod, riferenzi għal ċerti
liġijiet baqgħu kif kienu għad li dawn ġew imħassra.
 2      KAP. 111.ħ      KORRIMENTI(LIĠITA’ EMERĠENZA)
ta’ attakk mistħajjel mill-għadu jew fit-twettiq ta’
dawk il-miżuri ta’ prekawzjoni jew ta’ tħejjija li hemm
imsemmija fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza dwar il-Ħsarat tal-Gwerra
(Ordinanza III ta’ l-1943)*;
jew 
(b) li jiġri bil-ħabta li ssir fuq persuna jew fuq proprjetà
minn ajruplan tal-għadu, jew minn ajruplan tal-Kuruna
Ingliża jew ta’ potenza alleata magħha, miżmum minn
persuna f’isem jew għall-vantaġġ tal-Kuruna Ingliża
jew ta’ potenza alleata magħha, jew biċċa minn
ajruplan jew minn ħaġa mitfugħa minn ajruplan;
"korriment fis-servizz tal-gwerra", għal dak li hu ħaddiem tad-
difiża ċivili, jiġifieri kull korriment tal-persuna illi l-Kumitat
jiċċertifika li sab b’sodisfazzjon tiegħu li ġara minħabba u fil-kors
li dak kien jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala membru tal-korp
organizzat tad-difiża ċivili li fih kien qiegħed fiż-żmien li korra u li
kien jew korriment tal-gwerra inkella korriment li ġara direttament
jew xort’oħra mill-kondizzjonijiet ikkaġunati minn ħbit tal-għadu
mill-ajru jew minn ħbit ieħor u fil-qadi ta’ xogħol li fih ir-riskju
tal-korriment kien wisq akbar minħabba l-ħtieġa li jsir jew matul
jew minnufih wara ħbit tal-għadu jew ħbit ieħor.
(2) Il-Kumitat ma jagħti ebda ċertifikat dwar it-tifsir ta’
"korriment fis-servizz tal-gwerra" skond is-subartikolu ta’ qabel
dan, kemm-il darba ma jkunx inġieb quddiemu rapport dwar dak il-
korriment minn uffiċjal responsabbli tal-korp organizzat tad-difiża
ċivili li fih il-ħaddiem interessat kien membru fiż-żmien li fih korra
u kull ċertifikat bħal dan jista’ jitħassar f’kull żmien mill-Kumitat
meta jinġieb xi fatt ġdid quddiemu.
Allowances u 
pensjonijiet dwar 
xi korrimenti bil-
gwerra u 
korrimenti fis- 
servizz tal-gwerra.
Emendat:
XXV. 1962.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68.
3. (1) Il-President ta’ Malta jista’, bl-approvazzjoni mogħtija
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati jagħmel skim skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, biex jipprovdi għall-ħlas mill-
Fond Konsolidat dwar il-korrimenti hawn taħt imsemmijin li jiġru
fiż-żmien ta’ din l-emerġenza ta’ issa, jiġifieri -
(a) korrimenti tal-gwerra li jiġru lil nies li jaħdmu għall-
qligħ (b’dawk l-eċċezzjonijiet, jekk ikun hemm, li
jkunu msemmijin fl-iskim) u lill-persuni ta’ klassijiet
oħra li jkunu hekk imsemmijin; u
(b) korrimenti fis-servizz tal-gwerra li jiġru lill-ħaddiema
tad-difiża ċivili.
(2) Dan l-iskim jista’ jsir b’mod li jibda jkollu effett minn data
mhux qabel xahrejn mill-jum li tibda sseħħ din l-Ordinanza u din
id-data hija f’din il-liġi msemmija bħala d-data li fiha jibda jseħħ l-
iskim.
(3) Għall-korrimenti msemmijin fis-subartikolu (1) ta’ dan l
artikolu, l-iskim jista’ jagħti s-setgħa lill-Kumitat li jkun maħtur
taħt dak l-iskim, sabiex, fiċ-ċirkostanzi u taħt il-kondizzjonijiet li
*Din 1-Ordinanza ġiet imħassra bl-Att XXIX ta’ 1-1980.
