PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPUTATI  ġ KAP. 113.
KAPITOLU 113 
ORDINANZA DWAR IL-PRIVILEĠĠI U 
S-SETGĦAT TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
Biex tistabbilixxi l-privileġġi tal-Kamra tad-Deputati, biex tagħti lill-
Kamra tad-Deputati xi setgħat u biex tagħmel provvedimenti dwar ħwejjeġ
oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ daqshekk.
(15 ta’ Ottubru, 1942)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XX ta’ 1-1942, kif emendata bl-Ordinanza
VI ta’ l-1959; u bl-Atti: XIII ta’ 1-1974, XXII ta’ l-1976, IV ta’ l-1983 u
XI ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
IV. 1983.2. 
1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza dwar il-
Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati.
Immunità minn 
proċedimenti 
legali.
Emendat: 
IV. 1983.2. 
2. Ebda proċediment ċivili jew kriminali ma jista’ jsir kontra
ebda membru tal-Kamra tad-Deputati (hawnhekk ’il quddiem
imsejjħa "il-Kamra") għal kliem li jingħad minnu quddiem il-
Kamra jew Kumitat tagħha, sew Kumitat tal-Kamra kollha jew
Kumitat Magħżul, jew għal kliem miktub minnu f’rapport lil dik il-
Kamra jew Kumitat, jew minħabba xi materja jew ħaġa miġjuba
minnu b’petizzjoni, abbozz, riżoluzzjoni, mozzjoni jew xort’oħra.
Privileġġi. 
Emendat: 
IV. 1983.2. 
Kap. 9. 
3. (1) Fiż-żmien tas-sessjoni l-membri tal-Kamra tad-
Deputati igawdu l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest għal dejn ċivili
basta li dan ma jkunx ġej minn frodi jew bi ksur xort’oħra tal-
Kodiċi Kriminali.
(2) Il-privileġġi mogħtijin b’din l-Ordinanza huma b’żieda u
mhux minflok privileġġi oħra mogħtijin taħt disposizzjonijiet ta’
liġi oħra illi issa qiegħda sseħħ.
Setgħa tal-Kamra li 
ġġiegħel xhieda 
jidhru quddiemha. 
Emendat: 
XXII. 1976.4; 
IV. 1983.2.
4. (1) Il-Kamra tista’ tordna d-dehra quddiemha ta’ xhieda u
periti biex jagħtu x-xiehda jew il-fehma fuq ħwejjeġ li jkollhom
x’jaqsmu jew li jkollhom konnessjoni mal-Gvern ta’ Malta, jew fuq
ħwejjeġ li l-Kamra jkun jidhirlha illi huwa fl-interess pubbliku li
jkollha tagħrif dwarhom.
Kap. 12. 
(2) L-artikoli 566, 588, 589, 590 (1) u 590 (2) (sa fejn għandu
x’jaqsam mal-kixfa ta’ ħwejjeġ navali, militari jew tal-forza ta’ l-
ajru) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili igħoddu
għax-xhieda u għall-periti li jagħtu x-xiehda jew il-fehma tagħhom
quddiem il-Kamra.
Kap. 12. 
(3) Il-Kamra tista’ tagħti l-ġurament jew tirċievi l-
affermazzjoni, meta din tista’ ssir f’qorti tal-ġustizzja skond l-
artikolu 111 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ta’
dawk kollha li jinstemgħu quddiemha kif jingħad hawn fuq.
(4) Dan il-ġurament jew din l-affermazzjoni jittieħdu f’idejn l-
Iskrivan tal-Kamra.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 544 tad-19 ta’ Ottubru, 1942.
 2      KAP. 113.ħ  PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPU-
Ix-xhieda jissejħu 
b’mandat. 
Emendat:
IV. 1983.2. 
Kap. 12. 
5. (1) Ix-xhieda u l-periti jiġu ordnati biex jidhru b’mandat
maħruġ b’ordni tal-Kamra iffirmat mill-Iskrivan tal-Kamra.
