 DWANA ġ K AP. 37.   1
KAPITOLU 37
ORDINANZA TAD-DWANA
Biex tipprovdi aħjar għat-tmexxija u d-direzzjoni tad-Dwana.
(16 ta’ Settembru, 1909)*
Saret liġi bl-ORDINANZA VII ta’ l-1909, kif emendata bl-Ordinanza VII ta’ l-1911; bl-
Avviżi tal-Gvern: 128 ta’ l-1911, 384 ta’ l-1927, u 532 ta’ l-1933; bl-Ordinanza XLVI ta’ l-
1935; bl-Avviż tal-Gvern 470 ta’ l-1935; bl-Ordinanza IV ta’ l-1938; bl-Avviż tal-Gvern 162
ta’ l-1938; u bl-Ordinanza XL ta’ l-1940. F’din l-Ordinanza ġew ukoll inkorporati l-
ORDINANZI: VI ta’ l-1840, III ta’ l-1850 u IV ta’ l-1885.
Din l-Ordinanza ġiet sussegwentement emendata bl-Avviżi tal-Gvern: 143 ta’ l-1952, 48 u
486 ta’ l-1957; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza XIV ta’ l-1958; bl-Ordinanzi: XVI ta’ l-1960, VI
ta’ l-1961, XIII u XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: XX u XXXI ta’ l-1963,
u XXXIX ta’ l-1965; bl-Avviżi Legali: 17 u 43 ta’ l-1966; bl-Atti: IX u XXXIV ta’ l-1971, X ta’
l-1972, VI ta’ l-1973, XI, XLI u LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 129 ta’ l-1974; bl-Att XXXV
ta’ l-1975; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Att XXII ta’ l-1976; bl-Avviż Legali 152 ta’ l-
1977; bl-Atti: XIII ta’ l-1979, XXX ta’ l-1980, XIX ta’ l-1985, XXXV u XXXVI ta’ l-1989, VIII
ta’ l-1990, VII ta’ l-1993 u XII ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli
Titolu fil-Qosor u Tifsir 1-2
Taqsima I. Disposizzjonijiet dwar bastimenti li jaslu f’Malta 3-5
Taqsima II. Rapport tat-tagħbija 6-8C
Taqsima III. Dikjarazzjoni, ħatt, żbark, eżami, depożtu 
u kustodja ta’oġġetti 9-29
Taqsima IV. Tqegħid fid-depożt ta’ armi, munizzjonijiet, 
sustanzi, esplożivi, eċċ. 30-33
Taqsima V. Operazzjonijiet fuq oġġetti fid-depożt u kif 
wieħed jista’ jagħmel minnhom  34-35
Taqsima VI. Trasferiment ta’ oġġetti fid-depożt 36-41
Taqsima VII. Dikjarazzjoni ta’ oġġetti fid-depożt 
għall-konsum u ta’ oġġetti għall-esportazzjoni 42-49
Taqsima VIII. Provvisti ta’ abbord 50-51
Taqsima IX. Spedizzjoni ta’ bastimenti 52-58
Taqsima X. Viżta ta’ bastimenti wara li jingħataw il-karti
ta’ l-ispedizzjoni 59
Taqsima XI. Biex jinżamm il-kontrabandu: Reati u pieni 60-64
*Ara l-Proklama Nru. VIII tal-31 ta’ Awissu, 1909.
  2      KAP. 37. ħ           DWANA
Taqsima XII. Setgħat u proċedimenti 65-79
Taqsima XIII. Disposizzjonijiet Ġenerali 80-88
SKEDA
 DWANA ġ K AP. 37.   3
Titolu fil-qosor.
Tifsir ta’ kliem. 
L-art. 38 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840 u l-
art. 6 ta’ l-Ord. III 
ta’ l-1850, 
inkorporati. 
Emendat:
XVI.1960.2; 
XXXIX.1965.2.
2. F’ din l-Ordinanza, jekk mill-kuntest ma jkunx jidher
xort’oħra -
"bastiment" ifisser ukoll kull dgħajsa mikxufa, puntun mikxuf
jew bastiment ieħor bla gverta, kif ukoll kull bastiment bil-gverta;
"importatur" ifisser persuna li jkollha oġġetti mniżżlin għal
isimha fil-kotba tad-dipartiment tad-dwana;
"kaptan" jew "kaptan ta’ bastiment" ifisser kull persuna li jkollha
l-kmand jew il-ħsieb ta’ bastiment;
"Kontrullur tad-Dwana" (iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"Kontrullur") ifisser il-Kontrullur tad-Dwana, u jfisser ukoll kull
persuna oħra li jkollha s-setgħa espressa jew impliċita li tagħmel
flok il-Kontrullur hawn fuq imsemmi fl-esekuzzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza;
"maħżen" ifisser lok li fih oġġetti li għandhom iħallsu dazju,
iddikjarati li għandhom jidħlu fid-depożt, jistgħu jiġu mqiegħda,
miżmuma u kkustoditi;
"maħżen tal-gvern" ifisser kull maħżen ipprovdut mill-Gvern
sabiex jitqiegħdu fih oġġetti bħala garanzija għad-drittijiet tad-
dwana li għandhom jitħallsu fuqhom;
"oġġetti" ifissru oġgett jew oġġetti ta’ merkanzija;
"oġġetti importati" jew "oġġetti importati f’Malta" ifissru l-
oġġetti li jsiru barra minn Malta, u li jinġiebu fiha, u jfissru wkoll
oġġetti li jsiru f’Malta, jiġu esportati, u mbagħad wara jinġiebu
fiha;
"post ‘il hemm mill-ibħra" ifisser kull post ħlief Malta;
"tmiss it-tagħbija" tfisser meta wieħed jagħmel tibdil fl-istivar
tat-tagħbija tal-bastiment b’mod li jħaffef il-ħatt ta’ xi parti mit-
tagħbija jew meta jaqsam, jiddistruġġi jew jitfa’ minn abbord xi
parti mit-tagħbija jew jiftaħ btieti jew kollijiet oħra li fihom jista’
jkun hemm xi parti mit-tagħbija;
"uffiċjal tad-dwana" ifisser kull uffiċjal tad-dipartiment tad-
dwana u jfisser ukoll kull persuna oħra li jkollha s-setgħa espressa
jew impliċita li tagħmel flok il-Kontrullur hawn fuq imsemmi fl-
esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
  4      KAP. 37. ħ           DWANA
TAQSIMA I
DISPOSIZZJONIJIET DWAR BASTIMENTI LI 
JASLU F’MALTA
Portijiet li fihom 
jistgħu jidhlu l-
bastimenti li jaslu 
minn postijiet ’il 
hemm mill-ibħra. 
L-art. 1 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XIII.1962.62; 
XIII.1979.2; 
XIX.1985.2; XXXV. 
1989.37. Kap. 337.
3. (1) Ebda bastiment li jasal f’Malta minn post ’il hemm
mill-ibħra, ma jista’ jidħol f’xi port ieħor f’Malta ħlief fil-Port il-
Kbir, fil-Port ta’ Marsamxett jew biss għall-fini ta’ imbark jew
żbark ta’ merkanzija jew containers kif imfisser fl-artikolu 20 ta’ l-
Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni, fil-Port ta’ Marsaxlokk, ħlief
bil-permess tal-Kontrullur.
Multa. (2) Jekk xi bastiment minn dawn jidħol f’xi port ieħor, il-
kaptan jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn
elf lira.
Jedd tal-viżta tal-
bastimenti li jaslu. 
L-art. 3 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Emendat: 
XIII.1979.3; 
XIX.1985.3.
4. (1) L-uffiċjal viżitatur tad-dwana jista’ jitla’ fuq kull
bastiment li jasal f’Malta minn post ’il hemm mill-ibħra, malli jasal
il-bastiment, jew f’kull żmien ieħor wara; jista’ jibqa’ abbord
sakemm il-bastiment jitlaq minn Malta, jew iħott għal kollox it-
tagħbija tiegħu; iżur u jispezzjona kull parti tal-bastiment, u
jeżamina, jimmarka jew iqiegħed fiż-żgur l-oġġetti li jkun hemm
abbord.
Piena. (2) Kull min ifixkel jew jittanta jfixkel l-uffiċjal li jkun irid
jitla’ fuq il-bastiment, jew jibqa’ abbord, jew iżur jew jispezzjona
xi parti tal-bastiment, jew jeżamina, jimmarka jew iqiegħed fiż-
żgur l-oġġetti li jkun hemm abbord, jew li jkun irid jesegwixxi d-
dmirijiet tiegħu dwar dak il-bastiment jew dawk l-oġġetti; inkella
kull min jaħbi oġġetti mill-uffiċjal, waqt li dan ikun jispezzjona xi
parti tal-bastiment jew jeżamina dawk l-oġġetti; inkella kull min
iħassar jew ibiddel xi marka magħmula mill-uffiċjal fuq dawk l-
oġġetti; inkella kull min ineħħi jew ixejjen xi irbit jew mezzi oħra
li bihom l-uffiċjal ikun qiegħed fiż-żgur dawk l-oġġetti; inkella kull
min dolożament iwarrab oġġetti li l-uffiċjal ikun hekk immarka jew
qiegħed fiż-żgur, jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda
mhux iżjed minn elf lira.
Min iħalli l-irmiġġ 
mingħajr permess. 
L-art. 4 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XIII.1962.62. 
Imħassar: 
IX.1971.6. 
Miżjud: 
XXXIV. 1971.2. 
Emendat: 
XIII.1979.4; 
XIX. 1985.4.
5. (1) Bla ħsara ta’ kull permess ta’ xi awtorità  oħra li jista’
jkun meħtieġ skond xi liġi oħra, ebda bastiment f’xi port f’Malta
ma għandu jħalli l-irmigġ tiegħu għal ebda raġuni ħlief bil-permess
tal-Kontrullur tad-Dwana:
Iżda l-Kontrullur jista’ jeżenta mill-ħtiġijiet ta’ permess tali
sew bastimenti individwali jew, permezz ta’ avviż imwaħħal fuq it-
tabella ta’ l-avviżi tad-dipartiment tad-dwana u f’dawk l-għasses
tal-Pulizija kif jista’ jaqta’ l-Kontrullur, kull klassi jew klassijiet
ta’ bastimenti:
Iżda wkoll il-Kontrullur jista’ f’kull żmien jirtira dwar kull
bastiment individwali (ukoll jekk ikun fi klassi eżentata) jew kull
klassi jew klassijiet ta’ bastimenti kull eżenzjoni tali mogħtija kif
 DWANA ġ K AP. 37.   5
intqal qabel.
(2) Jekk il-kaptan tal-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu,
jikser jew iħalli jew jippermetti li jinkisru, id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, hu jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira
iżda mhux iżjed minn elf lira.
TAQSIMA II
RAPPORT TAT-TAGĦBIJA
Rapport li għandu 
jingħata mill-
kaptan fi żmien 24 
siegħa milli jasal. 
Emendat: 
XL. 1940.5; 
XVI.1960.3; 
XIII.1962.62; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII. 1979.5; 
XIX. 1985.5.
6. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment, bit-tagħbija jew bis-
saborra, għandu, fi żmien erba’ u għoxrin siegħa minn x’ħin jasal
mill-post ’il hemm mill-ibħra f’wieħed jew l-ieħor mill-portijiet
tal-Belt Valletta, jagħmel rapport regolari ta’ dan il-bastiment lill-
Kontrullur, skond il-formula jew formuli li l-Ministru responsabbli
għad-dwana jista’ jippreskrivi b’regolamenti u dan ir-rapport
għandu jkun fih il-partikolaritajiet kollha murija jew meħtieġa
f’dik il-formula jew f’dawk il-formuli; u dan ir-rapport għandu jsir
qabel ma titmiss it-tagħbija.
Bastimenti li jidħlu 
Malta biss biex 
jirċievu ordnijiet, 
jieħdu faħam jew 
provviżjonijiet 
abbord.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
jgħoddux għall-bastimenti li jidħlu f’wiehed jew l-ieħor mill-
portijiet hawn fuq imsemmija, biss biex jirċievu ordnijiet, jieħdu
faħam jew provviżjonjiet abbord għall-użu tal-bastiment; iżda jekk
xi bastiment minn dawn ma jitlaqx fi żmien tmienja u erbgħin
siegħa minn x’ħin jasal, il-kaptan għandu jagħmel rapport regolari
ta’ dak il-bastiment u tat-tagħbija tiegħu bil-mod li hu meħtieġ
f’din l-Ordinanza.
Il-kaptan għandu 
jwieġeb għal xi 
mistoqsijiet.
(3) Fil-waqt li jagħmel dan ir-rapport, il-kaptan għandu
jwieġeb għal kull mistoqsija li, dwar il-bastiment, it-tagħbija, l-
ekwipaġġ u l-vjaġġ tiġi magħmula lilu mill-Kontrullur jew uffiċjal
inkarigat ieħor.
Piena għal naqqas 
ta’ rapport.
(4) Jekk il-kaptan jonqos li jagħmel ir-rapport li jmiss, jew jekk
jagħmel ir-rapport u dan ma jinsabx sewwa f’xi partikolarità
sustanzjali, jew jekk huwa jirrifjuta li jwieġeb jew ma jweġibx il-
veru għal xi mistoqsija li tiġi magħmula lilu kif jingħad hawn fuq,
jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn elf
lira.
Oġġetti deskritti 
falz jiġu 
kkonfiskati.
(5) L-oġġetti deskritti falz fir-rapport jew fil-polza ta’ kargu
għandhom jiġu kkonfiskati.
Oġġetti mhux 
irrappurtati 
regolarment jistgħu 
jiġu miżmuma.
(6) L-oġġetti li ma jkunux ġew irrappurtati regolarment jistgħu
jiġu miżmuma mill-uffiċjali tad-dwana sakemm jiġu hekk
irrappurtati, jew sakemm in-nuqqas ta’ rapport jiġi mfisser
b’sodisfazzjon tal-Ministru responsabbli għad-dwana, u jistgħu
f’dan iż-żmien jiġu meħuda f’maħżen tal-gvern.
  6      KAP. 37. ħ           DWANA
Żbark minn vapuri 
ta’ oġġetti 
mingħajr rapport. 
Emendat: 
XL. 1940.5; 
XVI.1960.3; 
XIII.1962.62; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXIX.1965.3; 
XI.1974.2; 
XIII. 1979.6; 
XIX.1985.6;
XII. 2001.2.
7. (1) B’dak kollu li jingħad fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
6, meta bastiment ta’ purtata ta’ iżjed minn mitejn u ħamsin
tunnellata jasal f’wieħed mill-portijiet hawn fuq imsemmija, u jkun
hawn f’Malta aġent ta’ sid dan il-vapur, il-kaptan ta’ dan il-vapur
jista’ jiżbarka oġġetti minn fuqu mingħajr ma jagħmel rapport tal-
bastiment jew tat-tagħbija:
Iżda b’dan, li dawn l-oġġetti ma jistgħux jiġu żbarkati jekk
mhux bl-awtorità  tal-Kontrullur u quddiem uffiċjal tad-dwana, u li
dawn l-oġġetti ma jistgħux jiġu maħtuta jew żbarkati ħlief skond
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi liġi oħra li tkun
isseħħ f’dak iż-żmien, dwar il-ħatt, trasbord u żbark ta’ oġġetti u li
dawn l-oġġetti għandhom jiġu żbarkati u ddepożitati fil-postijiet li
jiġu, minn żmien għal ieħor, magħżula mill-Ministru responsabbli
għad-dwana, b’regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ din l-
Ordinanza, sabiex jibqgħu hemm sakemm issir kif imiss id-
dikjarazzjoni tagħhom, u li, sakemm ma ssirx kunsinna tagħhom
regolari minn dawk il-postijiet, huma għandhom, għall-finijiet ta’
din l-Ordinanza, jitqiesu bħallikieku għadhom abbord tal-bastiment
li ġiebhom:
Iżda, ukoll, id-depożtu, kustodja u kunsinna ta’ l-oġġetti
hekk żbarkati, għandhom isiru skond ir-regolamenti li, minn żmien
għal ieħor, jiġu magħmula mill-Ministru responsabbli għad-dwana
bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza.
(2) F’kull każ bħal dan l-agent ta’ sid il-bastiment għandu fi
żmien erbgħa u għoxrin siegħa wara li jasal dan il-bastiment barra
mis-Sibtijiet, Ħdud u l-ġranet ta’ vakanza pubblika, jagħmel
rapport ta’ l-oġġetti żbarkati jew li għandhom jiġu żbarkati minn
fuqu, skond il-formula preskritta bl-artikolu 6 jew taħtu jew skond
formuli oħra msemmija f’din l-Ordinanza, safejn dawn jistgħu
jkunu applikabbli, jew skond il-formula jew il-formuli li l-Ministru
responsabbli għad-dwana jista’ jippreskrivi b’regolamenti.
(3) Jekk l-aġent jonqos li jagħmel dan ir-rapport, jew jekk
jagħmel ir-rapport u dan ma jinsabx sewwa f’xi partikolarità
sustanzjali, jew jekk ir-regolamenti magħmulin mill-Ministru
responsabbli għad-dwana ma jiġux imħarsa, dan l-aġent jeħel multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iktar minn elf lira, u l-
oġġetti jiġu kkonfiskati.
(4) Meta xi oġġetti li jkun hemm f’rapport kif jingħad qabel
ikunu ġew maħtuta minn fuq il-bastiment li jkun impurtahom skond
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza iżda jew (a) ma jkunux ġew
żbarkati u depożitati f’dawk il-postijiet approvati kif jingħad qabel,
jew (b) meta jkunu oġġetti maħsuba għal trasbord ma jkunux ġew
imqegħda abbord tal-bastiment li jkun ser jesporthom u ma jkunx
ingħata kont tagħhom għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur, jew (ċ)
wara li jkunu ġew żbarkati u depożitati f’dawk il-postijiet
approvati kif jingħad qabel ma jkunux ġew meħlusa minn hemm
skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ma jiġux prodotti
fuq it-talba ta’ l-uffiċjal xieraq tad-dwana, allura, f’kull wiehed
minn dawn il-każijiet, il-persuna li jkollha l-kustodja ta’ l-oġġetti,
għandha, bla ħsara għal kull piena li tista’ teħel skond din l-
Ordinanza jew xi liġi oħra, teħel il-ħlas tad-dazju sħiħ fuq dawk l-
oġġetti.
 DWANA ġ K AP. 37.   7
(5) Minkejja id-disposizzjonijiet l-oħra li hemm fis-subartikoli
ta’ qabel, il-Kontrollur ikollu d-dritt li jżomm il-ħruġ jew ir-rilaxx
ta’ xi oġġetti mill-post ta’ żbark sakemm il-kaptan tal-bastiment li
jkun impurtahom jew l-aġent tas-sid ta’ dan il-bastiment f’Malta
jkun għamel rapport ta’ l-oġġetti żbarkati jew li se jkunu żbarkati
kif hu preskritt f’dan l-artikolu.
Piena jekk titmiss 
it-tagħbija qabel 
ma jasal il-
bastiment. 
Art. 10 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorparat. 
Emendat: 
XIII. 1979.7; 
XIX.1985.7.
8. Jekk f’każ ta’ bastiment li jasal f’Malta minn post ’il
hemm mill-ibħra titmiss it-tagħbija qabel ma jasal f’Malta, iżda fil-
limiti ta’ erba’ legi mix-xtut tagħha, il-kaptan jeħel multa ta’ mhux
inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira.
Oġġetti mgħobbija 
f’containers. 
Miżjud: 
XIX.1985.8.
Emendat:
XII. 2001.3.
8A. (1) Kull container mgħobbi b’oġġetti li jkun żbarkat minn
xi bastiment għandu minnufih malli jiġi żbarkat jinqafel b’siġilli u
sokor mill-Kontrullur jew taħt l-istruzzjonijiet u s-sorveljanza
tiegħu.
(2) Ebda container mgħobbi b’oġġetti ma għandu jkun
imbarkat fuq xi bastiment kemm-il darba qabel ma jinqafilx
b’siġilli u sokor mill-Kontrullur jew taħt l-istruzzjonijiet u s-
sorveljanza tiegħu f’dak il-post jew f’dawk il-postijiet li jista’
jistabbilixxi.
(3) Meta fil-fehma tal-Kontrullur dawk is-siġilli u sokor ma
jkunux jistgħu jitwaħħlu b’mod konvenjenti, id-disposizzjonijiet
tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu ma japplikawx.
(4) Il-Kontrullur jista’ jordna li kull container li jkun inqafel
b’siġilli u sokor taħt l-istruzzjonijiet u s-sorveljanza tiegħu kif
intqal qabel, kull darba jiġi trasportat minn post għal ieħor bl-
iskorta tad-Dwana, iżda dik l-iskorta għandha fil-każijiet kollha
tkun obbligatorja meta, xi container ma jkunx hekk ġie maqful.
