ESPLOŻIVI    ġ K AP. 33.       1
KAPITOLU 33
ORDINANZA DWAR L-ESPLOŻIVI
Biex temenda u tikkonsolida l-liġijiet dwar l-Esplożivi.
15 ta’ Lulju, 1904
L-ORDINANZA XII ta’ l-1904, kif emendata bl-Ordinanzi IV ta’ l-1920 u XL ta’ l-1940; bl-
Atti XXXV ta’ l-1949 u XXVII ta’ l-1955; bl-Ordinanzi: XVIII ta’ 1-1960, XVII ta’ l-1961 u
XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963 u 46 ta’ l-1965; u bl-Atti LVIII ta’ l-1974, XXII
ta’ l-1976, XI ta’ l-1977, XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1990 u III ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Titolu fil-Qosor u Tifsir  1-2
Taqsima I.  Esplożivi  3-26
Taqsima II.  Disposizzjonijiet Penali  27-34
Taqsima III.  Disposizzjonijiet Ġenerali  35-49
Disposizzjonijiet Transitorji  50
  2 KAP. 33. ħ            ESPLOŻIVI 
Titolu fil-qosor. 1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza dwar l-
Esplozivi.
Tifsir. 
Emendat: 
IV. 1920.2; 
XLlX. 1981.4. 
Kap. 9.
2. F’din l-Ordinanza -
il-kelmiet "ammenda", "multa", "detenzjoni" u "priġunerija"
jfissru l-pieni msemmija taħt dawn l-ismijiet fil-Kodiċi Kriminali.
"bejgħ" ifisser ukoll it-tpartit ta’ ħwejjeġ u l-għoti ta’ ħaġa bħala
ħlas (datio in solutum);
il-kelma "esplożivi" tfisser -
porvli ta’ l-isparar, nitrogliċerina, dinamite, gun-cotton, porvli
għal mini, fulminat tal-merkurju jew ta’ metalli oħra, fjammi ta’
Bengala, klurat tal-putassa, klurat tal-barju, u kull sustanza oħra,
sew bħal dawk hawn imsemmija jew xort’oħra, użata jew maħduma
sabiex tipproduċi riżultat prattiku bil-mezz ta’ splużjoni jew
b’effett pirotekniku; u tfisser ukoll sinjali taċ-ċpar, xogħlijiet tan-
nar, miċeċ, murtali tal-ftuħ, kapsijiet tal-mini, detonaturi, skrateċ,
munizzjon ta’ kull xorta, u kull adattament jew preparazzjoni ta’
esplożiv kif imfisser hawn fuq;
"ħanut" ifisser kull post fejn tinbiegħ merkanzija jew tinħadem
sengħa jew arti;
"Kummissarju tal-Pulizija" ifisser l-uffiċjal li għandu dik il-
kariga, kif ukoll kull persuna li jkollha s-setgħa espressa jew
impliċita li tagħmel flok il-Kummissarju hawn imsemmi biex tagħti
esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
il-kelmiet "porvli ta’ l-isparar" meta wżati waħedhom, ma
jikkomprendux esplożivi oħra;
"post abitat" ifisser kull post fejn hemm ġabra ta’ djar li fihom
igħammru, jew jistgħu jgħammru, iżjed minn mitt ruħ;
"triq" tfisser kull triq, sqaq, pjazza jew post ieħor ta’ passaġġ
pubbliku, wkoll jekk jagħmlu parti minn fortifikazzjonijiet.
TAQSIMA I
ESPLOŻIVI
Liċenza għad-dħul 
ta’ esplożivi 
f’Malta.
Kondizzjonijiet.
3. (1) Ħadd ma jista’ jdaħħal f’Malta porvli ta’ l-isparar jew
esplożivi oħra, inkella jiftaħ jew iżomm fabbriki tal-polvri jew ta’
xogħlijiet tan-nar, inkella fabbriki oħra fejn jinħadmu porvli jew
esplożivi oħra, mingħajr liċenza mill-Kummissarju tal-Pulizija. Din
il-licenza ma tiġix mogħtija kemm-il darba ma jittiħdux il-
prekawzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien tal-ħajja u tal-proprjetà .
Xogħol 
ta’esplożivi.
(2) Ħadd ma jista’ jaħdem porvli ta’ l-isparar jew jipprepara
dak ix-xogħol ħlief f’fabbrika tal-porvli li jkollha l-liċenza taħt din
l-Ordinanza, u ħadd ma jista’ jaħdem xogħlijiet tan-nar jew porvli
esplożiv, jew esplożivi oħra, ħlief f’fabbrika tax-xogħolijiet tan-
nar, jew f’fabbrika oħra għax-xogħol ta’ porvli ta’ l-isparar jew
esplożivi oħra, li jkollha l-liċenza taħt din l-Ordinanza:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għal
ESPLOŻIVI    ġ K AP. 33.       3
xogħol ta’ kwantità  żgħira ta’ porvli ta’ l-isparar jew ta’ esplożivi
oħra għall-fini ta’ esperimenti kimiċi, u mhux għal użu ieħor jew
għal bejgħ.
Prekawzjonijiet 
għall-ftuħ ta’ 
fabbriki tal-porvli 
jew ta’ fabbriki ta’ 
din ix-xorta.