(2) Il-mandat jista’ jkun fih l-ordni li jinġiebu dokumenti,
kotba, karti jew ħwejjeġ oħra illi l-Kamra jidhirlha meħtieġa skond
il-każ li jkun:
Iżda ħadd m’hu obbligat li jġib dokumenti illi ma jistgħux
jintalbu taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 637 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Kopja ta’ dan il-mandat għandha tiġi nnotifikata
b’messaġġier tal-Kamra jew b’uffiċjal tal-Pulizija lix-xhud jew lill-
perit, sew billi jagħtiha f’idejh stess jew billi jħalliha f’idejn xi
ħadd tad-dar tiegħu, li ma jkunx taħt l-età, fil-lok fejn soltu huwa
joqgħod, mhux anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel iż-żmien
li fih imissu jidher quddiem il-Kamra.
(4) L-uffiċjal li jagħmel in-notifika għandu f’kull każ jagħmel
riferta li biha juri lil min u kif saret in-notifika.
Meta s-setgħa 
sabiex tittieħed 
xiehda jew fehma 
ta’ perit tista’ 
tingħata lil 
ħaddieħor. 
Emendat: 
XXII. 1976.4; 
IV. 1983.2. 
6. Meta xhud jew perit ma jkunx jista’, għal xi raġuni tajba,
jidher quddiem il-Kamra, jew meta l-Kamra jkun jidhirlha xieraq li
x-xiehda jew il-fehma ta’ xhud jew perit tittieħed f’lok ieħor milli
fis-Sala tal-Kamra, il-Kamra tista’ taħtar persuna jew persuni, taħt
dawk il-kondizzjonijiet jew ordnijiet kif f’kull każ partikolari jkun
jidhirlha meħtieġ jew xieraq, biex jieħdu, f’isem il-Kamra, ix-
xiehda jew fehma meħtieġa. Il-Kamra għandha tagħti lil din il-
persuna jew lil waħda minn dawn il-persuni s-setgħa li tagħti l-
ġurament jew tirċievi l-affermazzjoni.
Setgħa mogħtija 
lill-Kumitat tal-
Kamra biex jieħu 
xiehda jew fehma 
ta’ perit. 
Emendat:
IV. 1983.2. 
Sostitwit: 
XI.1995.2.
7. Il-Kamra tista’ tagħti s-setgħat tagħha dwar is-smigħ ta’
xhieda u ta’ periti, iżda mhux dwar 1-għoti ta’ pieni, lill-Kumitat
Permanenti dwar il-Privileġġi msemmi fl-Ordni Permanenti tal-
Kamra 120D.
Diżubbidjenza 
għall-ordni tal-
Kamra.
Emendat:
IV. 1983.2. 
8. (1) Kull min, wara li jiġi nnotifikat b’kopja tal-mandat
imsemmi fl-artikolu 5, jonqos, mingħajr raġuni xierqa, li jidher
quddiem il-Kamra, jew meta jidher quddiem il-Kamra ma jkunx
irid jieħu l-ġurament jew iwieġeb għal mistoqsijiet li skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jistgħu jsiru lilu fuq il-ħaġa
fil-kwistjoni, jew ma jkunx irid iġib u juri lill-Kamra dokumenti,
kotba, karti jew ħwejjeġ oħra li jkunu għandu jew taħt il-kontroll
tiegħu, li kien ordnat mill-Kamra li jġib u li hu obbligat li jġib, jew
li jagħmel dak li jiġi ordnat mill-Kamra, isir ħati ta’ nuqqas ta’
qima lejn il-Kamra u jaqa’ taħt il-pieni msemmijin fl-artikolu 11.
(2) Kull min jonqos li jidher quddiem il-Kamra meta jkun
imsejjaħ kif jingħad hawn fuq, jista’ jkun imġiegħel jidher
b’mandat ta’ arrest maħruġ b’ordni tal-Kamra, iffirmat mill-
Iskrivan tal-Kamra u esegwit bil-Pulizija.
Ġurament falz. 
Emendat:
IV. 1983.2.
Kap. 9.