(5) (a) Ebda persuna ma għandha tneħħi, tibdel, tikser jew
tiddistruġġi jew tipprova jew iġġiegħel jew tħalli li
jitneħħew, jinbidlu, jinkisru jew jiġu distrutti, xi siġilli
jew sokor ieħor imwaħħlin ma xi container ħlief
quddiem u taħt l-istruzzjonijiet tal-Kontrollur; u malli
jiġi ppreżentat, kif meħtieġ bid-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza, lill-Kontrollur, il-manifest ta’ l-
oġġetti ta’ dak il-container jew id-dikjarazzjoni jew id-
dikjarazzjonijiet relattivi ta’ l-oġġetti dwar l-oġġetti
mgħobbija fih, skond il-każ, iffirmati kif imiss mill-
Kontrollur:
Iżda l-Kontrollur jista’ jawtorizza lill-importatur
jew l-aġent tiegħu biex jikser xi siġilli jew sokor ieħor
imwaħħlin ma’ xi container wara li dan il-container
ikun ġie rilaxxat mid-Dwana:
Iżda wkoll il-Kontrollur iżomm id-dritt u s-saħħa li
qabel, waqt u wara l-ħatt ta’ l-oġġetti mgħobbija fil-
container jagħmel dawk l-ispezzjonijiet u kontrolli li
hu jħoss li jkunu meħtieġa u li jimponi dawk il-
  8      KAP. 37. ħ           DWANA
kondizzjonijiet, inklużi l-issiġillar mill-ġdid tal-
container u li jkunu prodotti d-dokumenti tad-Dwana
ta’ l-importazzjoni relattivi, biex jiżgura illi l-ħatt tal-
container isir tażt l-awtorità  u l-kontroll tal-Kontrollur.
(b) Ebda container ma jista’ jinħatt f’xi indirizz għajr
f’dak indikat bil-miktub, mill-importatur jew l-aġent
tiegħu, lill-Kontrollur qabel ma l-container ikun ġie
maħruġ jew rilaxxat mill-post ta’ żbark.
(6) (a) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5) ta’ dan
l-artikolu, il-Kontrullur jista’, f’kull żmien ineħħi jew
jikser kull siġill jew sokor imwaħħal ma’ xi container
u jiftaħ dak il-container, quddiem uffiċjal tal-Pulizija
mhux taħt il-grad ta’ spettur, u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 69A għandhom japplikaw għal dik it-tneħħija,
dak il-ksur jew l-eżami.
(b) Mat-tneħħija jew ksur ta’ xi siġill jew sokor u l-ftuħ
ta’ xi container, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu, l-Kontrullur għandu jagħmel rapport tat-
tneħħija, ksur u ftuħ u ċ-ċirkostanzi għal dan, u għandu
fejn xieraq jagħlaq il-container u jwaħħallu dawk is-
siġilli u sokor. Ir-rapport għandu jkun kontroffirmat
mill-uffiċjal tal-Pulizija, li quddiemu tkun saret it-
tneħħija, ksur jew ftuħ.
(ċ) Kull meta dawk is-siġilli u sokor imwaħħla ma’
container jitneħħew, jew container jinfetaħ mill-
Kontrullur skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu, mhux quddiem il-kunsinnatarju ta’ dak il-
container, jew ta’ l-aġent tiegħu, ir-rapport imsemmi
f’dan is-subartikolu għandu fi żmien għaxart ijiem
minn meta jiġri dan jintbagħat lil dak il-kunsinnatarju,
jekk ikun magħruf, jew billi r-rapport jingħata lilu
personalment, jew b’ittra ndirizzata lilu u mibgħuta
bil-posta reġistrata fl-aħħar indirizz magħruf tiegħu ta’
residenza jew tan-negozju f’Malta jew kunsinnata
hemmhekk.
Groupage 
containers. 
Miżjud: 
XIX. 1985.8.
Emendat:
XII. 2001.4.
8B. (1) Container mgħobbi b’oġġetti mportati minn żewġ
persuni jew iktar għandu jinħatt biex minnufih dawk l-oġġetti
jitqiegħdu f’maħżen, post ta’ sigurtà  jew post ta’ żbark approvat u
stabbilit taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, u l-persuna li
tkun il-kunsinnatarju ta’ dak il-container għandha qabel ma tibda
jew iġġiegħel jew tħalli li jinbeda l-ħatt ta’ l-oġġetti minn dak il-
container, tikkonsenja lill-Kontrullur il-manifest ta’ l-oġġetti ta’
dak il-container f’dik il-formula jew f’dawk il-formuli li l-Ministru
responsabbli għad-dwana jista’ jippreskrivi b’regolamenti u li
jagħti l-partikolaritajiet murija f’dik il-formula jew f’dawk il-
formuli jew meħtieġa bihom; u dak il-manifest ta’ l-oġġetti għandu
jiġi ikkonsenjat qabel ma xi siġilli u sokor imwaħħlin ma’ dak il-
container jitneħħew, jinbidlu, jinkisru jew jiġu distrutti.
(2) Meta xi persuna tikkonsenja lill-Kontrullur xi manifest ta’
l-oġġetti u dan ma jkunx preċiż f’xi ħaġa sostanzjali, din tista’
teħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn elf
 DWANA ġ K AP. 37.   9
lira.
(3) L-oġġetti kollha li jkunu deskritti ħażin fil-manifest ta’ l-
oġġetti jkunu konfiskati.
(4) L-oġġetti kollha li ma jiġux dikjarati kif imiss fil-manifest
ta’ l-oġġetti jistgħu jinżammu minn uffiċjal tad-dwana sakemm jiġu
hekk dikjarati, u sakemm in-naqqas ikun spjegat għas-sodisfazzjon
tal-Ministru responsabbli għad-dwana, u sadattant jistgħu jittieħdu
f’maħżen tal-gvern.
(5) (a) Minkejja kull awtorità  jew permess li l-Kontrollur
jista’ jkun ta lill-kunsinnatarju ta’ oġġetti importati
biex dan il-kunsinnatarju jkun jista’ jikkonsenja xi
oġġetti importati lill-importatur rispettiv jew lill-aġent
ta’ dak l-importatur, il-Kontrollur ikollu d-dritt li
jimponi f’kull waqt dawk il-kondizzjonijiet relatati
mal-konsenja, tagħbija jew ġarr ta’ dawk l-oġġetti u li
jagħmel dawk l-ispezzjonijiet u kontrolli u li jieħu kull
azzjoni oħra li hu jqis meħtieġa bil-għan li jiżgura li
ebda oġġett importat bħal dak ma jkun twarrab jew
jista’ jkun imwarrab abbużivament minn xi maħżen
approvat jew imsemmi, post ta’ sigurtà , post ta’ żbark
jew mezz ta’ trasport.
(b) Kull persuna li tonqos milli tħares dawk il-
kondizzjonijiet jew li ma tkunx trid tħalli jew li tfixkel
dawk l-ispezzjonijiet jew kontrolli, mitlubin mill-
Kontrollur kif provdut fil-paragrafu (a), tista’, b’żieda
ma’ kull piena li tista’ teħel taħt din il-liġi jew xi liġi
oħra, teħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda
mhux iżjed minn elf lira.
Ksur ta’ siġilli u 
ħatt ta’ oġġġetti 
minn containers 
illegalment. 
Miżjud: 
XIX. 1985.8. 
Emendat: 
XXXV. 1989.37;
XII. 2001.5. 
Kap. 337.
8Ċ. (1) Kull persuna li, tneħħi, tibdel, tikser jew tiddistruġġi
jew tipprova jew iġġiegħel jew tħalli li jitneħħew, jinbidlu, jinkisru
jew jiġu distrutti xi siġilli jew sokor imwaħħal ma’ xi container jew
tħott l-oġġetti minn xi container, ħlief skond id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (5) jew (6) ta’ l-artikolu 8A tista’ teħel, barra minn
kull piena oħra li tista’ teħel, taħt din il-liġi jew xi liġi oħra, multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikoli 8A u 8B il-
kelma "container" għandu jkollha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 20 ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni, u tinkludi
wkoll vettura tat-triq kummerċjali kif hemmhekk imfisser. 
  10      KAP. 37. ħ           DWANA
TAQSIMA III
DIKJARAZZJONI, ĦATT, ŻBARK, EŻAMI, DEPOŻTU, U KUSTODJA 
TA’ OĠĠETTI
Żmien għall-iżbark 
ta’ oġġetti. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1974.3; 
XIII.1979.8.
9. (1) Ma jistgħux jinħattu oġġetti fuq puntuni jew jinġarru
mill-bastiment li ġiebhom għal fuq moll jew xi post ieħor, ħlief taħt
dawk ir-regolamenti u ordnijiet li l-Ministru responsabbli għad-
dwana, minn żmien għal ieħor, jagħti jew jagħmel; lanqas ma
jistgħu jiġu hekk maħtuta jew imġarrin, fis-Sibtijiet, fil-Ħdud jew
fi ġranet ta’ vakanza pubblika, jew, fi ġranet oħra, ħlief bejn is-sitta
ta’ filgħodu u s-sitta ta’ wara nofsinhar mill-1 ta’ April sat-30 ta’
Settembru inklużivament, u mis-sebgħa ta’ filgħodu sal-ħamsa ta’
wara nofsinhar mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu inklużivament,
ħlief bil-permess speċjali bil-miktub li jkun ġie mogħti minn qabel
mill-Kontrullur.
(2)L-oġġetti maħtuta b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, flimkien mad-dgħajsa jew mezz ieħor użat għall-
ġarr ta’ dawk l-oġġetti, għandhom jiġu kkonfiskati.
Żbark ta’ oġġetti 
f’ċerti ġranet. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XI. 1974.4; 
XIII. 1979.9.
10. (1) Ħlief bil-permess speċjali tal-Kontrullur, ebda xorta
ta’ oġġetti ma jistgħu jiġu żbarkati jew meħuda l-art fis-Sibtijiet,
fil-Ħdud jew fi ġranet ta’ vakanza pubblika, jew qabel is-sebgħa ta’
filgħodu jew wara l-ħamsa ta’ wara nofsinhar,
(2)L-oġġetti żbarkati b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu, flimkien mad-dgħajsa jew mezz ieħor użat għall-
ġarr tagħhom, għandhom jiġu kkonfiskati.
Permess għall-
iżbark ta’ oġġetti. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XIII.1979.10.
11. (1) Ebda xorta ta’ oġġetti, ħlief dawk li jinħattu taħt l-
artikolu 7, ma jistgħu jiġu maħtuta minn bastiment mingħajr qabel
ma jkun ġie mogħti l-permess mill-Kontrullur għall-iżbark
tagħhom; u ebda xorta ta’ oġġetti ma jistgħu jiġu żbarkati ħlief
f’postijiet li qegħdin għaldaqshekk u li jkunu msemmijin f’dak il-
permess.
(2)L-oġġetti li jiġu maħtuta jew żbarkati mingħajr permess, jew
b’kontravvenzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ dak il-permess għandhom
jiġu kkonfiskati.
Kunsinna ta’ 
dikjarazzjoni ta’ l-
oġġetti importati. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIX.1985.9; 
VII. 1993.2.
12. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7, l-importatur
ta’ oġġetti jew min jidher għalih għandu, qabel l-iżbark tagħhom,
jagħmel dikjarazzjoni sħiħa ta’ dawk l-oġġetti, billi jikkunsinna
lill-Kontrullur dikjarazzjoni skond il-formula jew formuli li l-
Ministru responsabbli għad-dwana jista’ b’regolamenti jippreskrivi
u għal dik il-polza tad-dikjarazzjoni l-Kontrullur għandu joħroġ
dokument ta’ rilaxx li jkun magħmul f’dik il-forma u b’dak il-mod
kif jiġi b’regolamenti ordnat mill-Ministru responsabbli għad-
dwana, li, meta jiġi ffirmat jew xort’oħra ċertifikat kif imiss mill-
Kontrullur, għandu jingħata lill-uffiċjal inkarigat u bih dan ikun
awtorizzat li jeżamina u wara jikkunsinna, jew, skond il-każ,
iqiegħed fid-depożt dawk l-oġġetti.
 DWANA ġ K AP. 37.   11
Dikjarazzjoni 
b’polza a vista. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta l-1963; 
XIX.1985.10.
13. (1) Jekk l-importatur ta’ oġġetti, jew min jidher għalih, ma
jkunx jista’, minħabba li ma jkollux l-informazzjonijiet kollha,
jagħmel dikjarazzjoni sħiħa ta’ dawk l-oġġetti, huwa jista’, wara li
jagħmel u jiffirma dikjarazzjoni fuq daqshekk, quddiem il-
Kontrullur, jagħmel dikjarazzjoni dwar il-kollijiet jew pakketti ta’
dawk l-oġġetti, b’polza a vista, skond dik il-formula jew formuli li
l-Ministru responsabbli għad-dwana jista’ b’regolamenti
jippreskrivi, u li jkun fihom id-diversi partikolaritajiet meħtieġa
f’dik il-formula jew f’dawk il-formuli.
Awtorizzazzjoni 
għall-iżbark.
Qabel il-kunsinna 
ta’ l-oġġetti l-
importatur għandu 
jagħmel 
dikjarazzjoni 
sħiħa.
(2) Din id-dikjarazzjoni meta tiġi mogħtija lill-Kontrullur u
wara li tiġi ffirmata minnu, tkun l-awtorizzazzjoni għall-iżbark
provviżorju ta’ dawk l-oġġetti, sabiex jiġu eżaminati mill-
importatur jew minn min jidher għalih quddiem l-uffiċjali
inkarigati; u l-importatur jew min jidher għalih għandu, fi żmien
tlett ijiem mill-iżbark, jew f’dak iż-żmien itwal li jiġi mogħti mill-
Kontrullur u qabel il-kunsinna tagħhom, jagħmel dwarhom
dikjarazzjoni sħiħa u kompluta minn kollox, billi jniżżel fuq id-
dahar ta’ dik il-polza a vista l-partikolaritajiet ta’ dawk l-oġġetti kif
meħtieġ f’din l-Ordinanza għal dikjarazzjoni sħiħa, sew għall-ħlas
tad-dazju, sew sabiex l-oġġetti jitqiegħdu fid-depożt kemm ukoll
sabiex jiġu kkunsinnati bla ħlas ta’ dazju, skond il-każ, u ma’ dawn
il-partikolaritajiet għandu jagħmel id-data, il-firma u l-indirizz
tiegħu; u dawn il-partikolaritajiet fuq id-dahar tal-polza, wara li
jiġu kontroffirmati mill-Kontrullur jitqiesu bħala dikjarazzjoni
sħiħa dwar dawk l-oġġetti.
L-oġġetti b’polza a 
vista 
m’għandhomx jiġu 
kkunsinnati 
mingħajr il-ħlas 
jew id-depożtu tad-
dazju. 
Emendat: 
XVI.1960.3.
14. Meta d-dikjarazzjoni għall-iżbark u għall-eżami ta’ oġġetti
li għandhom jiġu kkunsinnati wara l-ħlas tad-dazju, issir b’polza a
vista, dawn l-oġġetti ma jiġux ikkunsinnati sakemm ma ssirx
dikjarazzjoni sħiħa u sakemm ma jiġix imħallas id-dazju fuqhom,
ħlief jekk l-importatur jew min jidher għalih ma jiddepożitax għand
il-Kontrullur somma ta’ flus f’ammont biżżejjed biex tkopri d-
dazju li jmiss jitħallas fuqhom; u kemm-il darba s-somma
ddepożitata fuq polza a vista ma tkunx daqs id-dazju li għandu
jitħallas fuq l-oġġetti kollha f’kull koll żbarkat jew eżaminat, ma
għandha tiġi kkunsinnata ebda parti ta’ dawn l-oġġetti sakemm ma
ssirx dikjarazzjoni sħiħa, u ma jiġix imħallas jew iddepożitat id-
dazju għall-oġġetti kollha li jkunu f’dak il-koll.
Kif jinġabar dazju 
fuq oġġetti 
konsenjati b’polza 
a vista. 
Miżjud: 
XIX.1985.11. 
Emendat: 
XXXV.1989.37. 
Kap. 337.
14A. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 13 u 14 ta’ din l-
Ordinanza, kull meta oġġetti jkunu konsenjati b’polza a vista l-
ammont ta’ dazju miġbur meta ssir dikjarazzjoni sħiħa għandu, bla
ħsara għal dritt ta’ kull tnaqqis ta’ dazju skond l-artikolu 20 ta’ l-
Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni, ikun kalkolat fuq il-kwantità
ta’ l-oġġetti murija fuq il-fattura relattiva jew fuq il-kwantità  ta’ l-
oġġetti kontroffirmata fuq dik il-polza a vista minn uffiċjal tad-
dwana u ffirmata wkoll mill-importatur jew mill-aġent tiegħu,
skond liema tkun l-ikbar kwantità .
Oġġetti ddikjarati 
li għandhom jidħlu 
fid-depożt jistgħu 
fuq dikjarazzjoni 
oħra jiġu 
kkunsinnati għall-
konsum jew għall-
esportazzjoni.
15. Jekk, wara li jiġu ddikjarati u żbarkati oġġetti biex
jitqiegħdu fid-depożt, għalkemm ikunu għadhom ma ġewx fil-fatt
imdaħħla fl-imħażen tad-depożt, l-importatur jagħmel dikjarazzjoni
oħra għad-dħul ta’ dawk l-oġġetti, jew ta’ biċċa minnhom, għall-
konsum f’Malta jew għall-esportazzjoni, huma jistgħu jiġu
kkunsinnati u meħuda għall-konsum f’Malta jew għall-
  12      KAP. 37. ħ           DWANA
esportazzjoni, kif ikun il-każ.
Il-Kontrullur jista’ 
jitlob żewġ kopji 
jew iżjed tad-
dikjarazzjoni. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XIII.1979.11; 
XIX.1985.12; 
VII.1993.3.
16. (1) Meta ssir dikjarazzjoni ta’ oġgetti, l-importatur, jew
min jidher għalih, jew il-kunsinnatarju tal-bastiment, skond il-każ,
għandu jagħti dak in-numru ta’ kopji ta’ dik id-dikjarazzjoni li l-
Kontrullur jitolbu, u f’dawn il-kopji s-somom u n-numri jistgħu
jinkitbu b’ċifri.
(2) L-importatur jew min jidher għalih għandu jippreżenta lill-
Kontrullur, jekk ikun mitlub minnu, il-fatturi oriġinali, poloz ta’
kargu u kull dokument ieħor dwar l-oġġetti li jkunu jitqiesu
biżżejjed jew meħtieġa biex tiġi verifikata xi dikjarazzjoni jew
informazzjoni li tkun tidher fuq il-polza ta’ dikjarazzjoni dwar
dawk l-oġġetti.
(3) Jekk l-importatur jew min jidher għalih jirrifjuta li
jippreżenta dawn il-fatturi, poloz ta’ kargu jew kull dokument
ieħor, jew xjentement jippreżenta fattura, polza ta’ kargu jew
dokument ieħor dwar l-oġġetti, b’xi partikolarità  falza, jeħel multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira.
Oġġetti moħbija 
f’kollijiet jew 
meħuda mingħajr 
dikjarazzjoni, 
għandhom jiġu 
kkonfiskati. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII.1979.12.
17. Jekk oġġetti jew ħwejjeġ oħra li tagħhom hija pprojbita l-
importazzjoni, jew oġġetti jew ħwejjeġ oħra suġġetti għal dazju ta’
importazzjoni, jinsabu, b’xi mod, moħbija, jew imdaħħla f’xi koll
jew pakkett biex iqarrqu l-uffiċjali tad-dwana, dan il-koll jew
pakkett, b’dak kollu li jkun fih, għandu jiġi kkonfiskat; u jekk
oġġetti jiġu meħuda jew ikkunsinnati minn bastiment jew minn
depożt, meta ma jkunux ġew iddikjarati regolarment, huma
għandhom jiġu kkonfiskati:
Bagalji tal-
passiġġieri.
Iżda, m’hija meħtieġa ebda dikjarazzjoni għall-bagalji ta’
passiġġieri, li jistgħu jiġu eżaminati, żbarkati u kkunsinnati, taħt ir-
regolamenti magħmula mill-Ministru responsabbli għad-dwana,
imma jekk jinsabu moħbija ġewwa fihom oġġetti li tagħhom hija
pprojbita l-importazzjoni, jew li fuqhom ma tħallasx dazju, sew
qabel jew wara l-iżbark, dawn l-oġġetti, flimkien ma’ dak kollu li
jkun ġewwa l-bagalji, għandhom jiġu kkonfiskati.
Oġġetti u bagalji 
mhux irtirati. 
Miżjud: 
XIX.1985.13.
17A. (1) Jekk xi oġġetti, magħdudin bagalji tal-passiġġieri, li
jinġiebu f’xi post fejn il-bagalji tal-passiġġieri jkunu eżaminati
mid-dwana ma jkunux irtirati minnufih mid-dwana, jew xort’oħra
ma jkunux dikjarati lid-dwana, dawn għandhom jiġu konfiskati u
jsir minnhom kif jista’ jordna l-Ministru responsabbli għad-dwana.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan ma
japplikawx għal oġġetti jew bagalji li jkunu maħsuba għal
destinazzjoni oħra u li jinġiebu f’Malta bi żball, u għal oġġetti jew
bagalji li jaslu f’Malta mhux mal-persuna li għall-użu tagħha jkunu
maħsuba:
Iżda f’kull każ bħal dan min ikun qed iġorrhom jew l-aġent
tiegħu għandu, jekk hekk meħtieġ mill-Kontrullur, jiċċertifika bil-
miktub il-fatti tal-każ:
Iżda wkoll meta dawk l-oġġetti jew bagalji jibqgħu mhux
irtirati għal żmien ta’ iktar minn tmint ijiem mid-data tal-wasla
tagħhom, dawn jiġu konfiskati u jsir minnhom kif jista’ jordna l-
Ministru responsabbli għad-dwana.