Emendat:
IV. 1920.3; 
XL. 1940.4; 
XVIII. 1960.2.
4. Sabiex tista’ tinfetaħ fabbrika tal-porvli jew fabbrika oħra
ta’ din ix-xorta, hemm bżonn li jittieħdu, għas-sodisfazzjon tal-
Kummissarju tal-Pulizija, il-prekawzjonijiet hawn taħt
imsemmijin:
(a) illi l-fabbrika għandha tkun imbegħda għall-anqas mija
u tlieta u tmenin metru minn -
(i) kull post abitat;
(ii) kull triq li tista’ tkun użata regolarment biex
igħaddu minnha vetturi bil-mutur; jew 
(iii) kull triq oħra li sa mija u tlieta u tmenin metru
minnha ma jkunx rikkmandabbli, fil-fehma tal-
Kummissarju tal-Pulizija, wara li jikkonsulta
lid-Direttur tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet
Pubbliċi, li tinfetaħ fabbrika bħal dik;
(b) illi l-fabbrika tkun imdawra b’ħitan jew irpari oħra
sħaħ għolja mhux inqas minn erba’ metri, u illi jkollha
kalamita tajba għas-sajjetti;
(ċ) illi fil-fabbrika jkun hemm maħżen għad-depożt ta’
porvli jew esplożivi oħra, imbiegħed biżżejjed mill-
bini tal-fabbrika;
(d) illi jkun bini separat minn bini ieħor u mbiegħed kif
imiss wieħed mill-ieħor għal kull xorta ta’ xogħol;
(e) illi ma jsirx xogħol bil-lejl jew b’dawl artifiċjali, jew
waqt maltempata bis-sajjetti jew meta t-temp jagħtik
taħseb li dalwaqt ġejja maltempata bis-sajjetti;
(f) illi l-porvli ta’ l-isparar jew esplożivi oħra li jinħadmu,
jinġarru fil-maħżen tad-depożt fi żmien erbgħa u
għoxrin siegħa.
Kwantità  ta’ 
esplożivi li tista’ 
tinżamm.
Emendat:
III. 2002.160.
5. Fil-postijiet bil-liċenza taħt l-artikolu 3, ma tistax tinżamm
kwantità  ta’ porvli jew esplożivi akbar minn dik imsemmija fil-
liċenza; din il-kwantità  m’għandha tkun qatt iżjed minn dik il-
kwantità  li tista’ tiġi preskritta b’regolamenti magħmula mill-
Ministru responsabbli għall-pulizija.
Dinamite, gun-
cotton, fulminati, 
eċċ. 
Emendat: 
IV. 1920.4;
XXXV. 1949.2;
XXVII. 1955.2.
6. (1) Ebda kwantità  ta’ dinamite, ta’ gun-cotton ta’ fulminat
tal-merkurju jew fulminati oħra, pikrati, sustanzi li għandhom
bħala bażi prinċipali n-nitrogliċerina, jew sustanzi oħra li meta
mħalltin ma’ oħrajn jew waħedhom jistgħu jipproduċu effetti bħal
dawk tad-dinamite jew ta’ waħda mis-sustanzi msemmijin fl-
artikolu 2, ma jistgħu jiġu wżati, mibgħuta jew ikkunsinnati mill-
fabbrikanti jew mid-dettaljaturi ħlief lill-awtorità  pubblika, jew lil
persuni awtorizzati b’permess iffirmat mill-Kummissarju tal-
Pulizija biex jakkwistawhom fil-kwantità  msemmija fil-permess.
(2) F’dan il-każ, il-fabbrikant jew id-dettaljatur għandu,
filwaqt tal-bejgħ jew tal-kunsinna, iniżżel fil-permess ix-xorta u l-
kwantità  tas-sustanzi mibjugħa jew ikkunsinnati, jagħmel id-data, u
  4 KAP. 33. ħ            ESPLOŻIVI 
jiffirma d-dikjarazzjoni.
Kap. 10.
(3) Kull min ikollu liċenza tal-Pulizija skond l-artikolu 205 tal-
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija biex idur għall-kaċċa bi xkubetta
jista’ jixtri skrateċ tal-kaċċa u porvli biex jimla skrateċ għall-
imsemmija xkubetta mingħand detalljaturi meta juri l-liċenza
msemmija, u f’dawn il-każijiet, id-dettaljatur għandu jirreġistra,
jagħmel id-data u jiffirma d-dikjarazzjoni meħtieġa skond is-
subartikolu (2) fuq in-naħa l-oħra tal-liċenza, u ebda permess ieħor
ma jkun meħtieġ għal dan ix-xiri jew bejgħ.
Hruġ ta’ permessi. 
Emendat: 
XXXV. 1949.2.
7. (1) Il-permess imsemmi fl-artikolu ta’ qabel dan jingħata
biss meta l-persuna li titolbu turi li għandha bżonn tagħmel użu ta’
esplożivi fl-eżerċizzju tal-professjoni, arti jew sengħa tagħha.
(2) Kull persuna li lilha jiġu mibjugħa jew ikkunsinnati
esplożivi bis-saħħa tal-permess hawn fuq imsemmi, għandha tieħu
l-ħsieb li ma tħallix persuni oħra jersqu lejn dawk l-esplożivi, u ma
tistax tbigħ, iċċedi jew tikkunsinna dawk l-esplożivi mingħajr
liċenza tal-Pulizija.
Tniżżil fir-reġistru. 8. (1) Il-fabbrikanti u l-bejjiegħa tas-sustanzi msemmijin fl-
artikolu 3 għandhom iniżżlu f’reġistru l-kwantità  u x-xorta ta’ l-
esplożivi li huma jaħdmu, jakkwistaw jew ibigħu, u l-isem, il-
kunjom, l-okkupazzjoni, in-nazzjonalità , il-lok fejn toqgħod, u
partikolaritajiet oħra tal-persuna li lilha jiġu mibjugħa jew
ikkunsinnati.
Il-folji tar-reġistru 
għandhom jiġu 
nnumerati u 
ffirmati mill-
Pulizija.
(2) Dan ir-reġistru għandu, qabel ma jiġi wżat, ikun innumerat
u ffirmat f’kull folja mill-Pulizija, illi, għandha wkoll, fl-aħħar
paġna tiddikjara n-numru ta’ folji li jkun fih il-ktieb.