9. Ġurament jew affermazzjoni meħud jew magħmula minn
xhud jew minn perit quddiem il-Kamra tad-Deputati jew Kumitat
tal-Kamra, jitqiesu, għall-finijiet tal-Kodiċi Kriminali bħala
PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPUTATI  ġ KAP. 113.
ġurament jew affermazzjoni meħud jew magħmula quddiem qorti
f’materji ċivili.
Drittijiet u spejjeż 
li għandhom 
jitħallsu lil xhieda 
u periti. 
Kap. 108. 
10. L-artikoli 4, 5 u 6 u l-Iskedi A u Ċ ta’ l-Ordinanza dwar id-
Drittijiet tax-Xhieda igħoddu għax-xhieda u għall-periti msejħin
taħt l-artikolu 4 (1) ta’ din l-Ordinanza u l-periti li jiġu hekk
imsejħin jitqiesu, għall-finijiet ta’ l-Iskeda A hawn fuq imsemmija,
bħala xhieda msejħin sabiex jagħtu xiehda fuq ħwejjeġ xjentifiċi.
Pieni. 
Emendat:
XIII.1974.2; 
IV.1983.2, 3, 4. 
Sostitwit: 
XI.1995.3.
11. (1) Meta l-iSpeaker  ikun  prima facie  jidhirlu li persuna,
sew jekk tkun Membru tal-Kamra sew jekk le, tkun għamlet xi
wieħed mill-attijiet imsemmijin fis-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu, huwa għandu jirriferi l-kwistjoni lil kumitat imwaqqaf
skond l-artikolu 7 ta’ dan 1-Att u li jkun magħruf bħala 1-Kumitat
tal-Privileġġi. L-espressjoni "prima facie" tfisser li lment li jkun
sar ikun jallega ksur ta’ xi regola stabbilita b’din l-Ordinanza jew
fl-iStanding Orders tal- Kamra tad-Deputati jew ta’ xi riżoluzzjoni
approvata mill-Kamra tad-Deputati dwar attijiet imsemmija fis-
subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, u ma għandha f’ebda każ tkun
tfisser jew timplika xi stqarrija ta’ ħtija jew ta’ innoċenza.
(2) Jiġu delegati setgħat lill-Kumitat sabiex dan jeżamina l-
provi kif hemm fl-artikolu 6 ta’ dan l-Att dwar l-eżami tax-xhieda u
periti, dokumenti jew rapporti u ċ-chairman ikollu jedd jagħti
ġurament jew jirċievi 1-affermazzjoni skond is-subartikolu 7 ta’
dan 1-Att.
(3) Il-Kumitat għandu, wara li jkun għamel dawk l-eżamijiet li
jidhrulu xierqa u, meta jkun possibbli, wara li jkun sema’ lill-
persuna li tkun allegatament qegħda twettaq l-attijiet, jagħmel
rapport lill-Kamra fejn jirrakkomanda illi:
(a) il-Kamra tawtorizza lill-iSpeaker sabiex jordna lill-
pulizija eżekuttiva biex tressaq lill-persuna li tkun
allegatament għamlet dawk 1-attijiet quddiem il-Qorti
tal-Maġistrati (Malta), li għandu jkollha ġurisdizzjoni
skond hekk; u dik il-qorti ma għandux ikollha
ġurisdizzjoni bħal dik sakemm ma tkunx saret ordni
kif imsemmija mill-iSpeaker; jew
(b) il-Kamra tirrisolvi li għall-attijiet hekk magħmulin
tkun tista’ adegwatament tingħata piena ta’ twiddiba, u
f’dak il-każ dik il-persuna għandha titwiddeb mill-
iSpeaker.
