PROJBIZZJONI TA’ SULFARINI TAL-FOSFRU ABJAD   ġ KAP. 38.
KAPITOLU 38
ORDINANZA DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
SULFARINI TAL-FOSFRU ABJAD
Biex tipprojbixxi l-fabbrikazzjoni, bejgħ u importazzjoni ta’ sulfarini
magħmulin bil-Fosfru abjad.
(1 ta’ Ottubru, 1910)*
(1 ta’ Jannar, 1911)
Saret liġi bl-ORDINANZA IX ta’ l-1910.
Titolu fil-qosor.
Projbizzjoni ta’ Sulfarini tal-Fosfru Abjad.
Tifsir ta’ "fosfru 
abjad".
2. F’din l-Ordinanza "fosfru abjad" ifisser is-sustanza
magħrufa ordinarjament bħala fosfru abjad jew isfar.
Projbizzjoni ta’ l-
użu ta’ fosfru abjad 
fil-fabbrikazzjoni 
ta’ sulfarini.
3. Ħadd ma jista’ juża fosfru abjad fil-fabbrikazzjoni ta’
sulfarini.
Kampjuni ta’ 
sustanzi wżati fil-
fabbrikazzjoni ta’ 
sulfarini.
4. Is-sid jew direttur ta’ fabbrika fejn jinħadmu sulfarini
għandu jħalli lil kull uffiċjal tal-Pulizija ta’ grad mhux anqas minn
dak ta’ sotto-spettur, f’kull żmien li jkun, li jieħu għall-analisi
numru suffiċjenti ta’ kampjuni ta’ sustanzi wżati jew imħallta biex
jiġu wzati:
Iżda, is-sid jew direttur, fil-waqt li jkun qiegħed jittieħed il-
kampjun, jista’, wara li jkun ipprovda l-mezzi meħtieġa
għaldaqshekk, jitlob lil dak l-uffiċjal tal-Pulizija sabiex jaqsam
f’żewġ partijiet il-kampjun hekk meħud u sabiex jimmarka,
jissiġilla u jikkunsinna lilu parti waħda minnhom.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ sulfarini 
magħmulin bil-
fosfru abjad.
5. Ħadd ma jista’ jbigħ, jew joffri jew jesponi għal bejgħ, jew
iżomm għandu bi skop ta’ bejgħ sulfarini magħmulin bil-fosfru
abjad.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
sulfarini 
magħmulin bil-
fosfru abjad. 
Kap. 37.
6. Ħadd ma jista’ jimporta f’Malta sulfarini magħmulin bil-
fosfru abjad, u s-sulfarini hekk magħmula jitqiesu bħala oġġetti
pprojbiti li għalihom igħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
tad-Dwana.
Pieni.
jew jindaħal fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tal-Pulizija, taħt din l-
Ordinanza, jew ifixkilha fl-esekuzzjoni tagħhom, jeħel ammenda
jew multa, u l-fosfru abjad kollu jew is-sulfarini magħmulin bil-
fosfru abjad li jkunu jinsabu għandu, jistgħu jiġu maqbuda minn
kull uffiċjal tal-Pulizija, u jistgħu jiġu kkonfiskati.
*Ara Proklama Nru. XI tat-28 ta’ Ġunju, 1910.
