EGĦLUQ TA’ ĠONNAPUBBLIĊI  ġKAP. 34.     1
KAPITOLU 34
ORDINANZA DWAR L-EGĦLUQ TA’ 
ĠONNA PUBBLIĊI
Biex jiġi awtorizzat l-egħluq għall-pubbliku f’ċerti ġranet, ta’ ġonna
pubbliċi jew ta’ postijiet ta’ rekreazzjoni ta’ proprjetà tal-gvern.
(26 ta’ Mejju, 1905) *
Saret liġi bl-ORDINANZA VII ta’ l-1905, kif emendata bl-Ordinanza
IX ta’ l-1946; Notifikazzjoni tal-Gvern 67 ta’ l-1952; bl-Att VI ta’ l-1955;
bl-Avviżi Legali 4 ta’ l-1963 u 8 ta’ l-1968; bl-Atti: XXV ta’ l-1968 u
XXII ta’ l-1976.
Titolu fil-qosor.
ta’ Ġonna Pubbliċi.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
biedja li jagħlaq 
ġonna pubbliċi jew 
postijiet ta’ 
rikreazzjoni ta’ 
proprjetà tal-gvern. 
Emendat: 
IX.1946.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXV. 1968.2; 
XXII.1976.4.
2. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’ fil-ġranet li hu
jidhirlu xieraq jagħlaq għall-pubbliku ġnien pubbliku jew post
ieħor ta’ rikreazzjoni ta’ proprjetà tal-gvern, jew parti minnu, u
jista’ jagħti l-użu tiegħu, bla ħlas jew bil-ħlas, lil soċjetà pubblika,
jew istitut, jew għall-karità, jew għal wirjiet ta’ biedja, ta’ fjuri,
jew wirjiet oħra, jew għal skop ieħor pubbliku, jew jista’ juża dawn
il-ġonna jew postijiet għal dawn il-wirjiet jew skopijiet; u d-dħul
għall-ġnien jew post fuq imsemmi, jew għal dik il-parti minnu, fil-
ġranet li jkunu hekk magħluqa għall-pubbliku, jista’ jsir bil-ħlas
jew mingħajr ħlas, kif jiġi ordnat mill-Ministru responsabbli għall-
biedja, jew, bil-kunsens tiegħu, mis-soċjetà jew mill-persuni li
lilhom ikun ġie mogħti l-użu tal-ġnien jew post ta’ rikreazzjoni,
jew ta’ parti minnu.
Żmien li fih ġonna 
jew postijiet għall-
mogħdija taż-
żmien jistgħu 
jkunu magħluqin. 
Miżjud: 
IX.1946.3. 
Emendat: 
VI.1955.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. (1) Ħlief fil-każ tal-ġonna jew artijiet tal-mogħdija taż-
żmien pubbliċi tal-gvern imsemmijin fl-Iskeda li tinsab hawnhekk,
il-jiem li fihom il-ġonna jew artijiet għall-mogħdija taż-żmien
pubbliċi tal-gvern jistgħu jinżammu magħluqin ma jkunux iżjed
minn tnax-il jum f’sena waħda, u l-anqas iżjed minn erbat ijiem
wara xulxin ta’ kull darba:
Iżda, f’kull sena li fiha ssir il-Malta Trade Fair, in-numru
ta’ ġranet fuq imsemmija, dwar il-ġnien jew post ta’ rekreazzjoni li
fih issir il-fiera, ikun ta’ għoxrin u għaxra rispettivament.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’, minn żmien
għall-ieħor, iżid ġonna jew artijiet għall-mogħdija taż-żmien
pubbliċi tal-gvern oħra fl-Iskeda li tinsab hawnhekk jew ibiddel l-
Iskeda li tinsab hawnhekk xort’oħra, f’kull każ b’tagħrifa mxandra
fil-Gazzetta tal-Gvern.
Miżjuda: 
IX.1946.4. 
Emendata: 
N.G. 67 ta’ l-1952;
A.L. 8 ta’ l-1968.
SKEDA
Milgħab f’Għawdex tal-Ġublew tal-Fidda.
*Ara Proklama Nru. VIII ta’ l-1905.