(4) Dawn li ġejjin ikunu r-reati kontra dan 1-Att, jiġifieri - 
(a) kull att ta’ nuqqas ta’ qima lill-awtorità tal-Kamra bi
kliem jew b’ġesti minn xhud jew persuna oħra
quddiem il-Kamra jew Kumitat tal-Kamra;
(b) kull insult jew nuqqas ta’ qima lill-persuna li tkun
tippresjedi laqgħa tal-Kamra jew ta’ xi kumitat tagħha
u kull insult jew nuqqas ta’ qima lil wieħed mill-
Membri tal-Kamra, ukoll jekk dak il-Membru ma
jkunx preżenti fil-waqt ta’ l-insult jew tan-nuqqas ta’
qima, meta fil-każ il-wieħed jew l-ieħor l-insult jew
in-nuqqas ta’ qima jsiru quddiem il-Kamra jew ta’ xi
kumitat tagħha waqt xi laqgħa tagħhom;
 4      KAP. 113.ħ  PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPU-
(ċ) kull ksur ta’ regolamenti, ordnijiet jew direzzjonijiet
magħmulin jew mogħtijin mill-Kamra dwar id-dħul ta’
barranin fis-Sala tal-Kamra u l-imġieba tagħhom
hemm ġew;
(d) kull min jaħbat għal Membru, ifixklu jew jinsultah fil-
waqt li jkun sejjer jew ġej lura mill-Kamra jew
minħabba d-dmirijiet tiegħu fil-Kamra, jew kull min,
b’forza, b’insult jew b’tehdid, ifittex li jġiegħel
Membru illi jiddikjara ruħu favur jew kontra proposta
jew xi ħaġa li tkun għadha miexja jew li tkun sejra
tinġieb quddiem il-Kamra;
(e) kull min jibgħat ittra ta’ tehdid lil Membru tal-Kamra
dwar id-dmirijiet tiegħu fil-Kamra;
(f)  kull min jaħbat għal uffiċjal tal-Kamra, jew jindaħal
fid-dmirijiet tiegħu jew jagħmillu reżistenza fil-waqt li
dan ikun qiegħed jaqdi jew minħabba li jkun qeda d-
dmirijiet tiegħu;
(g) kull min iqajjem jew jieħu sehem fi storbju fil-Kamra
jew fil-qrib tas-Sala tal-Kamra, jew ġewwa fiha stess,
filwaqt ta’ laqgħa tal-Kamra, b’mod li minħabba
f’hekk il-proċedimenti tal-Kamra jitwaqqfu jew
x’aktarx ikollhom jitwaqqfu;
(h) kull min jikkorrompi, ibeżża’, ihedded, iqarraq xhud
jew b’xi mod mhux xieraq jinfluwenzah dwar ix-
xiehda li jkun imissu jagħti quddiem il-Kamra jew
Kumitat tagħha;
(i) kull min iġib quddiem il-Kamra jew Kumitat tagħha
dokument falz, mhux veru, maħluq jew iffalsifikat bil-
ħsieb li jqarraq lill-Kamra jew lil dak il-Kumitat;
(j) il-pubblikazzjoni ta’ kull libell li jagħti malafama lill-
iSpeaker jew lil xi membru li tolqot xi ħaġa magħmula
minnu jew li ntqalet minnu bħala  Speaker  jew bħala
Membru fil-Kamra jew f’kumitat tagħha;
(k) il-pubblikazzjoni volontarja jew bi traskuraġni ta’ xi
rapport falz jew mgħawweġ ta’ xi dibattitu jew
proċedimenti tal-Kamra jew ta’ xi Kumitat tagħha.
(5) Bla ħsara għal kull piena ogħla li tista’ tkun maħsuba skond
id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, kull min jikkommetti xi wieħed
mir-reati msemmija fis-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu jkun ħati
ta’ reat kontra dan 1-Att u jeħel meta jinsab ħati, il-piena ta’
twiddiba, jew ta’ priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur
jew multa ta’ mhux izjed minn ħames mitt lira jew għal dik il-multa
u priġunerija flimkien.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
"pubblikazzjoni" tfisser kull att li bih kull stampat jiġi jew jista’
jiġi kkomunikat jew imgħarraf lil xi persuna jew li bih kliem jew
immaġni viżwali jiġu mxandra; u
"xandir" tfisser xandir ta’ kliem jew immaġni viżwali bil-mezz
ta’ telegrafija mingħajr fili jew bil-fili jew bit-tnejn, sew jekk dawk
PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPUTATI  ġ KAP. 113.
il-kliem jew l-immaġni jkunu fil-fatt riċevuti minn xi persuna sew
jekk le.