 DWANA ġ K AP. 37.   13
Pieni għal-
dikjarazzjoni 
qarrieqa u ħabi ta’ 
oġġetti importati. 
Emendat: 
XIII.1979.13.
18. Kull min jimporta jew iġiegħel li jiġi importat għalih, koll
b’oġġetti li ma jaqblux mad-dikjarazzjoni tagħhom, jew,
direttament jew indirettament, jimporta jew iġiegħel li jiġi importat
għalih jew jiddikjara jew iġiegħel li jiġi ddikjarat koll bħala li fih
oġġetti ta’ isem, li mbagħad jinsab, qabel jew wara l-kunsinna
tagħhom, li fih oġġetti oħra, jew oġġetti suġġetti għal rata akbar
jew għal ammont ieħor ta’ dazju divers minn dak li għandu jitħallas
fuq l-oġġetti ta’ isem li bih dak il-koll jew l-oġġetti ta’ ġewwa fih
ikunu ġew iddikjarati, din il-persuna teħel, għal kull reat bħal dan,
multa li tkun daqs it-total meta jingħaddu flimkien l-ammont ta’
dazju li jkollu jitħallas fuq l-oġġetti li jkunu jinsabu f’dak il-koll u
d-doppju tal-valur ta’ dawk l-oġġetti, jew ta’ ħamsa u għoxrin lira,
skond liema tkun l-akbar, u dak il-koll u l-oġġetti ta’ ġewwa fih
għandhom jiġu kkonfiskati.
Oġġetti mhux 
iddikjarati sa 
wieħed u għoxrin 
ġurnata jistgħu 
jittieħdu fl-
imħażen tal-gvern. 
Emendat: 
XL. 1940.5; 
XVI. 1960.3; 
VI.1973.2; 
XIX.1985.14.
Pakketti u kollijiet 
żgħar ta’ oġġetti 
jistgħu jiġu 
ddepożitati 
f’maħżen tal-
gvern.
19. (1) Jekk l-importatur ta’ oġġetti ma jagħmilx fi żmien
wieħed u għoxrin ġurnata tax-xogħol minn dakinhar li jasal il-
bastiment li jġibhom, dikjarazzjoni sħiħa jew dikjarazzjoni b’polza
a vista ta’ dawn l-oġġetti, jew, jekk jagħmel din id-dikjarazzjoni
ma jiżbarkax dawn l-oġġetti fiż-żmien il-wieħed u għoxrin ġurnata
hawn fuq imsemmija, jew f’dak iż-żmien itwal li jiġi mogħti mill-
Kontrullur, kull uffiċjal tad-dwana jista’ jġorr dawn l-oġġetti
f’maħżen tal-gvern; u meta t-tagħbija ta’ bastiment, barra minn xi
biċċa żgħira minnha, tiġi maħtuta fi żmien dawk il-wieħed u
għoxrin ġurnata jew fiż-żmien imġedded, dak l-uffiċjal jista’
jiddepożita minnufih il-bqija ta’ l-oġġetti f’maħżen tal-gvern, u
jista’ wkoll, f’kull żmien wara li jasal dan il-bastiment, iġorr minn
fuqu u jiddepożita l-pakketti jew kollijiet żgħar ta’ oġġetti f’dak il-
maħżen, sabiex jinżammu hemm sakemm issir tagħhom
dikjarazzjoni regolari fiż-żmien li jkun baqa’ ta’ dawk il-wieħed u
għoxrin ġurnata jew taż-żmien imġedded, barra minn kif jingħad
iżjed ’il quddiem.
(2) Meta xi oġġetti jkunu ġew żbarkati iżda ma jkunux ġew
liberati minn xi moll, bankina, maħżen jew xi post ieħor ta’ żbark fi
żmien tliet xhur mid-data tal-wasla ta’ bastiment ta’ l-
importazzjoni, f’dak il-każ, minkejja kull disposizzjoni oħra tal-
liġi, dawk l-oġġetti għandhom jitqiesu, meta jgħaddi l-imsemmi
żmien, li jkunu depożitati f’depożt tal-gvern u mbagħad ikunu
jistgħu jitneħħew kif provdut fl-artikolu 20 ta’ din l-Ordinanza.
(3) Jekk l-importatur ta’ xi oġġetti depożitati f’maħżen
stabbilit bis-saħħa tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 27, barra minn maħżen stabbilit esklussivament għad-
depożitu ta’ oġġetti li jkunu proprjetà  ta’ persuna speċifikata, ma
jirtirahomx fi żmien ħmistax-il jum minn dak id-depożitu, kull
uffiċjal tad-dwana jista’ jneħħi dawk l-oġġetti u jġorrhom
f’maħżen tal-gvern bl-ispejjeż ta’ dak l-importatur.
(4) Jekk meta jgħaddi ż-żmien ta’ hmistax-il jum imsemmi fis-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, dawk l-oġġetti ma jkunux hekk
irtirati jew ma jiġux hekk depożitati, dawn għandhom, għall-fini
tal-ħlas tal-kera ta’ magazzinaġġ stabbilita b’regolamenti
magħmula taħt din l-Ordinanza, jitqiesu li ġew hekk depożitati
f’maħżen tal-gvern meta jgħaddi l-imsemmi żmien.
  14      KAP. 37. ħ           DWANA
Bejgħ ta’ oġġetti 
jekk ma jiġux 
sdazjati fi żmien 
tliet xhur. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XIX.1985.15.
20. (1) Jekk l-oġġetti hekk iddepożitati f’maħżen tal-gvern,
meta huma ta’ xorta li jitħassru, ma jiġux liberati minnufih, jew,
jekk ma jkunux ta’ xorta li jitħassru, ma jiġux liberati fi żmien tliet
xhur wara dak id-depożtu, jew f’dak iż-żmien itwal li jiġi mogħti
mill-Kontrullur u ma jiġux imħallsa l-ispejjeż tal-ġarr, tan-nol u
tal-magazzinaġġ, dawn l-oġġetti jistgħu jinbiegħu, u l-prezz li jġibu
għandu jmur għall-ħlas ta’ -
(a) kull spejjeż li jkunu saru dwar il-bejgħ;
(b) id-dazju li għandu jinġabar fuq dawk l-oġġetti bħala
mibjugħa li għandhom jidħlu għal użu jew konsum
lokali;
(ċ) kull kera għal magazzinaġġ li jkollu jitħallas lill-
Gvern;
(d) l-ispejjez għall-ġarr ta’ oġġetti fil-maħżen tal-gvern;
(e) id-drittijiet għal żbark u drittijiet oħra; u
(f) l-ispejjeż tan-nol.
Ħlas għall-partiti 
isir f’ordni ta’ 
preċedenza.
(2) Il-ħlas għall-partiti mniżzlin fil-paragrafi minn (a) sa (f)
tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jsir fl-istess ordni ta’
preċedenza kif hemm imniżżlin sabiex kull partita titħallas bi
preferenza għall-partita li taħbat minnufih warajha wkoll jekk il-
prezz li jġibu l-oġġetti ma jkunx biżżejjed għall-ħlas ta’ xi waħda
mill-partiti jew iktar.
(3) Meta, iżda, l-oġġetti ma jistgħux jinbiegħu għal somma li
tkun biżżejjed biex isiru l-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi (a),
(b), (ċ) u (d) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu l-proprjetà  ta’
dawk l-oġġetti tiġi vestita fil-Gvern għas-saldu ta’ dawk il-ħlasijiet
u dawk l-oġġetti jsir minnhom skond kif jordna l-Ministru
responsabbli għad-dawna.
(4) Il-bilanċ, jekk ikun hemm, wara li jsiru l-ħlasijiet dovuti
skond il-paragrafi minn (a) sa (f) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għandu jitħallas lis-sid ta’ l-oġġetti fuq applikazzjoni
tiegħu għal hekk.
In-nol għandu 
jitħallas qabel ma 
l-oġġetti jiġu 
kkunsinnati mid- 
depożt tal-gvern.
21. L-uffiċjal tad-dwana li jkollu l-kustodja ta’ oġġetti li jkunu
ġew taħt idejh bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, jista’ jirrifjuta l-
kunsinna tagħhom mill-maħżen tal-gvern jew minn kull lok ieħor
ta’ depożt, sakemm ma jiġix ippruvat b’sodisfazzjon tiegħu li n-nol
fuq dawk l-oġġetti ġie mħallas.
Oġġetti li jieħdu n-
nar, jaqbdu jew 
xort’ oħra 
oġġezzjonabbli ma 
jiġux iddepożitati 
fl-imħażen tal-
gvern. 
Emendat: 
XL. 1940.5; 
XVI.1960.3.
22. (1) Ebda oġġetti li jieħdu n-nar jew li jaqbdu, jew li fil-
fehma tal-Kontrullur huma xort’oħra oġġezzjonabbli, ma jistgħu
jiġu mdaħħla jew iddepożitati f’maħżen tal-gvern ħlief bil-permess
espress bil-miktub tal-Kontrullur.
 (2) Jekk dawn l-oġġetti jiġu żbarkati mill-uffiċjali tad-dwana
taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, huma jistgħu jiġu
ddepożitati f’kull lok ieħor disponibbli li dawk l-uffiċjali jkun
jidhrilhom li huwa tajjeb għaldaqshekk, u fiż-żmien li jkunu hekk
iddepożitati għandhom jitqiesu li huma f’maħżen tal-gvern, u
suġġetti li jingħamel minnhom, wara li jgħaddu erbatax-il ġurnata,
l-istess bħal fil-każ ta’ oġġetti ta’ xorta li jitħassru li jkunu fil-fatt
 DWANA ġ K AP. 37.   15
iddepożitati f’maħżen tal-gvern, jekk f’dak iż-żmien ma jiġux
regolarment liberati jew imqegħdin f’maħżen approvat; u dawn l-
oġġetti huma suġġetti għal dawk l-ispejjeż meħtieġa sabiex
jitqiegħdu fiż-żgur, jiġu kkustoditi u mgħassa, sakemm jiġu
mibjugħin, liberati jew imqegħdin f’maħżen, kif jingħad hawn fuq,
li l-Kontrullur jidhirlu xieraq li jistabbilixxi.
Oġġetti li juru 
sinjali ta’ tħassir. 
Miżjud: 
XIX.1985.16.
22A. (1) Meta xi oġġetti li jinġiebu jew jiġu depożitati
f’maħżen tal-gvern u wara juru sinjali ta’ tħassir, jew jistgħu fil-
fehma tal-Kontrullur jagħmlu ħsara lil oġġetti oħra jew lill-bini, il-
Kontrullur jista’ jordna li dawn jiġu rtirati minn hemm mal-ħlas
tad-dazju ta’ mportazzjoni u drittijiet li jkollhom jitħallsu, fiż-
żmien li jiġi stabbilit minnu, u jekk dawk l-oġġetti ma jiġux hekk
irtirati f’dak iż-żmien dawk l-oġġetti għandhom jiġu distrutti għas-
spejjez tas-sid tagħhom.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandhom japplikaw ukoll għal oġġetti li jkunu maħżuna
regolarment minkejja kull perijodu li jkun għadu ma għalaqx ta’
dak il-magazzinaġġ.
Jekk oġġetti 
jibqgħu abbord tal-
bastiment li 
iġibhom għal iżjed 
minn wieħed u 
għoxrin ġurnata, 
dan il-bastiment 
jista’ jiġi miżmum 
sakemm jitħallsu l-
ispejjeż. 
Emendat: 
XL. 1940.5; 
XVI. 1960.3.
23. (1) Meta oġġetti jibqgħu abbord tal-bastiment li ġiebhom
għal iżjed minn wieħed u għoxrin ġurnata wara li dan il-bastiment
jasal, jew għal iżjed miż-żmien imġedded mill-Kontrullur dan il-
bastiment jiġi miżmum mill-Kontrullur sakemm jitħallsu l-ispejjeż
kollha tal-kustodja jew għassa ta’ dawn l-oġġetti wara li jagħlaq iż-
żmien ta’ wieħed u għoxrin ġurnata jew żmien itwal jekk ikun ġie
mġedded, mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin ċenteżmu għal kull
ġurnata, kif ukoll l-ispejjeż tal-ġarr ta’ oġġetti, jew ta’ biċċa
minnhom, fl-imħażen tal-gvern, meta dan il-ġarr ikun sar mill-
uffiċjali.
(2) L-istess dritt għal kull ġurnata jiġi ntaxxat għal kull
bastiment abbandunat jew bastiment ieħor li jinġieb jew li jidħol
f’xi port f’Malta, taħt proċedimenti legali, jew għax mitfugħ mill-
maltemp jew biex jistkenn, meta hu meħtieġ li jitqiegħed għassa
uffiċjal tad-dwana sew abbord tal-bastiment jew xort’oħra,
b’kawtela tal-ħlas tad-drittijiet tad-dwana, saż-żmien kollu li l-
uffiċjal jibqa’ hekk għassa.
Il-ħatt, ġarr. eċċ., 
ta’ oġġetti 
għandhom isiru 
mill-importatur 
jew għas-spejjeż 
tiegħu.
24. Bla ħsara ta’ dak li xort’oħra jiddisponu liġijiet oħra, il-
ħatt, il-ġarr u l-iżbark ta’ oġġetti, u l-ġarr tagħhom għall-lok
iddestinat għall-eżami u l-użin, it-tqegħid tagħhom fil-miżien, il-
ftuħ, ħall, ippakkjar mill-ġdid, l-istivar, il-għażil, it-taqsim
f’lottijiet, il-markar u n-numrar ta’ l-oġġetti meta l-operazzjoni l-
waħda jew l-oħra tkun meħtieġa jew permessa, kif ukoll il-ġarr u t-
tqegħid tagħhom fil-lok fejn għandhom jiġu ddepożitati saż-żmien
tal-kunsinna, għandhom isiru mill-importatur jew għas-spejjeż
tiegħu.
Użin u kejl ta’ 
oġġetti. 
L-art. 19 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Sostitwit: 
XIII.1962.62.
25. L-użin u l-kejl ta’ oġġetti suġġetti għad-dazju sabiex
jinġabru d-dazji ta’ importazzjoni fuqhom jew ta’ oġġetti ħielsa
mid-dazju meta l-importatur hekk jeħtieġ qabel ma jieħodhom minn
xi tinda jew maħżen għandu jsir minn piżatur tad-dwana, għas-
spejjeż ta’ l-importatur, taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjal tad-dwana.
  16      KAP. 37. ħ           DWANA
Piena. 
L-art. 20 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Emendat: 
XIII.1979.14; 
XIX.1985.17.
26. Jekk il-piżatur jew kejjiel bil-liċenza, jew kull wieħed
ieħor impjegat mill-Gvern biex jiżen jew ikejjel dawk l-oġġetti, jew
biex jissorvelja l-użin jew kejl tagħhom, jiffroda jew jittanta
jiffroda lill-Gvern minn xi biċċa mid-dazju ta’ importazzjoni li
jkun imissu jitħallas fuq dawk l-oġġetti, dan il-piżatur jew kejjiel,
jew wieħed ieħor, jitlef il-liċenza jew l-impieg tiegħu, u jeħel multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira; u jekk
hu jiffroda jew jittanta li jiffroda, billi jkun imġiegħel mill-
importatur, dawk l-oġġetti jiġu kkonfiskati.
Approvazzjoni jew 
destinazzjoni ta’ 
mħażen ta’ depożt. 
Emendat: 
VII. 1911.1,2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIX.1985.18.
27. (1) Apparti kull liġi oħra, il-Ministru responsabbli għad-
dwana jista’ japprova jew jiddestina mħażen jew postijiet ta’
kustodja f’Malta, għad-depożtu ta’ oġġetti suġġetti għal dazju,
mingħajr il-ħlas tad-dazju fiż-żmien ta’ l-ewwel dikjarazzjoni
tagħhom; u jista’ jistabbilixxi liema garanżiji u f’liema ammont
jistgħu jintalbu għal kull maħżen hekk approvat jew iddestinat kif
jingħad hawn fuq, jew għall-oġġetti li jiġu fih iddepożitati jew
għall-kawtela tad-dazju li għandu jitħallas fuqhom; u liema xorta
ta’ oġġetti, u taħt liema kondizzjonijiet dawn l-oġġetti jistgħu jiġu
hemm iddepożitati, u jista’ jħassar id-destinazzjoni ta’ kull maħżen
bħal dan.
(2) Meta xi oġġetti jkunu ġew depożitati f’xi post approvat jew
stabbilit kif intqal qabel iżda ma jiġux murija fuq it-talba ta’
uffiċjal tad-dwana, allura, il-persuna li jkollha l-kustodja ta’ l-
oġġetti teħel, minbarra l-ħlas tal-kera ta’ magazzinaġġ u drittijiet
oħra, jekk ikun hemm, dwar dawk l-oġġetti u kull piena oħra li
tista’ teħel taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi
liġi oħra, il-ħlas ta’ dazju ta’ importazzjoni li jkollu jitħallas fuq
dawk l-oġġetti.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu kull kera ta’
magazzinaġġ li jkollha titħallas tinħadem sad-data ta’ dik it-talba.
(3) Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’ wkoll, fil-każ
ta’ oġġetti ddepożitati kif jingħad hawn fuq fl-imħażen tal-gvern,
jiffissa u jbiddel, b’regolamenti taħt din l-Ordinanza, ir-rati ta’
drittijiet ta’ magazzinaġġ li għandhom jitħallsu, kif ukoll, fil-każ
ta’ oġġetti mitlufa jew distrutti fil-maħżen b’aċċident li ma setax
jinħarab, jew ta’ oġġetti li jiġu ddepożitati akkont ta’ dipartiment
pubbliku, jista’ jaħfer id-dritt ta’ magazzinaġġ li jkollu jitħallas jew
jagħtih lura jekk ikun ġa tħallas.
(4) Is-setgħa li għandu l-Ministru responsabbli għad-dwana,
taħt is-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu tista’, bl-istess mod,
tiġi eżerċitata dwar oġġetti mportati mhux suġġetti għal dazju, sa
fejn dawn id-disposizzjonijiet jistgħu jgħoddu għalihom.
L-uffiċjal inkarigat 
tad-dwana għandu 
jieħu nota ta’ l-
oġġetti li 
għandhom jidħlu 
fid-depożt. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XIII.1979.15.
28. (1) Mad-dikjarazzjoni u l-iżbark ta’ oġġetti suġġetti għal
dazju li għandhom jidħlu fid-depożt, jew f’dak iż-żmien mogħti
mill-Kontrullur dwar l-oġġetti kollha jew biċċa minnhom, l-uffiċjal
inkarigat tad-dwana għandu, qabel ma dawn l-oġġetti jiġu mdaħħla
fid-depożt, jieħu nota tagħhom, u għandu jirreġistra fi ktieb
miżmum għaldaqshekk, l-isem tal-bastiment li ġiebhom u tal-
persuna li f’isimha ġew iddikjarati, il-marki, in-numri u
deskrizzjoni ġenerali tagħhom, u l-maħżen jew il-parti tal-maħżen
li fiha għandhom jiġu ddepożitati:
 DWANA ġ K AP. 37.   17
Iżda, fil-każ ta’ oġġetti ddikjarati biex jiġu mqiegħda fid-
depożt għall-esportazzjoni jew għat-trasbord biss, għandha
tittieħed nota biss tan-numru u deskrizzjoni tal-kollijiet u tal-marki
ta’ l-oġġetti ddikjarati li għandhom jidħlu d-depożt għall-
esportazzjoni jew trasbord biss, kemm-il darba l-Kontrullur ma
jordnax li jsir eżami sħiħ; u meta dawn l-oġġetti jiġu hekk
iddepożitati bl-awtorizzazzjoni ta’ dan l-uffiċjal, hu għandu
jiċċertifika illi d-dikjarazzjoni u l-magazzinaġġ ta’ dawn l-oġġetti
saru għal kollox, u minn dan iż-żmien jitqiesu bħala oġġetti
ddepożitati regolarment.
(2) Jekk dawn l-oġġetti jiġu kkunsinnati, jew ma jiġux
ippreżentati jew jinġarru mill-lok iddestinat għall-eżami qabel ma
jiġu eżaminati u ċċertifikati mill-uffiċjal fuq imsemmi, dawn l-
oġġetti jitqiesu bħala li ma ġewx iddikjarati jew iddepożitati
regolarment u għandhom jiġu kkonfiskati.
Il-Kontrullur jista’ 
jaħfer id-dazju fuq 
oġġetti ddepożitati 
li jintilfu jew jiġu 
distrutti. 
