TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    1
KAPITOLU 36
ORDlNANZA DWAR IT-TĦARIS MILL-MARD
Biex temenda u tikkonsolida l-liġijiet għat-tħaris mid-dħul u t-tixrid tal-mard infettiv,
kontaġjuż u epidemiku li jolqot il-bniedem jew l-annimali.
(10 ta’ Awissu, l908)*
Saret liġi bl-ORDINANZA VIII ta’ l-1908, kif emendata bl-Ordinanza V ta’ l-1912; bl-Atti:
II ta’ l-1926, XI ta’ l-1928, XXXVIII ta’ l-1933; bl-Ordinanzi: XXX ta’ l-1937, XXI ta’ l-
1938, XXXVIII ta’ l-1939, XIII ta’ l-1944. F’din l-Ordinanza ġew inkorporati wkoll l-Artikoli
1 u 2 ta’ l-ORDlNANZA II ta’ l-1867. Din l-Ordinanza ġiet sussegwentement emendata bl-
Atti: XLI ta’ l-1948, X ta’ l-1953, XX ta’ l-1957; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI ta’ l-1958;
bl-Ordinanzi: XVI ta’ l-1960, XVI u XVII ta’ l-1961, XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-
1963; u bl-Atti: XXXVI ta’ l-1965, XI ta’ l-1968, XII ta’ l-1972, XXI ta’ l-1976, XI ta’ l-
1977, XXV ta’ l-1980, XLIX ta’ l-1981, III ta’ l-1982, VIII u XX ta’ l-1990 u XVIII ta’ l-
1992.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli
Titolu fil-qosor 1
Disposizzjonijiet Ġenerali u Tifsir 2-4
TAQSIMA I
TĦARIS TAL-BNIEDEM MILL-MARD 5-67
Titolu I. Tħaris mill-Mard Infettiv u Kontaġjuż  5-43
Titolu II. Tħaris minn Mard Epidemiku 44-53
Titolu III. Tilqim kontra Mard li Jittieħed 54-67
TAQSIMA II
TĦARIS TA’ ANNIMALI MILL-MARD 68-87
Titolu I. Iżolament ta’ Annimali Morda u Avviż lill-Pulizija  68-69
Titolu II. Postijiet u Naħiet Infettati u Qtil ta’ Annimali Morda 70-78
Titolu III. Annimali li ġejjin minn Barra 79-86
Titolu IV.  Disposizzjonijiet Ġenerali dwar il-Mard ta’ 
l-Annimali u Trasport tagħhom minn lok 
għall-ieħor 87
*Ara l-Proklama Nru. VI ta’ l-1908.
  2      KAP. 36. ħ    TĦARIS  MILL-MARD
TAQSIMA III
Artikoli
REATI U PROĊEDIMENTI LEGALI 88-126
Titolu I. Detenzjoni ta’ Bastimenti 88-91
Titolu II. Pieni għar-reati kontra t-Taqsima I ta’ din 
l-Ordinanza 92-104
Sub-titolu I Pieni għar-reati kontra t-Titoli I u II 92-100
Sub-titolu II Pieni għar-reati taħt it-Titolu III 101-104
Titolu III. Pieni għar-reati taħt it-Taqsima II ta’ din 
l-Ordinanza 105-110
Titolu IV. Disposizzjonijiet li jgħoddu għat-Titoli kollha ta’ 
qabel tat-Taqsima III 111-126
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    3
Titolu fil-qosor.
mill-Mard.
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U TIFSIR
Tifsir. 
Emendat: 
X.1953.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXVII.1965.2; 
XII.1972.2; 
XI.1977.2; 
XLIX.1981.6; 
XX.1990.2; 
XVIII.1992.2.
2. F’din l-Ordinanza u f’kull regolament magħmul bis-saħħa
tagħha, kemm-il darba mill-kuntest ma jkunx jidher xort’oħra -
"annimali" tfisser kull ħolqien li jgħix fil-qasam ta’ l-annimali u
li mhuwiex bniedem;
"bastiment" tfisser kull bastiment tal-qlugħ jew ta’ l-istim, u kull
biċċa tal-baħar jew dgħajsa;
"bhejjem" tfisser gniedes, baqar, barrin, bufli, għoġliet, u erħiet;
"dairy" tfisser kull qasam, razzett, maqjel għall-baqar, depositu
tal-ħalib, ħanut għall-bejgħ tal-ħalib, jew post ieħor fejn jingħata l-
ħalib, jew fejn jinżamm ħalib għall-bejgħ, u kull lok fejn jinżammu
annimali li minnhom jingħata l-ħalib;
"dar" tfisser dar li fiha jgħammru n-nies u kull mezzanin, kamra
jew bini ieħor użat bħala dar li fiha jgħammru n-nies, kif ukoll
skejjel, fabbriki u bini ieħor li fih ikun hemm nies impjegati;
"detentur" tfisser fil-każ ta’ dar jew biċċa minnha, il-persuna li
toqgħod fiha jew li għandha l-ħsieb, it-treġija jew il-kontroll
tagħha, sew f’isimha kemm f’isem ħaddieħor, u, fil-każ ta’
bastiment, il-kaptan jew persuna oħra li jkollha l-inkarigu tiegħu;
"fabbrika" tfisser ukoll ħanut tax-xogħol u post tax-xogħol;
"ħut" tinkludi ħut imġewnaħ, molluski u krostaċej, sew ta’ l-ilma
ħelu jew ta’ l-ilma baħar;
"għalf" tfisser ħaxix, silla, u kull ħaġ‘oħra li soltu tingħatha
bħala ikel għall-annimali;
"kamra mortwarja" tfisser lok magħżul mill-Ministru
responsabbli għas-saħħa pubblika biex jinżammu fih il-katavri
sakemm jiġu midfuna;
"karkassa" tfisser il-ġisem ta’ annimal mejjet, u f’din il-kelma
jidħlu biċċa minn karkassa u l-laħam, il-għadam, il-ġilda, id-
dwiefer, il-qrun, it-truf u kull biċċa oħra ta’ l-annimal, mifruda
għaliha waħidha jew flimkien mal-bċejjeċ l-oħra, u kull biċċa minn
dawn il-bċejjeċ;
"marda" (kif użata fit-Taqsima I ta’ din l-Ordinanza) tfisser kull
marda infettiva jew kontaġjuża u perikoluża għall-bniedem, u
tikkomprendi l-marda tar-"rabja", iżda mhux kull mard venerju;
"marda" (kif użata fit-Taqsima II ta’ din l-Ordinanza) tfisser kull
marda infettiva jew kontaġjuza, u tinkludi l-preżenza ta’ annimali
jew pjanti parassiti li jgħixu fuq barra tal-ġisem jew li jabitaw fil-
ġewwieni ta’ l-annimali, u liema marda tkun perikoluża għall-
bniedem jew għall-annimali, inkella għat-tnejn;
"marid" tfisser wieħed li għandu marda;
"nhar" jew "bi nhar" tfisser iż-żmien ta’ bejn tlugħ u nżul ix-
xemx;
  4      KAP. 36. ħ    TĦARIS  MILL-MARD
"sid" tfisser, fil-każ ta’ bini jew ta’ biċċa minnu, il-persuna li
jkollha l-jedd iddaħħal il-kera tal-fond, jew, li kien ikollha dan il-
jedd kieku l-fond kien mikri, u tfisser ukoll tutur u kuratur jew
amministratur ieħor, kif ukoll, fil-każ ta’ proprjetà  pubblika, il-
persuna li għandha f’idejha l-amministrazzjoni tagħha;
"sid id-dairy" tfisser kull ragħaj il-baqar, bejjiegħ il-ħalib, jew
detentur ta’ dairy;
"Suprintendent" tfisser it-Tabib Prinċipali tal-Gvern u
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika;
"suspetta" tfisser persuna suspetta li għandha marda;
"tiben" tfisser tiben u kull ħaġ‘oħra li soltu jagħmluha bħala firxa
għal taħt l-annimali, jew li xort’oħra sservi għall-annimali, jew li
għandha x’taqsam magħhom;
"tjur" tfisser pullam, dundjani, wiżż, papri, fargħuni, u ħamiem
domestiku u ħamiem tat-tiġrija;
"triq" tfisser ukoll kull sqaq, bankina, pjazza, spazju fil-beraħ u
mogħdija, sew jekk huma jew mhumiex għall-mogħdija tal-
pubbliku, u sew jekk fihom hemm jew ma hemmx djar;
"uffiċjal mediku tal-gvern" ifisser tabib awtorizzat regolarment
biex jeżerċita l-professjoni u li jkun fl-impieg tal-Gvern.
Ordnijiet u 
regolamenti 
mogħtijin jew 
magħmulin mill-
Ministru 
kompetenti. 
Emendat: 
XVI.1961.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
3. (1) Kull ordni jew kull regolament li Ministru kompetenti,
bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, jista’ jagħti jew jagħmel, għandu jiġi
mogħti jew magħmul mill-Ministru kompetenti bil-parir tal-Kunsill
tas-Saħħa.
(2) Id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu ma tgħoddx għall-
ordnijiet imsemmijin fl-artikoli 78 u 88, u għal dawk li jingħataw
mill-Ministru kompetenti taħt regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’
din l-Ordinanza.
Ir-regolamenti 
għandhom jinħarġu 
fil-Gazzetta tal-
Gvern. 
Emendat: 
VI.1958.2; 
XVII. 1961.2; 
XXV.1962.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
4. (1) Ir-regolamenti magħmulin mill-Ministru kompetenti
bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza għandhom jinħarġu fil-Gazzetta tal-
Gvern, u għandhom l-istess effett daqs li kieku kienu biċċa minn
din l-Ordinanza.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jiġu, mill-iżjed fis li jista’
jkun, imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati, illi għandha
s-setgħa li tiddiżapprova jew li temenda dawn ir-regolamenti
b’riżoluzzjoni, u r-regolamenti hekk diżapprovati jibqgħu mingħajr
effett.
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    5
TAQSIMA I
TĦARIS TAL-BNIEDEM MILL-MARD
Titolu I
TĦARIS MILL-MARD INFETTIV U KONTAĠJUŻ
Avviż ta’ mard 
f’dar, eċċ.
5. Kull meta xi ħadd min-nies li joqogħdu ġewwa dar jew bini
ieħor użati għall-abitazzjoni tan-nies, kompriżi kapanni, tined jew
vaguni, ikollu marda, u din id-dar jew bini ma jkunux sptar għan-
nies li jkollhom dik il-marda, il-kap tal-famlija li magħha jagħmel
il-marid, jew, meta ma jkunx hemm, l-eqreb qarib tal-marid li jkun
jinsab f’dik id-dar jew bini, jew li jkun idur bil-marid, u meta ma
jkun hemm ebda waħda minn dawn il-persuni, id-detentur ta’ dik
id-dar jew bini, għandu, kif isir jaf illi l-marid għandu marda li
għaliha tgħodd din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza, jagħti avviż lill-
uffiċjal mediku distrettwali tad-distrett li fih dik id-dar jew bini
jkunu qegħdin.
Avviż ta’ mard fuq 
bastimenti, eċċ.
6. Meta xi ħadd abbord ta’ bastiment, jew f’lukanda jew
f’alloġġ, jew f’kulleġġ jew fi skola, ikollu xi marda, il-kaptan tal-
bastiment jew il-persuna li jkollha l-lukanda, l-alloġġ, il-kulleġġ
jew l-iskola, hekk kif isiru jafu illi l-marid għandu marda li għaliha
tgħodd din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza, għandhom jagħtu avviż
tagħha lis-Suprintendent jew lill-uffiċjal mediku distrettwali.
Dmirijiet ta’ kull 
tabib.
7. Kull tabib li jkollu marid taħt il-kura tiegħu, jew li jkun ġie
msejjaħ biex jarah għandu minnufih, hekk kif jinduna li l-marid
għandu marda li għaliha tgħodd din it-Taqsima ta’ l-Ordinanza,
jibgħat lis-Suprintendent ċertifikat li jkun fih l-isem, l-indirizz u l-
età  tal-marid, u l-marda li, fil-fehma ta’ dak it-tabib, għandu l-
marid.
Meta n-nuqqas ta’ 
l-avviż ma jitqiesx 
bħala 
kontravvenzjoni.
8. Kull persuna obbligata taħt l-artikoli 5 u 6 li tagħti avviż,
illi tonqos li tagħti dan l-avviż, hija ħatja ta’ kontravvenzjoni:
Iżda jekk persuna ma tkunx obbligata tagħti avviż qabel
persuna oħra imma biss fin-nuqqas ta’ din il-persuna l-oħra, hija
ma titqiesx li kisret id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli hawn fuq
imsemmija, kemm-il darba tipprova biżżejjed fil-fehma tal-qorti,
illi hija kellha raġun taħseb 1i l-avviż kien ġa ġie mogħti kif imiss:
lżda wkoll, id-disposizzjonijiet hawn fuq imsemmija ma
jgħoddux, kemm-il darba jiġi ppruvat biżżejjed, fil-fehma tal-qorti,
illi l-persuna obbligata għall-avviż, malli saret taf bil-marda, sejħet
tabib.
  6      KAP. 36. ħ    TĦARIS  MILL-MARD
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għas-
saħħa pubblika li 
jordna l-għamla 
tal-formula taċ-
ċertifikat li għandu 
jiġi mogħti mit-
tabib. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
9. (1) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’,
minn żmien għal żmien, jordna kif għandha tkun il-formula taċ-
ċertifikat li jiġi mħolli skond l-artikolu 7, u din il-formula hekk
ordnata għandha tiġi wżata fil-każijiet kollha illi fihom għandu
jingħata dak iċ-ċertifikat.
(2) Dawn il-formuli jiġu mogħtija mill-Gvern, bla ħlas lil kull
tabib li jitlobhom u li joqgħod jew li jeżerċita l-professjoni tiegħu
f’distrett.
(3) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’ jordna,
b’notifikazzjoni maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern, illi għal kull
ċertifikat mibgħut kif imiss taħt din l-Ordinanza, dwar kull marda li
tiġi msemmija f’dik in-notifikazzjoni, is-Suprintendent għandu
jħallas lit-tabib, dritt ta’ mhux anqas minn tnax-il ċenteżmu u
ħames milleżmi u mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin ċenteżmu,
kemm-il darba l-każ jiġri fl-eżerċizzju privat tal-professjoni tiegħu,
u dritt ta’ mhux anqas minn ħames ċenteżmi u mhux iżjed minn
għaxar ċenteżmi, kemm-il darba l-każ jiġri fl-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu, bħala tabib ta’ istitut jew korp pubbliku.
(4) Kull ordni bħal dan jista’ jkun permanenti jew għal xi
żmien: f’dan l-aħħar każ, fin-notifikazzjoni għandu jiġi stabbilit iż-
żmien li għalih dan l-ordni għandu jibqa’ jseħħ.
Lista tal-mard li 
jittieħed. 
Emendat: 
XI. 1928.2; 
X. 1953.3.
10. (1) Għall-finijiet ta’ l-artikoli 5 sad-9 inklużivament, il-
kelmiet "marda li għaliha tgħodd din it-Taqsima ta’ l-Ordinanza",
ifissru kull waħda mill-mardiet hawn taħt imsemmija, jiġifieri -
pesta, ġidri, kolera, difterite, krupp membranuż, tifu, yellow fever,
lebbra u l-meninġite ċerebro-spinali epidemiku.
*(2) Għall-finijiet ta’ l-artikoli 7 u 9, il-kelmiet "marda li
għaliha tgħodd din it-Taqsima ta’ l-Ordinanza", ifissru kull waħda
mill-mardiet infettivi jew kontaġjużi hawn taħt imsemmija, jiġifieri
- skarlatina jew deni ta’ l-iskarlatina, tifojde jew deni enteriku, deni
tal-malarja, deni rqiq, deni ta’ wara l-ħlas, u l-mardiet magħrufin
bl-isem ta’ ħożba, irsipla, ġidri r-riħ, influwenza, sogħla
konvulsiva, rabja u tiżi tuberkulari.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għas-
saħħa pubblika li 
jagħmel jgħoddu l-
artikoli 5, 6 u 7 
għal mardiet oħra. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
11. (1) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’,
minn żmien għal żmien, b’notifikazzjoni jordna li d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5, 6 u 7 għandhom igħoddu għal mard
ieħor ukoll infettiv jew kontaġjuż minbarra milli għall-mard
imsemmi fis-subartikolu (2) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan.