(7) Persuna titqies ħatja ta’ 1-attijiet imsemmija fil-paragrafi
(j) u (k) tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu jekk il-pubblikazzjoni
msemmija fil-paragrafi (j) u (k) tas-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu tikkonsisti fil-pubblikaz-zjoni ta’ dak il-libell li jagħti
malafama, rapport falz jew mgħawweġ, f’forma stampata f’Malta,
jew fid-distribuzzjoni f’Malta ta’ stampat li jkun fih dak il-libell li
jagħti malafama, rapport falz jew mgħawweġ ikun x’ikun il-post li
minnu joriġina dak l-istampat, jew kull xandir f’xi post f’Malta jew
minn xi post barra minn Malta ta’ dak il-libell li jagħti malafama
jew ta’ dak ir-rapport falz jew mgħawweġ.
(8) Fil-każ ta’ persuna ħatja ta’ reat imsemmi fil-paragrafu (j)
tas-subartikolu (4) ta’ dan 1-artikolu 1-qorti tista’ b’żieda mal-
pieni stabbiliti bis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, tordna fil-każ
ta’ gazzetta li, f’ħarġa ta’ wara li ma tkunx iżjed tard mit-tieni
waħda, u fil-każ ta’ mezz tax-xandir fil-ġurnata li tiġi minnufih
wara li fiha jingħata l-ordni, li s- sentenza li biha 1-akkużat ikun
instab ħati ta’ dak 1-att għandha tiġi pubblikata jew imxandra,
skond il-każ, mingħajr ħlas fl-istess ilsien li fih ikun sar ir-reat; u
jekk sa dak iż-żmien ta’ dik is-sentenza, jew minnufih wara, il-
gazzetta tkun waqfet mill-pubblikazzjoni jew il-mezz tax-xandir
ma jkunx baqa’ jxandar, jew fil-każ ta’ xi pubblikazzjoni oħra, il-
qorti tista’ fl-ordni jew f’ordni ieħor li tagħti wara, tordna li s-
sentenza tiġi pubblikata jew imxandra għas-spejjeż tal-persuna
hekk misjuba ħatja f’gazzetta oħra jew fuq mezz ieħor ta’ xandir fi
żmien li ma jkunx iktar minn xahar.
(9) Fil-każ ta’ persuna misjuba ħatja ta’ reat imsemmi fil-
paragrafu (k) tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu 1-qorti tista’,
b’żieda mal-pieni stabbiliti fis-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu,
tordna lil min jagħmel ir-reat li jippubblika mingħajr ħlas, f’dik id-
data u f’dak il-ħin li 1-qorti tista’ tistabbilixxi, fl-istess gazzetta
jew fuq l-istess mezz tax-xandir, skond il-każ, dikjarazzjoni bħala
kontradizzjoni jew spjegazzjoni.
(10) In-nuqqas ta’ tħaris ta’ ordni magħmul taħt is- subartikoli
(8) u (9) ta’ dan l-artikolu jitqies li jikkostitwixxi reat kontra dan l-
Att u jkun suġġett għall-istess pieni kif provdut fis-subartikolu (5)
ta’ dan 1-artikolu.
(11) Kull persuna li tkun kompliċi ta’ xi attijiet imsemmija fil-
paragrafi (a) sa (k) tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu titqies li
tkun ħatja ta’ l-istess attijiet u teħel il-pieni stabbiliti fl-imsemmi
subartikolu.
(12) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan 1-artikolu 1-
Kamra tista’ tagħti piena ta’ twiddiba lil kull min fil-preżenza tal-
Kamra jikkommetti att ta’ nuqqas ta’ dixxiplina u jista’ jordna li
dik il-persuna ma għandhiex titħalla tattendi għal seduta tal-Kamra
bħala barranija għal dak iż-żmien li 1-Kamra tista’ tiddeċiedi
dwaru li jkun perijodu li ma jkunx iktar mill-aħħar jum tas-seduta
tal-Kamra li matulha jkun ingħata dak l-ordni.