Emendat: 
XVI.1960.3.
29. Jekk oġġetti ddepożitati jew iddikjarati biex jiġu mdaħħla
fid-depożt, jew biex jiġu maħruġa minnu, jintilfu jew jiġu distrutti
b’aċċident li ma setax jinħarab, jew abbord tal-bastiment, jew meta
jkunu jinġarru, jew fl-iżbark, jew meta jiġu rċevuti fil-maħżen, jew
meta jkunu fil-maħżen, il-Kontrullur jista’ jaħfer id-dazju li jmiss
jitħallas fuqhom jew jagħtih lura, jekk ikun ġa tħallas.
TAQSIMA IV
TQEGĦID FID-DEPOŻT TA’ ARMI, MUNIZZJONIJIET, SUSTANZI 
ESPLOŻIVI, EĊĊ.
Importazzjoni u 
esportazzjoni ta’ 
armi, munizzjon 
jew strumenti oħra 
tal-gwerra. 
L-art. 30 ta’ l-Ord. 
VI. ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
30. (1) L-armi, il-munizzjon jew strumenti oħra tal-gwerra, li
ma jkunux meħtieġa għall-Forzi Armati ta’ Malta, u li jiġu mportati
f’Malta, għandhom jitqiegħdu fid-depożt malli jaslu; u ma
jingħatawx minn hemm (għall-esportazzjoni jew għall-użu f’Malta)
mingħajr permess tal- Ministru responsabbli għad-dwana.
Piena.
jinġiebu minn barra jew li wieħed jittenta jġib kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għandhom jiġu kkonfiskati.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għad-
dwana.
(3) Iżda, il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’
jipprojbixxi jew jirregola l-importazzjoni f’Malta, jew l-
esportazzjoni minnha, ta’ armi, munizzjon jew strumenti oħra tal-
gwerra, li ma jkunux meħtieġa għall-Forzi Armati ta’ Malta.
  18      KAP. 37. ħ           DWANA
Id-disposizzjonijiet 
dwar armi, 
munizzjon, eċċ., 
jistgħu jgħoddu 
wkoll għal sustanzi 
esplożivi. L-art. 1 
ta’ l-Ord. IV ta’ l-
1885, inkorporat. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
31. Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’ jordna,
b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, li d-disposizzjonijiet ta’ l-
aħħar artikolu qabel dan, ikunu jgħoddu wkoll għal sustanzi
esplożivi li, fil-fehma tal-Ministru responsabbli għad-dwana, ikunu
ta’ xorta hekk perikoluża li jagħmlu meħtieġ dak l-ordni għas-
sigurezza pubblika.*
Konfiska ta’ 
sustanzi esplożivi 
mhux iddikjarati 
kif imiss. 
L-art. 2 ta’ l-Ord. 
IV ta’ l-1885, 
inkorporat. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
32. (1) Meta f’koll ta’ merkanzija żbarkat minn bastiment li
jasal f’Malta minn post ’il hemm minn l-ibħra, jinsabu sustanzi
esplożivi, li dwarhom il-Ministru responsabbli għad-dwana ikun
eżerċita s-setgħat mogħtijin lilu taħt l-aħħar artikolu qabel dan, u li
l-eżistenza tagħhom f’dak il-koll ma tkunx ġiet espressament
iddikjarata fir-rapport imsemmi fl-artikolu 6 ta’ din l-Ordinanza
dawk is-sustanzi flimkien ma’ l-oġġetti l-oħra li jkunu jinsabu fil-
koll jew li jagħmlu parti minnu, għandhom jiġu kkonfiskati, ukoll
kemm-il darba dik id-dikjarazzjoni ma tkunx saret minħabba li l-
kaptan, fiż-żmien tal-preżentazzjoni ta’ dak ir-rapport, ma kienx jaf
bl-eżistenza ta’ dawk is-sustanzi esplożivi f’dak il-koll.
(2) Din il-konfiska ssir ipso jure, mingħajr il-ħtieġa ta’
proċeduri ġudizzjarji.
Il-konfiska ma 
teħlisx lill-kaptan 
mill-ħlas tal-multa. 
L-art. 3 ta’ l-Ord. 
IV ta’ l-1885, 
inkorporat.
33. Il-konfiska li ssir taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar
artikolu qabel dan, ma teħlisx lill-kaptan mill-ħlas tal-multa
msemmija fl-artikolu 6 ta’ din l-Ordinanza, meta hemm lok għaliha
skond id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu.
TAQSIMA V
OPERAZZJONIJIET FUQ OĠĠETTI FID-DEPOŻT U KIF WIEĦED 
JISTA’ JAGĦMEL MINNHOM
L-oġġetti fid-
depożt jistgħu jiġu 
magħżula, 
ippakkjati mill-
ġdid, eċċ. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
VI.1961.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
L-inbejjed u l-
ispirti jistgħu jiġu 
ibbottiljati u 
jistgħu jittieħdu 
kampjuni 
minnhom.
34. (1) Bil-permess tal-Kontrullur u wara avviż mogħti mill-
importaturi jew sidien rispettivi, f’dawk iż-żminijiet u taħt dawk ir-
regolamenti li, minn żmien għal ieħor, jiġu magħmula mill-
Ministru responsabbli għad-dwana bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza,
jista’ jsir, fid-depożti tal-gvern jew privati, stivar, għażil, firda,
taqsim f’lottijiet jew ippakkjar mill-ġdid ta’ oġġetti hemm
iddepożitati, u jista’ jsir hemm dak it-tibdil li jkun meħtieġ sabiex
jinżammu fi stat tajjeb, jinbiegħu, jiġu mbarkati, jew biex wieħed
jiddisponi minnhom; u jistgħu wkoll jittieħdu nbejjed jew spirti
f’kull xorta ta’ fliexken tad-daqs li jidhirlu l-Kontrullur għall-
konsum f’Malta jew għall-esportazzjoni; kif ukoll jista’ jsir mili ta’
nbid jew ta’ spirti fi btieti minn btieti oħra ta’ nbid jew ta’ spirti illi
jkunu miżmuma fl-istess maħżen; u jistgħu wkoll jittieħdu dawk il-
kampjuni ta’ oġġetti illi jippermetti l-Kontrullur bid-dikjarazzjoni
jew mingħajrha, u bil-ħlas jew mingħajr ħlas tad-dazju, iżda
għandu dejjem jitħallas id-dazju fuq in-nuqqas li jinsab fil-kwantità
kif tkun ġiet iddepożitata fil-bidu; u d-dazju fuq il-kwantità  li
tibqa’, jekk ikun hemm, wara dawk l-operazzjonijiet dwar l-oġġetti
li jkunu ġew meħlusa għall-konsum f’Malta, għandu jitħallas
*Ara l-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kapitolu 33).
 DWANA ġ K AP. 37.   19
minnufih, u l-kwantità  li tibqa’ għandha tiġi wara dan meħlusa
għall-konsum f’Malta.
Wara l-ippakkjar 
mill-ġdid l-oġġetti 
li jiġrilhom ħsara 
jistgħu jiġu 
distrutti.
(2) Wara li l-oġġetti jkunu ġew hekk mifruda jew ippakkjati
mill-ġdid, il-Kontrullur jista’, fuq talba ta’ l-importatur jew tas-sid
ta’ dawk l-oġġetti, jordna jew jippermetti li l-iskart, l-oġġetti bil-
ħsara, jew iż-żejjed li jkun hemm minħabba dik il-firda jew
ippakkjar mill-ġdid, jew fuq talba bħal dik, l-oġġetti li ma jkunux
jiswew id-dazju, jiġu distrutti, u jista’ jaħfer id-dazju li jmiss
jitħallas fuqhom.
Fabbrikażzjoni, 
proċessar jew 
immuntar ta’ 
oġġetti f’imħażen 
ta’ depożt.
(3) Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’, salv li tingħata
dik is-sigurtà  u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jista’ b’ordni
jippreskrivi, jippermetti l-fabbrikazzjoni, il-proċessar jew l-
immuntar ta’ kull oġġetti f’kull depożt jew post ta’ kustodja
approvat jew iddestinat skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 27. 
L-oġġetti 
għandhom jiġu 
lliberati jew 
imdaħħla mill-ġdid 
fid-depożt wara 
sena. Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXIX.1965.4; 
XXXlV.1971.3; 
XIX.l985.19.
35. (1) L-oġġetti kollha dazjabbli depożitati f’xi mħażen tal-
gvern jew f’imħażen oħra għandhom jiġu lliberati, jew għall-
konsum f’Malta jew għall-esportazzjoni, wara sena minn dak in-
nhar li jkunu ġew imdaħħla fid-depożt, jekk is-sid ta’ dawk l-
oġġetti ma jkunx irid jerġa’ jdaħħalhom mill-ġdid fid-depożt; f’dan
il-każ l-oġġetti għandhom jiġu eżaminati mill-uffiċjal inkarigat u,
wara li tiġi aċċettata l-kwantità  tagħhom, jinfetaħ kont ġdid dwar
dawk l-oġġetti u jingħalaq il-kont il-qadim:
Iżda meta l-oġġetti jkunu depożitati f’maħżen tal-gvern, id-
dħul mill-ġdid fid-depożt jista’ jsir biss wara li jkun ġa tħallas il-
magazzinaġġ dovut u wara li jingħata permess mill-Kontrullur tad-
Dwana:
Iżda wkoll jekk sid l-oġġetti jkun irid jerġa’ jdaħħalhom
mill-ġdid fid-depożt skond in-nota li tkun ittieħdet fl-iżbark
tagħhom, mingħajr eżami mill-ġdid, dan l-eżami jista’ jiġi evitat
jekk il-Kontrullur tad-Dwana jkun sodisfatt illi l-oġġetti jkunu
għadhom fid-depożt, illi l-kollijiet huma sħaħ, u li ma hemm ebda
raġuni biex wieħed jissospetta li kien hemm xi nuqqas mhux
xieraq.
L-oġġetti f’depożt 
li ma jiġux liberati 
jew imdaħħla mill-
ġdid fid-depożt 
jiġu mibjugħa wara 
sena. 
’għandu jsir bil-
prezz tal-bejgħ.
(2) Jekk l-oġġetti hekk iddepożitati f’maħżen tal-gvern ma
jiġux regolarment liberati, esportati jew imdaħħlin mill-ġdid fid-
depożt wara sena mid-dikjarazzjoni u d-dħul tagħhom ta’ qabel fid-
depożt, jew f’dak iż-żmien itwal li jiġi mogħti mill-Kontrullur,
dawn l-oġġetti, jekk ikunu jiswew biżżejjed għall-ħlas tad-dazju,
wara xahar minn avviż li jiġi mogħti lis-sid, jekk ikun magħruf li
jkun joqgħod f’Malta, jew, lil min jidher għalih, jekk ikun hemm,
jew li jiġi maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern u f’gazzetta oħra jew
iżjed, b’indikazzjoni tal-marki, tan-numri, ta’ l-isem tal-bastiment
li ġiebhom u ta’ l-importatur, jekk ikun magħruf, għandhom jiġu
mibjugħa bl-irkant jew b’kull mod ieħor kif il-Ministru
responsabbli għad-dwana jista’ jordna, iżda, jekk il-bejgħ isir bl-
irkant, l-irkantatur għandu, f’kull każ partikolari, jiġi nominat mill-
imsemmi Ministru, u l-prezz li jġibu mill-bejgħ għandu jmur għall-
ħlas tad-dazju, tad-drittijiet ta’ magazzinaġġ, u ta’ drittijiet oħra, u
l-bqija, jekk tifdal, għandha tiġi mħallsa lil sid dawk l-oġġetti, jekk
ikun magħruf; u jekk dan is-sid ma jkunx jista’ jinsab, il-bqija
għandha tgħaddi fil-kont tal-Gvern, biex tiġi mħallsa lis-sid fil-każ
  20      KAP. 37. ħ           DWANA
li dan jidher biex jitlobha u jipprova l-jedd tiegħu għaliha, kemm-il
darba din it-talba ssir fi żmien sena mill-bejgħ.
Oġġetti li ma 
jiswewx id-dazju 
isir minnhom kif 
jordna l-Ministru 
responsabbli għad-
dwana.
 (3) Jekk dawn l-oġġetti ma jkunux jiswew id-dazju, dawn
għandhom, wara xahar mill-avviż hawn fuq imsemmi, isir
minnhom kif jiġi ordnat mill-Ministru responsabbli għad-dwana.
TAQSIMA VI
TRASFERIMENT TA’ OĠĠETTI FID-DEPOŻT
Bejgħ jew rahan ta’ 
oġġetti fid-depożt. 
L-art. 36 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Emendat: 
XVI.1960.3.
36. (1) Il-bejgħ jew ir-rahan ta’ oġġetti fid-depożt, mill-
persuna jew persuni li f’isimhom dawk l-oġġetti jkunu mniżzla fil-
Ktieb tad-Dwana li hemm għaldaqshekk, għandu l-istess effett li
kien ikollu taħt il-liġijiet li qegħdin iseħħu kieku l-bejjiegħ jew dak
li jagħti b’rahan, wara l-bejgħ jew ir-rahan, għamel il-kunsinna ta’
l-oġġetti lix-xerrej jew lil dak li jieħu b’rahan: basta li l-bejgħ jew
ir-rahan jiġu mniżżlin mill-Kontrullur minnufih wara li jsiru, u
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
Ktieb sabiex 
jitniżżlu fih dan il-
bejgħ jew rahan.
(2) Il-Kontrullur għandu jżomm ktieb biex iniżżel fih dan il-
bejgħ jew rahan; għandu jniżżel fih minnufih kull bejgħ jew rahan
bħal dan, fuq talba, bil-miktub, tal-bejjiegħ u tax-xerrej, jew fuq
talba bħalha ta’ min jagħti jew ta’ min jieħu b’rahan; u huwa
għandu jippreżenta dan il-ktieb, meta ssir talba kif imiss għall-
preżentazzjoni tiegħu.
Dak li jitniżżel fil-
ktieb hu prova 
deċiżiva tal-bejgħ 
jew rahan.
(3) Dak li jitniżżel fil-ktieb jitqies bħala prova deċiżiva tal-fatt
tal-bejgħ jew rahan, f’kull proċedura ġudizzjarja dwarhom.
Ħruġ ta’ ċedoli tad-
dwana. 
L-art. 1 ta’ l-Ord. 
III ta’ l-1850, 
inkorporat. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XIX. 1985.20.
37. Fuq talba ta’ l-importatur ta’ oġġetti mqegħdin fid-depożt
u li huma suġġetti għal dazju, il-Kontrullur, wara li jgħaddu erbgħa
u għoxrin siegħa minn dakinhar li dawk l-oġġetti kollha jkunu
tqiegħdu fid-depożt, u kemm-il darba ma jkunux maqbuda skond il-
liġi b’mandat ta’ sekwestru, għandu joħroġ u jagħti lil dak l-
importatur, ċedola tad-dwana jew f’dik il-formula jew formuli li l-
Ministru responsabbli għad-dwana jista’ b’regolamenti
jippreskrivi, li tiddikjara d-depożtu li sar ta’ dawk l-oġġetti, u l-
kwantità  u x-xorta tagħhom bħal ma jkunu mfissra fil-Ktieb tad-
Dwana.
Ħruġ ta’ iżjed minn 
ċedola waħda. 
L-art. 2 ta’ l-Ord. 
III ta’ l-1850, 
inkorporat. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
38. L-importatur jista’, kif jagħżel huwa, jieħu mingħand il-
Kontrullur, jew ċedola waħda għall-kwantità  kollha ta’ l-oġġetti
fid-depożt, jew ċedola għal kull porzjoni ta’ dawk l-oġġetti: basta
li, f’dan l-aħħar każ, kull porzjoni tkun imqiegħda f’lok għalih, jew
tkun minnha nfisha iddivrenzjata mill-oħrajn: basta wkoll li dawn
il-porzjonijiet ma jkunux fi kwantità  iżgħar mill-anqas kwantità  li
l-Ministru responsabbli għad-dwana jistabbilixxi b’regolamenti li
jiġu mwaħħla fid-Dwana sabiex ikunu magħrufa minn kulħadd.
 DWANA ġ K AP. 37.   21
Iċ-ċedola 
tirrappreżenta l-
oġġetti. 
L-art. 3 ta’ l-Ord. 
III ta’ l-1850, 
inkorporat.
39. Iċ-ċedola tad-dwana tirrappreżenta l-oġġetti msemmija
fiha, u l-kunsinna ta’ din iċ-ċedola, iffirmata mill-importatur,
għandha l-istess effetti mogħtijin mil-liġi għall-kunsinna bil-fatt ta’
dawk l-oġġetti.
Kunsinna ta’ l-
oġġetti. 
L-art. 4 ta’ l-Ord. 
III ta’ l-1850, 
inkorporat. 
Emendat: 
XVI.1960.3.
40. (1) Il-Kontrullur għandu jikkunsinna l-oġġetti lill-
importatur jew lill-persuna li tippreżentalu ċ-ċedola oriġinali tad-
dwana dwar dawk l-oġġetti, iffirmata mill-importatur fuq imsemmi;
u l-Kontrullur jiġi b’hekk meħlus minn kull responsabbilità  oħra
lejn kull persuna oħra dwar dawk l-oġġetti, kemm-il darba dawn l-
oġġetti, qabel il-kunsinna, ma jkunux ġew issekwestrati skond il-
liġi, b’mandat ta’ sekwestru kontra l-persuna li tippreżenta dik iċ-
ċedola tad-dwana.
(2) Fil-każ li tiġi kkunsinnata biċċa mill-merkanzija msemmija
fiċ-ċedola tad-dwana, kif jingħad fl-artikolu 38, il-Kontrullur
għandu jniżżel fuq id-dahar taċ-ċedola l-kwantità  kkunsinnata, li
tkun taqbel mal-kwantità  mniżżla fil-kotba tad-dwana, u jagħti lura
dik iċ-ċedola lill-persuna li tkun ippreżentatha.
Dubju dwar il-
verità  tal-firma. 
L-art. 5 ta’ l-Ord. 
III ta’ l-1850, 
inkorporat. 
Emendat: 
XVI.1960.3.
41. (1) Jekk jinqala’ dubju dwar il-verità  tal-firma ta’ l-
importatur imsemmi fiċ-ċedola, il-Kontrullur m’għandux
jikkunsinna l-oġġetti qabel ma dik il-firma tiġi vverifikata.
(2) Jekk, minħabba l-mewt, l-assenza jew inkapaċità  oħra ta’ l-
importatur, il-firma tiegħu ma tkunx tista’ tiġi vverifikata minnu
nnifsu, il-Kontrullur m’għandux jikkunsinna l-oġġetti ħlief wara li
dik il-firma tiġi magħrufa minn tnejn min-nies, li huwa jkun
jidhirlu li huma nies ta’ fiduċja; u f’dan il-każ, la d-dipartiment
tad-dwana u lanqas ebda wieħed mill-uffiċjali tiegħu ma jwieġbu
għal żbalji li setgħu jittieħdu dwar dik il-firma.
TAQSIMA VII
DIKJARAZZJONI TA’ OĠĠETTI FID-DEPOŻT GĦALL-KONSUM U 
TA’ OĠĠETTI GĦALL-ESPORTAZZJONI
Dikjarazzjoni 
għall-esportazzjoni 
jew għall-konsum 
ta’ oġġetti li jħallsu 
dazju. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
42. Ma jistgħux jiġu meħuda jew maħruġa oġġetti ddepożitati
suġġetti għal dazju minn imħażen tal-gvern jew imħażen oħra, ħlief
wara dikjarazzjoni għall-esportazzjoni tagħhom, u taħt is-
sorveljanza ta’ l-uffiċjali inkarigati, jew wara dikjarazzjoni għad-
dħul tagħhom għall-konsum f’Malta u wara li jitħallas fuqhom id-
dazju kollu li jmiss, barra minn meta dawn l-oġġetti jkunu ġew
maħruġa regolarment biex jiġu mgħobbija bħala proviżjonijiet ta’
abbord, fil-kwantitajiet permessi mill-Kontrullur, u taħt dawk ir-
regolamenti li jiġu, minn żmien għal ieħor, magħmula mill-
Ministru responsabbli għad-dwana bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza.
  22      KAP. 37. ħ           DWANA
Kull min irid 
jillibera oġġetti 
mid-depożt għandu 
jagħmel 
dikjarazzjoni 
tagħhom u jħallas 
id-dazju. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
Id-dazju għandu 
jitħallas skond il-
kont magħmul fl-
iżbark, barra minn 
f’xi każijiet. 
Id-dazju fuq xi 
oġġetti jiġi 
ikkalkolat fuq il-
kwantità  li tkun 
sejra tiġi 
kkunsinnata, 
kemm-il darba n-
nuqqas ma jkunx 
sar b’mezzi mhux 
sewwa.