(2) In-notifikazzjoni li biha kull ordni bħal dan jiġi mogħti,
għandha ssemmi dik il-marda l-oħra jew dak il-mard l-ieħor li
għaliha jew għalihom ikunu jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli hawn fuq imsemmija.
(3) Kull ordni bħal dan jista’ jkun permanenti jew għal xi
żmien: f’dan l-aħħar każ, fin-notifikazzjoni hawn fuq imsemmija
għandu jiġi stabbilit iż-żmien li għalih dan l-ordni għandu jibqa’
jseħħ.
*Ara l-Avviżi Legali 110 ta’ l-1990, 179 ta’ l-1996 u 73 ta’ l-1997 li jestendu l-
applikazzjoni ta’ dan is-subartikolu għal mard speċifiku ieħor.
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    7
(4) In-notifikazzjoni li biha dan l-ordni jiġi mogħti għandha
tiġi maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern u f’gazzetta ta’ kuljum, għal
tlitt ijiem tax-xogħol ta’ wara xulxin, u kopja tagħha għandha tiġi
mwaħħla fil-għassa prinċipali ta’ kull distrett tal-Pulizija.
(5) L-ordni jibda jseħħ mill-jum li jiġi stabbilit mill-Ministru
responsabbli għas-saħħa pubblika, iżda mhux qabel ġimgħa mill-
ħruġ ta’ dik in-notifikazzjoni, u, minn dak il-jum u matul iż-żmien
li dak l-ordni jibqa’ jseħħ, kull marda infettiva jew kontaġjuża
msemmija f’dak l-ordni titqies bħala waħda mill-mardiet li
għalihom tgħodd din it-Taqsima ta’ l-Ordinanza.
(6) F’każijiet urġenti, ikun biżżejjed li jingħata avviż tlitt ijiem
qabel, u l-fatt biss li ż-żmien ġie hekk imqassar fin-notifikazzjoni
hu prova biżżejjed ta’ l-urġenza tal-każ.
Spezzjon ta’ djar. 
Emendat: 
III. 1982.2.
12. (1) Is-Suprintendent jew kull uffiċjal mediku tas-saħħa
jista’ jidħol, f’kull ħin, bi nhar jew bil-lejl, wara li jagħti avviż ta’
siegħa, f’kull dar jew lok ieħor, fejn huwa jkollu raġun jaħseb li
hemm, jew li m’ilux kien hemm, jew li hemm tgħix xi persuna li
seta’ kellha kuntatt ma’ xi marda, każ ta’ marda u jeżamina u
jispezzjona kull persuna illi tkun tinsab hemm, illi tkun hemm jew
jissuġġetta lil kull persuna bħal dik biex isirulha dawk l-eżamijiet
mediċi li jidhirlu xierqa fl-interess tas-saħħa pubblika, sabiex jara
jekk dik il-persuna għandhiex, jew m’ilux kellhiex, dik il-marda.
(2) Kemm-il darba dak id-dħul, eżami, spezzjon jew eżami
mediku ma jitħalliex li jsir, kull maġistrat jista’, meta s-
Suprintendent jew l-uffiċjal fuq imsemmi jurih taħt ġurament li
hemm raġuni tajba, joħroġ mandat li bih jawtorizza dak id-dħul,
eżami, spezzjon jew eżami mediku.
(3) Kull min, meta joħroġ dan il-mandat u jiġi ppreżentat lilu,
ma jħallix lis-Suprintendent jew lill-uffiċjal mediku tas-saħħa
jidħol fil-fond, jew ifixklu fl-ispezzjon, fl-eżami jew fl-eżami
mediku, hawn fuq imsemmijin, isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt din
l-Ordinanza. 
Restrizzjoni tal-
moviment ta’ 
persuna suspettata 
li jkollha mard. 
Miżjud: 
III.1982.3.
13. (1) Meta s-Suprintendent ikollu raġuni jissuspetta li
persuna tista’ xxerred mard huwa jista’, b’ordni, jirrestrinġi l-
moviment ta’ dik il-persuna jew jissospendiha milli tattendi għax-
xogħol tagħha għal perijodu ta’ mhux iżjed minn erba’ ġimgħat,
liema perijodu jista’ jiġi mtawwal sa għaxar ġimgħat sabiex jiġu
finalizzati dawk l-eżamijiet mikrobijoloġiċi li jistgħu jkunu
meħtieġa.
(2) Kull persuna li taġixxi kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu tkun ħatja ta’ reat kontra din l-Ordinanza.
Setgħa tas-
Suprintendent li 
jordna li nies 
morda jiġu iżolati. 
Emendat: 
III. 1982.4.
14. (1) Is-Suprintendent jew uffiċjal mediku tas-saħħa, meta
jsib illi xi waħda mill-persuni li kienu jinsabu fil-lok minnu
spezzjonat, skond l-artikolu 12 ta’ din l-Ordinanza, għandha
tabilħaqq marda, jista’ jordna, barra minn miżuri sanitarji oħra, lill-
marid u lil kull persuna oħra li tkun iddur bih, jew li s-
Suprintendent ikollu raġun jaħseb li setgħat tittieħed, jiġu iżolati
jew jingħataw kura medika, jew it-tnejn skond kif meħtieġ,
sakemm is-Suprintendent ikun sodisfatt li dak l-iżolament jew il-
  8      KAP. 36. ħ    TĦARIS  MILL-MARD
kura mhux iżjed meħtieġ.
(2) Kull min ma jobdix, jew ma jħallix lil xi ħadd jobdi dan l-
ordni kif jingħad hawn fuq, isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt din l-
Ordinanza.
(3) Kull kura ordnata mis-Suprintendent jew minn uffiċjal
mediku tas-saħħa skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandha tingħata mingħajr ħlas.
Setgħa tas-
Suprintendent li 
jiżgura ħelsien 
minn infezzjoni. 
Miżjud: 
III.1982.5.
15. (1) Is-Suprintendent jista’ jordna li kull persuna li, ikollha
xogħol li l-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’
jistabbilixxi b’avviż ippubblikat fil-Gazzetta, u li tkun meqjusa
mill-imsemmi Suprintendent li tista’ xxerred mard, li minn żmien
għal żmien isirulha dawk l-eżamijiet u dawk l-investigazzjonijiet
kif jidhirlu xieraq sabiex jiżgura li dik il-persuna tkun ħielsa minn
infezzjoni.
(2) Kull persuna li ma tobdix jew li ma tħallix lil xi persuna
oħra milli tobdi xi ordni bħal dak tkun ħatja ta’ reat taħt din l-
Ordinanza.
Dmir tas-
Suprintendent li 
jordna t-tnaddif u 
d-diżinfezzjoni ta’ 
dar. 
Emendat: 
XLI. 1948.2; 
III.1982.6.
16. Meta fil-fehma tas-Suprintendent it-tnaddif u diżinfezzjoni
ta’ dar, jew ta’ biċċa minnha, u ta’ kull oġġett li jkun hemm fiha
billi jkun bid-dud jew xort’oħra illi jista’ jżomm l-infezzjoni,
inkella d-distruzzjoni ta’ dak l-oġġett, jistgħu ma jħallux jew
iwaqqfu t-tixrid ta’ marda, is-Suprintendent jista’, b’avviż bil-
miktub, igħarraf lid-detentur, jew, jekk id-dar tkun battala, lis-sid
ta’ dik id-dar jew ta’ biċċa minnha, illi d-dar u kull oġġett li hemm
ġewwa fiha jiġu mnaddfin u ddiżinfettati, inkella, fil-każ ta’
oġġetti, jiġu distrutti mid-dipartiment tas-saħħa, kemm-il darba s-
sid jew id-detentur ma jiddikjarax lis-Suprintendent, fiż-żmien li
jiġi mogħti fl-avviż, illi t-tnaddif u diżinfezzjoni ta’ dik id-dar jew
ta’ biċċa minnha u ta’ kull oġġett ta’ ġewwa fiha, inkella d-
distruzzjoni ta’ dak l-oġġett, sejjer jagħmilhom huwa nnifsu, b’mod
li jissodisfa lis-Suprintendent jew lill-uffiċjal mediku tas-saħħa,
jew lil tabib imqabbad bil-miktub għal dan il-ħsieb mis-
Suprintendent jew lil spettur tas-saħħa, fiż-żmien stabbilit fl-avviż.
Diżinfezzjoni minn 
uffiċjal tad-
dipartiment tas-
saħħa.
17. (1) Kemm-il darba fiż-żmien hawn fuq imsemmi l-persuna
mogħtija l-avviż ma tagħmilx lis-Suprintendent id-dikjarazzjoni kif
jingħad hawn fuq, inkella, jekk wara li tagħmel din id-dikjarazzjoni
lis-Suprintendent ma tnaddafx jew ma tiddiżinfettax id-dar jew
biċċa minnha, u kull oġġett hawn fuq imsemmi jew ma
tiddistruġġix l-oġġett fiż-żmien mogħti lilha fl-avviż, inkella,
għalkemm ebda avviż ma jkun ingħata, is-sid jew id-detentur jagħti
l-kunsens tiegħu, it-tnaddif u d-disinfezzjoni tad-dar jew ta’ biċċa
minnha u ta’ l-oġġetti ta’ ġewwa fiha, jew meta hemm il-ħtieġ, id-
distruzzjoni ta’ l-oġġetti, isiru mill-uffiċjali tad-dipartiment tas-
saħħa bi spejjeż tal-Gvern.
(2) Kull min xjentement ifixkel lill-uffiċjali fuq imsemmija fl-
esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt
din l-Ordinanza.
L-uffiċjali jistgħu 
jidħlu f’kull lok.
18. L-uffiċjali msemmija fl-artikolu 16 jistgħu jidħlu, f’kull
ħin, bi nhar, f’kull lok, biex jagħtu effett lid-disposizzjoni ta’ l-
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    9
aħħar artikolu qabel dan.
Twarrib ta’ persuni 
minn dar infettata.
19. (1) Kemm-il darba, minħabba li f’dar jew f’biċċa minnha,
ikun hemm, jew m’ilux kien hemm, marda, inkella sabiex din id-
dar jew biċċa minnha tiġi ddiżinfettata, ikun meħtieġ, fil-fehma tas-
Suprintendent, li jiġu maħruġa minn hemm in-nies li jkunu
joqgħodu fiha, illi ma jkunux morda huma nfishom, jew illi ma
jkunux meħtieġa fid-dar biex iduru b’xi ħadd ieħor li jkun marid,
jista’ jordna li jiġu maħruġa u, kemm-il darba, f’kull każ bħal dan,
dawn in-nies, jew il-ġenituri tagħhom, jew persuna oħra li jkollha l-
ħsieb tagħhom, ma jagħtux il-kunsens biex jiġu hekk maħruġa, kull
maġistrat jista’, fuq dikjarazzjoni maħlufa tas-Suprintendent li hu
meħtieġ li dawk in-nies jiġu maħruġa, jagħti mandat li jawtorizza
lill-Pulizija li toħroġ lil dawk in-nies, taħt dawk il-kondizzjonijiet
li hu jidhirlu xierqa dwar il-ħin li fih għandhom jinħarġu u dwar
kull ċirkostanza oħra.
(2) Is-Suprintendent għandu, u b’din id-disposizzjoni hu
mogħti s-setgħa li jagħti, bla ħlas, irkovru jew alloġġ temporanju,
u, jekk jinħtieġ, l-ikel ukoll u n-nies meħtieġa biex jaqduhom, lin-
nies li jkunu joqogħdu fid-dar jew f’biċċa minnha matul iż-żmien li
ma jkunux jistgħu jmorru lura fiha.
(3) Kull min ifixkel l-esekuzzjoni ta’ ordni mogħti minn
maġistrat taħt dan l-artikolu, isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt din l-
Ordinanza.
Tindif ta’ persuna 
li tkun, jew 
ilbiesha, jkun, 
mdewda. 
Miżjud: 
XLI. 1948.3. 
Emendat: 
III. 1982.7; 
VIII.1990.3.
20. (1) Meta s-Suprintendent jidhirlu, fuq rapport ta’ uffiċjal
mediku tal-gvern, illi xi persuna, jew ilbies ta’ dik il-persuna, tkun
jew ikunu mdewda, f’dak il-każ, jekk dik il-persuna taċċetta li
tittieħed fi stazzjon tat-tindif, l-imsemmi Suprintendent jista’
iġiegħel li tittieħed f’dik l-istazzjon. Jekk dik il-persuna ma
taċċettax, hija tista’ tinġieb quddiem Qorti tal-Maġistrati bħala
qorti ta’ ġudikatura kriminali, u l-qorti, jekk jidhirlha illi jinħtieġ li
hija jew ilbiesha għandhom jitnaddfu, tista’ toħroġ ordni sabiex
tittieħed f’dik l-istazzjon u sabiex tinżamm hemm għal matul dak
iż-żmien u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jkunu msemmijin fl-
ordni:
Iżda s-Suprintendent jista’ jawtorizza li t-tindif isir fil-post
tar-residenza ta’ dik il-persuna, jew f’dak il-post l-ieħor li s-
Suprintendent jista’ jordna.
(2) Meta persuna tkun ittieħdet f’xi stazzjon tat-tindif skond l-
aħħar subartikolu qabel dan, is-Suprintendent għandu jieħu dawk
il-miżuri illi huwa jidhirlu li huma meħtieġa sabiex dik il-persuna u
ħwejjiġha jitnaddfu mid-dud.
(3) It-tindif ta’ nisa taħt dan l-artikolu għandu jsir biss minn
mara, awtorizzata għalhekk mis-Suprintendent, taħt it-tmexxija ta’
uffiċjal mediku tal-gvern.
(4) Kull kunsens meħtieġ li għandu jingħata għall-finijiet ta’
dan l-artikolu jista’, fil-każ ta’ persuna taħt l-età  ta’ tmintax-il sena
jew mhux responsabbli minħabba li moħħha nieqes, jingħata,
minflokha minn missierha jew ommha jew minn persuna oħra li
jkollha ħsieb dik il-persuna.
  10      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
(5) Ma jsir ebda ħlas għat-tindif ta’ persuna jew ta’ l-ilbies
tagħha jew għal xi servizz ieħor li għandu x’jaqsam ma’ dan li
jingħata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Ħlas għall-ħsara 
magħmula bid-
diżinfezzjoni. 
Emendat: 
XLI. 1948.4.
21. (1) Meta bis-saħħa tas-setgħat taħt l-artikolu 16, l-uffiċjali
tad-dipartiment tas-saħħa jiddiżinfettaw dar, jew biċċa minnha, jew
oġġett li jkun hemm ġew, jew jiddistruġġu dan l-oġġett, il-Gvern
għandu jħallas kumpens ġust lis-sid jew detentur ta’ dik id-dar, jew
biċċa minnha, jew lis-sid ta’ dak l-oġġett, skond il-każ, għal kull
ħsara li tkun saret bla bżonn bid-diżinfezzjoni f’dik id-dar, f’dik il-
biċċa minnha jew fl-oġġett, jew meta jkun ġie distrutt oġġett, għat-
telfa li tbatiet b’dik id-distruzzjoni.
(2) Jekk dan il-kumpens jiġi rrifjutat, jista’ jintalab b’azzjoni
quddiem il-qorti kompetenti.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kelma "dar" tfisser ukoll
maħżen, tinda jew vagun, u kull bastiment li jkun jinsab f’port jew
fil-baħar territorjali ta’ Malta.
(4) Fil-każ ta’ qirda b’ordni tas-Suprintendent ta’ xi oġġetti
mniġġsin jew imdewdin, is-Suprintendent ikun jista’ jagħti
kumpens għalihom billi jibdel kull oġġett meqrud, jew xi wieħed
jew ieħor minn dawk l-oġġetti, b’oħrajn, jew ieħor li jkun, jew
oħrajn li jkunu, sustanzjalment bħalu jew bħalhom.
Distruzzjoni jew 
diżinfezzjoni ta’ 
ħwejjeġ tas-sodda 
infettati, eċċ.
22. (1) Is-Suprintendent jista’, b’avviż bil-miktub, jordna lis-
sid ta’ ħwejjeġ tas-sodda, ta’ lbies jew ta’ ħwejjeġ oħra li setgħu
jiġu infettati, li jikkunsinna dawn il-ħwejjeġ lil wieħed mill-
uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa sabiex jinġarru barra biex jiġu
distrutti jew iddiżinfettati.
(2) Kull min ma jobdix dan l-ordni jsir ħati ta’ kontravvenzjoni
taħt din l-Ordinanza.