Setgħa tal-Pulizija. (3) Il-Pulizija tista’, f’kull żmien, tara dawn ir-reġistri u tista’
wkoll tispezzjona l-istabbilimenti u l-imħażen fejn ikunu
ddepożitati l-esplożivi sabiex tara jekk il-kwantitajiet imniżżlin fir-
reġistri jaqblux mal-kwantità  ta’ l-esplożivi hekk iddepożitati.
Ebda bejgħ jew 
depożt ta’ porvli 
ta’ l-isparar jew ta’ 
esplożivi ma jista’ 
jsir mingħajr 
liċenza.
Emendat: 
IV. 1920.5.
9. (1) Ħadd ma jista’ jżomm għal bejgħ jew jaħżen porvli ta’
l-isparar jew esplożivi mingħajr liċenza tal-Kummissarju tal-
Pulizija.
(2) Din il-liċenza tiġi mogħtija taħt il-kondizzjoni li l-bejjiegħ
għandu jirrapporta lill-Pulizija kull bejgħ li hu jagħmel u l-isem u l-
indirizz tax-xerrej.
Siwi ta’ liċenza.
Emendat:
XXXV. 1949.3.
10. (1) Din il-liċenza tiswa biss għall-persuna u għall-post
imsemmijin fil-liċenza.
(2) Il-kwantità  ta’ porvli, u l-kwantità  u x-xorti ta’ esplożivi li
jistgħu jinżammu fil-post imsemmi fil-liċenza għandhom ikunu
mniżżla fil-liċenza.
Ħwienet għall-
bejgħ bl-imnut ta’ 
esplożivi.
Emendat: 
IV. 1920.6.
11. (1) Barra minn porvli ta’ l-isparar, ebda esplożivi li fihom
nitrogliċerina, pikrati, fulminati, klorat tal-putassa jew esplożivi
bħal dawn, inkella esplożivi li l-kompożizzjoni tagħhom mhix
magħrufa jew mhix stabbilita sewwa, ma jistgħu jinżammu fi
ħwienet b’liċenza għall-bejgħ bl-imnut ta’ esplożivi.
ESPLOŻIVI    ġ K AP. 33.       5
(2) Id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu ma tgħoddx għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14.
Ħwienet għall-
bejgħ ta’ porvli ta’ 
l-isparar fl-abitat.
Emendat: 
IV. 1920.7.
12. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija ma jistax jagħti liċenza
sabiex jinżammu iżjed minn seba’ kilogrammi ta’ porvli ta’ l-
isparar fi ħwienet f’postijiet abitati, jekk dan il-porvli jkun
miżmum sfuż ġo kaxex, xkejjer jew bramel, jew magħluq f’pakketti
jew kaxex tal-kartun jew f’reċipjenti oħra bħal dawn; iżda jista’
jagħti liċenza sabiex jinżamm porvli sa tlieta u għoxrin kilogramm,
jekk dan il-porvli jkun miżmum magħluq għal kollox f’kaxex tal-
metall jew f’reċipjenti oħra tajba daqshom sabiex jinżamm fihom,
basta li l-porvli jiġi merfugħ f’post maqtugħ għalih mhux użat
għall-abitazzjoni u, jekk jista’ jkun, jiġi mqassam biċċa f’banda u
biċċa f’oħra tal-fond.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu
jiddikjara liema ħwienet jistgħu jkollhom din il-liċenza.
Ħwienet f’postijiet 
mhux fl-abitat.
13. Fil-każ ta’ ħwienet li m’humiex fl-abitat, il-Kummissarju
tal-Pulizija jista’ jagħti liċenza biex jinżamm id-doppju tal-
kwantità  msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan.
Skrataċ ikkargati.
skrataċ ikkargati li ma jkunx fihom iżjed minn tnax-il kilogramm,
użin nett, ta’ sustanzi esplożivi, fi ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut li
huma fl-abitat, u li ma jkunx fihom iżjed minn tlieta u għoxrin
kilogramm fi ħwienet ta’ bejgħ bl-imnut li m’humiex fl-abitat.
Kapsijiet, skrataċ 
vojta bil-kapsijiet u 
miċeċ.
15. Jistgħu jinżammu f’kull post u f’kull kwantità  kapsijiet u
skrataċ vojta bil-kapsijiet u miċeċ; iżda kemm-il darba fl-istess lok
ikun hemm ukoll porvli ta’ l-isparar jew esplożivi oħra, il-bejjiegħa
huma obbligati jżommu l-kapsijiet, l-iskrataċ vojta u l-miċeċ
għalihom, f’postijiet mifrudin b’divizorji.
Liċenza biex 
jinżammu jew 
jinġarru esplożivi.
Emendat: 
IV. 1920.8; 
XL. 1940.4.
16. Ħadd ma jista’, mingħajr liċenza tal-Pulizija, iżomm f’post
li jkun taħt idejh, jew iġorr minn post għal ieħor, akkont tiegħu jew
ta’ ħaddieħor, porvli ta’ l-isparar jew esplożivi oħra fi kwantitajiet
akbar minn ħames kilogrammi:
Iżda meta l-post fejn jinżammu l-porvli jew esplożivi oħra
jkun dar ta’ abitazzjoni, il-liċenza tkun tinħtieġ għal kwantitajiet
ta’ iżjed minn kilogramm u nofs użin u din il-liċenza ma tingħatax
ħlief meta d-dar tkun dar maqtugħa għaliha u tkun tinsab f’bogħod
biżżzejjed fiż-żgur minn kull post ieħor imgħammar u d-dar infisha
jew ma tkunx imgħammra minn nies inkella tkun imgħammra biss
mill-familja ta’ min jitlob il-liċenza:
Iżda wkoll fil-każ ta’ dinamite u sustanzi oħra, li jkollhom
bħala bażi n-nitrogliċerina, fulminati jew il-klorat tal-putassa, il-
liċenza hija dejjem meħtieġa sabiex tinżamm jew tinġarr kull
kwantità  li tkun, għalkemm żgħira.