43. Meta ssir dikjarazzjoni sabiex oġġetti jiġu liberati minn
maħżen ta’ depożt għall-konsum f’Malta, il-persuna li tagħmel din
id-dikjarazzjoni għandha tagħti lill-Kontrullur il-polza tad-
dikjarazzjoni tagħhom u duplikati ta’ din il-polza, bl-istess mod u
għamla, u bl-istess partikolaritajiet kif meħtieġa fid-
disposizzjonijiet ta’ qabel għad-dikjarazzjoni ta’ oġġetti li jiġu
ikkunsinnati għall-konsum f’Malta fiż-żmien ta’ l-iżbark tagħhom,
sa fejn dawk id-disposizzjonijiet jistgħu jgħoddu; u għandha, fl-
istess ħin, tħallas id-dazju kollu li jmiss fuqhom, illi fl-ammont
tiegħu m’għandux ikun anqas mid-dazju kkalkolat fuq il-
kwantitajiet innotati mill-uffiċjal inkarigat fiż-żmien ta’ l-ewwel
dikjarazzjoni u żbark ta’ dawk l-oġġetti, barra mill-oġġetti ta’ hawn
taħt, jiġifieri: tabakk mhux maħdum, inbid, spirti, ħall, birra u żejt
fil-btieti, u oġġetti oħra li jiġu, minn żmien għal ieħor, imsemmija
mill-Ministru responsabbli għad-dwana, illi d-dazju fuqhom, meta
jiġu liberati mid-depożt għall-konsum f’Malta għandu jiġi
ikkalkolat fuq il-kwantità  ta’ dawn l-oġġetti, skond l-użin, il-kejl
jew il-prova ta’ saħħa, fiż-żmien li fil-fatt jiġu maħruġa, kemm-il
darba ma jkunx hemm raġuni biex wieħed jaħseb li xi biċċa min-
nuqqas jew mid-differenza bejn l-użin, il-kejl jew is-saħħa li ġew
misjuba fiż-żmien ta’ l-iżbark u ta’ l-ewwel eżami ta’ l-oġġetti
msemmijin l-aħħar u n-nuqqas jew id-differenza li ġew misjuba fiż-
żmien li fil-fatt ġew ikkunsinnati, ġiet ikkaġunata b’mezzi kontra l-
liġi jew mhux sewwa; f’dan il-każ, il-Kontrullur għandu jagħti
abbon biss għat-telf li jidhirlu li seta’ jiġri bis-sewwa minħabba
evaporazzjoni naturali jew xi ħaġa oħra leġittima; u fuq kull nuqqas
li jiskorri dak l-abbon għandu jitħallas id-dazju.
L-oġġetti ma 
jistgħux jiġu 
imbarkati ħlief fil-
ġranet u postijiet 
stabbiliti jew qabel 
ma jiġu iddikjarati 
u lliberati. 
Emendat: 
XVI. 1960.3; 
XI.1974.5; 
XIII.1979.16.
44. (1) L-oġġetti li huma fid-depożt u dawk li huma intitolati
għall-ħlas lura tad-dazju fil-każ ta’ esportazzjoni, ma jistgħux jiġu
mbarkati, meħudin minn fuq l-art jew imġarrin bil-baħar sabiex
jiġu mgħobbija għall-esportazzjoni, fis-Sibtijiet, fil-Ħdud jew
vakanza pubblika, jew, fil-każ ta’ ġranet oħra, qabel is-sebgħa ta’
filgħodu jew wara l-ħamsa ta’ wara nofsinhar, ħlief bil-permess
speċjali bil-miktub tal-Kontrullur, lanqas ma jistgħu jiġu imbarkati,
meħudin fuq l-art jew imġarrin minn lok ħlief minn moll jew lok
ieħor li jkun qiegħed regolarment għaldaqshekk, jew mingħajr il-
preżenza jew l-awtorizzazzjoni ta’ uffiċjal tad-dwana, u lanqas
qabel ma ssir id-dikjarazzjoni meħtieġa ta’ dawn l-oġġetti, jew
qabel ma dawn l-oġġetti jiġu liberati regolarment sabiex jiġu
imbarkati.
Konfiska ta’ 
oġġetti imbarkati 
għall-esportazzjoni 
mingħajr l-
awtorizzazzjoni 
tal-Kontrullur.
(2) Jekk dawn l-oġġetti jiġu imbarkati, meħudin minn fuq l-art
jew imġarrin bil-baħar, ħlief bl-awtorizzazzjoni tal-Kontrullur u
taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjal tad-dwana, u b’dak il-mod, f’dak iż-
żmien u minn dawk it-triqat jew naħiet li dak l-uffiċjal jippermetti
jew jordna, għandhom jiġu kkonfiskati.
(3) Jekk dawn l-oġġetti jiġu mwarba kontra l-liġi jew meħuda
minn fuq vettura, dgħajsa, puntun, moll jew lok ieħor qabel ma jiġu
mbarkati abbord tal-bastiment li fuqu għandhom jiġu esportati, jew
minn fuq bastiment jew vettura, li fuqhom dawk l-oġġetti jkunu
ġew imbarkati jew imgħobbija, il-penali stabbilita fil-garanzija
dwar dawk l-oġġetti tintilef, u jistgħu jittieħdu minnufih proċeduri
għall-akkwist ta’ dik il-penali, għalkemm iż-żmien imsemmi f’dik
il-garanzija għall-iżbark ta’ dawk l-oġġetti fil-lok tad-destinazzjoni
 DWANA ġ K AP. 37.   23
jkun għad ma għalaqx.
Garanzija għall-
esportazzjoni ta’ 
oġġetti.
Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
VI.1973.3.
45. Qabel ma jingħata permess għall-esportazzjoni ta’ oġġetti
fid-depożt suġġetti għal dazju, jew ta’ oġġetti intitolati għall-ħlas
lura tad-dazju minħabba esportazzjoni, jew ta’ oġġetti li jistgħu
jiġu esportati biss taħt regoli, regolamenti, jew limitazzjonijiet
speċjali, l-esportatur jew min jidher għalih għandu jagħti lill-
Kontrullur polza ta’ l-imbark, u jobbliga ruħu bil-garanziji li jitlob
il-Kontrullur, f’ammont mhux iżjed minn darbtejn id-dazju li jmiss
jitħallas fuq dawk l-oġġetti, li għandu jimbarka, u jesporta u, jekk
il-Kontrullur hekk jitlob, li jiżbarka dawn l-oġġetti fil-lok li għalih
tkun saret id-dikjarazzjoni tad-destinazzjoni, f’dak iż-żmien li l-
Kontrullur jidhirlu li hu sewwa, jew li jiġi xort’oħra mogħti kont
tagħhom b’sodisfazzjon tiegħu; u din il-polza ta’ mbark, meta
ċċertifikata mill-uffiċjali inkarigati tad-dwana, tkun id-
dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni ta’ l-oġġetti msemmijin fiha:
Obbligazzjoni 
ġenerali.
Avviż li għandu 
jingħata kull darba.
Iżda, kull min ikun irid jesporta oġġetti bħal dawn, jista’,
kif jagħżel huwa, iżda bla ħsara tar-regolamenti li jiġu magħmula
mill-Ministru responsabbli għad-dwana bis-saħħa ta’ din l-
Ordinanza, jagħmel obbligazzjoni ġenerali, b’dik il-garanzija,
f’dak l-ammont u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jitlob il-
Kontrullur, minflok obbligazzjoni separata għal kull esportazzjoni,
billi kull darba, qabel jagħti lill-uffiċjal inkarigat avviż f’dik il-
forma li jistabbilixxi l-Kontrullur, illi fih għandu jkun hemm
imniżżla l-oġġetti partikolari li huwa jkun irid jesporta bis-saħħa
ta’ dik l-obbligazzjoni ġenerali ma’ bastiment partikolari.
Dikjarazzjoni 
għall-esportazzjoni 
ta’ oġġetti. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII.1979.17; 
XIX.1985.21.
46. (1) L-esportatur ta’ oġġetti li għalihom ma tkun meħtieġa
ebda obbligazzjoni, għandu, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-
ispedizzjoni finali tal-bastiment li fuqu jiġu esportati l-oġġetti, jew
huwa nnifsu jew bil-mezz ta’ l-aġent tiegħu, jagħti lill-Kontrullur
polza ta’ dikjarazzjoni f’dik il-formula jew f’dawk il-formuli kif il-
Ministru responsabbli għad-dwana jista’ b’regolamenti
jippreskrivi, u li jkun fihom id-diversi partikolaritajiet murija f’dik
il-formula jew f’dawk il-formuli, jew bihom meħtieġa, u għandu
jiffirma dik il-polza ta’ dikjarazzjoni, u fuq talba tal-Kontrullur
għandu jġib il-fattura, il-poloz tal-kargu u kull dokument ieħor
dwar l-oġġetti biex jipprova li l-polza ta’ dikjarazzjoni hija sewwa;
u, jekk jonqos li jħares xi waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq,
l-esportatur jew l-aġent tiegħu jeħel għal kull reat multa ta’ mhux
inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira; u jekk xi waħda
mill-partikolaritajiet li tkun tinsab f’xi polza bħal dik ma tkunx
sewwa l-persuna li tiffirma l-polza tista’ teħel multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, meta bastiment jidħol
f’Malta biex jieħu faħam bi u għal matul il-vjaġġ, kull min igħabbi
dak il-faħam jitqies bħala li huwa l-esportatur ta’ dak il-faħam. 
L-uffiċjal inkarigat 
għandu jiġi 
mgħarraf bl-oġġetti 
mhux esportati. 
Emendat: 
XIII.1979.18; 
XIX.1985.22.
47. Jekk esportatur ta’ oġġetti, illi jkun ikkunsinna polza ta’
mbark għall-esportazzjoni tagħhom fuq bastiment, jonqos, fil-każ li
dawn l-oġġetti jew biċċa minnhom ma jiġux regolarment imbarkati,
li jidher, jew huwa nnifsu jew bil-mezz ta’ inkarigat tiegħu,
quddiem l-uffiċjal inkarigat tad-dwana, fi żmien sitt ijiem mill-
  24      KAP. 37. ħ           DWANA
ispedizzjoni finali ta’ dan il-bastiment, biex isewwi dik il-polza,
jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf
lira.
Il-polza ta’ mbark 
iffirmata mill-
Kontrullur 
tikkostitwixxi l-
ispedizzjoni ta’ l-
oġġetti. 
Emendat: 
XVI. 1960.3.
48. Il-polza jew poloz ta’ mbark, meta mimlija jew iffirmati
mill-esportatur jew minn min jidher għalih (jew mill-kunsinnatarju
tal-bastiment) bil-mod li jiħtieġ il-Kontrullur, u minn dan
kontroffirmati, tikkostitwixxi l-ispedizzjoni ta’ l-oġġetti kollha
msemmijin f’dik il-polza jew poloz.
Il-Ministru 
responsabbli għad-
dwana jista’ jaħfer 
id-dazju fuq 
oġġetti fid-depożt 
mitlufa jew 
distrutti waqt il-
kunsinna jew l-
imbark. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
49. Jekk oġġetti, iddikjarati regolarment biex jiġu kkunsinnati
mid-depożt għall-ġarr f’maħżen ieħor jew għall-esportazzjoni,
jintilfu jew jiġu distrutti b’aċċident li ma setax jinħarab, sew waqt
il-kunsinna mid-depożt jew waqt l-imbark tagħhom, il-Ministru
responsabbli għad-dwana jista’ jaħfer id-dazju li jkun imiss
jitħallas fuqhom.
TAQSIMA VIII
PROVVISTI TA’ ABBORD
Ordni għall-imbark 
ta’ provvisti ta’ 
abbord. 
Emendat: 
XVI. 1960.3.
50. (1) Il-kaptan ta’ kull bastiment ta’ purtata ta’ erbgħin
tunnellata jew iżjed li jkun sejjer jitlaq għal post ’il hemm mill-
ibħra, fuq talba tiegħu, u taħt dawk il-provvedimenti u
kondizzjonijiet li jordna l-Kontrullur, għandu jirċievi mingħand il-
Kontrullur ordni għall-imbark mid-depożt ta’ dik il-kwantità  ta’
provvisti li jkollu bżonn u li l-Kontrullur jagħtih li jieħu għall-użu
ta’ dak il-bastiment, billi jittieħed qies tan-numru ta’ l-ekwipaġġ u
tal-passiġġieri abbord, u taż-żmien li x’aktarx jista’ jdum il-vjaġġ li
għalih ikun sejjer jitlaq.
Talba għall-imbark 
ta’ provvisti ta’ 
abbord.
(2) Kull talba bħal din għandha ssir fil-forma u bil-mod li
jordna l-Kontrullur, u għandha tkun iffirmata mill-kaptan jew minn
sid il-bastiment, illi għandu jobbliga ruħu f’dik il-forma u b’dak il-
mod u f’dak l-ammont ta’ mhux iżjed mid-doppju tad-dazju li jmiss
jitħallas fuq dawk il-provvisti jew biċċa minnhom, kif jordna l-
Kontrullur, li ebda ħaġa minn dawk il-provvisti ma tiġi żbarkata
f’Malta mingħajr il-permess tal-Kontrullur.
Provvisti għall-użu 
abbord ta’ 
bastimenti tal-
gwerra.
(3) Fuq talba tal-kaptan ta’ bastiment tal-gwerra fis-servizz,
jistgħu jiġu imbarkati mid-depożt provvisti suġġetti għal dazju
għall-użu ta’ dan il-bastiment, taħt dawk il-provvedimenti u
kondizzjonijiet li l-Kontrullur jordna:
Iżda, din it-talba għandha ssir f’dik il-forma u b’dak il-mod
li jordna l-Kontrullur, u għandha tkun iffirmata mill-kaptan jew
fizzjal ieħor ta’ dak il-bastiment:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ dan il-bastiment, l-obbligazzjoni
msemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, mhix meħtieġa.
 DWANA ġ K AP. 37.   25
Il-manifest tal-
provvisti għandu 
jingħata lill-uffiċjal 
inkarigat. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XXII.1976.4; 
XIII.1979.19; 
XIX.1985.23. 
Kap. 234. 
Polza ta’ provvisti.
51. (1) Il-kaptan, jew l-aġent tiegħu awtorizzat regolarment
minnu bil-miktub għaldaqshekk, għandu jagħti lill-uffiċjal
inkarigat il-manifest tal-provvisti ta’ abbord, illi għandu jkun fih il-
partikolaritajiet ta’ dawn il-provvisti, u għandu jagħmel u jiffirma
fuq il-manifest, quddiem l-uffiċjal inkarigat, dikjarazzjoni ta’ dak
kollu li fih il-manifest huwa sewwa, u illi d-disposizzjonijiet kollha
ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew, skond il-każ, ta’ xi liġi
oħra dwar bastimenti għal-tluq, li jgħoddu għall-bastiment tiegħu
ġew imħarsa, u għandu jagħti wkoll lista tal-provvisti hekk
imbarkati u ta’ dawk ukoll li jkunu jinsabu ġa abbord, u din il-lista,
meta iffirmata mill-uffiċjal fuq imsemmi u kontroffirmata mill-
Kontrullur, tikkostitwixxi l-polza tal-provvisti.
(2) Ebda provvisti ma jistgħu jiġu imbarkati għall-użu ta’
bastiment, u ebda oġġetti meħuda abbord ta’ bastiment ma jitqiesu
bħala provvisti, ħlief dawk li jkunu mniżżlin fuq il-polza tal-
provvisti.
Konfiska ta’ 
provvisti żbarkati 
mill-ġdid mingħajr 
permess tal-
Kontrullur, u piena.
(3) Jekk xi provvisti bħal dawn jiġu żbarkati mill-ġdid f’xi
parti minn Malta, mingħajr il-permess tal-Kontrullur, dawn
għandhom jiġu kkonfiskati u l-kaptan u sid il-bastiment jeħel, kull
wieħed minnhom, multa li tkun daqs it-total meta jingħaddu
flimkien l-ammont tad-dazju li jkollu jitħallas fuq il-provvisti u d-
doppju tal-valur tal-provvisti, jew multa ta’ mitejn u ħamsin lira,
skond liema minnhom tkun l-akbar.
TAQSIMA IX
SPEDIZZJONI TA’ BASTIMENTI
Qabel ma 
jingħataw il-karti 
ta’ l-ispedizzjoni, 
il-kaptan għandu 
jidher quddiem l-
uffiċjal inkarigat 
biex iwieġeb għall-
mistoqsijiet, eċċ. 
Emendat: 
XXXIX.1965.5; 
XIX.1985.24.
52. Ħlief fil-każijiet li fihom bastimenti jistgħu jiżbarkaw it-
tagħbija mingħajr ma jkunu għamlu rapport, qabel ma jingħataw
lill-bastiment il-karti ta’ l-ispedizzjoni, il-kaptan jew xi ħadd ieħor
awtorizzat minnu bil-miktub, għandu jidher quddiem l-uffiċjal
inkarigat tad-dwana, u jwieġeb għal dawk il-mistoqsijiet kollha li
dan l-uffiċjal jagħmillu dwar il-bastiment, it-tagħbija u l-vjaġġ, u
għandu jagħti lil dan l-uffiċjal il-manifest tat-tagħbija ta’ dan il-
bastiment f’dik il-formula jew formuli li l-Ministru responsabbli
għad-dwana jista’ b’regolamenti jippreskrivi u li jkun fihom id-
diversi partikolaritajiet meħtieġa f’dik il-formula jew f’dawk il-
formuli.
Karti ta’ 
spedizzjoni ta’ 
bastimenti wara li 
jitilqu. 
Emendat: 
XXXlX.1965.5. 
XI.1974.6.
53. Jekk bastiment li jista’ jiżbarka t-tagħbija mingħajr qabel
ma jagħmel rapport, jitlaq bit-tagħbija mbarkata abbord jew bis-
saborra, mingħajr ma jkun irċieva l-karti ta’ l-ispedizzjoni bħal ma
hu meħtieġ fil-każ ta’ bastimenti oħra, l-aġent tas-sid għandu, fi
żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn dan il-tluq tal-bastiment,
minbarra s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-ġranet ta’ vakanza pubblika, jitlob
il-karti ta’ l-ispedizzjoni ta’ dan il-bastiment billi jippreżenta l-
manifest tat-tagħbija tiegħu bil-mod u fil-formula meħtieġa fil-każ
ta’ bastimenti oħra, u in ġenerali, billi jagħmel dwar dak il-manifest
dak kollu li l-kaptani ta’ bastimenti oħra huma obbligati jagħmlu; u
jekk jonqos li jagħmel hekk, hu jeħel il-pieni li għalihom huma
  26      KAP. 37. ħ           DWANA
suġġetti f’dan il-każ dawk il-kaptani.
L-uffiċjal inkarigat 
għandu jiġi 
mgħarraf bl-oġġetti 
li ma jkunux ġew 
imbarkati. 
Emendat: 
XIII.1979.20.
54. Jekk oġġetti suġġetti għal dazju ta’ importazzjoni, jew
meħuda minn maħżen ta’ depożt għall-esportazzjoni, jew intitolati
għall-ħlas lura tad-dazju wara l-esportazzjoni, jew trasbordati, li
jkunu msemmija fil-manifest tal-bastiment, ma jiġux imbarkati
regolarment qabel it-tluq ta’ dan il-bastiment, dawn l-oġġetti
għandhom jiġu kkonfiskati kemm-il darba ma jingħatax lill-uffiċjal
inkarigat tad-dwana, bla dewmien mhux meħtieg wara l-tluq, avviż
regolari li dawk l-oġġetti ma ġewx imbarkati, sabiex huwa jkun
jista’ jiċċertifika li ma sarx dak l-imbark.
Żbark ta’ oġġetti 
ġa mbarkati għall-
esportazzjoni. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XIII.1979.21; 
XIX.1985.25.
Piena.
55. Jekk oġġetti li jkunu ġew regolarment iddikjarati u
mbarkati għall-esportazzjoni, jiġu fi żmien wara żbarkati f’xi parti
ta’ Malta minn bastiment, mingħajr il-permess tal-Kontrullur, dawk
l-oġġetti għandhom jiġu kkonfiskati, u l-kaptan ta’ dan il-bastiment
u kull persuna li jkollha x’taqsam ma’ dak l-iżbark teħel multa ta’
mitejn u ħamsin lira jew somma li tkun daqs it-total meta jingħaddu
flimkien l-ammont tad-dazju li jkollu jitħallas fuq l-oġġetti u d-
doppju tal-valur ta’ l-oġġetti hekk żbarkati, skond liema tkun l-
akbar.
Konfiska ta’ 
oġġetti mbarkati 
kontra d-
disposizzjonijiet 
tal-liġi. 
Emendat: 
XIII.1979.22.
56. Jekk oġġetti li għandhom jiġu ddikjarati qabel l-imbark,
jiġu meħudin mill-art jew imġarrin bil-baħar sabiex jiġu mbarkati,
mingħajr ma jkunu ġew liberati regolarment mid-dwana, jew b’xi
mod ieħor kontra d-disposizzjonijiet ta’ din il-liġi jew ta’ liġi oħra,
għandhom jiġu kkonfiskati.
Piena għal tluq 
mingħajr il-karti 
ta’ l-ispedizzjoni 
jew b’dawk il-karti 
b’tagħrif m’hux 
korrett. Sostitwit: 
XIX.1985.26.