(3) Il-ħwejjeġ tas-sodda, l-ilbies u kull ħaġ‘oħra li jkunu ġew
iddiżinfettati mid-dipartiment tas-saħħa għandhom jingħataw lura
lis-sid mingħajr ebda spiża, u kemm-il darba xi ħaġa minnhom tkun
batiet ħsara jew ġiet distrutta, il-Gvern għandu jikkumpensa lil
sidha għaliha; u, dan il-kumpens, jekk irrifjutat, jista’ jintalab
b’azzjoni quddiem il-qorti kompetenti.
Min jeżerċita s-
sengħa tal-ħasil tal-
ħwejjeġ jista’ jiġi 
mġiegħel jagħti l-
ismijiet tal-
parruċċani.
23. (1) Kemm-il darba s-Suprintendent ikun tal-fehma li,
sabiex jinżamm it-tixrid ta’ marda, hu għandu jkun jaf l-ismijiet
tal-parruċċani ta’ persuna jew soċjetà  li teżerċita s-sengħa jew l-
industrija tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew tal-mogħdija tagħhom bil-
mangnu jew bil-ħadida, hu jista’ jordna lil din il-persuna jew
soċjetà  li tgħidlu l-ismijiet u l-indirizzi, inkella li tagħtih lista bid-
dettalji kollha tan-nies li għalihom dik il-persuna jew soċjetà
jagħmlu, jew fl-aħħar sitt ġimgħat ikunu għamlu dak il-ħasil, jew
mogħdija bil-mangnu jew bil-ħadida, u din il-persuna jew soċjetà
hija fid-dmir li tagħti dak it-tagħrif jew dik il-lista.
(2) Is-Suprintendent għandu jħallas lil din il-persuna jew
soċjetà , għat-tagħrif jew lista hawn fuq imsemmija, is-somma ta’
żewġ ċenteżmi u ħames milleżmi għal kull ħamsa u għoxrin isem li
jkun fiha, iżda s-somma kollha ma tista’ f’ebda każ taqbeż ħmistax-
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    11
il ċenteżmu.
(3) Kull min jonqos xjentement li jagħti dan it-tagħrif jew din
il-lista, isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt din l-Ordinanza.
Projbizzjonijiet.
(a) xjentement jixħet, jew iġiegħel jew iħalli lil min jixħet
f’kaxxa tar-refuse jew xort’oħra jesponi xi materjal
jew oġġett infettati b’marda;
(b) xjentement jagħti b’kiri dar jew biċċa minn dar li fiha
kien hemm xi ħadd li kellu marda, qabel ma dik id-dar
jew biċċa minn dar u l-oġġetti kollha ta’ ġewwa fiha li
setgħu jiġu infettati, ikunu ġew iddiżinfettati b’mod li
jissodisfa lil wieħed mill-uffiċjali mediċi msemmijin
fl-artikolu 16, inkella, fil-każ ta’ dawk l-oġġetti, qabel
ma dawk l-oġġetti, meta hu meħtieġ, ikunu ġew
distrutti;
(ċ) fil-waqt li qiegħed jagħti b’kiri jew juri biex jagħti
b’kiri dar jew biċċa minn dar, u meta jiġi mistoqsi
minn dak li jkun qiegħed jiftiehem biex jikri dik id-dar
jew biċċa minn dar jekk hemmx, jew, jekk kienx hemm
fis-sitt ġimgħat ta’ qabel xi ħadd b’xi marda,
xjentement iwieġeb il-falz fuq dik il-mistoqsija;
(d) meta ma jibqax joqgħod f’dar jew f’biċċa minn dar li
fiha kien hemm fis-sitt ġimgħat ta’ qabel xi ħadd b’xi
marda -
(i) jonqos li jgħarraf lis-sid jew lid-detentur ta’ dik
id-dar jew biċċa minn dar, illi kien hemm dik il-
marda; jew
(ii) xjentement iwieġeb il-falz meta jiġi mistoqsi
mis-sid jew detentur ta’ dik id-dar jew biċċa
minn dar jew minn dak li jkun qiegħed jiftiehem
biex jikri dik id-dar jew biċċa minn dar, jekk fis-
sitt ġimgħat ta’ qabel kienx hemm fiha xi ħadd li
kellu marda.
(2) Għall-finijiet tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu is-sid ta’ alloġġ jew ta’ lukanda jitqies bħala lokatur ta’
biċċa dar, rigward kull persuna li tmur toqgħod f’dak l-alloġġ jew
f’dik il-lukanda.
Il-maġistrat jista’ 
jordna f’xi każijiet 
li l-marid jiġi 
meħud l-isptar.
25. (1) Kull persuna li jkollha marda u li ma jkollhiex dar
sewwa jew il-kumditajiet meħtieġa, jew tkun f’dar jew f’lok fejn
ma jistgħux jittieħdu l-kawteli meħtieġa biex ma jħallux il-marda
tixxerred, jew li tkun toqgħod f’kapanna jew f’vagun jew f’kamra
jew f’dar li fiha jkunu joqogħdu nies oħra, barra minn dawk li
bilfors għandhom ikunu hemm biex iduru bil-marid, jew li tkun
abbord ta’ bastiment, tista’, fuq ċertifikat iffirmat minn tnejn mill-
uffiċjali mediċi msemmijin fl-artikolu 16, tiġi meħuda, b’ordni ta’
maġistrat, fuq talba tas-Suprintendent u bi spejjeż tal-Gvern,
f’wieħed mill-isptarijiet tal-mard infettiv fil-gżira li fiha dik il-
persuna tkun tinsab, u tinżamm hemm bi spejjeż tal-Gvem sakemm
tibqa’ fi stat ta’ infezzjoni.
  12      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
(2) Dan l-ordni tal-maġistrat ma jkunx meħtieġ meta 1-marid
jittieħed l-isptar bil-kunsens tiegħu, jew tal-ġenitur jew tutur
tiegħu.
(3) L-ordni msemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jiġi
mibgħut, f’Malta, lill-Kummissarju tal-Pulizija u, f’Għawdex, lill-
uffiċjal tal-Pulizija l-iżjed anzjan.
(4) Kull min ifixkel l-esekuzzjoni ta’ l-ordni tal-maġistrat
mogħti kif jingħad hawn fuq, isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt din
l-Ordinanza.Ordni tal-maġistrat biex il-marid li ma jkollux dar
sewwa jinżamm l-isptar.
26. (1) Meta, fuq rikors ta’ wieħed mill-uffiċjali mediċi
msemmijin fl-artikolu 16, il-maġistrat hu sodisfatt li persuna li
għandha marda, illi qiegħda fi sptar, jekk tħalli dan l-isptar ma
jkollhiex dar jew kumditajiet biżżejjed fejn jistgħu jittieħdu l-
kawteli meħtieġa sabiex il-marda ma tiġix imxerrda minn dik il-
persuna, dan il-maġistrat jista’ jordna li dik il-persuna tinżamm
f’dak l-isptar, bi spejjeż tal-Gvern, għal żmien li jiġi stabbilit fl-
ordni, u jista’ wkoll iġedded dan iż-żmien għal kemm-il darba
jidhirlu meħtieġ sabiex il-marda ma tixxerridx.
(2) Dan l-ordni jista’ jiġi esegwit minn kull uffiċjal tad-
dipartiment tas-saħħa, minn kull uffiċjal tal-Pulizija u minn kull
uffiċjal ta’ l-isptar.
Esposizzjoni fil-
pubbliku ta’ nies 
morda u ta’ oġġetti 
infettati.
27. Kull min -
(a) meta jkollu marda, jesponi ruħu, mingħajr ma jieħu l-
kawteli meħtieġa biex ma jħallix dik il-marda
tixxerred, fi triq, f’post pubbliku, f’ħanut, f’lukanda, fi
tverna, f’alloġġ, fi knisja, jew f’xi post ieħor użat in
komun minn nies oħra li mhumiex tal-familja jew tad-
dar tal-marid; jew
(b) meta għandu l-ħsieb ta’ persuna li hu jaf li hija hekk
marida, xjentement jesponi lil din il-persuna; jew
(ċ) xjentement jagħti, jislef, ibigħ, jirgħan, jibgħat, iġorr
jew jesponi jew iħalli li jinħaslu jew li jiġu sponuti
f’post tal-ħasil, użat in komun minn nies oħra li
mhumiex tal-familja jew tad-dar tal-marid, mingħajr
qabel ma jiġu ddiżinfettati b’mod li jissodisfa lill-
uffiċjali mediċi msemmijin fl-artikolu 16, oġġetti tas-
sodda, ilbies jew ħwejjeġ oħra li kienu esposti għall-
infezzjoni b’dik il-marda,
isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt din l-Ordinanza.
Tfal morda ma 
jistgħux imorru 
skola.
28. (1) Il-ġenitur jew persuna oħra li jkollha l-ħsieb ta’ tifel li
għandu jew li kellu marda, jew li joqgħod f’dar li fiha hemm, jew
kien hemm dik il-marda, fis-sitt ġimgħat ta’ qabel, ma jistgħux,
xjentement jew b’nuqqas ta’ kont, iħallu lil dak it-tifel imur skola,
mingħajr ma jagħtu lis-surmast jew direttur ieħor ta’ dik 1-iskola,
ċertifikat ta’ tabib, li minnu jidher illi dak it-tifel hu ħieles minn
mard jew infezzjoni, u li d-dar u kull oġġetti ta’ ġewwa fiha li kien
espost għall-infezzjoni ġew diżinfettati b’mod li jissodisfa lill-
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    13
uffiċjali mediċi msemmijin fl-artikolu 16.
(2) Is-surmast jew direttur ieħor ta’ skola ma jistgħux,
xjentement, iħallu li tifel imur l-iskola bi ksur tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu.
Persuna li jkollha 
marda ma tistax 
taħdem xogħol li 
jkollu x’jaqsam 
ma’ ħwejjeġ ta’ 
ikel għal bejgħ.
29. Ebda persuna li jkollha marda, jew li toqgħod f’dar
infettata b’marda, ma tista’ taħleb annimali jew taħdem xogħol li
għandu x’jaqsam ma’ ħwejjeġ ta’ ikel għal bejgħ, jew teżerċita
sengħa jew negozju b’mod li jistgħu jxerrdu dik il-marda. 
Nies morda ma 
jistgħux jiġu 
ttrasportati 
f’vetturi pubbliċi. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2.
30. (1) Is-sid jew min ikollu l-ħsieb ta’ vettura pubblika ma
jistax xjentement jittrasporta, u kull persuna oħra ma tistax
xjentement tgħabbi, fuq din il-vettura, persuna li għandha marda, u
persuna li għandha marda ma tistax tidħol f’din il-vettura, mingħajr
ma jittieħdu l-kawteli meħtieġa, li jkunu ta’ sodisfazzjon tas-
Suprintendent sabiex dik il-persuna hekk marida tinżamm iżolata. 
(2) Meta persuna li għandha marda tiġi ttrasportata f’vettura
pubblika, is-sid jew min ikollu l-ħsieb tal-vettura, kif isir jaf bil-
fatt, għandu jagħti avviż ta’ dan lis-Suprintendent u jieħu ħsieb li
jiddiżinfetta dik il-vettura. Is-sid jew min ikollu l-ħsieb tal-vettura
jista’ jitlob quddiem il-qorti kompetenti, kontra l-persuna li tkun
ġiet hekk ittrasportata somma biżżejjed li tkopri kull telf jew spiża
li jkun bata minħabba dik id-diżinfezzjoni.
(3) Hu dmir tas-Suprintendent, fuq talba tas-sid jew ta’ min
ikollu l-ħsieb tal-vettura, li jaħseb għad-diżinfezzjoni ta’ dik il-
vettura, bla ħlas.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kelma "marda" tfisser
pesta, ġidri, kolera, difterite, krupp membranuż, tifu, yellow fever,
meninġite ċerebro-spinali epidemika, skarlatina jew deni ta’ l-
iskarlatina, ħożba, variċella u kull marda oħra li għaliha l-Ministru
responsabbli għas-saħħa pubblika, b’regolament, jagħmel igħoddu
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Setgħa tas-
Suprintendent 
dwar dairy meta l-
marda tkun ġejja 
mill-ħalib.
31. (1) Meta s-Suprintendent ikollu prova illi xi persuna
għandha marda li tkun ġejja mill-ħalib mogħti minn dairy, jew illi
l-ħalib ta’ din id-dairy jista’ jġib dik il-marda, is-Suprintendent
għandu jispezzjona dik id-dairy jew huwa stess jew permezz ta’
uffiċjal mediku tas-saħħa jew ta’ uffiċjal sanitarju ieħor. Is-
Suprintendent jew l-uffiċjal li jaħtar floku għandu jeżamina din id-
dairy u kull persuna li taħdem fiha, jew li toqgħod fil-lok, jew li
toqgħod f’lok li fih joqogħdu nies li jaħdmu fid-dairy, kif ukoll l-
annimali li jinżammu fiha, u għandu jqiegħed dawn l-annimali taħt
kull proċess meħtieġ sabiex jara jekk għandhomx xi marda.
(2) Wara din l-ispezzjoni, is-Suprintendent għandu, skond ma
jkun il-każ, jew jordna lil sid id-dairy biex ma jagħtix ħalib minn
dik id-dairy sakemm dan l-ordni ma jiġix imħassar, inkella,
jiddikjara li mhux meħtieġ li jagħti dan l-ordni.
(3) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
ħalib mogħti minn annimali waqt li dawn ikunu provviżorjament
barra mid-dairy fejn soltu jinżammu, jitqies bħala mogħti minn dik
id-dairy.
  14      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
(4) Ordni mogħti bis-saħħa tas-subartikolu (2)ta’ dan l-artikolu
għandu jiġi mħassar minnufih malli s-Suprintendent ikun sodisfatt
illi mhux probabbli li l-ħalib ta’ dik id-dairy jista’ iżjed iġib mard.
Sid id-dairy meta 
jħossu aggravat bl-
ordni jista’ 
jappella. 
Emendat: 
VIII.1990.3.
32. (1) Sid id-dairy li jidhirlu li hu aggravat minn dak l-ordni,
jista’ jagħmel appell minnu lill-Qorti tal-Maġistrati (Malta), jekk
id-dairy tkun tinsab f’Malta, jew lill-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex), jekk id-dairy tkun tinsab f’Għawdex jew f’Kemmuna.
(2) L-appell isir b’rikors u bih jintalab li l-ordni hawn fuq
imsemmi jiġi mbiddel jew imħassar.
(3) Kopja ta’ dan ir-rikors għandha tiġi nnotifikata lis-
Suprintendent, illi għandu jiġi mgħarraf kif imiss bil-ġurnata li
fiha, kif sejjer jingħad hawn ’il quddiem, l-appell fuq dak ir-rikors
għandu jiġi mismugħ.
(4) Wara l-preżentata mill-appellant ta’ dan ir-rikors il-qorti
kompetenti taħtar il-ġurnata, mhux iżjed tard minn sitt ijiem tax-
xogħol mill-preżentata, għad-dehra tal-partijiet quddiemha.
(5) Il-qorti tista’ jew tordna lil sid id-dairy biex ma jissoktax
jagħti ħalib, inkella tbiddel jew tħassar l-ordni li jkun ġie mogħti
mis-Suprintendent.
(6) Matul l-appell, l-ordni mogħti mis-Suprintendent jibqa’
jseħħ.
(7) Kemm-il darba l-qorti ssib illi ma kienx hemm raġunijiet
biżżejjed għall-ordni mogħti mis-Suprintendent u illi ma hemmx
raġunijiet biex twettaq dak l-ordni, sid id- dairy ikollu jedd ta’
kumpens għall-ħsara li jkun bata minħabba dak l-ordni: u jekk dan
il-kumpens jiġi rrifjutat, jista’ jintalab b’kawża quddiem il-qorti
kompetenti.
Kull min ma jħallix 
issir l-ispezzjoni, 
eċċ., hu ħati ta’ reat 
taħt din l-
Ordinanza.
33. Kull min ma jħallix lis-Suprintendent jew uffiċjal ieħor
imsemmi fl-artikolu 31 jagħmel l-eżami hemm imsemmi, jew jagħti
ħalib bi ksur ta’ ordni tas-Suprintendent jew tal-qorti, mogħti taħt
iż-żewġ artikoli ta’ qabel dan, isir ħati ta’ kontravvenzjoni taħt din
l-Ordinanza.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ l-Att dwar is-
Sigurtà  fl-Ikel ma 
jaffettwawx l-
artikoli 31, 32 u 33. 