Kif għandhom 
jinżammu l-
esplożivi.
17. L-esplożivi jew sustanzi li jaqbdu malajr ħafna għandhom
dejjem jinżammu ġo reċipjenti li għalihom ma jistax in-nar u hekk
bogħod mill-porvli ta’ l-isparar jew mir-reċipjenti li fihom dan il-
porvli jkun miżmum li ma jkunx hemm periklu.
  6 KAP. 33. ħ            ESPLOŻIVI 
Kif għandu 
jinżamm il-porvli 
ta’ l-isparar.
18. Kull kwantità  ta’ porvli ta’ l-isparar ta’ iżjed minn ħames
mitt gramm użin għandha tinżamm ġewwa kaxxa, xkora jew
reċipjent ieħor li jkunu ta’ saħħa u magħmulin u magħluqin hekk
tajjeb li l-porvli ma jkunx jista’ joħroġ minnhom.
Ma jistax jinbiegħ 
porvli ta’ l-isparar 
fit-toroq jew lil 
tfal. 
Emendat:
IV. 1920.9.
19. Ħadd ma jista’ jbigħ jew jesponi għal bejgħ porvli ta’ l-
isparar jew esplożivi oħra fit-toroq, jew ibigħ jew jagħti porvli ta’
l-isparar lil tfal li jidhru li għandhom anqas minn tmintax-il sena. 
Il-bejgħ tal-porvli 
ta’ l-isparar għandu 
jsir f’pakketti 
magħluqa 
b’tikketta fuqhom.
20. Ħadd ma jista’ ibiegħ porvli ta’ l-isparar fi kwantità  ta’
iżjed minn ħames mitt gramm użin, ħlief f’kaxxa, xkora jew
reċipjent ieħor li jkunu ta’ saħħa u magħmulin u magħluqin hekk
tajjeb li l-porvli ma jkunx jista’ joħroġ minnhom, u bil-kelmiet
"Porvli/Gunpowder" b’ittri li jidhru sewwa, imwaħħlin fuq in-naħa
ta’ barra nett tar-reċipjent li jkun fih il-porvli.
Regoli dwar is-sarr 
fil-ġarr ta’ porvli.
21. Fil-ġarr tal-porvli ta’ l-isparar għandhom jiġu mħarsa dawn
ir-regoli:
(a) il-porvli ta’ l-isparar fi kwantità  mhux akbar minn
żewġ kilogrammi, għandu jinġarr ġewwa reċipjenti
bħal dawk imsemmija fl-artikolu 18;
(b) il-porvli ta’ l-isparar fi kwantità  akbar minn żewġ
kilogramm għandu jinġarr f’pakk singlu jew doppju.
Il-pakk singlu jikkonsisti f’kaxxa, barmil, jew
reċipjent ieħor ta’ saħħa, kostruzzjoni u xorta tali illi
ma jistgħux jinkisru jew jinfetħu b’aċċident inkella
jsiru difettużi jew perikolużi waqt il-ġarr, u li ma
jħallux il-porvli joħroġ minnhom. Meta l-porvli ta’ l-
isparar jinġarr f’pakk doppju, il-pakk ta’ ġewwa
għandu jikkonsisti f’kaxxa, xkora, ċilindru jew
reċipjent ieħor ta’ saħħa, li jkunu magħmulin u
magħluqin b’mod illi l-porvli ta’ l-isparar ma joħroġx
minnhom, u l-pakk ta’ barra għandu jikkonsisti
f’kaxxa, barmil, jew reċipjent ieħor ta’ l-injam jew tal-
metall, inkella ta’ xi materjal solidu ieħor, u ta’ saħħa,
kostruzzjoni u xorta tali li ma jkunux jistgħu jinkisru
jew jinfetħu b’aċċident, inkella jsiru difettużi jew
perikolużi waqt il-ġarr, u li ma jħallux il-porvli joħroġ
minnhom;
(ċ) il-pakk minn ġewwa m’għandux ikun fih frak u għandu
jkun nadif;
(d) ma tista’ titqiegħed ebda sustanza oħra fl-istess pakk li
jkun fih il-porvli ta’ l-isparar;
(e) ma jistax jiġi wżat, fil-kostruzzjoni ta’ dawn il-pakki,
ħadid jew azzar li ma jkunx miksi b’landa, żingu jew
materjal ieħor tajjeb b’mod li jgħatti sewwa dak il-
ħadid jew azzar;
(f) f’kull pakk singlu, jew fil-każ ta’ pakk doppju, f’kull
pakk ta’ barra, ma tistax titqiegħed iżjed minn ħamsa u
erbgħin kilogramm porvli ta’ l-isparar;
(g) fuq kull pakk ta’ barra għandu jkun hemm imwaħħla l-
ESPLOŻIVI    ġ K AP. 33.       7
kelmiet "Porvli/Gunpowder" b’ittri li jidhru sewwa.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
Pulizija li jagħmel 
regolamenti.
