DRITTIJIET ġKAP. 35.   1
KAPITOLU 35
ORDINANZA DWAR ID-DRITTIJIET
Biex tagħmel disposizzjonijiet għall-ħlas ta’ drittijiet għal liċenzi,
permessi u atti jew servizzi oħra fl-uffiċċji jew dipartimenti tal-gvern.
(26 ta’ Gunju, 1905)*
Saret liġi bl-ORDINANZA X ta’ l-1905 kif emendata bl-Ordinanzi: II
ta’ l-1906 u XXVIII ta’ l-1939; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza XV ta’ l-1958;
bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Att XI ta’ l-1963; bl-Avviż Legali 46 ta’
l-1965; u bl-Atti: XVII ta’ l-1967 u VI ta’ l-1986.
Titolu fil-qosor.
Drittijiet.
Setgħa tal-Ministru 
li jistabbilixxi 
drittijiet. Emendat: 
XV.1958.3; 
XXV.1962.3; 
XI.1963.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XVII.1967.2.
2. (1) Ministru li jkollu r-responsabbiltà ta’ xi dipartiment
jew uffiċċju tal-gvern jista’ jagħmel regolamenti li jippreskrivu d-
drittijiet li għandhom jitħallsu f’dak id-dipartiment jew uffiċċju
jew f’isimhom dwar liċenzi, permessi jew xi att jew servizz ieħor
ikun li jkun, u jista’ minn żmien għal żmien ibiddel jew jemenda
dawk ir-regolamenti.
(2) Kull regolament bħal dan, meta ma jiġix dispost xort’oħra,
għandu effett mid-data tal-ħruġ tiegħu, u għandu mill-iktar fis li
jista’ jkun jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-
Rappreżentanti.
(3) Is-setgħa mogħtija bis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u
kull setgħa oħra mogħtija b’xi liġi oħra biex jiġu stabbiliti dawk id-
drittijiet kif intqal qabel għandha tiġi eżerċitata bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-finanzi.
Uffiċjal jista’ 
jirrifjuta li jagħmel 
att jew servizz li 
jiġi mitlub sakemm 
id-dritt ma 
jitħallasx.
3. L-uffiċjal inkarigat minn uffiċċju jew dipartiment
pubbliku, meta jiġi mitlub li jagħmel att jew servizz illi għalih
għandu jitħallas dritt bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, jista’ jirrifjuta
li jagħmel dak l-att jew servizz sakemm id-dritt ma jiġix imħallas.
Proċedimenti 
għall-ġbir ta’ 
drittijiet.
Kap. 12.
4. Id-drittijiet stabbiliti b’regolament bħal dak hawn fuq
imsemmi jistgħu jinġabru, meta ma jiġix dispost xort’oħra, bil-mod
li jiddisponi l-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għall-
ġbir ta’ somom li għandhom jitħallsu lil dipartiment tal-gvern,
b’talba jew fl-isem ta’ l-uffiċjal li lilu għandu jiġi mħallas id-dritt. 
Ħlas ta’ drittijiet 
bil-mezz ta’ boll. 
Emendat: 
II.1906.1; 
XV.1958.3; 
XXV. 1962.3; 
XI.1963.3; 
VI. 1986.2.
5. Il-Ministru kompetenti bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ b’regolamenti jordna li l-ħlas tad-
drittijiet kollha imsemmija fl-artikolu 2, jew ta’ wieħed jew ieħor
minnhom, jew ta’ dritt li għandu jitħallas taħt liġi oħra li tkun
isseħħ fi żmien li jkun, jiġi indikat bil-mezz ta’ bolli tal-pustaġġ
b’dak il-mod li jista’ jkun provdut f’dawk ir-regolamenti.
*Ara Proklama Nru. X ta’ l-1905.
 2      KAP. 35.ħ    DRITTIJIET
Setgħa ta’ Ministru 
li jnaqqas jew 
jaħfer drittijiet f’xi 
każijiet. Miżjud: 
XXVIII.1939.2. 
Emendat: 
XV.1958.3; 
XXV.1962.3; 
XI.1963.5.
6. Il-Ministru kompetenti bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ jnaqqas jew jaħfer wieħed jew
ieħor mid-drittijiet imsemmijin f’din l-Ordinanza meta huwa
sodisfatt li l-ħlas ta’ dak id-dritt ikun jaggrava l-persuna li jmissha
tħallsu.