(13) Id-disposizzjonijiet ta’ dan 1-artikolu għandhom ikunu
mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ kull standing order
 6      KAP. 113.ħ  PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPU-
jew riżoluzzjoni li 1-Kamra tad-Deputati tista’ tagħmel minn żmien
għal żmien sabiex tirregola l-kondotta tal-membri tagħha u l-ordni
filwaqt tal-proċedimenti tagħha.
Immunità għal kull 
ħaġa magħmula 
bis-setgħa tal-
Kamra. Emendat:
IV. 1983.2. 
12. Ħadd ma hu responsabbli għal danni jew xort’oħra b’kull
mod li jkun, għal xi ħaġa magħmula bis-setgħa tal-Kamra u fil-
limiti tas-setgħa li din għandha skond il-liġi jew taħt inkella bis-
saħħa ta’ mandat maħruġ b’dik is-setgħa.
Proċedura. 
Emendat: 
IV. 1983.2,3.
13. Imħassar bl-Att XI.1995.4.
Esekuzzjoni ta’ 1-
ordni li jagħti l-
piena. 
Emendat: 
VI. 1959.3; 
IV. 1983.2,3. 
14. Imħassar bl-Att XI.1995.4.
Setgħat, eċċ., 
jgħoddu għall- 
Kumitat. 
Emendat: 
IV. 1983.2,3.
15. Is-setgħat u l-privileġġi hawn mogħtijin lill-Kamra u lill-
iSpeaker tal-Kamra huma xorta waħda mogħtija lill-Kumitati tal-
Kamra, sew jekk il-Kumitati jkunu tal-Kamra kollha kemm jekk
ikunu Kumitati Magħżulin, u liċ-chairman tagħhom.
Kodiċi ta’ Etika. 
Miżjud:
XI.1995.5.
16. (1) Il-Kamra tad-Deputati tista’, permezz ta’ riżoluzzjoni,
tadotta Kodiċi ta’ Etika li jirregola 1-imġieba tal-membri tagħha u
jkun id-dmir tal-membri kollha tal-Kamra li jġibu ruħhom skond
dak il-Kodiċi ta’ Etika li jkun fis-seħħ. 
(2) Sa dak iż-żmien meta 1-Kamra tad-Deputati tadotta Kodiċi
ta’ Etika bil-mezz ta’ riżoluzzjoni skond is- subartikolu (1) ta’ dan
1-artikolu, il-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-Iskeda li tinsab ma’ dan 1-
Att għandu jitqies bħala kodiċi ta’ etika li ġie adottat b’riżoluzzjoni
tal-Kamra skond is- subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u jista’ jiġi
emendat jew isir ieħor minfloku skond hekk.
Miżjuda:
XI.1995.6.
SKEDA 
(Artikolu 16)
Kodiċi ta’ Etika tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati
1. Membru tal-Kamra tad-Deputati għandu f’kull waqt, sew
jekk ġewwa jew barra 1-Kamra, iġib ruħu b’mod li jkun jixhed
għall-istatus u dinjità tal-Kamra tad-Deputati.
2. Membru tal-Kamra tad-Deputati għandu jkun konformi
ma’ 1-ispirtu u l-ittra tar-Regoli tal-Kamra tad-Deputati u mar-
regoli tal-kumitati tagħha kif debitament imwaqqfin li jinsabu fl-
iStanding Orders tal-Kamra jew ma’ kull riżoluzzjoni li tiġi
approvata mill-Kamra tad-Deputati.
3. Membru tal-Kamra tad-Deputati ma jista’ jirċievi ebda ħlas
jew kumpens ta’ liema xorta tkun għax-xogħol tiegħu bħala
Membru tal-Kamra tad-Deputati, ħlief ir-rimunerazzjoni uffiċjali
tiegħu bħala Membru.