Sostitwit:
XXVII. 1955.3.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XI. 1977.2; 
XLIX. 1981.6.
22. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ jagħmel,
u wara li jkun għamel, jemenda, iħassar jew jerga’ jagħmel
regolamenti dwar il-kontroll, restrizzjoni jew projbizzjoni ta’
importazzjoni, ħdim, preparazzjoni, ħżin, irfiegħ, ġarr, maniġġ,
tqassim u użu ta’ esplożivi, u partikolarment, iżda mingħajr ħsara
għal ġeneralità  tas-setgħa fuq imsemmija, jista’ jagħmel
regolamenti għall-finijiet kollha jew għal xi wieħed minn dawn li
ġejjin:
(a) dwar il-bini, pjantar, materjali u armar ta’ ġewwa u ta’
barra tal-fabbriki tal-porvli ta’ l-isparar, tal-fabbriki
tax-xogħlijiet tan-nar, jew fabbriki oħra, imħażen tal-
munizzjon, imħażen jew ħwienet, sew fuq l-art kemm
fuq il-baħar, li fihom jinħadmu, jinżammu jew
jinbiegħu esplożivi, kif ukoll għal dawk il-
prekawzjonijiet l-oħra kollha li għandhom jiġu
osservati f’dawk il-postijiet;
(b) għall-kwalifiki dwar l-età , saħħa, kondotta preċedenti,
kapaċità  teknika, u dawk il-konsiderazzjonijiet l-oħra
li jkunu stabbiliti fir-regolamenti, u għall-obbligi ta’
persuni li huma sidien ta’ l-imsemmija fabbriki,
imħażen ta’ esplożivi, imħażen jew ħwienet, jew huma
impjegati fihom, jew għandhom aċċess għalihom, jew
ikollhom il-liċenzi tagħhom, jew ikollhom x’jaqsmu
b’xi mod fil-ġarr, maniġġ, ħruġ jew għoti ta’ nar lill-
esplożivi, inkluża l-ħtieġa li kull liċenza mogħtija biex
tinżamm fabbrika ta’ esplożivi tkun marbuta bil-
kondizzjoni illi tittieħed, a spejjeż ta’ min ikollu l-
liċenza, polza ta’ sigurtà , sew individwali kemm
kollettiva, li tkopri kull impjegat u kull persuna li
jkollha aċċess għall-imsemmija fabbrika bħala
ħaddiem volontarju kontra l-mewt jew inkapaċità
permanenti li tista’ tiġri minħabba jew waqt ix-xogħol
tiegħu f’ammont ta’ mhux anqas minn elf lira;
(ċ) għal kull ħaġa inċidentali u supplementari li għaliha l-
Ministru responsabbli għall-Pulizija jidhirlu meħtieġa
li jipprovdi għall-finijiet tar-regolamenti.
Kap. 446.
Kap. 9.
(2) Regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu illi, dwar xi wieħed jew aktar mir-regolamenti jew dwar
xi klassi jew aktar ta’ regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Probation, jew l-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali ma
jkunux igħoddu.
Ħatra ta’ Kumitat.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68.
23. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jaħtar Kumitat li jkun
magħmul minn tlett esperti sabiex igħinu lill-awtoritajiet fl-
esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima.
(2) Kull membru ta’ dan il-Kumitat u kull uffiċjal tal-Pulizija
ta’ grad mhux anqas minn dak ta’ sotto-spettur jistgħu jidħlu fil-
postijiet imsemmijin fl-artikolu 5 biex jaraw li qegħdin jiġu mħarsa
d-disposizzjonijiet ta’ qabel, kif ukoll jistgħu jidħlu f’kull post
ieħor fejn il-Pulizija jkollha raġun taħseb li qegħdin jinżammu
  8 KAP. 33. ħ            ESPLOŻIVI 
porvli ta’ l-isparar jew esplożivi oħra jew li qegħdin jinħadmu
porvli ta’ l-isparar, esplożivi jew xogħolijiet tan-nar, kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Sparar ta’ maskli, 
bombi, eċċ.
24. (1) Ħadd ma jista’, mingħajr liċenza tal-Pulizija, jagħti n-
nar jew jispara maskli, bombi, sufarelli, jew xogħlijiet tan-nar ta’
kull xorta li jkunu, inkella jtella’ blallen bin-nar jew, in ġenerali,
jagħmel esplożjoni jew nar li jista’ jkun ta’ perikolu, f’kull post li
jkun.
(2) Ħadd ma jista’ mingħajr liċenza tal-Pulizija, jispara armi
tan-nar f’post abitat, jew fi qrib tiegħu, jew fit-toroq pubbliċi, jew
fil-portijiet.
(3) Il-liċenza msemmija fis-subartikolu (1) tingħata taħt il-
kondizzjoni illi l-operazzjonijiet hawn fuq imsemmija jsiru f’post
irparat, u, f’okkażjonijiet ta’ festi jew ta’ ġemgħat oħra ta’ nies,
f’post hekk imbiegħed mill-folol li ma jistgħux isiru disgrazzji.
(4) Meta jsir reat kontra d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
u l-ħati ma jkunx magħruf, il-kerrej jew id-detentur tal-fond li fih
ikun sar ir-reat, jew jekk fil-fond ma jkunux joqogħdu nies, dak li
jkollu l-ħsieb jew l-inkargu tiegħu, huwa responsabbli tar-reat,
kemm-il darba seta’ ma jħallix isir dak ir-reat.
Ħruq ta’ qasbija, 
eċċ, fl-egħlieqi.
25. (1) Ħadd ma jista’ jagħti n-nar lil qasbija fl-egħlieqi,
f’bogħod ta’ anqas minn tnejn u disgħin metru minn dar, bini,
taħwil, imżieżel ta’ qmuħ, tiben, u għalf, jew minn depożt ieħor ta’
materjal li jaqbad.
(2) Kull min iqabbad dan in-nar f’iżjed bogħod milli msemmi
hawn fuq, għandu jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa għas-sigurezza
tal-proprjetà  ta’ ħaddieħor, u għandu jassisti huwa nnifsu flimkien
ma’ numru biżżejjed ta’ nies, sakemm jintefa n-nar.
Użu jew pussess 
ta’ esplożivi għas-
sajd. 