57. Jekk xi bastiment jitlaq minn Malta mingħajr ma jirċievi l-
karti meħtieġa ta’ l-ispedizzjoni, jew jekk f’xi formula ta’
spedizzjoni ta’ bastimenti meħtieġa taħt l-artikolu 52 jingħata
tagħrif li ma jkunx korrett f’xi ħaġa sostanzjali, il-kaptan, jew l-
aġent tas-sid tal-bastiment, li kien imissu jitlob dawn il-karti, jeħel
multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira.
Spedizzjoni ta’ 
bastimenti bis-
saborra.
Emendat: 
XVI.1960.3.
58. (1) Jekk bastiment jitlaq bis-saborra għal postijiet ’il
hemm mill-ibħra, mingħajr ma jkollu abbord ebda tagħbija oħra
ħlief il-provvisti msemmijin fil-polza tal-provvisti, lanqas oġġetti
li, meta waslu f’Malta, ikunu ġew iddikjarati li għandhom jerġgħu
jiġu esportati b’dak il-bastiment, il-Kontrullur għandu, fuq talba
tal-kaptan, jagħti l-karti ta’ l-ispedizzjoni għat-tluq ta’ dak il-
bastiment bis-saborra.
Il-kaptan għandu 
jwieġeb għal 
mistoqsijiet.
(2) Il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jwieġeb għal kull
mistoqsija li, dwar it-tluq u d-destinazzjoni tal-bastiment, tiġi
magħmula lilu mill-Kontrullur.
Bastimenti tal-
passiġġieri.
(3) Il-bastimenti li jkollhom abbord passiġġieri biss bil-bagalji
tagħhom, jitqiesu bħala bastimenti bis-saborra.
 DWANA ġ K AP. 37.   27
TAQSIMA X
VIŻTA TA’ BASTIMENTI WARA LI JINGĦATAW IL-KARTI TA’ L-
ISPEDIZZJONI
L-uffiċjali jistgħu 
jitilgħu abbord ta’ 
bastiment li jkunu 
ġa ħadu l-karti ta’ 
l-ispedizzjoni. 
Emendat: 
XL. 1940.5; 
XIII.1979.24; 
XIX.1985.27;
XII. 2001.6.
59. (1) Kull uffiċjal tad-dwana jista’ fil-baħar territorjali ta’
Malta, jitla’ abbord ta’ kull bastiment li jkun ġa ħa l-karti ta’ l-
ispedizzjoni u jitlob dawn il-karti, u jekk il-kaptan jirrifjuta li juri
dawn il-karti ta’ l-ispedizzjoni tal-bastiment u li jwieġeb għal
mistoqsijiet li jsirulu dwar il-bastiment, it-tagħbija u l-vjaġġ li jkun
sejjer isir, jeħel multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux
iżjed minn elf lira.
Oġġetti abbord 
mhux imniżżlin fil-
manifest.
(2) Jekk abbord ikun hemm oġġetti mhux imniżżlin fil-
manifest tat-tagħbija jew provvisti mhux imniżżlin fil-polza tal-
provvisti dawn l-oġġetti jew provvisti għandom jiġu kkonfiskati.
Piena.
abbord, il-kaptan jeħel għal kull koll jew pakkett ta’ oġġetti miġjub
f’dak il-manifest u li ma jkunx abbord, multa li tkun daqs it-total
meta jingħaddu flimkien l-ammont tad-dazju li jkollu jitħallas fuq
l-oġġetti li jkunu f’dak il-koll jew pakkett u d-doppju tal-valur ta’
dawk l-oġġetti, jew ta’ mitejn u ħamsa u għoxrin lira, liema
minnhom tkun l-akbar, kemm-il darba ma tingħatax raġuni
biżżejjed tajba li għaliha dak il-koll jew pakkett ma jkunx abbord.
(4) Jekk xi oġġetti mniżżlin f’dan il-manifest jinstabu li jkunu
tneħħew mill-post fejn ikunu ġew issiġillati mid-Dwana jew li
jkunu tneħħew jew inħarġu mill-pakkett oriġinali li kienu fih meta
ttieħdu abbord qabel l-ispedizzjoni tal-bastiment, il-kaptan jeħel
multa ta’ mhux anqas minn mitt lira iżda mhux aktar minn elf lira.
TAQSIMA XI
BIEX JINŻAMM IL-KONTRABANDU, REATI U PIENI
Konfiska ta’ 
oġġetti ta’ 
kontrabandu. 
Emendat: 
XIII. 1979.25; 
XXXVI. 1989.2.
60. Bla ħsara ta’ dak li jingħad espressament f’liġijiet oħra-
(a) jekk oġġetti suġġetti għal ħlas ta’ dazju jiġu żbarkati
minn bastiment f’Malta, mingħajr ma jkun ġie qabel
imħallas jew ikkawtelat id-dazju ta’ importazzjoni;
jew
(b) jekk oġġetti li tagħhom hija ipprojbita l-importazzjoni
jiġu importati jew imdaħħlin f’xi parti ta’ Malta; jew
(ċ) jekk oġġetti jiġu meħuda minn fuq bastiment, moll,
bankina jew lok ieħor f’Malta qabel ma jiġu eżaminati
mill-uffiċjal inkarigat tad-dwana jew, jekk oġġetti
iddikjarati sabiex jiġu mdaħħla fid-depożt, jinġarru
għad-depożt mhux taħt is-sorveljanza jew bl-
awtorizzazzjoni ta’ dan l-uffiċjal u mhux b’dak il-mod,
u minn dawk it-triqat jew naħiet, u f’dak iż-żmien li
huwa jordna; jew
  28      KAP. 37. ħ           DWANA
(d) jekk oġġetti iddikjarati biex jiġu mdaħħla fid-depożt,
wara li jiġu żbarkati, jiġu meħuda jew irtirati minn
moll, bankina, jew lok ieħor f’Malta, b’mod li l-
uffiċjal inkarigat tad-dwana ma jkunx jista’ jieħu
tagħhom in-nota meħtieġa, jew b’mod li ma jiġux
imqiegħda regolarment fid-depożt; jew
(e) jekk oġġetti illi jkunu ġew imqiegħda fid-depożt jew
xort’oħra taħt kustodja, f’Malta, sew għall-konsum
lokali kemm għall-esportazzjoni, inkella li jkunu ġew
ikkunsinnati minn maħżen ta’ depożt jew lok ieħor
mingħajr ħlas ta’ dazju sabiex jiġu meħuda f’maħżen
ieħor ta’ depożt jew lok ieħor, jiġu bil-moħbi jew
kontra l-liġi maħruġa minn maħżen jew lok ta’
kustodja, jew ma jiġux regolarment meħuda fil-lok li
fih dawn l-oġġetti kien imisshom jittieħdu; jew
(f) jekk oġġetti li tagħhom hija ipprojbita l-esportazzjoni
jittieħdu abbord ta’ bastiment sabiex jiġu mgħobbija
jew imbarkati għall-esportazzjoni, jew jinġiebu fuq
moll, bankina jew lok ieħor f’Malta sabiex jittieħdu
abbord għall-esportazzjoni; jew
(g) jekk oġġetti li tagħhom hija ipprojbita l-esportazzjoni
jiġu misjuba f’pakk li jiġi ppreżentat lill-uffiċjal tad-
dwana bħala li fih oġġetti li m’humiex hekk ipprojbiti;
jew 
(h) jekk oġġetti suġġetti għal dazju jew għal limitazzjoni
dwar l-importazzjoni, jew li l-importazzjoni tagħhom
f’Malta hija ipprojbita, sew qabel jew wara l-iżbark,
jinsabu jew jinkixfu li huma jew li ġew moħbija, b’xi
mod, abbord ta’ bastiment, fil-limiti ta’ Malta; jew
Kap. 337.
(i) jekk oġġetti meħlusin mid-dazju importati minn xi
persuni kif imsemmi fl-artikolu 6 ta’ l-Att dwar id-
Dazji ta’ Importazzjoni jinbiegħu jew issir it-tneħħija
tagħhom għall-użu jew konsum f’Malta u ma ssirx
dikjarazzjoni sħiħa tagħhom skond ma hemm stabbilit
fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 6 ta’ l-imsemmi Att
minn min hu obbligat iħallas id-dazju fuqhom skond
ma hemm fl-imsemmi artikolu; jew
(j) jekk oġġetti importati jew maħruġin mid-depożt skond
is-subparagrafu (ii) tal-paragrafu (d) tas-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 17 ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni ma jerġgħux jiġu esportati fiż-żmien
stipulat skond ma hemm fl-istess subparagrafu; jew
(k) jekk oġġetti jkunu mportati minn xi persuna li tkun
xjentement imdaħħla f’xi evażjoni jew tentattiv ta’
evażjoni frawdolenti ta’ xi dazji tad-dwana, jew tal-
liġijiet u restrizzjonijiet ta’ dwana, dwar l-
importazzjoni, ħatt, trasbord, żbark u kunsinna ta’
oġġetti jew b’kull mod ieħor li jmur kontra din l-
Ordinanza,
f’kull każ bħal dan, l-oġġetti hawn fuq imsemmija għandhom jiġu
kkonfiskati, flimkien ma’ l-oġġetti l-oħra kollha li jkunu jinsabu
 DWANA ġ K AP. 37.   29
ppakkjati magħhom, jew li jkunu ġew użati biex jaħbuhom.
Oġġetti li jkunu 
iktar minn dak li 
jkun jidher fuq it-
fattura ta’ l-
esportatur. 
Miżjud: 
VI.1973.4. 
Emendat: 
XIII.1979.26.
Sostitwit: 
XXX VI.1989.3.
Emendat:
XII. 2001.7.
61. (1) Jekk fiż-żmien ta’ l-eżami minn uffiċjal tad-dwana xi
oġġetti jkunu jinsabu fi kwantità  aktar minn, jew differenti minn,
dawk li jkunu jidhru fuq il-fattura ta’ l-esportatur jew li jkunu
dikjarati mill-importatur jew mill-aġent tiegħu, f’dak il-każ,
minkejja dak kollu li jinsab f’xi disposizzjoni oħra ta’ liġi, dawk l-
oġġetti li jinsabu żejda jew dawk l-oġġetti differenti għandhom jiġu
kkonfiskati u -
(a) meta l-valur ta’ l-oġġetti li hekk jinsabu fi kwantità
akbar jew differenti jkunu ta’ ħames mitt lira jew
aktar, dawk l-oġġetti li jkunu ġew hekk konfiskati
għandhom jitneħħew b’dak il-mod li l-Ministru
responsabbli għad-dwana jista’ jistabilixxi; u
(b) meta l-valur ta’ l-oġġetti li hekk jinsabu fi kwantità
akbar jew differenti jkun ta’ inqas minn ħames mitt
lira, dawk l-oġġetti li jkunu ġew hekk konfiskati
għandhom jitneħħew hekk kif il-Kontrullur tad-Dwana
jista’ jistabilixxi.
Dik il-konfiska tkun bla ħsara għal kull azzjoni li tista’
tittieħed kontra l-importatur jew l-aġent tiegħu, jew kontra t-tnejn,
skond xi disposizzjoni oħra tal-liġi.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
għandhomx igħoddu meta l-awtorità  kompetenti tkun sodisfatta li
d-diskrepanza tkun ġrat minħabba fi żball ġenwin.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu "awtorità
kompetenti" tfisser, meta l-valur ta’ l-oġġetti li jinsabu fi kwantità
akbar jew differenti minn dak li jidher fuq il-fattura ta’ l-esportatur
jew li jiġi dikjarat mill-importatur jew mill-aġent tiegħu:
(a) ikun ta’ ħames mitt lira jew iktar, il-Ministru
responsabbli għad-dwana;
(b) ikun anqas minn ħames mitt lira, il-Kontrullur tad-
Dwana.
(4) Meta  sabiex jiġi stabbilit jekk xi oġġetti humiex  differenti
minn dawk li jkunu jidhru fuq il-fattura tal-fornitur jew li jkunu
dikjarati mill-importatur jew mill-aġent tiegħu, tkun tinħtieġ li ssir
xi analiżi xjentifika jew perizja teknika, il-konklużjonijiet milħuqa
mid-Dwana dwar ix-xorta, il-kontenut jew karatteristiċi oħra ta’ l-
oġġetti jistgħu jiġu biss kontestati f’xi proċedimenti jekk jintwera
illi dawk il-konklużjonijiet huma tali li ebda persuna raġonevoli ma
kienet tasal għalihom.
(5) (a) Minkejja kull disposizzjoni li hemm f’dan l-artikolu,
il-Kontrollur jista’ jagħżel li jagħti lura l-oġġetti
kkonfiskati lill-importatur meta dan jaqbel li jħallas
dak id-depożitu jew dawk id-depożiti lil, u kif ikun
determinat mill-Kontrollur, sakemm il-Kontrollur
jikkalkula l-prezz attwali li jrid iħallas l-importatur
għall-oġġetti u f’dan il-każ il-prezz li jrid jitħallas għal
dawn l-oġġetti ma jistax jaqbeż is-somma totali
ddepożitata mill-importatur.
  30      KAP. 37. ħ           DWANA
(b) Kull meta xi każ ikun trattat skond id-disposizzjonijiet
tal-paragrafu (a), id-deċiżjoni tal-Kontrollur dwar il-
prezz li jrid jitħallas għall-oġġetti tkun finali u
konklużiva.
Korrezzjonijiet 
mhux permessi. 
Miżjud: 
VII.1993.4.
61A. Għall-fini ta’ xi reat taht din l-Ordinanza, il-qorti ma
għandhiex tieħu konsiderazzjoni ta’ xi dikjarazzjoni bil-fomm jew
bil-miktub maħsuba biex tikkoreġi f’xi dettal partikulari
dikjarazzjoni li tkun saret qabel lid-Dwana u li ssir meta jkun wasal
biex jinkixef ir-reat.
Reati u pieni. 
Emendat: 
XLVI. 1935.2; 
XXXI.1963.2; 
XXXlV.1971.4; 
X.1972.2; 
XIII. 1979.27; 
XXXVI. 1989.4;
XII. 2001.8.
62. Kull min, b’kontravvenzjoni ta’ din l-Ordinanza - 
(a) jimporta jew idaħħal, jew ikollu x’jaqsam f’illi jiġu
mportati jew imdaħħlin, f’Malta, oġġetti li tagħhom
hija pprojbita l-importazzjoni, jew li l-importazzjoni
tagħhom hija limitata, b’kontravvenzjoni ta’ dik il-
projbizzjoni jew limitazzjoni, sew jekk dawn l-oġġetti
jkunu ġew żbarkati kemm le; jew
(b) jiżbarka, jew jgħin jew ikollu b’xi mod ieħor x’jaqsam
f’illi jiġu żbarkati oġġetti li tagħhom hija pprojbita l-
importazzjoni, jew li l-importazzjoni tagħhom hija
limitata u mportati b’kontravvenzjoni ta’ dik il-
limitazzjoni, jew oġġetti suġġetti għal dazju, bla ma
dan id-dazju jkun ġie mħallas jew ikkawtelat; jew
(ċ) jikkunsinna, iwarrab, jew jirtira minn bastiment, moll,
bankina, jew lok ieħor, qabel l-eżami tagħhom mill-
uffiċjal inkarigat tad-dwana, mhux bl-awtorità  jew taħt
is-sorveljanza ta’ dan l-uffiċjal, oġġetti mportati
f’Malta, jew oġġetti ddikjarati biex jiġu mdaħħla fid-
depożt wara li jiġu żbarkati, b’mod li l-uffiċjal
inkarigat ma jkunx jista’ jieħu tagħhom nota kif imiss,
jew b’mod li ma jkunux ġew imdaħħla fid-depożt kif
imiss; jew
(d) iġorr f’maħżen ta’ depożt tal-gvern jew privat oġġetti
ddikjarati biex jiġu mdaħħla fid-depożt, jew biex
jerġgħu jiġu mdaħħla fid-depożt, ħlief bl-awtorità  jew
taħt is-sorveljanza ta’ l-uffiċjal inkarigat tad-dwana, u
b’dak il-mod, u minn dawk il-triqat jew naħiet u f’dak
iż-żmien li dak l-uffiċjal jordna; jew
(e) xjentement igħin jew ikollu x’jaqsam filli jiġu
mwarrba jew irtirati kontra l-liġi oġġetti minn maħżen
ta’ depożt tal-gvern jew privat, jew lok ieħor ta’
kustodja, fejn dawk l-oġġetti jkunu ġew iddepożitati;
jew
(f) xjentement jilqa’ għandu, iżomm, jew jaħbi, jew
xjentement iħalli jew jittollera, jew iġiegħel jew ifittex
li jiġu milqugħa, miżmuma jew moħbija oġġetti li l-
importazzjoni tagħhom hija pprojbita jew limitata, jew
li ma ħallsux dazju, jew oġġetti li jkunu ġew imwarrba
kontra l-liġi mingħajr ħlas ta’ dazju, minn maħżen ta’
depożt tal-gvern jew privat jew lok ieħor ta’ kustodja
fejn ikunu ġew iddepożitati; jew
 DWANA ġ K AP. 37.   31
(g) xjentement jiġi fil-pussess ta’ dawn l-oġġetti; jew
(h) xjentement ikollu b’xi mod x’jaqsam fil-ġarr, twarrib,
depożt jew ħabi ta’ dawn l-oġġetti jew, filli b’xi mod
jiddisponi minn dawn l-oġġetti, bil-ħsieb li jiffroda
lill-Gvern minn dazju li jkun imiss jitħallas fuqhom,
jew biex jeħles minn xi projbizzjoni jew limitazzjoni
dwar dawn l-oġġetti jew li tkun tgħodd għalihom; jew
(i) xjentement ikollu b’xi mod x’jaqsam, filli bil-qerq
jinħarab jew jiġi ittentat li jinħarab xi dazju tad-
dwana, jew xi liġi jew limitazzjoni tad-dwana, dwar l-
importazzjoni, il-ħatt, it-trasbord, l-iżbark u l-
kunsinna ta’ oġġetti, jew xi disposizzjoni oħra ta’ din
l-Ordinanza; jew
(j) ifixkel l-uffiċjal tad-dwana jew lil xi ħadd ieħor
inkarigat skond il-liġi biex ma jħallix li jsir
kontrabandu, fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu jew
fil-qbid ta’ oġġetti li jistgħu jiġu kkonfiskati taħt din l-
Ordinanza; jew
(k) iħajjar, igħin jew jassisti l-egħmil tar-reati hawn fuq
imsemmija; jew
(l) jesporta, jew jittenta jesporta, jew xjentement iħajjar
jew jgħin l-esportazzjoni ta’ oġġetti li l-esportazzjoni
tagħhom hija suġġetta għall-ħlas ta’ dazju ta’
esportazzjoni jew għal limitazzjoni jew għat-tħaris ta’
kondizzjonijiet, mingħajr il-ħlas tad-dazju jew il-tħaris
ta’ limitazzjonijiet jew kondizzjonijiet; jew
(m) jagħmel xi dikjarazzjoni jew jissottometti xi dokument
jew informazzjoni li, bid-dehen tiegħu, tkun falza
f’dettall sostanzjali, jew b’mod bla kont jagħmel
dikjarazzjoni li tkun falza f’dettall sostanzjali; jew
Kap. 337.
(n) jonqos fiż-żmien stabbilit fis-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 6 ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni
milli jagħmel dikjarazzjoni sew ta’ xi oġġetti li
dwarhom hu obbligat li jħallas id-dazju skond is-
subartikolu (2) ta’ l-imsemmi artikolu,
Kap. 9.
jeħel għal kull wieħed minn dawk ir-reati multa li tkun daqs it-total
meta jingħaddu flimkien l-ammont tad-dazju li jkollu jitħallas fuq
l-oġġetti u d-doppju tal-valur ta’ l-oġġetti, jew multa ta’ ħamsa u
għoxrin lira, skond liema minnhom tkun l-akbar, jew gġal dik il-
multa flimkien ma’ priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn; u l-ħati jista’ jiġi arrestat jew miġjub quddiem il-qorti
b’ċitazzjoni bil-mod u fil-forma kif jingħad fil-Kodiċi Kriminali, u
skond id-disposizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dak il-Kodiċi:
Iżda -
(a) meta l-oġġetti li dwarhom ikunu saru proċedimenti
kontra l-ħati ikunu xi oġġetti minn dawk murija fl-
Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza l-piena ta’
priġunerija hawnhekk preskritta għandha tapplika
f’kull każ;
  32      KAP. 37. ħ           DWANA
(b) fil-każ ta’ reċidiva għal reat skond dan l-artikolu fi
żmien tnax-il xahar mill-kundanna ta’ qabel il-ħati
jeħel priġunerija għal żmien minn sitt xhur sa tliet
snin, b’żieda għall-pieni ta’ flus hawnhekk preskritti; u
(ċ) il-pieni imposti b’dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw fil-każ ta’ reat li jkollu x’jaqsam ma’ l-
importazzjoni ta’ oġgetti kontrarjament għal
projbizzjoni jew restrizzjoni meta jkun hemm piena
espressament għal dak ir-reat bil-liġi jew att ieħor li
jimponi l-projbizzjoni jew restrizzjoni:
Iżda wkoll, meta jinsab ħati, terz tal-piena ta’ flus, jilqies
fuq it-talba tal-prosekuzzjoni bħala dejn ċivili u għandu jiġi
dikjarat mill-qorti kompetenti fl-għoti tas-sentenza li hu dovut u li
għandu jitħallas lill-Gvern u għandu jiġi esegwit fl-istess qorti li
tagħti s-sentenza bl-istess mod bħallikieku ingħatat f’azzjoni ċivili
magħmula bejn il-Gvern u l-ħati.