KORRIMENTI(LIĠITA’ EMERĠENZA)  .
jkunu msemmijin fl-iskim, jagħmel dawn il-ħlasijiet lil jew għall-
persuna li tkorri, jiġifieri -
(a) ħlas bħala "allowance"  (iżjed ’il quddiem f’din l-
Ordinanza msejħa "allowance minħabba korriment") li
tibqa’ titħallas biss sakemm dak li jkorri ma jkunx
tajjeb għax-xogħol minħabba l-korriment u ma jkun
daħħal ebda ħlas kif imsemmi fil-paragrafu ta’ wara
dan; u
(b) ħlas bħala pensjoni jew allowance jew gratifikazzjoni,
li jingħataw biss meta l-korriment iġib miegħu
inkapaċità gravi u tat-tul, jew il-mewt.
(4) L-iskim jista’ jagħti s-setgħa biex isiru ħlasijiet għal
korrimenti li jkunu ġraw qabel id-data li fiha jibda jseħħ l-iskim,
iżda, ħlief kif jingħad fis-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, ebda
ħlas m’għandu jsir għal żmien qabel dik id-data.
(5) Fil-każ ta’ korriment li jiġri qabel id-data li fiha jibda jseħħ
l-iskim, jekk il-korriment iġib miegħu l-mewt ta’ xi ħadd jew
inkapaċità gravi u tat-tul li tibqa’ wara d-data li fiha jibda jseħħ
skim, l-iskim jista’ jagħti s-setgħa lill-Kumitat li jagħmel, fid-
dehen tiegħu, ħlas ta’ mhux iżjed minn nofs l-ammont li kien ikollu
jitħallas taħt l-iskim matul iż-żmien mill-jum tal-korriment sal-jum
li fih jibda jseħħ l-iskim, kieku l-iskim kien iseħħ matul dak iż-
żmien:
Iżda ebda ħlas bħal dan ma jsir kemm-il darba ma jiġix
ippruvat b’sodisfazzjon tal-Kumitat li l-persuna li lilha jew li għall-
vantaġġ tagħha għandu jsir il-ħlas batiet ħsara kbira fil-finanzi
tagħha minħabba l-korriment u baqgħet tbati din il-ħsara wara li
beda jseħħ l-iskim.
(6) Skim jista’ jagħti s-setgħa lill-President ta’ Malta li
jagħmel regolamenti biex iseħħu l-iskopijiet ta’ l-iskim.
(7) Kull deċiżjoni tal-Kumitat maħtur taħt l-iskim dwar il-
għoti, ir-rifjut jew l-ammont ta’ ħlas taħt skim, jew dwar jekk
għandux jissokta jew jitwaqqaf dan il-ħlas, tista’ b’deċiżjoni oħra
wara ta’ l-istess Kumitat, iżda ħlief sa fejn tista’ hekk titbiddel,
tkun finali u mingħajr appell.
Proċedura ta’l-
iskimijiet. 
Emendat: 
XXV. 1962.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit: 
XLV. 1975.2. 
4. Skim jista’ jiġi emendat jew revokat b’regolamenti
magħmula mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
Ħelsien mill- 
obbligu tal-ħlas ta’ 
indennizz jew ta’ 
ħlas għal ħsarat.
Emendat: 
X. 1942.2: 
XVII. 1942.2. 
5. (1) Fil-każ ta’ korrimenti li għalihom jista’ jsir ħlas taħt
skim, m’għandu jsir ebda ħlas, la lil min ikorri u lanqas lil
ħaddieħor, għal indennizzi jew ħsarat illi, apparti mid-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu - 
(a) imissu jsir taħt l-Ordinanza ta’ l-1934 dwar il-Ħlas ta’
Indennizz lill-Ħaddiema, (Ordinanza XXVIII ta’ l-
1934)*, jew
 4      KAP. 111.ħ      KORRIMENTI(LIĠITA’ EMERĠENZA)
(b) imissu jsir, bis-saħħa ta’ xi liġi speċjali jew bis-saħħa
ta’ kuntratt jew tal-liġi komuni -
(i) fil-każ ta’ korriment tal-gwerra, minn xi
persuna; jew
(ii) fil-każ ta’ korriment fis-servizz tal-gwerra li
jiġri lil ħaddiem tad-difiża ċivili, mill-persuna li
timpjegah, minn persuna li jkollha xi
responsabbiltà għal dak li jkollu x’jaqsam mad-
dmirijiet tiegħu bħala ħaddiem jew minn
ħaddiem ieħor tad-difiża ċivili;
billi l-korriment hawn fuq imsemmi jkun ġara minħabba
traskuraġni, inkonvenjent jew ksur ta’ dmir li tagħhom tkun ħtija l-
persuna li lilha kien ikun imiss l-obbligu tal-ħlas ta’ l-indennizz
jew tal-ħlas għall-ħsarat.