Emendat: 
XI. 1977.2; 
XL1X. 1981.6.
Kap. 449.
34. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 31, 32 u 33, u kull ħaġa
magħmula taħthom ma jaffettwawx l-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet dwar id-dairies, ħalib, butir u ġobon fl-Att dwar
is-Sigurtà  fl-Ikel jew f’xi leġislazzjoni oħra li tissostitwiha.
Is-Suprintendent 
jista’ jitlob lil sid 
id-dairy li jagħtih 
lista tal-parruċċani 
tiegħu, eċċ., f’xi 
każijiet.
35. (1) Kull meta fil-fehma tas-Suprintendent, id-dehra jew it-
tixrid ta’ marda hija ġejja mill-ħalib mogħti minn sid id-dairy, bl-
ingrossa jew bl-imnut, jew tal-ħalib mogħti minn wieħed jew ieħor
fost bosta sidien ta’ dairies, is-Suprintendent jista’ jordna lil dan is-
sid jew sidien ta’ dairies li jagħtuh f’dak iż-żmien, mhux anqas
minn erbgħa u għoxrin siegħa, illi hu jiffissalhom, indikazzjoni jew
lista bid-dettalji kollha ta’ l-ismijiet u ta’ l-indirizzi, tal-parruċċani
tagħhom, mill-aħjar li jafu, u dan is-sid jew sidien għandhom
jagħtu din l-indikazzjoni jew lista.
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    15
(2) Is-Suprintendent għandu jħallas lis-sid jew sidien ta’
dairies hawn fuq imsemmija somma ta’ żewġ ċenteżmi u ħames
milleżmi għal kull ħamsa u għoxrin isem li jkun fiha l-indikazzjoni
jew il-lista, iżda s-somma kollha m’għandha qatt taqbeż ħmistax-il
ċenteżmu.
(3) Is-Suprintendent jista’ wkoll jordna, fil-każ imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, lis-sid jew lis-sidien ta’ dairies li
jagħtuh, f’dak iż-żmien, mhux anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa,
li hu jiffissalhom, indikazzjoni jew lista bid-dettalji kollha ta’ l-
ismijiet u l-indirizzi tan-nies li mingħandhom, matul iż-żmien
speċifikat mis-Suprintendent, ikunu ħadu l-ħalib jew xi parti mill-
ħalib li jkunu biegħu jew qassmu.
Projbizzjoni li 
jinżammu katavri 
f’xi każijiet.
36. (1) Ħadd ma jista’, mingħajr il-permess bil-miktub ta’
uffiċjal mediku tal-gvern, iżomm, għal iżjed minn erbgħa u għoxrin
siegħa, il-katavru mhux midfun ta’ persuna li mietet b’marda, ħlief
f’kamra mhux użata bħala dar, post ta’ rqad jew tax-xogħol, iżda
xejn f’dan l-artikolu m’hu ta’ xkiel għat-trasport tal-katavru għal
kamra mortwarja, jekk dan it-trasport isir meħtieġ taħt
disposizzjonijiet oħra tal-liġi.
(2) Meta xi ħadd imut fi sptar jew f’xi lok ieħor li jkun qiegħed
għal xi żmien għall-kura ta’ nies li jkollhom marda, u wieħed mill-
uffiċjali mediċi msemmijin fl-artikolu 16, jagħmel ċertifikat illi,
fil-fehma tiegħu hu meħtieġ, biex jitneħħa l-periklu li l-marda
tittieħed jew li tixxerred l-infezzjoni, illi l-katavru ma jiġix meħud
minn dak l-isptar jew lok ieħor ħlief biex jiġi midfun minnufih,
ħadd ma jkun jista’ jittrasporta l-katavru ħlief għal dak l-iskop:
Iżda xejn f’dan l-artikolu m’hu ta’ xkiel għat-trasport tal-
katavru minn sptar għal kamra mortwarja, u din il-kamra
mortwarja, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, titqies bħala biċċa mill-
isptar.
Il-maġistrat jista’ 
f’xi każijiet jordna 
d-dfin ta’ katavri.
37. (1) Meta -
(a) il-katavru ta’ xi ħadd li miet b’marda jinżamm f’kamra
li fiha joqogħdu jew jorqdu nies oħra; jew
(b) il-katavru mhux midfun ta’ xi ħadd li miet b’marda
jinżamm f’lok ieħor milli f’kamra mhix użata bħala
dar, post ta’ rqad, jew tax-xogħol, għal iżjed minn
erbgħa u għoxrin siegħa wara l-mewt mingħajr il-
permess bil-miktub ta’ uffiċjal mediku tal-gvern; jew
(ċ) katavru jinżamm f’dar jew f’kamra jew fuq bastiment,
taħt ċirkostanzi tali illi, jekk jibqa’ hekk jinżamm,
tista’ ssir ħsara għas-saħħa tan-nies li joqogħdu fihom,
jew f’xi dar jew bini ieħor li jmiss magħhom jew qrib;
jew
(d) katavru ma jiġi mitlub minn ħadd, jew ħadd ma
jindaħal biex jidfnu, 
kull maġistrat jista’, fuq ċertifikat iffirmat minn tabib eżerċenti li
jkollu l-kwalifiki meħtieġa, jordna t-trasport tal-katavru, bi spejjeż
tal-Gvern, għal xi kamra mortwarja li tkun disponibbli u d-dfin
tiegħu fi żmien li jiġi mogħti fl-ordni.
  16      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
(2) Dan il-maġistrat jista’ wkoll, jekk il-katavru jkun ta’ xi
ħadd li miet b’marda, jew kemm-il darba jidhirlu meħtieġ id-dfin
minnufih, jordna d-dfin minnufih tal-katavru mingħajr it-trasport
għall-kamra mortwarja.
Dfin b’ordni tas-
Suprintendent.
38. Kemm-il darba ħadd mill-qraba jew ħbieb tal-mejjet ma
jobbliga ruħu li jidfen il-katavru u fil-fatt jidfnu fiż-żmien mogħti
f’dak l-ordni kif jingħad hawn fuq, hu dmir tas-Suprintendent li
jieħu ħsieb id-dfin ta’ dak il-katavru u kull spiża li ssir għalhekk
tista’ tiġi mitluba lura minnu fil-qorti kompetenti mingħand kull
min hu skond il-liġi obbligat għall-ispejjeż ta’ dik id-difna.
Trasport tal-
katavru ta’ persuna 
li mietet b’marda.
39. (1) Il-katavru ta’ persuna li mietet b’marda ma jistax jiġi
ttrasportat f’vettura li ma tkunx karru tal-mejtin li qiegħed
għaldaqshekk, ħlief fuq iċ-ċertifikat ta’ wieħed mill-uffiċjali
mediċi msemmijin fl-artikolu 16, illi jiddikjara illi ttieħdu l-kawteli
kollha meħtieġa fl-interess tas-saħħa pubblika b’sodisfazzjon
tiegħu.
(2) Fin-nuqqas ta’ dan iċ-ċertifikat, ħadd ma jista’, xjentement,
jittrasporta jew igħin fit-trasport, inkella jġiegħel jew jindaħal biex
iġiegħel li jiġi ttrasportat dak il-katavru.
Ħadd ma jista’ 
ifixkel l-
esekuzzjoni ta’ 
ordni mogħti minn 
maġistrat taħt l-
artikolu 37.
40. Kull min ifixkel l-esekuzzjoni ta’ ordni mogħti minn
maġistrat bis-saħħa ta’ l-artikolu 37, isir ħati ta’ kontravvenzjoni
taħt din l-Ordinanza.
Xi disposizzjonijiet 
igħoddu wkoll 
meta hemm biss 
suspett ta’ marda. 
Miżjud: 
II.1926.2. 
Emendat: 
X.1953.4.
41. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5, 6, 7, 14, 19, 25, 26, 27,
28 u 29 igħoddu wkoll meta jkun hemm biss raġuni biex wieħed
jissuspetta illi l-marda hija pesta, ġidri, kolera asjatika, difterite,
krupp membranuż, yellow fever, skarlatina, lebbra jew variċella.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti 
rigward persuni li 
jbagħtu minn ċertu 
mard. 
Miżjud: 
X.1953.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
42. Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’
jagħmel u wara jbiddel jew jirrevoka regolamenti biex jobbliga
persuni li jbatu b’marda nfettiva ta’ natura kronika, li jissottomettu
ruħhom għall-eżamijiet perjodiċi u/jew trattament b’dak il-mod u
minn dawk l-uffiċjali mediċi kif ikun preskritt b’dawn ir-
regolamenti.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Miżjud: 
III.1982.8.
43. Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’, sabiex
iħares aħjar is-saħħa pubblika, b’regolamenti jippreskrivi miżuri
sabiex -
(a) tiġi kontrollata u regolata l-kwalità  ta’ ilma, inkluż l-
ilma vasti, li jista’ jintuża fit-tkabbir u tisqija tal-
ħxejjex;
(b) tiġi kontrollata u regolata x-xorta ta’ ħxejjex li jistgħu
jitkabbru f’xi nħawi partikolari; u
(ċ) jinqabdu u jinqerdu ħxejjex li jekk jittieklu
jippreġudikaw jew jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa
tal-konsumatur.
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    17
Titolu II
TĦARIS MINN MARD EPIDEMIKU
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti għat-
tħaris minn mard, 
eċċ. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
44. Meta xi parti ta’ Malta tkun imhedda jew milquta b’xi
marda perikoluża epidemika jew infettiva, il-Ministru responsabbli
għas-saħħa pubblika jista’ jagħmel u wara li jagħmel ibiddel jew
iħassar regolamenti, għall-iskopijiet hawn taħt imsemmija jew għal
xi wieħed minnhom, jiġifieri:
(a) għad-dfin bla dewmien tal-katavri;
(b) għall-ispezzjon fid-djar;
(ċ) għall-assistenza medika, tqassim ta’ mediċini, ftuħ ta’
sptarijiet, inkuraġġiment għall-indafa, ventilazzjoni u
diżinfezzjoni, u għall-kawteli li għandhom jittieħdu
kontra t-tixrid ta’ marda;
(d) biex ma jkunx hemm fid-djar jew f’xi biċċa minn dar
numru żejjed ta’ nies b’mod li jista’ jkun ta’ ħsara
għas-saħħa; u
(e) għal kull skop ieħor jew ħaġ‘oħra li l-Ministru
responsabbli għas-saħħa pubblika jidhirlu meħtieġa
biex titħares jew tittaffa l-marda,
u jista’ jordna li dawn ir-regolamenti, jew xi wieħed minnhom,
għandhom iseħħu sew għal kull parti ta’ Malta, jew għal xi parti
waħda jew iżjed tagħha biss u li jgħoddu għal kull bastiment fil-
port jew fil-baħar territorjali ta’ Malta, għaz-żmien li jiġi msemmi
f’dak l-ordni.
It-tobba eżerċenti 
għandhom jagħtu 
s-servizz tagħhom 
lil persuni li jkunu 
milquta b’marda.
45. Meta f’xi parti ta’ Malta ikun hemm xi marda epidemika,
it-tobba eżerċenti fid-distrett milqut bil-marda, kif ukoll l-uffiċjal
mediku distrettwali u kull tabib eżerċenti ieħor imqabbad mill-
Gvern biex jagħti l-assistenza tiegħu f’dak id-distrett fiż-żmien li
tkun taħkem dik il-marda, għandhom jagħtu s-servizz tagħhom lin-
nies li jkollhom dik il-marda, f’dak id-distrett.
Pensjoni lill-armla 
u tfal ta’ tobba jew 
ta’ spetturi tas-
saħħa li jmutu 
b’marda 
epidemika.
46. L-armla u t-tfal ta’ tabib eżerċenti, sew jekk fl-impieg tal-
Gvern jew le, jew ta’ spettur tas-saħħa, illi jmut b’dik il-marda
epidemika, u li jkun ħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu taħt din l-
Ordinanza, għandhom jedd għal pensjoni.
Kemm tkun il-
pensjoni. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
47. (1) Il-pensjoni ta’ l-armla tat-tabib eżerċenti li jmut kif
jingħad hawn fuq, tkun ta’ ħamsa u sebgħin lira fis-sena u tiżdied
b’għaxar liri għal kull tifel li jħalli l-mejjet.
(2) Jekk it-tabib eżerċenti jkun armel fiż-żmien tal-mewt
tiegħu, iżda jħalli tfal, inkella, jekk il-mara tkun ħajja fiż-żmien
tal-mewt tiegħu, iżda tmut u tħalli tfal, wara li tkun akkwistat il-
jedd għall-pensjoni, lil kull wieħed mit-tfal tiġi mogħtija pensjoni
ta’ somma, mhux anqas minn għaxar liri fis-sena, kif tiġi stabbilita
mill-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika.
(3) Kemm-il darba t-tabib eżerċenti ma jħalli la armla u lanqas
tfal, iżda jħalli axxendenti jew aħwa subien jew bniet, jew
  18      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
neputijiet fil-linja dritta, li kienu jridu għal kollox il-għajxien
tagħhom mingħandu, il-pensjoni msemmija fis-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu tiġi mogħtija lil dawn il-qraba f’dik il-proporzjoni u
taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għas-saħħa
pubblika jistabbilixxi.
(4) Il-pensjoni ta’ l-armla ta’ l-ispettur tas-saħħa tkun ta’
ħamsa u tletin lira fis-sena, u tiżdied bi tmien liri għal kull tifel li
jħalli l-mejjet.
(5) Jekk l-ispettur tas-saħħa jkun armel, fiż-żmien tal-mewt
tiegħu, iżda jħalli tfal, inkella, jekk il-mara tkun ħajja fiż-żmien
tal-mewt tiegħu, iżda tmut, u tħalli tfal, wara li tkun akkwistat il-
jedd għall-pensjoni, lil kull wieħed mit-tfal tiġi mogħtija pensjoni
ta’ somma, mhux anqas minn tmien liri fis-sena, kif tiġi stabbilita
mill-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika.
(6) Id-disposizzjoni tas-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu dwar
il-pensjoni li tmiss lil qraba ta’ tabib eżerċenti li jmut mingħajr ma
jħalli armla jew tfal, tgħodd ukoll, taħt l-istess ċirkostanzi, fil-każ
ta’ mewt ta’ spettur tas-saħħa.
Telf tal-pensjoni 
mill-armla jew mit-
tfal.
48. (1) Jekk l-armla ta’ tabib eżerċenti titlef il-jedd għall-
pensjoni, kif jingħad hawn taħt, kull wieħed mit-tfal ikollu jedd
għal pensjoni ta’ mhux anqas minn għaxar liri fis-sena.
(2) Fil-każ li l-pensjoni tintilef mill-armla ta’ spettur tas-saħħa,
kull wieħed mil-tfal ikollu jedd għal pensjoni ta’ tmien liri fis-sena.
(3) Il-pensjoni tintilef -
(a) meta l-armla terġa’ tiżżewweġ;
(b) meta t-tfal bniet jew subien isiru ta’ l-età , inkella, fil-
każ ta’ bniet, meta jiżżewġu, ukoll jekk fiż-żmien li
jkunu għadhom taħt l-età .
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel igħodd 
l-art. 46. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2.
49. (1) Meta f’xi parti ta’ Malta ikun hemm marda epidemika,
il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’, b’regolamenti,
jagħmel igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 46 għall-mara u
t-tfal ta’ kull persuna oħra, barra minn dawk imsemmijin f’dak l-
artikolu, li tkun impjegata mal-Gvern, jew taħt il-Gvern, biex tagħti
s-servizz tagħha fiż-żmien li tkun taħkem dik il-marda, u li tmut
b’dik il-marda epidemika, illi tkun ħadet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet
tagħha.
(2) B’dawn ir-regolamenti jiġi wkoll stabbilit kemm għandhom
ikunu l-pensjonijiet li għalihom ikollhom jedd il-mara u t-tfal ta’
din il-persuna.
(3) Il-pensjonijiet mogħtijin bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jistgħu
jintilfu kif hemm stabbilit fl-aħħar artikolu qabel dan.
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    19
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti dwar 
bastimenti, eċċ. 
Sostitwit: 
XIII.1944.2. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XL. 1977.2.
50. (1) Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jista’
jordna b’regolamenti l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex ma
jkunx hemm periklu għas-saħħa tan-nies minn bastimenti, ajruplani
jew passiġġieri li jaslu Malta, kif ukoll miżuri sabiex il-bastimenti
jew ajruplani jew passiġġieri li jitilqu minn Malta ma jġorrux
magħhom infezzjonijiet.