4. Filwaqt li membru tal-Kamra tad-Deputati għandu d-dmir
PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPUTATI  ġ KAP. 113.
li jwassal 1-ilmenti tal-kostitwenti tiegħu u li jagħmel
rappreżentanzi f’isimhom lill-awtoritajiet tal-Gvern, mhuwiex
mistenni li l-Membru jagħmel xi influwenza mhux xierqa, theddid
jew pressjoni li m’għandhiex issir fit-twettiq ta’ dmirijietu.
5. Kull membru tal-Kamra tad-Deputati għandu ta’ kull sena
fiż-żmien stabbilit mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati jindika
f’reġistru li jinżamm għal dan l-għan mill-iSpeaker, u liema
reġistru jkun miftuħ għall-ispezzjon tal-pubbliku:
a. x’ikun ix-xogħol jew il-professjoni tiegħu, u jekk ikun
impjegat, x’jismu min jimpjegah;
b. il-proprjetà immobbli tiegħu, dik tal-konjuġi jekk ikun
hemm il-komunjoni ta’ 1-akkwisti, dik ta’ l-ulied
tiegħu ta’ taħt l-età kif ukoll, jekk ikun hekk jixtieq, il-
mod kif din tkun inkisbet u kif tkun qegħda tiġi użata;
ċ. azzjonijiet f’investimenti ta’ kumpanniji kummerċjali
inklużi flus depożitati fil-banek u kull xort’oħra ta’
interess finanzjarju;
d. pożizzjonijiet ta’ direttur u dawk oħra f’kumpanniji
kummerċjali, assoċjazzjonijiet,  boards,  soċjetajiet
kooperattivi jew kull grupp ieħor ukoll jekk dawn
ikunu għaqdiet volontarji;
e. Membru tal-Kamra tad-Deputati, li jkollu interess
professjonali, inklużi konsulenza dwar interessi ta’
xogħol, tmexxija jew kull għamla ta’ konnessjoni, sew
finanzjarja jew mod ieħor, ma’ persuni, gruppi jew
kumpanniji li għandhom interess dirett f’xi
leġislazzjoni li 1-Kamra jkollha quddiemha, għandu
jiddikjara 1-interess tiegħu fil-Kamra, ma’ l-ewwel
opportunità, qabel ma jittieħed vot fit-Tieni Qari ta’ 1-
Abbozz;
f. Membru tal-Kamra tad-Deputati ma għandux jaċċetta
rigali mingħand persuni, gruppi jew kumpanniji li
kellhom xi interess dirett jew indirett f’leġislazzjoni li
tkun quddiem il-Kamra tad-Deputati;
g. Membru tal-Kamra tad-Deputati ma għandu jaċċetta
ebda onorarju għal xi diskors, kitba jew
pubblikazzjoni, jew attività oħra bħal dawk mingħand
xi persuna, organizzazzjoni jew kumpannija b’żieda
iktar fuq il-valur li s-soltu u b’konswetudni jingħata
għal dawk is-servizzi; 
h. Membru tal-Kamra tad-Deputati, li jkun għamel żjara
barra minn Malta, li tkun giet imħallsa kollha kemm hi
jew f’parti minnha minn xi persuna, grupp jew
kumpannija li jkollha interess dirett f’leġislazzjoni li
tkun quddiem il-Kamra, għandu jiddikjara dak il-fatt
f’reġistru miżmum mill-iSpeaker għal dak l-għan u li
jkun miftuħ għall-ispezzjon tal-pubbliku;
i. huwa mistenni li Membru tal-Kamra tad-Deputati
jirraporta lill-iSpeaker u lill-awtoritajiet kompetenti
kull tentattiv ta’ korruzzjoni, pressjoni jew influwenza
 8      KAP. 113.ħ  PRIVILEĠĠIUS-SETGĦATTAL-KAMRATAD-DEPU-
li m’għandhiex issir, minn terzi u li tkun maħsuba biex
tinfluwenza l-imġieba tiegħu bħala membru.
6. Filwaqt ta’ xogħol professjonali, okkupazzjonali jew
kummerċjali ma għandha ssir ebda riferenza għal sħubija bħala
membru tal-Kamra tad-Deputati li b’xi mod tista’ tagħti lil xi
membru vantaġġ mhux xieraq.