Imposizzjoni ta’ 
pieni bi ftehim. 
Miżjud: 
VI. 1973.5.
63. B’dak kollu li jinsab f’xi disposizzjoni oħra ta’ din l-
Ordinanza, fil-każ ta’ xi irregolarità  ta’ importanza żgħira li jekk
ma tinqabadx, ikun hemm telf ta’ dazju tad-dwana iżda li ma tkunx
tidher li saret b’qerq, il-Kontrollur jista’, bi ftehim ma’ l-
importatur, jimponi penali li tkun daqs id-dazju li seta’ ntilef
minflok proċedimenti f’qorti.
Estinzjoni ta’ 
responsabbiltà 
kriminali f’ċerti 
każijiet. 
Miżjud: 
XXXVI.1989.5.
63A. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ din l-Ordinanza,
il-Kontrullur jista’, biss sa fejn jirrigwarda d-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza, jidħol fi ftehim bil-miktub ma’ dak li jkun għamel
l-offiża, li bih dak li jkun għamel l-offiża jħallas somma
ekwivalenti għall-multa li kienet tkun dovuta bħala penali skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, u ma’ l-iffirmar ta’ kull
ftehim bħal dak mill-Kontrullur u dak li jkun għamel l-offiża, kull
responsabbiltà  kriminali taħt din l-Ordinanza ta’ dak li jkun għamel
l-offiża fir-rigward ta’ l-offiżi li dwarhom ikun sar il-ftehim, tiġi
estinta:
Kap. 337.
Iżda kull qbid ikkonlemplat f’din l-Ordinanza bħala
konsegwenza ta’ xi offiża li għaliha jirriferi l-ftehim għandu xorta
waħda jkollu effett, sakemm dak li jkun għamel l-offiża ma
jagħżilx li jħallas ukoll lill-Kontrullur somma ekwivalenti għall-
valur ta’ l-oġġetti maqbuda flimkien ma’ kull dazju jew imposta
dovut fuqhom. Dak il-valur ikun determinat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
japplikaw ukoll f’xi każ fejn dak li jkun għamel l-offiża jkun ġa
tressaq quddiem qorti għar-rigward ta’ l-offiża, iżda qabel ma tkun
ingħatat sentenza finali fil-każ:
Iżda meta proċeduri quddiem qorti jkunu għadhom ma
nbdewx, is-somma pagabbli skond xi ftehim kif kontemplat fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun ridotta b’għaxra fil-mija.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
japplikawx għar-rigward ta’ reat dwar oġġetti msemmijin fl-Iskeda
li tinsab ma’ din l-Ordinanza.
 DWANA ġ K AP. 37.   33
(4) Kull somma dovuta skond ftehim magħmul skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, tkun dovuta lill-Gvern bħala dejn
ċivili. Il-Kontrullur ma għandux jidħol fi ftehim kif imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jekk dak il-ftehim ma jkunx
akkompanjat bil-ħlas tas-somma dovuta jew b’garanzija suffiċjenti
għall-ħlas ta’ l-istess.
Il-bastiment u l-
kaptan suġġetti 
għall-ħlas tal-
multi. 
L-art. 34 ta’ l-Ord. 
VI ta’ l-1840, 
inkorporat. 
Sostitwit: 
XIII.1979.28.
64. Meta skond din l-Ordinanza jew xi liġi oħra dwar id-
Dwana tkun dovuta xi somma ta’ flus mill-kaptan ta’ bastiment
sew’ jekk bħala piena ta’ flus jew xort’oħra, il-bastiment kif ukoll
il-kaptan personalment ikunu responsabbli għall-ħlas tagħha.
TAQSIMA XII
SETGĦAT U PROĊEDIMENTI
Applikazzjoni tal-
Kodiċi Kriminali. 
Kap. 9.
65. (1) Kull reat taħt din l-Ordinanza jitqies, għall-finijiet u
effetti kollha tal-liġi, bħala delitt fis-sens tal-Kodiċi Kriminali u,
bla ħsara tad-disposizzjonijiet speċjali ta’ din l-Ordinanza, għandu
jiġi ittrattat bħala tali.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar il-piena
msejħa f’dak il-Kodiċi bħala multa jgħoddu għall-pieni ta’ flus
imsemmijin f’din l-Ordinanza.
Proċedimenti 
għall-ħlas tal-pieni 
ta’ flus. 
Emendat: 
XXXI.1963.3; 
X.1972.3; 
XIII.1979.29; 
VIII.1990.3. 
Kap. 9.
66. Kull proċediment għal ġbir ta’ xi piena ta’ flus jew
xort’oħra skond din l-Ordinanza għandu jsir quddiem il-Qorti tal-
Maġistrati, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar il-
proċeduri ta’ dik il-qorti bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali u dwar
l-applikazzjoni u l-esekuzzjoni tal-pieni taħt dak il-Kodiċi, u minn
dan il-proċediment jista’ jsir appell kif provdut fl-artikolu 88 ta’ l-
imsemmija Ordinanza u dwar il-proċedura kif dak il-Kodiċi
jiddisponi għall-appelli mid-deċiżjonijiet ta’ dik il-qorti.
Konsenja lill-
Kontrullur ta’ 
oġġetti maqbuda. 
Miżjud: 
XLI. 1974.2. 
Emendat: 
XIII.1979.30.
67. B’dak kollu li jinsab f’kull liġi oħra, kull oġġetti maqbuda
taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u esibiti fil-qorti waqt
il-proċedimenti relattivi, għandhom -
(a) meta minħabba dikjarazzjoni ta’ ħtija mill-Qorti tal-
Maġistrati l-oġġetti maqbuda għandhom jiġu
ikkonfiskati u ma jkunx sar appell kontra dik id-
dikjarazzjoni qabel l-egħluq taż-żmien mogħti għall-
egħmil ta’ appell jew xi appell bħal dak jiġi
abbandunat; jew
(b) wara appell magħmul mid-difiża jew mill-
prosekuzzjoni, meta l-Qorti ta’ l-Appell tikkonferma
d-dikjarazzjoni ta’ ħtija jew issib lill-akkużat ħati, 
isiru l-proprjetà  tal-Gvern u ma jkunx meħtieġ isir rikors lill-qorti
kompetenti mill-Kontrullur biex jieħu pussess tagħhom.
  34      KAP. 37. ħ           DWANA
Bastimenti, vetturi, 
eċċ., użati fl-
importazzjoni, 
eċċ., ta’ oġġetti li 
d-dazju tagħhom 
ma jkunx imħallas 
għandhom jiġu 
kkonfiskati. 
Emendat:
XVI. 1960.3; 
XIII.1979.31; 
XIX.1985.28.
68. (1) Il-bastimenti, il-vetturi jew mezzi oħra ta’ ġarr,
flimkien maż-żwiemel jew annimali u ħwejjeġ oħra li jkun sar
xjentement użu minnhom fl-importazzjoni, fl-iżbark, fit-twarrib,
jew fil-ġarr ta’ oġġetti li d-dazju tagħhom ma jkunx imħallas jew li
jkunu, taħt din l-Ordinanza, suġġetti għal konfiska għandhom jiġu
kkonfiskati:
Iżda, ebda bastiment ma jkun suġġett għal konfiska taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jekk ma jkunx ta’ purtata anqas
minn mitejn u ħamsin tunnellata.
(2) Għal dawk li huma bastimenti ta’ mitejn u ħamsin tunellata
jew iżjed, il-Kontrullur, f’kull każ li fih, fil-fehma tiegħu, xi
uffiċjal responsabbli ta’ dak il-bastiment ikun, b’egħmil jew bi
traskuraġni, imdaħħal fil-fatt, jista’ jipproċedi bil-mod kif jingħad
fl-artikolu 66, u bla ħsara ta’ l-appell imsemmi f’dak l-artikolu,
għall-kundanna ta’ dak il-bastiment f’somma ta’ ħames mitt lira. U
għal dan il-ħsieb, il-Kontrullur jista’ jitlob, fil-każ ta’ bastiment
imsemmi f’dan is-subartikolu, li tiġi mqiegħda f’idejh somma ta’
ħames mitt lira b’kawtela tad-deċiżoni li ’l quddiem tagħti l-qorti, u
fin-nuqqas ta’ dan id-depożitu, il-Kontrullur jista jżomm dan il-
bastiment.
(3) M’hemm ebda jedd ta’ azzjoni kontra l-Kontrullur għal
danni ikkaġunati bil-ħlas tad-depożtu jew billi jkun inżamm il-
bastiment taħt dan l-artikolu.
Tifsir ta’ "uffiċjal 
responsabbli".
(4) Il-kelmiet "uffiċjal responsabbli" f’dan l-artikolu jfissru l-
kaptan, l-uffiċjali u l-inġinieri ta’ bastiment, u fil-każ ta’ bastiment
awtorizzat għat-trasport ta’ passiġġieri, il-purser jew iċ-chief
steward.
Tifsir tat-kelma 
"traskaraġni".
(5) Fil-kelma "traskuraġni" jidħlu l-każijiet li fihom oġġetti,
mhux tan-nies ta’ l-ekwipaġġ, jiġu misjuba f’post jew postijiet fejn
bir-raġun ma kienx imisshom ġew imqiegħda kieku l-uffiċjali li
jkollhom is-sorveljanza ta’ dak il-post jew postijiet qagħdu attenti
kif imiss, fiż-żmien tat-tagħbija tal-bastiment jew wara.
Tifsir ta’ "purtata". (6) Il-kelma "purtata" tfisser it-tunnellaġġ nett ta’ reġistru.
Bastimenti, eċċ., 
suġġetti għal 
konfiska jistgħu 
jiġu maqbuda kull 
fejn ikunu. 
Emendat: 
XVI.1960.3.
69. (1) Il-bastimenti, l-oġġetti, il-vetturi jew mezzi oħra ta’
ġarr, flimkien maż-żwiemel jew annimali jew ħwejjeġ oħra suġġetti
għal konfiska, jistgħu jiġu maqbuda f’kull lok, sew fuq l-art kemm
fuq il-baħar, minn kull uffiċjal tad-dwana jew tal-Pulizija, u meta
dawn il-bastimenti, oġġetti, vetturi jew mezzi oħra ta’ ġarr flimkien
maż-żwiemel u annimali u ħwejjeġ oħra jiġu hekk maqbuda,
għandhom jitqiegħdu minnufih taħt idejn il-Kontrullur.
(2) Fil-konfiska ta’ bastimenti, vetturi jew annimali jitqiesu li
jidħlu l-armar, il-għodod u t-tagħmir tagħhom, u fil-konfiska ta’
oġġetti jitqiesu li jidħlu l-kollijiet li fihom jinsabu l-oġġetti u dak
kollu li l-kollijiet ikun fihom.
Eżami ta’ oġġetti 
taħt il-kontroll tad-
dwana. 
Miżjud: 
XIX. 1985.29.
69A. (1) Il-Kontrullur jista’, fuq suspett raġonevoli, jordna li
kull kollijiet li jkunu taħt il-kontroll tad-dwana jinfetħu u l-
kontenut tagħhom ikun eżaminat sabiex jiġi żgurat li d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u ta’ kull liġi oħra dwar id-
dwana jkunu qed jitħarsu.
 DWANA ġ K AP. 37.   35
(2) Għandu jingħata avviż xieraq għal ftuħ u eżami ta’ l-oġġetti
lill-kunsinnatarju, jekk ikun magħruf, sabiex hu jew l-aġent tiegħu
jkun jista’ jattendi.
(3) Ma jkunx meħtieġ li jingħata dak l-avviż meta ċ-ċirkostanzi
ma jkunux jippermettu.
(4) Il-Kontrullur ma jkun suġġett għal ebda azzjoni tkun li tkun
minħabba dak il-ftuħ jew eżami.
Setgħa ta’ uffiċjali 
li jwaqqfu 
karrettuni, eċċ., u li 
jfittxu fuqhom.
70. (1) Kull uffiċjal tad-dwana jew tal-Pulizija jista’, meta
għandu raġun jissuspetta, iwaqqaf u jeżamina karrettun jew mezz
ieħor ta’ ġarr, biex jara jekk hemmx fuqu oġġetti ta’ kontrabandu; u
jekk ma jinsabux oġġetti ta’ kontrabandu, dan l-uffiċjal ma jkunx
suġġett, minħabba li jkun hekk waqqaf u eżamina l-karrettun għal
ebda azzjoni jew prosekuzzjoni.
(2) Kull min ikun isuq jew imexxi dak il-karrettun jew mezz
ieħor ta’ ġarr, u ma jkunx irid jieqaf jew ma jħallix isir dak l-eżami
meta jiġi hekk mitlub jeħel multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
L-uffiċjali jistgħu 
jagħmlu tfittxijiet 
fi djar b’mandat 
maħruġ mill-
Avukat Ġenerali 
jew minn maġistrat 
meta jkun hemm 
suspett raġonevoli. 
Emendat: 
VII.1911.3; 
XXXI.1963.4. 
Kap. 9.
71. (1) Jekk uffiċjal tad-dwana jew tal-Pulizija jkollu raġun
jissuspetta li oġġetti li l-importazzjoni tagħhom tkun ipprojbita jew
li ma ħallsux dazju ġew milqugħa, jew jinsabu miżmuma jew
moħbija f’xi dar, bini jew reċint ieħor, fis-sens ta’ l-artikolu 350
tal-Kodiċi Kriminali u dan ikun jidher minn dikjarazzjoni
b’ġurament quddiem l-Avukat Ġenerali jew maġistrat, l-Avukat
Ġenerali jew dan il-maġistrat jista’, b’mandat taħt il-firma tiegħu,
jagħti s-setgħa lil dan l-uffiċjal biex jidħol u jfittex f’dik id-dar,
bini jew reċint ieħor, u jaqbad u joħroġ barra l-oġġetti ipprojbiti
jew li ma ħallsux dazju li jkunu jinsabu hemm ġew:
Iżda, meta xi uffiċjal tad-dwana jew uffiċjal tal-Pulizija
jkollu raġuni tajba biex jissuspetta li xi oġġetti projbiti jew li ma
tħallasx dazju fuqhom huma milqugħa, jew miżmuma jew moħbija
f’xi post bħal dak imsemmi qabel u jkollu raġuni tajba biex jifhem
li hemm perikolu imminenti li xi oġġetti bħal dawk jiġu mneħħija
jew meqruda, dak l-uffiċjal tad-dwana, jekk awtorizzat għal hekk
mill-Kontrullur tad-Dwana, jew dak l-uffiċjal tal-Pulizija, jekk
awtorizzat għal hekk mill-Kummissarju tal-Pulizija, jista jeżerċita
dwar dak il-post imsemmi qabel is-setgħat imsemmija f’dan l-
artikolu bl-istess mod bħallikieku kien awtorizzat li jagħmel hekk
b’mandat maħruġ skond dan l-artikolu.
(2) Dan l-uffiċjal jista’, f’każ ta’ reżistenza, ikisser bibien jew
juża l-forza biex ineħħi kull impediment jew xkiel li jsirlu meta jiġi
biex jidħol, ifittex jew jaqbad kif jingħad hawn fuq.
Avviż li għandu 
jingħata lis-sid ta’ 
l-oġġetti maqbuda. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIX.1985.30;
XII. 2001.9.
72. (1) Kull meta jsir qbid, barra minn meta jsir quddiem il-
ħati jew is-sid, ta’ oġġetti suġġetti għal konfiska taħt din l-
Ordinanza, l-uffiċjal li jagħmel il-qbid għandu jagħti avviż bil-
miktub ta’ dan il-qbid u tar-raġuni tiegħu lil sid l-oġġetti maqbuda,
jekk magħruf, sew billi jagħti dan l-avviż lilu personalment jew
b’ittra irreġistrata indirizzata lilu jew imħollija fil-lok magħruf
bħala l-aħħar li fih kien joqgħod jew li kellu n-negozju tiegħu
f’Malta.
  36      KAP. 37. ħ           DWANA
Il-ħwejjeġ 
maqbuda 
għandhom jintalbu 
lura fi żmien tletin 
ġurnata.
(2) Il-ħwejjeġ maqbuda taħt din l-Ordinanza jitqiesu
ikkonfiskati bis-saħħa tal-liġi stess u jistgħu jinbiegħu jew jista’
jsir bihom xort’oħra, kif jordna l-Ministru responsabbli għad-
dwana, kemm-il darba dak li mingħandu l-ħaġa tkun ġiet maqbuda,
jew sidha, jew xi ħadd awtorizzat minnu, fi żmien tletin ġurnata
mill-qbid, ma jagħtix avviż bil-miktub lill-Kontrullur, li hu jitlob
lura l-ħwejjeġ hekk maqbuda jew li bi ħsiebu jitlobhom lura; f’dan
il-każ il-persuna li titlob lura l-ħwejjeġ maqbuda għandha, fi żmien
tletin ġurnata minn dak l-avviż, tibda l-proċediment meħtieġ
quddiem il-qorti ċivili kompetenti, skond il-valur tal-ħaġa
maqbuda, u, fin-nuqqas ta’ dan il-jedd fuq din il-ħaġa jitqies li ġie
mitluq.
Ħwejjeġ li 
jitħassru, eċċ., 
jistgħu jinbiegħu.
(3) Meta oġġett maqbud bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jkun xi
bastiment jew biċċa tal-baħar jew ikun ta’ xorta li titħassar jew li
tista’ issofri, fil-fehma tal-Kontrollur, telf sostanzjali fil-valur wara
li jgħaddi ż-żmien minn fuqha, jew ikun animal ħaj, dan l-istess
oġġett jista’, b’ordni tal-Kontrollur, jinbiegħ u l-prezz li jġib
jinżamm biex jagħmel tajjeb għal kull jedd li jista’ jintalab fuqu
skond il-liġi u għall-fini ta’ kull proċedimenti li jsiru taħt din l-
Ordinanza dwar oġġetti maqbuda, dak il-prezz għandu
jirrappreżenta u jissostitwixxi l-oġġett maqbud msemmi.
(4) Meta qbid magħmul skond dan l-artikolu jiġi kontestat
skond is-subartikolu (2) tiegħu, il-Kontrullur jista’, f’kull żmien,
jekk jidhirlu li jkun hekk xieraq u minkejja li jkunu għadhom
għaddejjin l-proċedimenti li fihom ikun qed jiġi kontestat,
jikkunsinna kull oġġett maqbud lil kull min jagħmel talba b’jedd li
hekk kif dan iħallas lill-Kontrollur dik is-somma li l-Kontrollur
jidhirlu li tkun adegwata u li ma tkunx taqbeż dik li, fil-fehma tal-
Kontrollur, tkun tirrappreżenta l-valur ta’ l-oġġett, magħdud kull
dazju, imposta jew taxxa li jridu jitħallsu fuqu u li ma jkunux
tħallsu jew hekk kif dan jagħti lill-Kontrollur dik il-garanzija
aċċettabbli għall-istess Kontrollur għall-ħlas ta’ dik is-somma.  Dik
is-somma jew garanzija, skond il-każ, għandha tinżamm biex
tagħmel tajjeb għal kull pretensjoni li jista’ jintalab dwarha skond
il-liġi u għall-fini ta’ kull proċedimenti meħuda taħt din l-
Ordinanza dwar l-oġġetti maqbuda, għandha tirrippreżenta u
tissostitwixxi l-oġġetti maqbuda msemmija.
Proċedimenti 
speċjali tal-qorti. 
Miżjud: 
XLI. 1974.3. 
Sostitwit: 
XIII.1979.33.
73. (1) Meta xi persuna tkun tixtieq tħarrek f’xi qorti bħala
konsegwenza ta’, jew inċidentalment għal, il-qbid ta’ xi oġġetti taħt
id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, il-proċedimenti għandhom
jinbdew b’rikors.
(2) Ir-rikors għandu, taħt piena ta’ nullità , jgħid b’mod ċar u
fil-qosor ix-xorta ta’ l-ilment, il-fatti li minnhom jinqala’ l-ilment,
ir-raġunijiet għaliex dak l-ilment għandu jintlaqa’, u t-talba għall-
ħelsien ta’ l-oġġetti maqbuda.
(3) Ir-rikorrent għandu jehmeż mar-rikors dawk id-dokumenti
kollha li hu jkun jista’ jipproduċi b’sustenn tat-talba tiegħu, u
għandu jagħti fir-rikors tiegħu l-ismijiet tax-xhieda kollha li jkun fi
ħsiebu jipproduċi fejn igħid, dwar kull wieħed, il-prova li jkun bil-
ħsieb li jagħmel.