(2) Regolamenti bħal dawk imsemmijin hawn fuq jistgħu
b’mod partikolari jaħsbu dwar -
(a) is-sinjali li għandhom jittelgħu jew jingħataw minn
bastimenti jew minn ajruplani li fuqhom ikollhom xi
każ ta’ mard;
(b) il-mistoqsijiet li għalihom għandhom iwieġbu sew il-
kaptani ta’ bastimenti jew ajruplani kemm nies oħra
abbord ta’ bastimenti jew ajruplani dwar id-dehra ta’
każijiet ta’ mard abbord u dwar ċirkostanzi oħra
sanitarji matul is-safra jew meta jaslu Malta;
(ċ) li l-bastimenti jew ajruplani jinżammu u li nies
jinżammu abbord ta’ bastiment jew fi stazzjon tal-
kwarantina kif ukoll l-eżami ta’ bastimenti jew
ajruplani, u ta’ nies abbord dawk il-bastimenti jew
ajruplani dejjem qabel ma tingħata l-pratka;
(d) id-dmirijiet li, f’każijiet ta’ mard, il-kaptani ta’
bastimenti jew ta’ ajruplani u oħrajn abbord ta’
bastimenti jew ajruplani għandhom jaqdu;
(e) id-diżinfettar ta’ bastimenti u ajruplani u ta’ nies,
bhejjem, merkanzija u kull oġġett ieħor li jkunu se
jinżlu jew jinħattu minn dawk il-bastimenti u
ajruplani;
(f) il-miżuri li għandhom jittieħdu, fil-każ ta’ passiġġieri,
bastimenti jew ajruplani li jkunu se jsiefru sabiex ma
jġorrux il-mard magħhom minn Malta;
(g) il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra nsetti, ġrieden
jew annimali oħra li jistgħu jġorru l-mard;
(h) il-ġbir ta’ l-ispejjeż li jkunu saru fid-diżinfettar jew
xogħol ieħor li jsir f’bastimenti jew ajruplani għal
miżuri li jittieħdu taħt ir-regolamenti;
(i) il-ħlasijiet li għandhom isiru taħt ir-regolamenti u għal
servizzi magħmulin bis-saħħa tagħhom, u l-ġbir ta’
dawk il-ħlasijiet;
(j) it-tħaddim ta’ xi setgħat u l-qadi ta’ dmirijiet taħt ir-
regolamenti mill-awtoritajiet imsemmijin fihom;
(k) il-għamla u ix-xorta ta’ notifika jew kunsinna ta’
tagħrifiet u dokumenti oħra;
(l) ġeneralment sabiex id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jkunu jistgħu jitmexxew aħjar u sabiex
b’kull mod ma jitħalliex li l-mard jidħol Malta. 
  20      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
Setgħat ta’ uffiċjali 
li jidħlu f’postijiet 
jew li jitilgħu fuq 
bastimenti. 
Emendat: 
XXX.1937.26. 
Sostitiwit: 
XIII.1944.2. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2.
51. Is-Suprintendent, il-tobba tal-port, u kull tabib ieħor jew
uffiċjal tas-saħħa ieħor tal-gvern maħtur għal dak il-għan, kif ukoll
kull uffiċjal ta’ kull dipartiment ieħor inkarigat bid-dmir li jħaddem
u jmexxi r-regolamenti hawn fuq imsemmijin u sabiex igħin fit-
tħaddim jew tmexxija tagħhom, ikollu s-setgħa li jidħol f’kull lok,
fuq kull bastiment jew ajruplan sabiex iħaddem jew jissorvelja t-
tħaddim ta’ kull regolament hekk maħruġ mill-Ministru
responsabbli għas-saħħa pubblika kif imsemmi hawn qabel.
Ħadd ma jista’ 
jonqos li jobdi jew 
jesegwixxi dawn 
ir-regolamenti.
52. Kull min xjentement jonqos jew jirrifjuta li jobdi jew li
jesegwixxi kull regolament magħmul taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan it-Titolu, jew ifixkel l-esekuzzjoni tiegħu, isir ħati ta’
kontravvenzjoni taħt din l-Ordinanza.
Setgħa ta’ l-
uffiċjali tas-saħħa 
li jagħtu l-
ġurament. 
Artikoli 1 u 2 ta’ l-
Ord. II ta’ l-1867, 
inkorporati.
53. (1) Is-Suprintendent, l-uffiċjal mediku jew uffiċjal ieħor li
għandu d-dmir iżur bastimenti jew persuni qabel ma jieħdu l-
pratka, u l-uffiċjal mediku jew uffiċjal ieħor li għandu taħt il-
treġija tiegħu stazzjon tal-kwarantina, jistgħu jagħtu l-ġurament
biex jiżguraw il-fatti li jidhrilhom meħtieġa għal skopijiet tas-
saħħa pubblika.
L-uffiċjali ta’ l-
istazzjonijiet tal-
kwarantina 
għandhom is-
setgħa ta’ l-
uffiċjali tal-
Pulizija.
(2) L-uffiċjali ta’ l-istazzjonijiet tal-kwarantina għandhom is-
setgħat ta’ l-uffiċjali tal-Pulizija. L-uffiċjal mediku jew uffiċjal
ieħor li għandu taħt il-treġija tiegħu stazzjon tal-kwarantina jista’,
fil-limiti ta’ dan l-istazzjon, jeżerċita s-setgħat kollha li għandu
skond il-liġi Spettur tal-Pulizija, u kull gwardjan jew persuna oħra
taħt dak l-uffiċjal jistgħu fl-istess limiti jeżerċitaw is-setgħat kollha
li għandu, skond il-liġi, uffiċjal tal-Pulizija taħt il-grad ta’ spettur.
Sostitwit:
III. 1982.9.
Titolu III
TILQIM KONTRA MARD LI JITTIEĦED
Tifsir. 54. F’din it-taqsima -
"ġenituri" tfisser il-missier, u fin-nuqqas tiegħu, l-omm;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti;
"tifel" tfisser kull persuna taħt l-età  ta’ tmintax-il sena.
Istituti għall-
preparazzjoni tal-
vaccine lymph, 
eċċ.
55. (1) Ħadd ma jista’ jiftaħ istituti għall-preparazzjoni tal-
vaccine lymph, jew għall-preparazzjoni jew tilqim tal-vaccine jew
sjeru għat-tħaris mill-mard tar-rabja jew mardiet oħra u għall-kura
tagħhom, ħlief bis-saħħa ta’ liċenza mill-Ministru responsabbli
għas-saħħa pubblika u suġġetta għall-kondizzjonijiet miġjubin fiha. 
(2) Kull istitut bħal dan għandu jkun f’kull każ taħt it-treġija u
t-tmexxija ta’ tobba u suġġett għas-sorveljanza tas-Suprintendent.
(3) It-talba għall-liċenza hawn fuq imsemmija għandha
tintbagħat lis-Suprintendent, u din il-liċenza tinħareġ taħt il-firma
tiegħu.
(4) Il-liċenza msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
hija wkoll meħtieġa għall-bejgħ tal-vaċċina jew tas-sjeri hemm
imsemmija.
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    21
Ċentri ta’ tilqim.
dawk iċ-ċentri l-oħra li s-Suprintendent jista’ minn żmien għal
żmien jidhirlu meħtieġa, sabiex jipprovdi tilqim b’xejn kontra
difterite, tetnu, poliomyelitis u dak il-mard l-ieħor li s-
Suprintendent jista’ b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi.
Tilqim tat-tfal.
l-kustodja ta’ xi tifel li jkun laħaq it-tliet xhur u li ma jkunx diġa’
ġie mlaqqam skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għas-
sodisfazzjon tas-Suprintendent, li tieħu jew li tara li jittieħed dak
it-tifel f’xi wieħed miċ-ċentri msemmija fl-artikolu 56 ta’ din l-
Ordinanza sabiex dak il-tifel jitlaqqam kontra difterite, tetnu u
poliomyelitis jew kontra kull mard li l-Ministru jista’ jippreskrivi
sakemm jiġi żgurat it-tħaris komplet u kontinwu ta’ dak it-tifel.
Differiment ta’ 
tilqim. 
58. Meta l-uffiċjal inkarigat minn dak iċ-ċentru jkun tal-fehma
li tifel ma jkunx f’qagħda biex jitlaqqam, dan għandu jagħti lill-
ġenituri jew lill-persuna oħra li jkollha l-kustodja ta’ dak il-tifel,
ċertifikat ta’ differiment li fuqu jkollu speċifikat id-data li fiha t-
tifel għandu jerġa’ jittieħed fiċ-ċentru għat-tilqim, u l-ġenituri jew
il-persuna li jkollha l-kustodja tat-tifel għandha tieħu jew tara li
jittieħed dak it-tifel f’xi wieħed miċ-ċentri msemmija fl-artikolu 56
ta’ din l-Ordinanza fid-data msemmija f’dak iċ-ċertifikat għall-fini
ta’ tilqim:
Iżda ma jista’ jinħareġ ebda ċertifikat għal trasferiment
dwar tifel li jkun laħaq l-età  ta’ sena jekk dak iċ-ċertifikat ma jkunx
approvat minn uffiċjal mediku tas-saħħa.
Tilqim fid-dar tat-
tifel.
59. (1) Tabib deputat mis-Suprintendent jista’ jżur id-dar ta’
xi tifel sabiex jeżamina u jlaqqam tifel li ma kienx ġie mlaqqam
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) L-eżami u t-tilqim għandu jsir bla ħlas.
Ċertifikat ta’ 
tilqim.
60. Malli jispiċċa l-kors bażiku kollu ta’ tilqim, l-uffiċjal
inkarigat miċ-ċentru għandu jibgħat ċertifikat f’dan is-sens lill-
ġenituri jew lill-persuna l-oħra li jkollha l-kustodja tat-tifel.
Notamenti ta’ 
ċertifikati.
61. Ikun id-dmir ta’ l-uffiċjal inkarigat minn ċentru msemmi
fl-artikolu 56 ta’ din l-Ordinanza li jżomm dawk in-notamenti dwar
l-istat ta’ tilqim ta’ tfal, kif ikun meħtieġ b’din l-Ordinanza jew
b’xi regolamenti magħmula bis-saħħa tagħha, inkluż notament ta’
ċertifikati maħruġa lill-ġenituri jew lill-persuna l-oħra kif provdut
bl-artikolu 60 ta’ din l-Ordinanza.
Avviż għal tilqim 
meta jiġi reġistrat 
twelid. 
Kap. 16.
62. L-uffiċjal anzjan tal-Pulizija ta’ kull distrett għandu, fi
żmien sebat ijiem mid-data li fiha jingħata l-avviż ta’ twelid ta’ xi
tarbija skond l-artikolu 272 tal-Kodiċi Ċivili, jagħti avviż fuq il-
formula preskritta lill-ġenituri jew lill-persuna li jkollha l-kustodja
ta’ dik it-tarbija, li jeħtieġ li dik it-tarbija titlaqqam skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Tilqim privat.
Ordinanza, il-ġenituri jew il-persuna l-oħra li jkollha l-kustodja ta’
xi tifel tista’ tieħu jew iġġiegħel li dak it-tifel jittieħed biex
jitlaqqam minn tabib privat, u jekk dak it-tabib jagħmel dak it-
tilqim, ikun obbligat iħares id-dmirijiet kollha li għandhom
  22      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
x’jaqsmu ma’ dak it-tilqim kif b’din l-Ordinanza għandhom
jitħarsu mill-uffiċjal inkarigat miċ-ċentru, u għandu fi żmien xahar
mid-data ta’ dik it-tilqima, jagħti avviż bil-miktub tagħha lis-
Suprintendent.
Tilqim b’ordni tal-
qorti. 
Emendat: 
VIII.1990.3.
64. Fuq tagħrif bil-miktub mogħti mis-Suprintendent jew minn
xi tabib li jaġixxi minfloku li jkollu raġuni jaħseb illi tifel ma jkunx
spiċċa l-kors bażiku ta’ tilqim jew dawk id-dożi l-oħra booster li s-
Suprintendent jidhirlu meħtieġa biex titħares is-saħħa tat-tifel jew
tal-komunità , u li hu jkun ta avviż lill-ġenituri jew lill-persuna l-
oħra li jkollha l-kustodja tat-tifel biex jieħdu ħsieb li dak it-tifel
jitlaqqam skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ l-
Ordinanza, il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jħarrek lil dawk il-
ġenituri jew lil dik il-persuna l-oħra biex tidher quddiem il-Qorti
tal-Maġistrati, u jekk il-qorti ssib wara dak l-istħarriġ li jidhrilha
meħtieġ li tagħmel, li dak it-tifel ma jkunx ġie mlaqqam skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, il-qorti tista’ tordna li dak it-
tifel jitlaqqam bil-mod xieraq skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza f’dak iż-żmien li tippreskrivi dik il-qorti; u jekk, meta
jagħlaq dak iż-żmien it-tifel ma jkunx ġie mlaqqam bil-mod xieraq
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jew ma jiġix muri li
ma jkunx f’qagħda biex jitlaqqam, il-persuna li dwarha jkun
ingħata l-ordni tkun ħatja ta’ reat taħt din l-Ordinanza:
Iżda fi prosekuzzjoni għal traskuraġni biex tifel jitlaqqam,
ma tkunx meħtieġa bħala prova li l-persuna akkużata tkun irċeviet
l-avviż imsemmi fl-artikolu 62 ta’ din l-Ordinanza.
Prova ta’ tilqim. 65. Is-Suprintendent jista’ jitlob lill-ġenituri jew lill-persuna l-
oħra li jkollha l-kustodja ta’ tifel, li ġġib prova li dak it-tifel ikun
ġie mlaqqam skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 57 jew ta’ l-
artikolu 63 ta’ din l-Ordinanza.
Tilqim kontra t-
tetnu.
66. (1) Meta s-Suprintendent ikun tal-fehma li xi persuna
jkollha riskju akbar li tieħu t-tetnu minħabba x-xogħol tagħha, dan
jista’ jordna li dik il-persuna titlaqqam kontra dik il-marda b’dak il-
mod u f’dak il-post li jiddeċiedi s-Suprintendent.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 63 għandhom japplikaw
meta t-tilqim jingħata minn tabib privat.
(3) Kull persuna li ma tobdix xi ordni bħal dan tkun ħatja ta’
reat taħt din l-Ordinanza.
Setgħa tal-Ministru 
biex jagħmel 
regolamenti.
67. Il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika jkollu s-
setgħa li jagħmel regolamenti sabiex jiżgura t-tħaris tal-pubbliku
permezz ta’ tilqim kontra mard u mingħajr ħsara għall-ġeneralità
ta’ dak li ntqal qabel, sabiex -
(a) jippreskrivi l-formuli li jintużaw għall-avviżi u
ċertifikati kif ikun meħtieġ taħt din it-Taqsima ta’ din
l-Ordinanza;
(b) jirregola u jikkontrolla l-prattika ta’ xi xorta
partikolari ta’ tilqim għal xi perijodu;
(ċ) jippreskrivi l-kwalità  u x-xorta ta’ xi vaċċina li tista’
tintuża;
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    23
(d) jikkontrolla l-importazzjoni, il-ħażna, id-
distribuzzjoni, il-bejgħ u l-użu ta’ kull vaċċina, u
(e) jippreskrivi kull marda li kontra tagħha jkun
obbligatorju t-tilqim skond l-artikolu 57.
TAQSIMA II
TĦARIS TA’ ANNIMALI MILL-MARD
Titolu I
IŻOLAMENT TA’ ANNIMALI MORDA U AVVIŻ 
LILL-PULIZIJA
Iżolament ta’ 
annimali morda. 
Avviż lill-Pulizija.
68. Kull min ikollu għandu jew taħt il-ħsieb tiegħu annimal li
jkollu marda hu obbligat -
(a) iżomm kemm jista’ jkun dan l-annimal imwarrab minn
annimali oħra li ma jkunux hekk morda; u 
(b) mill-aktar fis li jista’ jkun, jagħti avviż tal-marda lill-
uffiċjai tal-Pulizija tad-distrett fejn l-annimal ikun
jinsab.
(2) L-uffiċjal li lilu jingħata dan l-avviż għandu minnufih
jagħti rapport tiegħu lid-Direttur tal-Biedja.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
biedja li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
69. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’, minn żmien
għal żmien, jagħmel u meta jagħmel, ibiddel jew iħassar
regolamenti biex jordna u jirregola minn liema u lil liema persuna
jew awtorità  għandu jingħata l-avviż f’każ ta’ xi mardiet
partikolari, jew ta’ marda ta’ annimal.