Miżjud: 
IV. 1920.10.
26. Ħadd ma jista’, f’ebda żmien jew post, juża jew iżomm
għandu esplożivi għas-sajd.
TAQSIMA II
DISPOSIZZJONIJIET PENALI
Pieni għad-dħul 
f’Malta, eċċ., ta’ 
esplożivi,
Emendat:
XXVII. 1955.4.
27. Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3, jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur jew multa ta’ mhux anqas minn għoxrin lira u mhux
iżjed minn mitejn lira, jew għal dik il-priġunerija u multa flimkien. 
għal min iħalli li 
fond jiġi wżat 
sabiex jinżammu 
esplożivi fih,
28. L-istess piena jeħel kull min xjentement iħalli li fond, illi
tiegħu jkun id-detentur jew ikollu l-ħsieb jew il-kustodja, jiġi wżat
sabiex jinżammu jew jinħadmu fih porvli ta’ l-isparar, esplożivi
jew xogħlijiet tan-nar kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza. 
ESPLOŻIVI    ġ K AP. 33.       9
għal min iżomm 
għandu, eċċ., 
esplożivi,
Emendat:
IV. 1920.11;
XXVII. 1955.5.
29. Kull min, kontra d-disposizzjonijiet tat-Taqsima I ta’ din l-
Ordinanza, iżomm fid-dar tiegħu jew f’post ieħor, jaħdem, ibigħ
jew joffri għal bejgħ, jew jikkunsinna lill-persuni mhux
awtorizzati, porvli ta’ l-isparar jew xi waħda mis-sustanzi l-oħra
msemmijin fl-artikolu 6, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-
priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’
mhux anqas minn għoxrin lira u mhux iżjed minn mitejn lira, jew
għal dik il-priġunerija u multa flimkien.
għall-ġarr ta’ 
esplożivi,
Emendat:
XXVII. 1955.6.
30. Kull min, kontra d-disposizzjonijiet tat-Taqsima I ta’ din l-
Ordinanza, iġorr minn post għall-ieħor porvli ta’ l-isparar jew
esplożivi, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija għal
żmien mhux iżjed minn xahar jew multa ta’ mhux anqas minn
għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsin lira, jew għal dik il-
priġunerija u multa flimkien.
għall-ksur ta’ 
regolamenti,
31. Kull min jikser ir-regolamenti magħmulin taħt l-artikolu 22
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena msemmija fl-artikolu 30 jekk ir-reat
ikun kontra regolament dwar il-ġarr ta’ porvli jew ta’ esplożivi, jew
il-piena msemmija fl-artikolu 29 jekk ir-reat ikun kontra
regolament dwar il-ħwejjeġ l-oħra msemmijin fl-artikolu 22.
għal min ifixkel id-
dħul ta’ uffiċjali,
32. Kull min, fil-każijiet imsemmijin fl-artikolu 23(2) jew fir-
regolamenti magħmulin taħt din l-Ordinanza, ifixkel b’xi mod id-
dħul tal-membri tal-kumitat, jew ta’ l-uffiċjali tal-Pulizija
msemmija f’dak l-artikolu, fil-postijiet u għall-finijiet hemm
imsemmija, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ l-ammenda jew tal-
priġunerija għal mhux iżjed minn xahar.
għal min jagħti n-
nar jew jispara 
maskli, eċċ.,
Emendat:
XXVII. 1955.7;
XXXI. 1967.37.
33. (1) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena msemmija taħt l-artikolu 29.
għal min jagħti n-
nar lil qasbija fl-
egħlieqi,
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25 jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena ta’ l-ammenda mhux anqas minn ħamsin
ċenteżmu, u, fil-każijiet gravi, il-piena tad-detenzjoni għal żmien
mhux anqas minn tlitt ijiem b’żjieda ma’ dik l-ammenda. 
għall-użu ta’ 
esplożivi għas-
sajd. 
Miżjud:
IV. 1920.12.
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
34. Kull min jagħmel reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 26 jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija minn
sena sa disa’ snin.
TAQSIMA III
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
It-tifsir tal-kelma 
"esplożivi" jgħodd 
ukoll għal sustanzi 
esplożivi oħra.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
35. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ b’ordni
jiddikjara illi sustanza li, fil-fehma tiegħu, hija b’mod speċjali
perikoluża għall-ħajja jew għall-proprjetà  minħabba n-natura
esplożiva tagħha, jew minħabba li l-proċess li bih tinħadem jista’
jikkaġuna esplożjoni, għandha titqies esplożiv fis-sens ta’ din l-
Ordinanza, u d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza (bla ħsara ta’ l-
  10  KAP. 33. ħ            ESPLOŻIVI 
eċċezzjonijiet, limitazzjonijiet u restrizzjonijiet imsemmijin fl-
ordni) igħoddu l-istess għal din is-sustanza daqs li kieku hija kienet
kompriża fil-kelma "esplożivi" f’din l-Ordinanza.
Persuni li jagħmlu 
ċerti xogħlijiet 
f’esplożivi jitqiesu 
daqs li kieku 
ħadmu esplożiv.
36. Kull min jagħmel xi wieħed minn dawn ix-xogħlijiet,
jiġifieri jiddividi fil-komponenti tiegħu jew b’mod ieħor jaqsam
jew iħott esplożiv, inkella jagħmel tajjeb għall-użu esplożiv
imħassar, inkella jagħmel mill-ġdid, ibiddel, jew isewwi esplożiv,
jaqa’ taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, bħallikieku
ħadem esplożiv.
Tifsir u 
klassifikazzjoni ta’ 
esplożiv b’ordni 
tal-Ministru 
responsabbli għall-
Pulizija. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l- 1963.
37. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ minn
żmien għal ieħor b’ordni jfisser, għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza,
il-komposizzjoni, ix-xorta u n-natura ta’ kull esplożiv u
jikklassifika l-esplożivi.
(2) Meta l-komposizzjoni, ix-xorta jew in-natura ta’ esplożiv
ikunu ġew hekk imfissra mill-Ministru responsabbli għall-Pulizija,
kull sustanza ddikjarata bħala li hija dak l-esplożiv illi ma tkunx
taqbel ma’ dik it-tifsira fil-komposizzjoni, xorta jew natura,
minħabba li tkun ħżienet jew għal raġuni oħra, ma titqiesx, għall-
finijiet ta’ din l-Ordinanza, li hija l-esplożiv hekk imfisser.
Ir-regolamenti u l-
ordnijiet 
għandhom joħorġu 
fil-Gazzetta tal-
Gvern. 
Sostitwit:
XXVII. 1955.8.
Emendat:
XVII. 1961.2;
XXV. 1962.2;
A.L. 4 ta’ l-1963;
XLIX. 1981.6.
38. Ir-regolamenti jew ordnijiet kollha magħmula mill-
Ministru responsabbli għall-Pulizija taħt din l-Ordinanza
għandhom jiġu pubblikati b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, u
għandhom jibdew fis-seħħ minn dik il-pubblikazzjoni jew minn dik
id-data li tista’ tissemma f’dawk ir-regolamenti jew ordnijiet.
Reati li jaqgħu taħt 
il-klassi tal-
kontravvenzjoni-
jiet. 
Emendat: 
XL. 1940.4; 
XLIX. 1981.4.
Kap. 9.
39. (1) Kull reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jew tar-regolamenti magħmulin taħtha barra mir-reat taħt l-artikolu
26, jaqa’, għall-finijiet tal-Kodiċi Kriminali, taħt il-klassi tal-
kontravvenzjonijiet, ukoll meta l-piena stabbilita fl-artikoli ta’
qabel hija akbar minn dawk stabbiliti għall-kontravvenzjonijiet fil-
Kodiċi Kriminali.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi hawn fuq imsemmi dwar il-
pieni ta’ "l-ammenda", tal-"multa", tad-"detenzjoni" u tal-
"priġunerija", igħoddu għal dawn il-pieni meta jkunu mogħtija taħt
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Konfiska tal-
corpus delicti, eċċ.
Emendat:
IV. 1920.13; 
XL. 1940.4.
Sostitwit: 
XXVII. 1955.9.
40. (1) Meta jiġi pruvat reat kontra din l-Ordinanza jew kontra
xi regolamenti magħmula bis-saħħa tagħha, il-corpus delicti, il-
għodod, kompriżi l-vetturi jew inġenji tal-baħar li servew jew
kellhom iservu għall-konsumazzjoni tar-reat kif ukoll kull sustanza
jew ħaġa li tkun il-prodott tar-reat, jiġu kkonfiskati, meta ma jkunx
hemm min, mingħajr ma jkun ħa sehem fir-reat, ikollu jedd fuq
dawk l-għodod, vetturi, inġenji tal-baħar, sustanzi jew ħwejjeġ u
jġib ‘il quddiem it-talba tiegħu fi żmien erbat ijiem utili minn dak
in-nhar illi s-sentenza li biha jkun ġie dikjarat li sar ir-reat issir
definittiva.
(2) B’dak kollu li jinsab fis-subartikolu ta’ qabel jew f’xi
ESPLOŻIVI    ġ K AP. 33.       11
disposizzjoni oħra tal-liġi, f’kull proċediment kriminali kontra xi
persuna għal reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew
ta’ xi regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha, il-qorti, minnufih
wara li jinqraw l-imputazzjoni jew ir-rapport tal-Pulizija jew f’kull
żmien wara, jekk tkun sodisfatta illi xi esplożiv li jkollu x’jaqsam
mal-proċedimenti ma jkunx jista’ jinżamm sakemm jispiċċaw il-
proċedimenti mingħajr perikolu għan-nies jew proprjetà , tista
tordna d-distruzzjoni ta’ xi esplożiv minn dawn taħt dik is-
sorveljanza esperta li jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi iżda f’dan il-
każ il-qorti għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiddeskrivi l-
esplożivi msemmija u l-istat tagħhom.
Kap. 9.
meta d-dokument mikxuf jikkonsisti f’xi esplożiv u jiġi muri għas-
sodisfazzjon tal-qorti illi d-disposizzjoni ta’ l-imsemmi artikolu
dwar il-konservazzjoni ta’ l-esplożiv ma tistax tiġi applikata
mingħajr perikolu għan-nies jew għall-proprjetà , il-qorti għandha
tordna d-distruzzjoni ta’ l-esplożiv bil-prekawzjonijiet imsemmija
fis-subartikolu ta’ qabel inklużi dawk dwar id-deskrizzjoni
tagħhom.
Riserva għal pieni 
akbar taħt liġijiet 
oħra. 
Emendat:
XXVII. 1955.10.
Kap. 9.
41. Il-pieni stabbiliti fid-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jew xi regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha jgħoddu biss meta
l-fatt ma jkunx jikkostitwixxi reat punibbli b’pieni akbar taħt il-
Kodiċi Kriminali, jew taħt liġijiet oħra; f’dan il-każ igħoddu l-pieni
kkontemplati f’dak il-Kodiċi jew liġijiet oħra.
Proċedimenti għal 
reati taħt din l-
Ordinanza.
Emendat: 
IV. 1920.14;
XXVII. 1955.10;
VIII. 1990.3.
42. Ħlief fil-każ tar-reat imsemmi fl-artikolu 26, kull
proċediment għal reat taħt din l-Ordinanza jew xi regolamenti
magħmulin bis-saħħa tagħha, għandu jinġieb ’il quddiem mill-
Pulizija fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) meta r-reat isir f’Malta, u
fil-Qorti tal-Magistrati (Għawdex), meta r-reat isir f’Għawdex jew
Kemmuna.