(4) Il-qorti għandha, mingħajr dewmien, tqiegħed is-smigħ tar-
 DWANA ġ K AP. 37.   37
rikors għal data kmieni, liema data ma għandha f’ebda każ tkun
iktar tard minn tletin jum mid-data li fiha jiġi ppreżentat ir-rikors.
(5) Ir-rikors, u l-avviż tad-data stabbilita għas-smigħ,
għandhom jiġu notifikati lill-Kontrullur tad-Dwana mingħajr
dewmien, u l-imsemmi Kontrullur għandu jippreżenta r-risposta
tiegħu għalih fi żmien ħmistax-il jum mid-data tan-notifika tar-
rikors.
(6) Il-Kontrullur tad-Dwana għandu, fir-risposta tiegħu, igħid
b’mod ċar u fil-qosor jekk jaqbilx mal-fatti murija fir-rikors, u r-
raġunijiet għaliex joġġezzjona għat-talba; huwa għandu wkoll
jagħti fir-risposta tiegħu l-ismijiet tax-xhieda b’sustenn għar-
raġunijiet tiegħu u għandu jehmeż magħha d-dokumenti kollha
b’sustenn ta’ dan.
(7) Fil-jum stabbilit għas-smigħ tar-rikors, il-qorti għandha
tikkonsidra l-punti ta’ fatt u tal-liġi li jistgħu jiġu aċċertati biss mir-
rikors, mir-risposta jew mid-dokumenti ppreżentati, minn kull
waħda mill-partijiet, jew mix-xhieda indikati minn kull waħda mill-
partijiet fir-rikors jew fir-risposta, skond il-każ, jew mit-
trattazzjoni verbali ta’ kull waħda mill-partijiet.
(8) Il-qorti għandha tisma’ r-rikors sal-konklużjoni għeluq
ħamest ijiem tax-xogħol mid-data stabbilita għas-smigħ oriġinali
tar-rikors, u ma għandu jingħata ebda aġġornament ħlief jew bil-
kunsens taż-żewġ partijiet jew għal raġuni eċċezzjonali li tiġi
reġistrata mill-qorti, u dik id-data aġġornata ma tkunx iktar tard
minn kemm ikun ġustifikat għal dik ir-raġuni.
Kap. 12.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili dwar il-proċedimenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili
għandhom japplikaw dwar kull rikors bħal dak. 
Kumpens għal 
oġġetti mhux 
soġġetti għal 
konfiska. 
Emendat: 
XVI.1960.3.
Sostitwit:
XII. 2001.10.
74. (1) Meta, fejn xi ħaġa tkun ikkunsinnata jew mibjugħa
skond l-artikolu 72 jew tkun meqruda skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi liġi oħra, jitqies fi
proċedimenti li jkunu meħuda taħt din l-Ordinanza illi l-ħaġa ma
kellhiex tkun konfiskata fi żmien il-qbid tagħha, il-Kontrollur
għandu, bla ħsara għal kull tnaqqis permess taħt is-subartikolu (2),
fuq talba bil-miktub minn min għandu l-jedd joffri lil dan -
(a) ammont daqs kull somma mħallsa minnu jew il-
garanzija minnu mogħtija taħt l-artikolu 72(4); jew
(b) meta huwa jkun biegħ il-ħaġa, ammont li jkun daqs ir-
rikavat mill-bejgħ; jew
(ċ) fejn huwa jkun qered il-ħaġa, l-ammont daqs il-valur
fis-suq tal-ħaġa fiż-żmien meta din tkun inqerdet.
(2) Meta l-ammont li jkun offrut taħt is-subartikolu (1)(a), (b)
jew (ċ) jew il-garanzija mogħtija jkunu jinkludu xi somma dovuta
minħabba xi dazju, imposta jew taxxa li titħallas fuq il-ħaġa u li ma
kinitx tħallset qabel il-qbid tagħha, il-Kontrollur jista’ jnaqqas
daqstant minn dak l-ammont jew garanzija daqs kemm ikun dak id-
dazju, imposta jew taxxa.
  38      KAP. 37. ħ           DWANA
(3) Jekk min jagħmel it-talba jaċċetta kull ammont offrut lilu
taħt is-subartikolu (1), huwa ma jkollu ebda dritt li jsostni xi
azzjoni li ssir minħabba fil-qbid, żamma, bejgħ jew qerda tal-ħaġa
jew ta’ kull kwistjoni oħra li titnissel minnhom.
(4) Għall-fini tas-subartikolu (1)(ċ), il-valur fis-suq ta’ xi ħaġa
fiż-żmien tal-qbid tagħha għandu jitqies li jkun dak l-ammont li
dwaru l-Kontrollur u min jagħmel it-talba jistgħu jaqblu dwaru jew,
fin-nuqqas ta’ qbil, kif jista’ jiġi deċiż minn perit li jiġi maħtur
mill-Qorti tal-Maġistrati fuq talba tal-Kontrollur jew ta’ min ikun
għamel it-talba, u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali u konklużiva; u l-
proċedura dwar riferenza tal-każ f’idejn perit għandha tkun hekk
kif tista’ tiġi stabbilita mill-perit jew hekk kif jista’ jiġi ordnat mill-
Qorti tal-Maġistrati.
Oġġetti maqbuda 
jistgħu jingħataw 
lura u pieni jistgħu 
jiġu maħfura mill-
President ta’ 
Malta. 
Emendat: 
XXXIX.1965.6; 
LVIII. 1974.68.
75. Fil-każijiet ta’ qbid, jew ta’ pieni jew ta’ konfiski taħt din
l-Ordinanza, il-President ta’ Malta jista’ jordna li l-oġgett maqbud
jiġi mogħti lura, sew qabel kemm wara l-kundanna għall-konfiska,
jew li ma jittieħed ebda proċediment, jew inaqqas jew jaħfer dawk
il-pieni jew konfiski, taħt dawk il-pattijiet jew kondizzjonijiet li
huwa jidhirlu sewwa.
Preskrizzjoni. 
Emendat: 
XVI.1960.3; 
XXXI.1963.5. 
Sostitwit: 
XIX.1985.31.
Emendat:
XII. 2001.11.
76. (1) Proċedimenti dwar xi reat kontra din l-Ordinanza u
kull proċediment biex tinġabar xi penali pekunjarja jew mod ieħor
taħt din l-Ordinanza għandhom jinbdew minn jew f’isem il-
Kontrullur.
(2) Dawk il-proċedimenti għandhom jinbdew -
(a) meta l-oġġetti li dwarhom min ikun għamel ir-reat
ikunu qed isiru proċedimenti kontra tiegħu jkunu xi
oġġetti murija fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza,
fi żmien għaxar snin mid-data li fiha l-oġġetti jkunu
mportati; u
(b) f’kull każ ieħor fi żmien sitt snin mid-data tal-
kommissjoni tar-reat.
Il-piz ta’ prova 
f’każ ta’ 
kontrabandu. 
Emendat: 
XXXI.1963.6.
77. Jekk meta jiġu mitluba lura oġġetti, maqbuda minħabba
nuqqas ta’ ħlas ta’ dazju, jew għal raġuni oħra li ġġib magħha l-
konfiska, inkella fi proċedimenti għall-ġbir ta’ xi piena ta’ flus jew
xort’oħra skond din l-Ordinanza tinqala’ kwistjoni dwar jekk id-
dazju li jmiss fuq dawk l-oġġetti kienx ġie mħallas, jew jekk dawk
l-oġġetti kienux ġew importati jew trasburdati jew żbarkati skond
il-liġi, jew dwar il-lok minn fejn kienu ġew dawk l-oġġetti, f’kull
wieħed minn dawn il-każijiet il-prova tiegħu tmiss lill-persuna li
tagħmel dik it-talba jew lill-imputat li kontra tiegħu jsir dak il-
proċediment, skond il-każ.
Kif jinqies il-valur. 
Sostitwit: 
XIII.1979.34;
XII. 2001.12.
Kap. 337.
78. Fil-każi kollha fejn il-valur ta’ l-oġġetti huwa relevanti
biex tiġi determinata xi penali, dak il-valur, fejn jirrigwarda
proċeduri fil-qorti, għandu jkun determinat skond ir-regoli li
jinsabu fit-Tielet Skeda u l-Annex tagħha, li hemm ma’ l-Att dwar
id-Dazju ta’ Importazzjoni.
 DWANA ġ K AP. 37.   39
Firma ta’ 
dikjarazzjoni għall-
importazzjoni jew 
esportazzjoni ta’ 
oġġetti. 
Miżjud: 
XIII. 1979.35.
79. (1) Ebda persuna ma għandha tiffirma dikjarazzjoni għall-
importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti kemm-il darba ma
tkunx l-importatur jew l-esportatur ta’ l-oġġetti dikjarati f’dik id-
dikjarazzjoni, jew jekk ma tkunx awtorizzata għal hekk mill-
importatur jew mill-esportatur tagħhom, u, f’kull każ bħal dak, dik
id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata f’isem dak l-importatur jew
esportatur, skond il-każ.
(2) Kull persuna li tiffirma dikjarazzjoni għall-importazzjoni
jew esportazzjoni ta’ oġġetti, sew jekk f’isimha jew f’isem xi
persuna oħra, għandha tniżżel fuqha isimha u l-indirizz tagħha u n-
numru tal-karta ta’ l-identità  tagħha.
(3) Kull persuna li tiffirma dikjarazzjoni għall-importazzjoni
jew esportazzjoni ta’ oġġetti, li ma tkunx l-importatur jew l-
esportatur tagħhom, mingħajr ma jkollha l-awtorità  li hekk tiffirma
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira, jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn xahar iżda mhux iżjed
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
TAQSIMA XIII
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għad-
dwana li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XIII.1979.36.
80. (1) Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’, minn
żmien għal ieħor, jagħmel, u wara li jkun hekk għamel, ibiddel jew
iħassar regolamenti dwar il-tmexxija tad-dipartiment tad-dwana u
in ġenerali biex jagħti effett għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) Kull regolamenti magħmula taħt is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu jistgħu jipprovdu li kull persuna li tikser jew li tonqos li
tħares xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti tkun
ħatja ta’ reat, u dawk ir-regolamenti jistgħu jipprovdu għall-piena
ta’ multa ta’ mhux iżjed minn tmien mitt lira jew ammont li jkun
daqs tliet darbiet id-dazju ta’ importazzjoni li jkollu jitħallas fuq
kull oġġetti li dwarhom ikun sar ir-reat, skond liema jkun l-ogħla,
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik
il-multa u priġunerija flimkien, dwar kull darba li tinsab ħatja.
(3) Meta xi regolamenti magħmula taħt is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu ma jipprovdux għal xi piena, kull persuna li tikser,
jew li tonqos li tħares, xi wieħed minn dawk ir-regolamenti, teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira. 
Seħħ li jingħata lil 
arranġamenti 
reċiproki.
Miżjud:
XII. 2001.13.
80A. Bil-għan illi jiġu esegwiti obbligi li joħorġu minn xi ftehim
bilaterali jew multilaterali jew minn xi arranġamenti oħra, il-
Kontrollur għandu jikkoopera ma’ servizzi tad-Dwana oħra fuq
materji li jolqtu wieħed lill-ieħor u jista’ għal dak il-għan -
(a) iġib fis-seħħ, skond dawk l-arranġamenti li hu jista’
jordna jew li l-Ministru responsabbli għad-Dwana
jista’ b’regolamenti jistabbilixxi, kull ħtieġa jew
prattika dwar il-ġarr ta’ oġġetti bejn pajjiż u ieħor; u
  40      KAP. 37. ħ           DWANA
(b) iġib fis-seħħ kull arranġament reċiproku magħmul ma’
servizzi tad-Dwana oħra sabiex jiżgura, bi bdil ta’
tagħrif jew xort’oħra, l-amministrazzjoni xierqa tal-
liġijiet tad-Dwana tagħhom u l-prevenzjoni jew il-kxif
ta’ frodi jew evazjoni.
Setgħa li jemenda 
jew iħassar l-
Iskeda. 
Miżjud: 
XXXI.1963.7.
81. Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’ b’regolamenti
magħmula bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jemenda jew iħassar l-iskeda
li tinsab ma’ din l-Ordinanza.
Il-Ministru jista’ 
jippreskrivi 
formuli. 
Miżjud: 
XIX. 1985.32.
81A. (1) Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’ jagħmel
regolamenti li jippreskrivu l-formuli li għandhom jintużaw skond u
għall-finijiet ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza,
u ta’ kull regolamenti magħmula bis-saħħa tagħha u, minn żmien
għal żmien, li jemendaw, jissostitwixxu, jirrevokaw jew iżidu ma’
kull formuli bħal dawk.
(2) Ir-revoka ta’ xi formuli kif provdut fis-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu jew tibdil fihom ma jolqot ebda penali, konfiska jew
piena li jkun hemm responsabbiltà  għaliha qabel dik ir-revoka jew
dak it-tibdil.
Setgħa għall-
projbizzjoni ta’ 
importazzjonijiet. 
Miżjud: 
IV.1938.2. 
Emendat: 
XIV.1958.2; 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XX.1963.2; 
XXXV.1975.58.
82. (1) Il-Ministru responsabbli għad-dwana jista’,
b’regolament, jipprojbixxi, inaqqas jew jirregola l-importazzjoni
f’Malta, sew bil-baħar kemm bl-ajru, ta’ oġġetti jew ta’ xi xorta ta’
oġġetti.
(2) Ir-regolament taħt dan l-artikolu jista’ jsemmi l-oġġetti jew
ix-xorta ta’ oġġetti, sew b’mod ġenerali jew partikolari, sew
b’riferenza għall-pajjiż ta’ oriġini, jew b’riferenza għall-postijiet li
minnhom tgħaddi l-importazzjoni jew xort’oħra.
(3) Meta l-Kontrullur tad-Dwana jkollu raġun li jissuspetta li xi
stampat, magħdud kull ġurnal, ta’ xorta pornografika jew oxxena
ikun ġie importat f’Malta bi ksur ta’ xi regolamenti magħmula
skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, iżda hekk illi ma jkun
sar ebda reat ieħor kontra din l-Ordinanza dwar jew għall-fini ta’ l-
importazzjoni tiegħu, il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jżomm u jiftaħ
u, bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu li jaħbat sew sew
wara dan, bl-awtorità  bil-miktub tal-Ministru responsabbli għad-
dwana, jeqred dak l-istampat.
Kap. 254. (4) Id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar
l-Uffiċċju tal-Posta għandhom jgħoddu għal kull stampat miżmum
skond is-subartikolu li jaħbat l-aħħar qabel dan, u għall-finijiet ta’
dan is-subartikolu:
(a) ir-riferenzi f’dik l-Iskeda għall-Postmaster General
għandhom jiftehmu bħallikieku kienu riferenzi għall-
Kontrullur tad-Dwana;
(b) ir-riferenzi għall-Ministru fil-paragrafi 5 u 7 ta’ dik l-
Iskeda għandhom jiftiehmu bħallikieku kienu riferenzi
għall-Ministru responsabbli għad-dwana; u
(ċ) ir-riferenzi f’dik l-Iskeda għat-tiżmim ta’ stampat
skond l-artikolu 27 ta’ l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta u
għall-konsenja permezz tal-posta għandhom jiftehmu
 DWANA ġ K AP. 37.   41
bħallikieku kienu riferenzi għat-tiżmim ta’ stampat
skond is-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu u għall-
ħelsien mid-dwana rispettivament.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (3) u (4) ta’ dan l-
artikolu jkunu mingħajr preġudizzju għal kull qbid, konfiska,
rimedju, dritt ta’ proċedura jew penali stabbiliti bid-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ din l-Ordinanza dwar kull oġġett, barra
minn stampat li għalih japplika s-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu,
importat bi ksur ta’ regolamenti magħmula skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu.
Ir-regolamenti 
għandhom jinħarġu 
fil-Gazzetta tal-
Gvern. 
Emendat: 
XXV.1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI.1963.8; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
83. Kull regolament magħmul mill-Ministru responsabbli
għad-dwana taħt din l-Ordinanza għandu jiġi maħruġ fil-Gazzetta
tal-Gvern u għandu l-istess effett daqs li kieku kien jagħmel sehem
minn din l-Ordinanza. Kopja ta’ dawn ir-regolamenti għandha mill-
aktar fis li jista’ jkun titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-
Deputati:
Iżda, fil-każ ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ l-
artikolu 81 ta’ din l-Ordinanza, jekk il-Kamra tad-Deputati, għeluq
perijodu ta’ għoxrin ġurnata, li jibda bil-ġurnata li fiha xi
regolamenti bħal dawk ikunu tqegħdu quddiemha, tirriżolvi li jiġu
annullati, l-istess għandhom jieqfu milli jkollhom seħħ, iżda
mingħajr ħsara għal kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom
jew għall-egħmil ta’ xi regolamenti ġodda. Fil-kalkolu ta’ xi
perijodu għall-finijiet ta’ dan il-proviso ma għandu jittieħed ebda
kont ta’ xi żmien li matulu l-Kamra tad-Deputati tkun xolta jew
prorogata jew li matulu tkun aġġornata għal aktar minn erbat ijiem. 
Applikazzjoni ta’ l-
Ordinanza għat-
trasbordi.
84. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar id-
dikjarazzjoni, żbark, ħatt jew imbark ta’ oġġetti, sa fejn jistgħu
jgħoddu, jitqiesu li jgħoddu wkoll għall-oġġetti u li jikkomprendu
l-oġġetti żbarkati minn bastimenti, in transtu, jew biex jiġu
trasburdati.
Setgħa tal-
President ta’ Malta 
li jawtorizza lill-
uffiċjali tad-dwana 
li jagħmlu d-
dmirijiet ta’ 
uffiċjali tal-
Pulizija. 
Emendat: 
XXXIX.1965.6; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
85. (1) Il-President ta’ Malta jista’, b’notifikazzjoni maħruġa
fil-Gazzetta tal-Gvern, jawtorizza lil uffiċjal tad-dwana u tas-sisa
jew lil uffiċjali oħra tad-dwana, li jeżerċitaw f’dawk il-limiti li,
b’avviż maħruġ kif jingħad hawn fuq, jiġu stabbiliti minnu, il-
funzjonijiet li b’liġi jew b’regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’
liġi, huma mogħtijin lill-uffiċjali tal-Pulizija Eżekuttiva.
Ġuramenti.
jibdew jaqdu d-dmirijiet imsemmijin fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, għandhom jieħdu l-ġuramenti li ġejjin:
(a) Jien .............................................. naħlef/niddikjara
solennement li nkun fidil u li nġib tassew lealtà  lill-
poplu u lir-Repubblika ta’ Malta u lill-Kostituzzjoni
tagħha. (Hekk Alla jgħini).
(b) Jien ................................... naħlef li fiż-żmien li nkun
fil-kariga ta’ (hawn daħħal l-isem tal-kariga) naqdi
  42      KAP. 37. ħ           DWANA
mill-aħjar li nista’ u li naf id-dmirijiet ta’ uffiċjal tal-
Pulizija Eżekuttiva bil-fedeltà  u skond il-liġi.
Ħlas. 
Emendat: 
XXXIX.1965.6; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
86. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jagħti, lil kull uffiċjal li
jkun arresta persuna suġġetta għall-arrest taħt din l-Ordinanza u lil
kull wieħed li jkun ta informazzjoni li biha dik il-persuna tkun
tista’ tiġi misjuba ħatja, dak il-ħlas li jidhirlu xieraq, mhux iżjed
minn għoxrin lira għal kull persuna, kemm-il darba din il-persuna
tinsab ħatja.
(2)Il-President ta’ Malta jista’ jordna li tiġi mħallsa għal qbid li
jsir taħt din l-Ordinanza, lill-persuna jew lill-persuni li jkunu
għamlu dak il-qbid, u lill-persuna jew lill-persuni li bl-
informazzjoni jew bil-mezz tagħhom ikun sar dak il-qbid, dik is-
somma li hu jidhirlu xierqa, mhux iżjed mill-valur ta’ l-oġġetti li
jiġu hekk maqbuda; u għal dan il-fini l-valur ta’ l-oġġetti jew tal-
ħwejjeġ maqbuda kif jingħad hawn fuq għandu jiġi ikkalkulat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 78.
Ma japplikax l-
artikolu 21 tal-
Kodiċi Kriminali. 
eċċ. 
Miżjud: 
XIII.1979.37.
Kap. 9. 
Kap. 446.
87. Id-disposizzjoniiiet ta’ l-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali u
ta’ l-Att dwar il-Probation ma japplikaw għal ebda reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tagħha.
Jedd għal appell. 
Miżjud: 
XIII.1979.37. 
Emendat: 
VIII.1990.3.
Kap. 9.
88. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-Avukat
Ġenerali jkollu dejjem jedd għal appell lill-Qorti ta’ l-Appell
Kriminali minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati
dwar proċedimenti kriminali li jinqalgħu mid-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza.
Miżjuda: 
XXXI.1963.9. 
Emendata: 
XXX.1980.2.
SKEDA
(Artikolu 62)
1.  Tabakk.
2.  Inbejjed u spirti.
3.  Armi tan-nar.
4. Munizzjon.