Titolu II
POSTIJIET U NAĦIET INFETTATI U QTIL TA’ ANNIMALI MORDA
Dikjarazzjoni ta’ 
marda mill-
veterinarju tal-
gvern.
70. Kull veterinarju tal-gvern, illi jsir jaf li fi stalla, f’għalqa
jew f’post ieħor, hemm jew m’ilux kien hemm xi marda jew sinjali
suspetti ta’ marda, għandu minnufih jagħmel u jiffirma
dikjarazzjoni tagħha u jibgħatha lid-Direttur tal-Biedja.
Avviż tad-
dikjarazzjoni lid-
detentur.
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
71. (1) Id-Direttur tal-Biedja għandu jieħu ħsieb li avviż ta’
din id-dikjarazzjoni, iffirmat minnu, jiġi nnotifikat lid-detentur ta’
l-istalla, għalqa jew post ieħor, u wara din in-notifika, l-istalla, il-
għalqa jew post ieħor, bl-artijiet kollha u l-bini li jmissu magħhom,
u li jkunu f’idejn dak l-istess detentur, isiru u jkunu post infettat
b’marda, bla ħsara ta’ kull deċiżjoni jew dikjarazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-biedja fuq daqshekk, skond id-disposizzjoni ta’
  24      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
l-artikolu li ġej.
(2) Id-Direttur tal-Biedja għandu mill-aktar fis li jista’ jgħarraf
lill-Ministru responsabbli għall-biedja bid-dikjarazzjoni fuq
imsemmija.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
biedja li jiddikjara 
post bħala "post 
infettat". 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
72. (1) Il-Ministru responsabbli għall-biedja, meta jsib li hija
eżatta d-dikjarazzjoni magħmula mill-veterinarju tal-gvern dwar
illi hemm jew m’ilux kien hemm dik il-marda, jiddikjara, b’ordni,
illi l-post li fih hemm jew kien hemm il-marda, u, jekk ikun
meħtieġ, ukoll l-area ta’ madwaru sa nofs mil minn kull naħa ta’
dak il-post, huma postijiet infettati b’dik il-marda.
(2) Jekk il-Ministru responsabbli għall-biedja ma jkunx
sodisfatt mill-eżattezza ta’ dik id-dikjarazzjoni dwar li hemm jew li
m’ilux kien hemm marda, hu joħroġ ordni b’dikjarazzjoni għal dan
l-effett, u wara dan, mill-jum stabbilit f’dak l-ordni, il-post
imsemmi fid-dikjarazzjoni ma jibqax iżjed post infettat b’marda.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
biedja li jiddikjara 
post bħala mhux 
iżjed infettat. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
73. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’, f’kull żmien,
meta jidhirlu li hu meħtieġ, fuq prova li fil-fehma tiegħu tkun
biżżejjed, jiddikjara post jew area infettati b’marda, jew xi biċċa
minn dan il-post jew area, bħala ħielsa minn din il-marda. 
L-ordni tal-
Ministru 
responsabbli għall-
biedja jagħmel 
prova biżżejjed. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
74. L-ordni tal-Ministru responsabbli għall-biedja li bih post
jew area jiġu ddikjarati bħala post jew area infettati, jew li bih post
jew area jew biċċa minn area, jiġu ddikjarati ħielsa minn marda,
jew illi bih tiġi mħassra dikjarazzjoni, jagħmel prova biżżejjed
għall-finijiet kollha tal-liġi, illi hemm, jew illi kien hemm, jew illi
ma għadx hemm il-marda, jew ta’ l-iżball tad-dikjarazzjoni u ta’
kull ċirkostanza oħra li tkun tat lok għal dak l-ordni.
Qtil ta’ annimali 
morda b’ordni tad-
Direttur tal-Biedja.
75. Id-Direttur tal-Biedja għandu jordna li jiġi maqtul kull
annimal illi l-veterinarju tal-gvern ikun iddikjara li hu marid bil-
pesta tal-bhejjem, bil-plewro-pnewmonja, bl-anthrax jew bil-
glanders.
Qtil ta’ annimali 
suspetti. 
Emendat: 
XVI. 1961.3.
76. Id-Direttur tal-Biedja jista’, kull meta jidhirlu xieraq,
jordna li jiġi maqtul -
(a) kull annimal suspett li għandu marda;
(b) kull annimal li jkun, jew kien, fl-istess stalla, għalqa,
jew post ieħor, jew fl-istess merħla, jew xort’oħra
f’kuntatt ma’ bhejjem morda.
Kumpens għall-
annimali maqtula. 
Sostitwit: 
XVI.1961.4. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
77. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’ jagħmel
regolamenti biex jippreskrivi - 
(a) ix-xorta u l-ammont tal-kumpens li għandu jilħallas,
jekk ikun hemm, dwar annimali maqtula skond l-
arlikoli 75 u 76;
(b) il-każijiet li fihom dan il-kumpens għandu jitħallas;
(ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom dan il-kumpens għandu
jitħallas;
(d) kull ħaġa inċidentali jew supplementarja għal dan il-
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    25
kumpens, magħduda b’mod partikolari d-delega tas-
setgħat lill-uffiċjali tad-dipartiment tal-biedja dwar
kull ħaġa preskritta b’dawn ir-regolamenti.
Ammont tal-
kumpens. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
78. (1) Meta annimal jiġi maqtul taħt din l-Ordinanza, il-
karkassa ta’ l-annimal issir tal-Gvern, u tiġi mirduma jew
mibjugħa, jew isir minnha xort’oħra taħt l-ordnijiet tal-Ministru
responsabbli għall-biedja, skond ma l-istat tal-karkassa u
ċirkostanzi l-oħra tal-każ ikunu jinħtieġu jew jitolbu.
(2) Jekk, f’kull każ, is-somma li l-Gvern idaħħal mill-bejgħ ta’
karkassa, taħt dan l-artikolu, tkun iżjed mis-somma mħallsa bħala
kumpens lil sid l-annimal maqtul, il-Gvern għandu jħallas iż-żejjed
lil dan is-sid, wara li jnaqqas l-ispejjeż li jkunu meħtieġa.
Titolu III
ANNIMALI LI ĠEJJIN MINN BARRA
Żbark ta’ annimali 
ġejjin minn barra. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
79. Ma jistgħux jinħattu annimali ġejjin minn barra ħlief f’dik
in-naħa ta’ port li tiġi mogħtija mill-Ministru responsabbli għall-
biedja għaldaqshekk, u li tkun imsejħa bħala moll għall-iżbark ta’
annimali li jiġu minn barra.
Mod u żmien ta’ l-
iżbark. 
80. L-annimali għandhom jiġu żbarkati bil-mod, fiż-żmien u
taħt dik is-sorveljanza u kontroll li jordna d-Direttur tal-Biedja.
Viżta tal-
veterinarju tal-
gvern.
81. Dawn l-annimali, hekk kif żbarkati, għandhom jiġu
inviżtati mill-veterinarju tal-gvern jew minn persuna oħra maħtura
mid-Direttur tal-Biedja biex tesegwixxi d-dmirijiet ta’ tabib
veterinarju tal-gvern.
Annimali ta’ barra 
infettati.
82. L-annimali li għandhom marda jew li huma suspetti li
għandhom marda, għandhom jitqiesu bħala annimali ta’ barra
infettati skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
biedja li jordna li 
annimali ta’ barra 
jintbagħtu lura jew 
jiġu distrutti. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963. 
83. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’, meta jidhirlu li
hu meħtieġ, jordna li dawn l-annimali jitreġġgħu lura bl-istess
bastiment illi jkun ġiebhom f’Malta jew b’bastiment ieħor, bi
spejjeż ta’ l-importatur, inkella li jiġu distrutti.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
biedja li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXXVIII.1933.1; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
84. Il-Ministru responsabbli għall-biedja jista’, meta jidhirlu li
hu meħtieġ, sabiex jevita d-dħul ta’ mard f’Malta, (jew il-tixrid ta’
dan il-mard), jagħmel regolamenti -
(a) biex jipprojbixxi jew jirregola l-importazzjoni u l-
iżbark f’Malta, jew it-trasport minn bejn il-gżira ta’
Malta u Għawdex, ta’ annimali jew ta’ xi xorta ta’
annimali, jew ta’ karkassi, ta’ għalf, tiben, demel jew
ta’ kull ħaġ‘oħra;
(b) biex jiżgura illi l-annimali li jiġu minn barra jew li jiġu
żbarkati kif jingħad hawn fuq, jinżammu, meta jaslu,
kwarantina għaż-żmien imsemmi f’dawn ir-
  26      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
regolamenti.
Kwarantina ta’ 
annimali ta’ barra 
infettati.
Emendat: 
XXXVIII.1933.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
85. Meta, taħt ir-regolamenti msemmijin fl-aħħar artikolu
qabel dan, jiġi ordnat illi annimali importati jew ittrasportati minn
gżira għall-oħra, jinżammu kwarantina, dawn l-annimali jitqiesu
bħala annimali ta’ barra infettati u jgħoddu għalihom dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-annimali ta’ barra infettati jistgħu jiġu żbarkati biss
f’parti ta’ port stabbilita għaldaqshekk b’regolamenti
magħmulin mill-Ministru responsabbli għall-biedja, u
li tissejjaħ post ta’ kwarantina għall-annimali ta’ barra
infettati;
(b) dawn l-annimali għandhom jiġu żbarkati bil-mod, fiż-
żmien u taħt dik is-sorveljanza u kontroll kif jordna d-
Direttur tal-Biedja, u taħt dawk il-kondizzjonijiet,
rigward l-annimali u l-bastiment li minn fuqu jiġu
żbarkati, li l-Ministru responsabbli għall-biedja
jordna;
(ċ) meta jiġu żbarkati, l-annimali għandhom jitqiegħdu fi
stalel jew postijiet oħra magħmulin għaldaqshekk mill-
Gvern fil-post tal-kwarantina jew f’postijiet oħra
approvati mill-Ministru responsabbli għall-biedja;
(d) l-annimali ma jiġux maħruġa mill-post tal-kwarantina
ħlief taħt il-kondizzjonijiet li jiġu ordnati
b’regolamenti magħmulin mill-Ministru responsabbli
għall-biedja;
(e) kull post ta’ kwarantina jitqies, għall-fini ta’ din l-
Ordinanza, bħal lok infettat.
Annimali ta’ barra 
miġjubin għall-
wiri. 
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1963.
86. B’dak kollu li jingħad f’din it-Taqsima ta’ l-Ordinanza jew
fir-regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha, il-Ministru
responsabbli għall-biedja jista’ jagħmel dawk ir-regolamenti li
jidhirlu meħtieġa biex jippermetti l-iżbark ta’ annimali li jaslu
minn barra, għal skop ta’ wiri jew għal xi skop eċċezzjonali ieħor,
mingħajr ma jkunu suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti għall-
importazzjoni ta’ annimali ta’ barra infettati.
Titolu IV
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-MARD TA’ L-ANNIMALI 
U TRASPORT TAGĦHOM MINN LOK GĦAL IEĦOR
Regolamenti. 
Emendat: 
V.1912.1; 
XVI.1961.5;
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1968.2; 
XXV.1980.2.
87. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ l-
Ordinanza u skond ma jingħad fihom, il-Ministru responsabbli
għall-biedja jista’ jagħmel, u wara li jagħmel, ibiddel jew iħassar
regolamenti dwar waħda jew oħra mill-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) biex jipprojbixxi jew jirregola t-trasport ta’ annimali
jew ta’ persuni għal post jew area infettati, jew ġewwa
fihom, jew barra minnhom;
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    27
(b) biex jipprojbixxi jew jirregola t-trasport ta’ annimali fi
kwalunkwe gżira ta’ l-arċipelagu Malti, jew ġewwa
fiha, jew barra minnha, li fiha l-Ministru jkun sodisfatt
li tkun dehret marda;
(ċ) biex jordna jew jirregola l-iżolament jew il-firda minn
xulxin ta’ annimali f’post jew area infettati;
(d) biex jiddikjara kull area jew post li tkun area jew post
ħielsa mill-mard u biex jipprojbixxi jew jirregola il-
moviment ta’ annimali ġo xi area jew post bħal dawn
jew barra minnhom;
(e) biex jipprojbixxi jew jirregola t-trasport ta’ karkassi,
ta’ għalf, tiben, għodod, ċestuni jew oqfsa, demel jew
ħwejjeġ oħra għal post jew area infettati, jew ġewwa
fihom, jew barra minnhom;
(f) biex jordna u jirregola d-distruzzjoni, l-irdim, jew
x’għandu jsir jew kif għandu jsir bil-karkassi, għalf,
tiben, għodod, ċestuni jew oqfsa, demel jew ħwejjeġ
oħra li jkunu f’post jew area infettati, jew li jkunu
nħarġu minn dak il-post jew area;
(g) biex jordna u jirregola t-tindif u d-disinfezzjoni ta’
postijiet u area infettati, jew ta’ biċċa minnhom;
(h) biex jordna u jirregola d-disinfezzjoni ta’ ilbies ta’
nies li jiġu f’kuntatt ma’ annimali morda jew suspetti,
jew li jaħdmu qalb dawn l-annimali, jew li jkunu f’post
infettat, u l-kawteli li għandhom jittieħdu kontra t-
tixrid ta’ mard minn dawn in-nies;
(i) biex jipprojbixxi jew jirregola l-qlugħ ta’ karkassi li
jkunu ġew mirduma;
(j) biex jipprojbixxi jew jirregola l-wiri ta’ annimali
morda jew suspetti, fi swieq jew f’postijiet oħra ta’
bejgħ, jew f’postijiet oħra pubbliċi jew privati, fejn
soltu jitqiegħdu għall-wiri annimali għall-bejgħ, u t-
tqegħid ta’ dawn l-annimali fi stalel jew f’postijiet
oħra ta’ ma’ ġenb swieq jew imgħaqqdin ma’ swieq,
f’postijiet fejn soltu jinżammu l-annimali qabel il-wiri
tagħhom għall-bejgħ;
(k) biex jipprojbixxi li jintbagħtu jew jiġu ttrasportati jew
jirregola kif għandhom jintbagħtu jew jiġu ttrasportati
annimali morda jew suspetti, jew demel jew ħwejjeġ
oħra li jistgħu jxerrdu mard;
(l) biex jipprojbixxi jew jirregola t-trasport jew kif
wieħed għandu jmexxi jew isuq annimali morda jew
suspetti, fit-toroq jew f’positijiet oħra mnejn igħaddu
n-nies jew f’kull post ieħor;
(m) biex jordna u jirregola l-qbid jew it-tiżmim jew
x’għandu jsir minn annimali morda jew suspetti, li
jitqiegħdu għall-wiri, jiġu ttrasportati, jinżammu, jew
li jsir minnhom xort’oħra, b’kontravvenzjoni għal din
it-Taqsima ta’ l-Ordinanza jew għal xi ordni tal-
Ministru responsabbli għall-biedja, mogħti bis-saħħa
  28      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
ta’ din l-Ordinanza; u biex jordna u jirregola r-
responsabbiltà  tas-sid, jew ta’ persuna oħra li tkun
għamlet il-kunsinna ta’ dawk l-annimali, jew tal-
persuna li lilha tkun saret il-kunsinna tagħhom, għall-
ispejjeż tal-qbid jew tat-tiżmim ta’ dawk l-annimali,
jew ta’ dak li jsir minnhom;
(n) biex jordna kif għandu jiġi stabbilit il-valur ta’
annimal maqtul, jew suġġett għall-qtil, taħt din l-
Ordinanza;
(o) biex jipprojbixxi jew jirregola s-swieq u l-wirjiet ta’
annimali, u l-bejgħ ta’ annimali u tal-prodotti
tagħhom;
(p) biex jordna u jirregola t-tindif u d-disinfezzjoni ta’
postijiet użati bħala swieq, jew għall-wirjiet jew bejgħ
ta’ annimali, jew bħala kenn għalihom, u ta’ btieħi,
kapanni, stalel jew postijiet oħra għall-użu ta’
annimali;
(q) biex jiżgura li l-annimali li jiġu ttrasportati bil-baħar
ikollhom ikel u xorb biżżejjed u l-ventilazzjoni
meħtieġa matul it-trasport bil-baħar u fl-iżbark fl-art;
(r) biex jipproteġi l-annimali minn kull tbatija żejda matul
il-vjaġġ u fl-iżbark;
(s) biex jipproteġi l-annimali minn kull tbatija żejda waqt
it-trasport tagħhom ġo Malta;
(t) biex jiżgura li l-annimali jkollhom ilma u ikel
biżżejjed fiż-żmien li jkunu miżmuma;
(u) biex jordna u jirregola l-imbullar ta’ l-annimali;
(v) biex jordna meta, u kif, il-klieb għandhom iġibu s-
sarima jew kif għandhom jiġu indukrati;
(w) biex jordna u jirregola l-qbid jew it-tiżmim ta’ klieb li
jkunu jiġġerrew jew li jkunu bla sarima, jew li ma
jkunux indukrati, u dak li għandu jsir minnhom (fost
dan ukoll id-distruzzjoni tagħhom) u l-penali li
għandha titħallas biex jittieħdu lura klieb maqbudin
taħt dawn ir-regolamenti;
(x) biex jordna u jirregola l-ħlas u l-ġbir ta’ spejjeż
magħmulin rigward annimali;
(y) biex jikkontrolla u jirregola t-trobbija u t-tiżmim ta’
annimali;
(z) biex jikkontrolla u jirregola ċ-ċaqliq ta’ annimali minn
post għal ieħor;
(za) biex jikkontrolla u jirregola l-ġbir u t-trasport ta’ swill
għall-annimali; u
(zb) in ġenerali, sabiex tiġi esegwita aħjar din it-Taqsima
ta’ din l-Ordinanza jew sabiex jiġi evitat b’kull mod
ieħor it-tixrid ta’ mard.