Ħsara.
kkaġunata b’reat kontra d-disposizzjonijiet tagħha tintalab mill-
persuna li tbatiha bħala dejn ċivili.
Reċidiva fl-istess 
reat. 
Emendat: 
XXVlI. 1955.11.
44. Jekk persuna misjuba ħatja ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi regolamenti
magħmulin bis-saħħa tagħha, fi żmien tliet xhur minn dak in-nhar li
l-ewwel piena tkun ġiet skuntata jew maħfura terġa’ tagħmel l-
istess reat, teħel, jekk ir-reat hu punibbli bl-ammenda jew bil-
multa, id-doppju ta’ l-ammont ta’ dik il-piena biż-żjieda tad-
detenzjoni, jew, jekk ir-reat hu punibbli bid-detenzjoni jew bil-
priġunerija, din il-piena miżjuda bi grad.
Reċidiva għat-
tielet darba jew 
iżjed. 
Emendat:
IV. 1920.15.
45. Fil-każ ta’ kundanna għat-tielet darba jew iżjed għall-istess
reat meta dan ikun ġie magħmul minn detentur ta’ ħanut, bejjiegħ,
jew persuna oħra li taħdem arti, sengħa, jew xogħol ieħor b’liċenza
ta’ awtorità  pubblika, u meta dan ir-reat ikollu x’jaqsam ma’ l-
eżerċizzju ta’ dik l-arti, sengħa jew xogħol ieħor, il-liċenza tiġi
rtirata.
  12  KAP. 33. ħ            ESPLOŻIVI 
Setgħa tal-qorti li 
tordna t-tneħħija 
ta’ l-inkonvenjent.
Emendat:
XXVII. 1955.11.
46. Fil-każ ta’ kontravvenzjoni għad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jew ta’ xi regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha il-
qorti barra milli tagħti l-piena, tordna lill-ħati, meta hu l-każ, li
jneħħi l-inkonvenjent ikkaġunat bil-kontravvenzjoni jew, skond iċ-
ċirkostanzi, li jeżegwixxi l-liġi fi żmien, biżżejjed għaldaqshekk, li
jiġi mogħti mill-qorti; u jekk il-ħati, jonqos ii jeżegwixxi dan l-
ordni f’dak iż-żmien, jeħel ammenda ta’ mhux iżjed minn żewġ liri
għal kull ġurnata li l-inkonvenjent jibda’, jew li l-liġi ma tiġix
esegwita wara li jagħlaq iż-żmien hawn fuq imsemmi.
Tneħħija ta’ l-
inkonvenjent mill-
Pulizija.
47. Il-qorti tista’ wkoll tordna li l-inkonvenjent jiġi mneħħi,
jew li l-liġi tiġi esegwita, mill-Pulizija bi spejjeż tal-ħati, li, f’dan
il-każ, jista’ jiġi mġiegħel iħallas lura dawn l-ispejjeż, b’mandat
maħruġ mill-istess qorti.
Ġenn jew assenza 
tal-ħati.
48. (1) Meta l-ħati ma jkunx jista’, minħabba ġenn jew mard
ieħor, jidher il-qorti, jew ikun assenti minn Malta jew mistoħbi, u l-
Kummissarju tal-Pulizija jwettaq b’ġurament li hu meħtieġ li l-
inkonvenjent ikkaġunat bir-reat jiġi mneħħi bla dewmien, jew li
xort’oħra tiġi eżegwita l-liġi, il-qorti tordna illi ċ-ċitazzjoni tiġi
nnotifikata, fl-ewwel żewġ każijiet, lir-rappreżentant leġittimu tal-
ħati, jew lil persuna oħra li jkollha l-ħsieb tiegħu, u fil-każijiet l-
oħra jew jekk il-ħati, meta hu moħħu marid, ma jkunx taħt il-ħsieb
ta’ ħaddieħor, lil żewġ jew mart il-ħati, jew lil xi ħadd li jiġi fil-
qrib minnu mid-demm jew bi żwieġ, jew lill-amministratur ta’
ħwejġu, jekk ikun hemm.
(2) F’kull każ bħal dan, meta r-reat jiġi ppruvat, il-qorti
tapplika d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 46 jew ta’ l-artikolu 47:
Iżda kemm-il darba jkun hemm lok li tiġi mogħtija piena
lill-ħati, li jkun moħħu marid jew assenti, il-qorti tħalli l-każ sa
meta dan ikun kapaċi li joqgħod fil-kawża jew sa meta jiġi lura. 
Fejn ma tapplikax 
din l-Ordinanza.
Sostitwit:
XXII.1976.4. 
*49. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza ma għandhomx
japplikaw għall-Forzi Armati ta’ Malta.
DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI
Regolamenti 
magħmulin taħt 
liġijiet ta’ qabel.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII. 1974.68.
50. Kull regolament magħmul mill-awtorità  kompetenti bis-
saħħa tas-setgħat mogħtijin lilhom mil-liġijiet imħassrin b’din l-
Ordinanza# u li mhux inkompatibbli ma’ din l-Ordinanza, jibqa’
jseħħ sakemm joħorġu regolamenti ġodda floku, taħt din l-
Ordinanza.
*Ir-riferenza għall-Att ta’ l-1966 dwar il-Forzi Viżitatriċi ġiet imħollija barra,
billi l-istess Att ġie revokat bl-Att IX ta’ l-1982.
#Id-disposizzjonijiet li jħassru huma mħollija barra taħt l-Ordinanza ta’ l-1936
dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji ta’ Malta u taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