(2) Meta minħabba korriment tal-gwerra jew korriment fis-
servizz tal-gwerra, sew jekk ikun iġib mewt jew inkapaċità,
(a) imiss jingħata lil persuna l-ħlas ta’ pensjoni, jew tista’
tingħata lil persuna pensjoni u, inkella minflok,
allowance taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)
ta’ dan l-artikolu, u
(b) ikun jista’ jsir ħlas ukoll taħt skim,
ebda ħlas m’għandu jsir taħt ebda waħda minn dawk id-
disposizzjonijiet:
Iżda meta l-ħlas li, mingħajr dan is-subartikolu kien ikollu
jsir taħt xi waħda minn dawk id-disposizzjonijiet, ikun aktar mill-
ħlas taħt skim, għandha tiġi ittrasferita mill-Vot tal-Pensjoni li jkun
imiss jew mill-Fond ta’ Premjijiet u Għajnuna tal-Pulizija u Fond
ta’ Pensjonijiet tar-Romol u Tfal Iltiema tal-Pulizija skond il-każ,
għall-vot ta’ l-iskim somma daqs kemm tkun id-differenza bejn il-
ħlas imsemmi l-ewwel u l-ħlas imsemmi l-aħħar, u, wara dan, il-
ħlas taħt l-iskim għandu jiżdied b’dik is-somma.
(3) Id-disposizzjonijiet imsemmijin fis-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu huma dawn li ġejjin, jiġifieri:
Kap. 93. (a) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet;
(b) (sa fejn igħoddu għal uffiċjali illi, bis-saħħa ta’ l-
artikolu 20 ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, ikunu
hekk għażlu) l-Att ta’ l-1926 dwar il-Pensjonijiet u l-
Ordinanza IX ta’ l-1885;
(ċ) ir-Regolamenti dwar il-Fond ta’ Premjijiet u Għajnuna
tal-Pulizija u Fond ta’ Pensjonijiet tar-Romol u Tfal
Iltiema tal-Pulizija.
(4) Il-fatt li ma jingħatax avviż jew li ma ssirx talba jew li ma
jinbediex proċediment fiż-żmien meħtieġ mil-liġi, mhux ta’ xkiel
għall-jedd tal-proċediment għal korriment tal-persuna, jekk -
(a) dwar il-korriment tkun saret lill-Kumitat, kif imiss,
*Din l-Ordinanza ġiet inkluża fl-Edizzjoni Riveduta ta’ 1-1942 tal-Liġijiet ta’
Malta bħala Kapitolu 128, u dan il-Kapitolu ġie sussegwentement revokat bl-Att
VI ta’ 1-1956.
KORRIMENTI(LIĠITA’ EMERĠENZA)  .
talba għall-ħlas taħt skim, jew taħt xi liġi jew taħt xi
att; u
(b) il-qorti jew il-Bord, li quddiemhom jinġieb il-
proċediment, ikunu sodisfatti li t-talba ħawn fuq
imsemmija kellu raġunijiet biex jaħseb li l-korriment
kien tali li għalih seta’ jsir ħlas taħt l-iskim jew taħt
dik il-liġi l-oħra jew taħt dak l-att, skond ma jkun il-
każ; u
(ċ) il-Kumitat jiċċertifika li t-talba ma ġietx milqugħa,
jew illi l-ħlasijiet magħmulin bis-saħħa tat-talba ġew
miżmuma, minħabba li l-korriment ma kienx
korriment bħal dak hawn fuq imsemmi; u
(d) il-proċediment jinbeda fi żmien xahar mid-data taċ-
ċertifikat tal-Kumitat hawn fuq imsemmi.