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    29
TAQSlMA III
REATI U PROĊEDIMENTI
Titolu I
DETENZJONI TA’ BASTIMENTI
Setgħa li jinżammu 
bastimenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
88. (1) Meta d-Direttur tal-Biedja hu sodisfatt illi d-
disposizzjonijiet tat-Taqsima II ta’ din l-Ordinanza jew regolament
magħmul bis-saħħa ta’ dawk id-disposizzjonijiet ma ġewx jew ma
jkunux qegħdin jiġu mħarsa abbord ta’ bastiment li jkun qiegħed
fil-port, hu għandu ta’ dan jagħmel rapport bil-miktub lill-Ministru
responsabbli għall-biedja, bil-partikolaritajiet tal-każ, u l-bastiment
jista’ jinżamm sakemm il-Ministru responsabbli għall-biedja jordna
xort’oħra.
(2) L-uffiċjal li jżomm il-bastiment għandu jagħti minnufih
lill-kaptan jew lill-persuna li jkollha l-inkargu tal-bastiment, kopja
tar-rapport fuq imsemmi.
Bastiment li jitlaq 
mill-port wara li 
jkun ġie miżmum 
mill-Kontrullur 
tad-Dwana. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XXV.1980.4.
89. Kull meta, taħt din l-Ordinanza, bastiment jista’ jiġi
miżmum, il-bastiment għandu jiġi hekk miżmum mill-Kontrullur
tad-Dwana; u, kemm-il darba l-bastiment, wara li jiġi hekk
miżmum jew wara n-notifika lill-kaptan ta’ avviż jew ordni għad-
detenzjoni tiegħu, jitlaq mill-port mingħajr ma jkun ġie meħlus
mill-awtorità  kompetenti, il-kaptan tal-bastiment kif ukoll is-sid u
kull persuna oħra li tipprokura t-tluq tal-bastiment, jekk dan is-sid
jew persuna jkunu ħadu parti fil-kontravvenzjoni, jew ħallewha
ssir, jeħlu jekk jinsabu ħatja, għal kull kontravvenzjoni, multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Piena jekk il-
bastiment isiefer 
bl-uffiċjali tad-
dwana abbord. 
Emendat: 
XXV.1980.4.
90. Kemm-il darba bastiment li hekk jitlaq jieħu barra minn
Malta, waqt li jkun jinsab abbord għall-esekuzzjoni tad-dmirijiet
tiegħu, xi uffiċjal awtorizzat biex iżomm il-bastiment jew xi
uffiċjal tad-dwana, is-sid u l-kaptan tal-bastiment jeħlu, kull
wieħed minnhom, jekk jinsabu ħatja, il-ħlas ta’ kull spiża li tkun
saret minħabba li dak l-uffiċjal ikun ġie meħud barra minn Malta u
multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira kuljum sakemm dak l-
uffiċjal jiġi lura, jew sa dak iż-żmien meħtieġ biex jiġi lura Malta,
wara li jħalli l-bastiment; u l-ispejjeż li jkollhom hekk jitħallsu
jistgħu jintalbu bħala dejn ċivili.
Meta l-Kontrullur 
tad-Dwana jista 
jirrifjuta l-karti tat-
tluq.
Emendat:
XVI. 1960.3.
91. Meta, taħt din l-Ordinanza, bastiment jista’ jiġi miżmum,
il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jirrifjuta li jagħti l-karti tat-tluq lil
dan il-bastiment jew il-permess meħtieġ dwar it-tagħbija.
  30      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
Titolu II
PIENI GĦAR-REATI KONTRA T-TAQSIMA I TA’ DIN L-
ORDINANZA
Sub-titolu I
PIENI GĦAR-REATI KONTRA T-TITOLI I U II
Reati taħt l-artikoli 
5, 6, 12(3), 13, 
14(2) u 21. 
Emendat: 
II. 1926.3, 4; 
XXV. 1980.4; 
III. 1982.10.
92. (1) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)
ta’ l-artikolu 12, ta’ l-artikolu 13, tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu
14, tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 15, jew ta’ l-artikolu 28, jeħel,
meta jinsab ħati, ammenda ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5 u 6, meta
l-każ hu ta’ pesta, ġidri, kolera asjatika, yellow fever jew difterite,
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn tliet xhur, jew, jekk il-kontravvenzjoni tkun dwar il-
mardiet l-oħra msemmijin fl-artikolu 41, ammenda ta’ mhux iżjed
minn ħamsin lira.
Reati taħt l-artikolu 
7.
93. Kull tabib li jikser id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 7, jeħel
meta jinsab ħati, il-piena tal-multa.
Reati taħt l-artikoli 
17(2), 19(3), 
22(2), 23, 
24(1)(a), 27, 
30(2), 35, 36(1), 
39 u 40.
94. Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 17, tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 19, tas-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 22, ta’ l-artikolu 23, tal-paragrafu (a) tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 24, ta’ l-artikolu 27, tas-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 30, ta’ l-artikolu 35, tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 36, ta’ l-artikolu 39 jew ta’ l-artikolu 40, jeħel, meta jinsab
ħati l-piena ta’ l-ammenda.
Reati taħt l-artikoli 
25(4), 26, 29, 
30(1), 33 u 36(2). 
Emendat: 
XXV. 1980.4.
95. Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’
l-artikolu 25, ta’ l-artikolu 26, ta’ l-artikolu 29, tas-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 30, ta’ l-artikolu 33 jew tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 36 jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-multa mhux iżjed
minn ħamsin lira.
Reati taħt l-artikolu 
24(1) (b), (ċ) u (d). 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
96. Kull min jikser id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (b), (ċ)
jew (d) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 24 jeħel, meta jinsab ħati,
il-piena tal-multa jew tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn xahar.
Reati taħt l-artikolu 
45.
97. Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 45 jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena tal-multa, u, fid-diskrezzjoni tal-qorti, il-
piena ta’ l-interdizzjoni mill-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu għal
żmien li l-qorti tistabbilixxi.
Reati taħt l-artikolu 
52. 
Emendat: 
II.1926.5; 
XXV. 1980.4.
98. Kull min jinsab ħati ta’ kontravvenzjoni għall-artikolu 52
jeħel, l-ewwel darba, u fil-każ li l-kontravvenzjoni tkun ħafifa, il-
piena tal-multa minn ħames liri sa ħamsa u għoxrin lira; f’kull każ
ieħor il-piena tal-multa mhux iżjed minn ħames mitt lira. 
Żieda fil-piena fil-
każ ta’ xi reat. 
Emendat: 
XXV. 1980.4.
99. Fil-każ ta’ kontravvenzjoni għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 23, tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 24,
ta’ l-artikolu 33, ta’ l-artikolu 35 jew ta’ l-artikolu 52, il-ħati jeħel
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    31
ukoll, għal kull ġurnata li l-kontravvenzjoni tissokta, ammenda ta’
mhux iżjed minn - 
(a) ħames liri fil-każ ta’ kontravvenzjoni għall-artikolu
23;
(b) għaxar liri fil-każ ta’ kontravvenzjoni għall-paragrafu
(a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 24 jew ta’ l-
artikolu 35;
(ċ) ħamsa u għoxrin lira fil-każ ta’ kontravvenzjoni għall-
artikolu 33; jew
(d) mitejn lira fil-każ ta’ kontravvenzjoni għall-artikolu
52.
Reati taħt l-artikolu 
42 jew 43. 
Miżjud: 
X.1953.6. 
Sostitwit: 
III.1982.11.
100. (1) Kull persuna li tikser xi regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 42 teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira.
(2) Kull persuna li tikser xi regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 43 teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn
ħamsin lira.
Sub-titolu II
PIENI GĦAR-REATI TAĦT IT-TITOLU III
Reati taħt l-artikolu 
55. 
Emendat: 
XXV.1980.4.
101. Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena tal-multa mhux iżjed minn ħamsin lira. 
Piena għal 
traskuraġni għal 
tilqim. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2; 
XXV.1980.4. 
Sostitwit: 
III.1982.12.
102. Kull ġenituri jew persuna oħra li jkollha l-kustodja ta’ xi
tifel li tittraskura li tieħu lil dak it-tifel biex jitlaqqam jew biex dak
it-tifel jittieħed għat-tilqim u kull persuna ta’ l-età  li tittraskura li
titlaqqam jew li terġa’ titlaqqam kif provdut f’din l-Ordinanza,
tista’ teħel multa (ammenda) ta’ mhux iżjed minn għaxar liri.
Reati taħt l-artikolu 
65. 
Emendat: 
III.1982.13.
103. Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 65, jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena ta’ l-ammenda.
Reati oħra mill-
uffiċjal inkarigat 
minn ċentru ta’ 
tilqim, eċċ. 
Emendat: 
XXV.1980.4; 
III.1982.14.
104. F’kull każ ieħor mhux imsemmi espressament fl-artikoli
ta’ qabel ta’ dan is-sub-titolu, kull uffiċjal inkarigat minn ċentru ta’
tilqim, tabib jew persuna oħra, skond il-każ, illi jagħmel
kontravvenzjoni għad-disposizzjonijiet tat-Titolu III tat-Taqsima I
ta’ din l-Ordinanza jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ l-ammenda
mhux iżjed minn għaxar liri.
  32      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
Titolu III
PIENI GĦAR-REATI TAĦT IT-TAQSIMA II TA’ DIN L-ORDINANZA
Pieni għal reat taħt 
it-Taqsima II. 
Emendat: 
XXI. 1976.2; 
XXV.1980.4.
105. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 109 ta’ din l-
Ordinanza, kull min jinsab ħati ta’ kontravvenzjoni għad-
disposizzjonijiet tat-Taqsima II ta’ din l-Ordinanza, jeħel, għal kull
kontravvenzjoni bħal din - 
(a) ammenda jew multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira;
jew
(b) jekk ir-reat ikun dwar iżjed minn erba’ annimali,
ammenda ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira għal kull
annimal; jew
(ċ) meta r-reat ikun dwar karkassi, għalf, tiben, demel,
jew ħwejjeġ oħra (barra minn annimali) barra minn
swill multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira għal kull
ħames mija u tmien kilogrammi piż ‘1 fuq mill-ewwel
ħames mija u tmien kilogrammi b’żjieda ma’ l-ewwel
multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
Reati ġenerali. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXI.1976.3; 
XLIX. 1981.4.
106. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 109 ta’ din l-
Ordinanza, kull min, mingħajr setgħa jew skuża leġittima, illi l-
prova tagħha tmiss lilu, jagħmel xi haġa milli hemm imsemmija
hawn taħt, hu ħati ta’ reat taħt it-Taqsima II ta’ din l-Ordinanza:
(a) jekk jagħmel xi ħaġa b’kontravvenzjoni għad-
disposizzjonijiet ta’ dik it-Taqsima, jew għal ordni tal-
Ministru responsabbli għall-biedja jew għal
regolamenti magħmulin taħt dik it-Taqsima; jew
(b) jekk, meta taħt dik it-Taqsima, jew taħt ordni tal-
Ministru responsabbli għall-biedja jew taħt
regolamenti magħmulin taħt dik it-Taqsima, hu
obbligat li jżomm annimal mifrud kemm jista’ jkun
minn annimali oħra jew li jagħti bla dewmien avviż ta’
marda, jonqos li jagħmel dan; jew
(ċ) jekk jonqos li jagħti avviż, juri liċenzi, jobdi
regolamenti, jew li jagħmel xi ħaġa li, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dik it-Taqsima jew taħt ordni tal-
Ministru responsabbli għall-biedja jew taħt
regolamenti magħmulin taħt dik it-Taqsima, hu
obbligat li jagħti, juri, jobdi, jew jagħmel; jew
(d) jekk jagħmel xi ħaġa li, b’dik it-Taqsima jew b’ordni
tal-Ministru responsabbli għall-biedja jew
b’regolamenti magħmulin taħt dik it-Taqsima, hija
magħmula jew iddikjarata kontra l-liġi; jew
(e) jekk jagħmel jew jonqos li jagħmel xi ħaġa, li l-egħmil
jew in-nuqqas tagħha hu ddikjarat f’dik it-Taqsima jew
f’ordni tal-Ministru responsabbli għall-biedja jew
f’regolamenti magħmulin taħt dik it-Taqsima
kontravvenzjoni għal dik it-Taqsima; jew
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    33
(f) jekk jirrifjuta lil xi uffiċjal fl-esekuzzjoni ta’ dik it-
Taqsima jew ta’ ordni tal-Ministru responsabbli għall-
biedja jew ta’ regolament magħmul taħt dik it-
Taqsima, id-dħul f’raba’, bini, bastiment, razzett,
vettura jew dgħajsa, meta dan l-uffiċjal ikollu s-setgħa
li jidħol fihom jew jeżaminhom, inkella jfixkel jew ma
jħallix dak id-dħul jew eżami, inkella xort’oħra b’ kull
mod li jkun ifixkel jew ma jħallix, jew igħin lil
ħaddieħor biex ifixkel jew biex ma jħallix lil uffiċjal
tal-Pulizija jew uffiċjal ieħor fl-esekuzzjoni tad-
dmirijiet tiegħu; jew
(g) jekk jixħet jew iqiegħed, jew iġiegħel, jew iħalli li
tixteħet jew titqiegħed fil-baħar, ’il ġewwa minn
ħames kilometri mix-xatt, il-karkassa ta’ annimal li
miet b’marda jew li ġie maqtul minħabba li kellu jew li
kien suspett li kellu marda,
u f’każ ta’ reċidiva fi żmien ta’ tnax-il xahar, f’kontravvenzjoni li
taqa’ taħt l-istess paragrafu ta’ dan l-artikolu, hu jeħel, fid-
diskrezzjoni tal-qorti, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn xahar, minflok il-multa li għaliha hu suġġett taħt l-
artikolu 105.
Piena għall-użu ta’ 
liċenzi magħluqa, 
qlugħ ta’ karkassi, 
u reati partikolari 
oħra. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXI.1976.4; 
XLIX. 1981.4.
107. Bla ħsara għad-disposizzjoni ta’ l-artikolu 109 ta’ din l-
Ordinanza, persuna tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni għat-Taqsima II
ta’ din l-Ordinanza bl-egħmil ta’ xi ħaġa minn dan li ġej:
(a) kull min, bil-ħsieb li kontra l-liġi jeħles milli jħares id-
disposizzjonijiet tat-Tieni Taqsima ta’ din l-
Ordinanza, jew ta’ ordni tal-Ministru responsabbli
għall-biedja jew ta’ regolament magħmul taħt dik it-
Taqsima, jagħmel xi haġa li għaliha tinħtieġ liċenza
taħt din it-Taqsima, jew ordni tal-Ministru
responsabbli għall-biedja, jew regolament magħmul
taħt din it-Taqsima, mingħajr qabel ma jkollu dik il-
liċenza; jew
(b) kull min, meta hi meħteġa liċenza, għad illi jkollu din
il-liċenza, jagħmel, bil-ħsieb hawn fuq imsemmi, il-
ħaġa li għaliha tinħtieġ il-liċenza wara li din tkun
għalqet; jew
(ċ) kull min juża, jew juri, jew jittenta li juża bħala
liċenza, att li ma jkunx liċenza regolari, jew att li
b’qerq jinġieb bħala liċenza, kemm-il darba ma
jippruvax biżżejjed, fil-fehma tal-qorti, illi hu ma
kienx jaf u ma setax bl-użu ta’ diliġenza ordinarja jkun
jaf li dak l-att kien irregolari jew falz; jew
(d) kull min jieħu jew jittenta jieħu liċenza, ċertifikat jew
att ieħor li hu meħtieġ taħt dik it-Taqsima jew taħt
ordni tal-Ministru responsabbli għall-biedja, jew taħt
regolament magħmul taħt dik it-Taqsima, bil-mezz ta’
qerq, kemm-il darba ma jissodisfax lill-qorti illi hu ma
kienx jaf illi bl-użu ta’ diliġenza ordinarja ma setax
ikun jaf b’dak il-qerq; jew
(e) kull min, bil-ħsieb li kontra l-liġi jeħles jew iġib fix-
  34      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
xejn id-disposizzjonijiet tat-Taqsima II ta’ din l-
Ordinanza, jew ta’ ordni tal-Ministru responsabbli
għall-biedja, jew ta’ regolament magħmul taħt dik it-
Taqsima, jagħti jew joħroġ att li jkollu l-forma ta’
liċenza, jew ta’ ċertifikat jew ta’ att ieħor li għandu
jkun magħmul jew maħruġ taħt dik it-Taqsima jew taħt
ordni tal-Ministru responsabbli għall-biedja jew taħt
regolament magħmul taħt dik it-Taqsima, biex jagħti li
jsir jew jirregola t-trasport minn lok għal ieħor ta’
annimal partikolari jew li ssir xi ħaġa partikolari oħra,
imma jiġi maħruġ in bjank, jiġifieri ma jkunx mimli
qabel ma jiġi maħruġ b’mod li juri għal liema annimal
jew ħaġ‘oħra partikolari jkun jirreferixxi; jew
(f) kull min jagħmel użu, jew juri, jew jittenta li jagħmel
użu, għal xi skop imsemmi fit-Taqsima II ta’ din l-
Ordinanza jew f’ordni tal-Ministru responsabbli għall-
biedja jew f’regolament magħmul taħt dik it-Taqsima,
minn att maħruġ hekk in bjank, kemm-il darba ma
jissodisfax lill-qorti illi huwa ma kienx jaf u illi bl-użu
ta’ diliġenza ordinarja ma setax ikun jaf b’dak il-fatt;
jew
(g) kull min, mingħajr setgħa skond il-liġi jew raġuni
tajba, illi tagħhom il-prova tmiss lilu, jaqta’ minn taħt
l-art jew iġiegħel lil min jaqta’, karkassa mirduma
b’ordni tal-Pulizija jew tad-Direttur tal-Biedja; jew
(h) kull min, wara ordni tal-Ministru responsabbli għall-
biedja li jipprojbixxi, għal kollox jew taħt xi
kondizzjonijiet, l-użu ta’ bastiment, vettura, maqjel
jew post ieħor, għat-trasport ta’ annimali jew għal xi
ħaġ‘oħra li għandha x’taqsam ma’ dan it-trasport,
jagħmel, mingħajr setgħa skond il-liġi jew raġuni
tajba, illi tagħhom il-prova tmiss lilu, xi ħaġa kontra
dak l-ordni.
(2) U, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi artikolu
109, f’kull wieħed mill-każijiet imsemmijin f’dan l-artikolu, il-ħati,
f’każ ta’ reċidiva fi żmien ta’ tnax-il xahar, f’kontravvenzjoni li
taqa’ taħt l-istess paragrafu ta’ dan l-artikolu, jeħel, fid-
diskrezzjoni tal-qorti, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn xahrejn, minflok l-ammenda jew il-multa li għaliha hu
suġġett taħt l-artikolu 105.
Konfiska ta’ 
annimal.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
108. Jekk xi ħadd jiżbarka jew jinbarka jew jittenta jiżbarka jew
jimbarka annimal jew xi ħaġ‘oħra bi ksur tat-Taqsima II ta’ din l-
Ordinanza, jew ta’ ordni tal-Ministru responsabbli għall-biedja, jew
regolament magħmul taħt dik it-Taqsima, l-annimal jew il-ħaġa li
bihom tkun saret il-kontravvenzjoni, jiġu kkonfiskati, u l-ħati jeħel
ukoll il-piena li għaliha hu suġġett taħt din l-Ordinanza.
Pieni għal reati 
speċifiċi. 
Miżjud: 
XXI.1976.5. 
Sostitwit: 
XXV.1980.3.
109. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ din l-Ordinanza,
kull persuna li tinsab ħatja ta’ reat kontra xi disposizzjoni ta’ xi
regolament magħmul taħt din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza -
 (a) meta dik id-disposizzjoni jew dawk id-
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    35
disposizzjonijiet jirreferu għall-importazzjoni, ċaqliq,
jew kwarantina ta’ klieb jew qtates, jew għall-żbark ta’
swill minn xi bastiment, yacht, pleasure craft, dgħajsa,
jew bastiment ieħor jew xi inġenju ta’ l-ajru, teħel
multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira iżda mhux iżjed
minn elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
inqas minn tliet xhur iżda mhux iżjed minn sitt xhur; u
(b) dwar kull regolamenti magħmula taħt il-paragrafu (y),
(ż) jew (ża) ta’ l-artikolu 87 ta’ din l-Ordinanza - 
(i) meta dik id-disposizzjoni jew dawk id-
disposizzjonijiet jirreferu għall-ħtieġa ta’ xi
liċenza jew awtorizzazzjoni, teħel multa ta’
mhux inqas minn ħames mitt lira iżda mhux
iżjed minn elf lira; u
(ii) għal ksur ta’ xi disposizzjoni jew
disposizzjonijiet oħra ta’ dawk ir-regolamenti,
teħel multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira iżda
mhux iżjed minn elf lira.
Kap. 446.
japplikawx dwar xi reat imsemmi fil-paragrafu (a) tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu.
Preżunzjoni.
ikun akkużat ta’ kontravvenzjoni għad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza dwar il-mard li għalih tgħodd din l-Ordinanza jew marda
oħra ta’ dak l-annimal, hu preżunt illi huwa kien jaf bil-marda f’dak
l-annimal, kemm-il darba ma jissodisfax lill-qorti, illi huwa ma
kienx u illi bl-użu ta’ diliġenza ordinarja ma setax isir jaf biha.
Titolu IV
DISPOSIZZJONIJIET LI JGĦODDU GĦAT-TITOLI KOLLHA TA’ 
QABEL TAT-TAQSIMA III
Qorti kompetenti. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
111. Il-proċedimenti għar-reati kontra din l-Ordinanza
għandhom isiru -
(a) fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) meta r-reat isir fil-gżira
ta’ Malta;
(b) fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) meta r-reat isir
f’Għawdex jew f’Kemmuna.
Uffiċjali 
prosekuturi. 
Emendat: 
XXXVIII.1939.2.
112. Fil-proċedimenti kollha għar-reati kontra din l-Ordinanza,
is-Suprintendent jew uffiċjal mediku tas-saħħa maħtur minnu, u fil-
każ ta’ reati kontra t-Taqsima II ta’ din l-Ordinanza, id-Direttur tal-
Biedja jew tabib veterinarju tal-gvern maħtur minnu, jista’ jagħmel
l-akkuża quddiem il-qorti, iġib provi u jittratta l-kawża minflok il-
Pulizija.
  36      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
Prova ta’ l-
awtorizzazzjoni 
għall-
prosekuzzjoni 
mogħtija mis-
Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika.
Emendat: 
XXXVIII.1939.3.
113. Id-dikjarazzjoni mwettqa bil-ġurament ta’ kull wieħed
mill-uffiċjali msemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan li hu ġie
maħtur mis-Suprintendent, jew, skond il-każ, mid-Direttur tal-
Biedja, għall-ħsieb imsemmi f’dak l-artikolu, hija prova biżżejjed li
hu ġie hekk maħtur, jekk din il-prova tiġi mitluba mill-imputat.
Xiehda ta’uffiċjali 
prosekuturi. 
114. (1) Kull wieħed mill-uffiċjali msemmijin fl-aħħar
artikolu qabel dan, jista’ dejjem jinġieb bħala xhud fuq talba ta’ l-
imputat.
(2) Kemm-il darba x-xiehda tiegħu tkun meħtieġa mill-
prosekuzzjoni, hu għandu jiġi mismugħ qabel ma jibda d-dmirijiet
ta’ uffiċjal prosekutur, barra minn meta l-ħtieġa tax-xiehda tiegħu
tinqala’ wara.
Meta l-imputat hu 
miġnun jew nieqes 
minn Malta. 
Emendat: 
XXXVIII.1939.5.
115. (1) Meta l-imputat hu miġnun jew nieqes minn Malta, u
minn dikjarazzjoni maħlufa tas-Suprintendent jew ta’ uffiċjal
mediku tas-saħħa jew, fil-każ ta’ reat kontra t-Taqsima II ta’ din l-
Ordinanza, tad-Direttur tal-Biedja jew ta’ tabib veterinarju tal-
gvern jinsab illi jinħtieġ bla dewmien li jitneħħa l-inkonvenjent
magħmul bil-kontravvenzjoni, jew illi xort’oħra l-liġi tiġi esegwita,
il-qorti tista’ tordna illi ċ-ċitazzjoni tiġi notifikata, fl-ewwel każ,
lir-rappreżentant leġittimu jew lill-persuna li jkollha l-ħsieb ta’ l-
imputat, u fit-tieni każ, jew meta, fl-ewwel każ, il-miġnun ma jkun
taħt il-ħsieb ta’ ħadd, lil żewġ jew mart l-imputat, jew lil xi ħadd li
jiġi minnu fil-qrib, mid-demm jew bi żwieġ jew lill-amministratur
tal-beni tiegħu, jekk ikollu.
(2) F’kull wieħed minn dawn il-każijiet, meta l-
kontravvenzjoni tiġi ippruvata, il-qorti tagħti l-provvedimenti ta’ l-
artikolu 118 jew ta’ l-artikolu 119:
Iżda, dwar l-applikazzjoni ta’ pieni lill-ħati, il-qorti tħalli l-
kawża għal meta dan jiġi lura, jew meta jkun tajjeb biex joqgħod
fil-kawża. 
Reċidiva. 116. Bla ħsara ta’ disposizzjonijiet oħra ta’ din l-Ordinanza
dwar ir-reċidiva, jekk wieħed, wara li jiġi kkundannat fuq
kontravvenzjoni għal din l-Ordinanza, fi żmien tliet xhur minn dak
in-nhar li tiġi skuntata jew maħfura l-piena, jagħmel
kontravvenzjoni oħra għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, il-
qorti tista’ żżid il-piena għall-kontravvenzjoni l-oħra sad-doppju
ta’ l-ammont jew taż-żmien ta’ dik il-piena.
Setgħa tal-qorti li 
tħassar jew 
tissospendi l-
liċenza f’xi 
każijiet.
117. Fil-każ ta’ kundanna għat-tielet darba jew iżjed għall-istess
kontravvenzjoni, meta din issir minn nies tal-ħwienet, bejjiegħa
jew minn nies oħra li jaħdmu arti, sengħa jew xogħol ieħor
b’liċenza mogħtija mill-awtorità  pubblika, il-qorti tista’, jekk il-
kontravvenzjoni jkollha x’taqsam ma’ l-eżerċizzju ta’ dik l-arti,
sengħa jew xogħol ieħor, tħassar il-liċenza jew tissospendiha għaż-
żmien li jidhrilha fid-diskrezzjoni tagħha. 
TĦARIS  MILL-MARD   ġ K AP. 36.    37
Il-qorti tista’ 
tordna lill-ħati li 
jneħħi l-
inkonvenjent f’xi 
każijiet. 
Emendat: 
XXV. 1980.4.
118. Fil-każ ta’ kontravvenzjoni għad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, il-qorti, barra milli tagħti l-piena, tordna lill-ħati, meta
hu meħtieġ, li jneħħi l-inkonvenjent ikkaġunat bil-kontravvenzjoni,
jew, skond iċ-ċirkostanzi, li jesegwixxi l-liġi, fi żmien biżżejjed
għaldaqshekk li jiġi mogħti mill-qorti; u kemm-il darba l-ħati
jonqos li jesegwixxi dak l-ordni fiż-żmien hekk mogħti, jeħel
ammenda ta’ mhux iżjed minn għaxar liri għal kull ġurnata li, wara
li jagħlaq dak iż-żmien, l-inkonvenjent jibqa’ jew il-liġi tibqa’ ma
tiġix esegwita:
Iżda, kemm-il-darba jkun hemm ikkuntemplata piena
speċjali f’xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza għal
meta l-kontravvenzjoni tissokta, għandha tingħata din il-piena
speċjali. 
Setgħa tal-qorti li 
tordna li l-
inkonvenjent 
jitneħħa mill-
Pulizija.
119. Il-qorti tista’ wkoll tordna illi l-inkonvenjent jiġi mneħħi
jew li l-liġi tiġi esegwita mill-Pulizija, bi spejjeż tal-ħati, illi f’dan
il-każ, jista’ jiġi mġiegħel iħallas dik l-ispiża, b’mandat maħruġ
mill-istess qorti.
Il-pieni msemmijin 
f’din l-Ordinanza 
huma dawk 
imsemmijin fil-
Kodiċi Kriminali. 
Emendat:
XLIX. 1981.4. 
Kap. 9.
120. Il-pieni ta’ l-ammenda, tal-multa, tad-detenzjoni, u tal-
priġunerija msemmijin f’din l-Ordinanza huma dawk l-istess
imsemmijin fil-Kodiċi Kriminali, u d-disposizzjonijiet ta’ dak il-
Kodiċi dwar dawk il-pieni jgħoddu għalihom meta jiġu mogħtija
taħt din l-Ordinanza.
Reati li għalihom 
hemm pieni akbar. 
Kap. 9.
121. Il-pieni stabbiliti f’din l-Ordinanza jgħoddu meta l-fatt ma
jkunx jikkostitwixxi reat taħt il-Kodiċi Kriminali jew taħt liġi
speċjali oħra, punibbli b’pieni akbar: f’dan il-każ jiġu mogħtija
dawn il-pieni akbar.
Ir-reati taħt din l-
Ordinanza jaqgħu 
taħt il-klassi tal-
kontravvenzjoni-
jiet. 
Kap. 9.
122. Kull reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
jaqa’, għall-finijiet tal-Kodiċi Kriminali, taħt il-klassi tal-
kontravvenzjonijiet, ukoll meta l-pieni ikkuntemplati f’din l-
Ordinanza huma akbar minn dawk stabbiliti f’dak il-Kodiċi għall-
kontravvenzjonijiet.
Appell.
mogħtija taħt id-disposizzionijiet tat-Taqsima I ta’ din l-Ordinanza,
ħlief fil-każijiet imsemmijin fl-artikoli 5, 6, 7 u 8, fil-paragrafi (b),
(ċ) u (d) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 24, fl-artikoli 26, 30, 39 u
45, u f’kull każ ieħor imsemmi espressament f’dik it-Taqsima:
Iżda l-ordnijiet mogħtija taħt l-artikolu 26 u d-deċiżjonijiet
taħt l-artikolu 45, jistgħu jiġu esegwiti matul l-appell.
Ħlas tad-danni.
Ordinanza, il-persuna li tbati l-ħsara għandha azzjoni ċivili.
Riserva dwar kull 
ħaġa li saret taħt 
liġi mħassra b’din 
l-Ordinanza.
125. Din l-Ordinanza ma tannulla ebda ħaġa magħmula
legalment taħt liġijiet ta’ qabel imħassrin b’din l-Ordinanza.
  38      KAP. 36. ħ    TĦARIS MILL-MARD
Riserva dwar 
regolamenti 
magħmulin taħt 
liġi mħassra b’din 
l- Ordinanza.
126. Ir-regolamenti kollha magħmula taħt liġi mħassra b’din l-
Ordinanza u li mhumiex inkompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza, jibqgħu jseħħu sakemm isiru regolamenti oħra
flokhom taħt din l-Ordinanza.