Tnaqqis ta’ l-
allowance mill-
paga fiż-żmien tal-
mard.
6. Meta impjegat -
(i) ikun idaħħal taħt skim  allowance  tal-korriment
matul iż-żmien li fih ma jkunx tajjeb għax-
xogħol; u
(ii) kien ikollu jedd, li kieku ma kienx hemm id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għal somma
mingħand min jimpjegah bħala paga jew għal
ħlas ieħor għal matul dak iż-żmien;
min jimpjegah ma jkollu ebda obbligu li jagħtih għal matul dak iż-
żmien ammont akbar minn dak li biħ is-somma hawn fuq
imsemmija tkun tiskorri dik l-allowance.
Tagħrif dwar 
kemm wieħed 
jaqla’.
Emendat:
VIII. 1990.3.
7. (1) Meta jkun jiħtieġ, sabiex ikun stabbilit l-ammont tal-
ħlas li għandu jingħata taħt skim għal korriment, li jinsab kemm
kienet taqla’ l-persuna korruta matul xi żmien qabel ma korriet, il-
Kumitat jista’, b’avviż bil-miktub, jitlob -
(i) li dak li kien jimpjega lill-persuna korruta matul
dak iż-żmien; u
(ii) kull persuna oħra li tkun taf bil-mezzi li kellha l-
persuna korruta matul dak iż-żmien;
biex tagħti, skond l-avviż, it-tagħrif li tista’ dwar dak il-qligħ jew
dawk il-mezzi, u biex turi lill-persuna msemmija fl-avviż il-kotba
tal-pagi, in-notamenti jew dokumenti oħra li jkollha illi jkun fihom
imniżżel dak il-qligħ.
Kap. 9. 
(2) Kull min jonqos li jħares dak li jintalab b’dak l-avviż jeħel,
meta jinsab ħati minn Qorti tal-Maġistrati, multa mhux anqas minn
żewġ liri u mhux iżjed minn ħames liri, iżda jekk in-nuqqas ta’
tħaris hawn fuq imsemmi jkun jikkonsisti fi tħaris għal taparsi li
jsir b’dikjarazzjoni li ma tkunx minnha jew b’wiri ta’ ħaġa b’oħra,
xjentement jew bi traskuraġni, jew billi jinġieb dokument li jkun
qarrieqi f’xi ħaġa sostanzjali jew li jista’ jqarraq f’dan il-każ il-
multa ma tkunx anqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn għoxrin
lira jew inkella għar-reat tingħata dik il-piena akbar li tista’ tiġi
mogħtija skond il-Kodiċi Kriminali.
 6      KAP. 111.ħ      KORRIMENTI(LIĠITA’ EMERĠENZA)
Piena għal 
dikjarazzjoni falza.
Kap. 9.
8. Kull min, bil-ħsieb li jieħu ħlas taħt skim, sew għalih
innifsu jew għal ħaddieħor, jagħmel xjentement dikjarazzjoni li ma
tkunx minnha jew juri ħaġa b’oħra, jeħel, meta jinsab ħati bi
proċedura sommarja, il-piena tal-priġunerija għal żmien mhux iżjed
minn tliet xhur jew dik il-piena akbar li għaliha jkun suġġett taħt il-
Kodiċi Kriminali.
Ċessjonijiet, eċċ., 
huma nulli. 
9. Kull ċessjoni ta’ ħlas mogħti jew li jkollu jingħata taħt
skim u kull obbligazzjoni fuq dan il-ħlas kif ukoll kull ftehim dwar
din iċ-ċessjoni jew obbligazzjoni, huma nulli, u kull ħlas bħal dan
ma jkunx suġġett għal mandat ta’ sekwestru, u fil-każ ta’ falliment
tal-persuna li għaliha jkun ġie mogħti, lanqas ma jgħaddi għand il-
kuratur jew kuraturi.
Gheluq taż-żmien 
għal 
applikazzjonijiet.
Miżjud:
XLV. 1975.3.
10. Ma jista’ jsir ebda ħlas taħt din l-Ordinanza jew taħt xi
skim magħmul bis-saħħa tagħha kemm-il darba ma tkunx saret
applikazzjoni għal hekk qabel il-15 ta’ Ottubru, 1975.
