 UŻIN U KEJL   ġ K AP. 39.       1
KAPlTOLU 39
ORDINANZA DWAR L-UŻIN U KEJL
Biex tistabbilixxi sistema wieħed ta’ wżin u ta’ kejl u għal skopijiet oħra li ghandhom
x’jaqsmu ma’ hekk.
(1 ta’ Lulju, l921)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XIII ta’ l-1910 kif emendata bl-Ordinanza XVI ta’ l-1920; bl-Att
XXXIV ta’ l-1927; bl-Ordinanza XIII ta’ l-1947; bl-Att XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’
l-1963 u 46 ta’ l-1965; bl-Atti LVIII ta’ l-1974, XI ta’ l-1977, IV ta’ l-1978, V ta’ l-1984,
XXVIIta’ l-1994 u XIX ta’ l-1996.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli 
Titolu Fil-Qosor 1
Taqsima I.  Tifsir 2
Taqsima II.  Użin u Kejl 3-26
Taqsima III.  Piżaturi Pubbliċi 27-29
Taqsima IV.  Disposizzjonijiet Diversi 30-32
SKEDA
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 77 tat-2 ta’ Marzu, 1921.
  2      KAP. 39. ħ         UŻIN U KEJL  
Titolu fil-qosor. 1. Din l-Ordinanza tista’ tissejjaħ l-Ordinanza dwar l-Użin u
l-Kejl.
TAQSIMA I
TIFSIR
Tifsir.
Emendat: 
XIX.1996.10.
2. F’din l-Ordinanza, meta mill-kuntest ma jidhirx xort’oħra -
Kap. 419.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards imwaqqfa
bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  Maltija dwar l-iStandards ;
"imbullar" ifisser ukoll l-impressjoni, l-inċiżjoni, it-tinqix, l-
imbullar bin-nar, jew kull mezz ieħor ta’ imbullar b’mod li, kemm
jista’ jkun, ma jistax jiġi mħassar, u l-kelma "boll" u kelmiet oħra li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-imbullar għandhom jiftiehmu l-istess kif
jingħad hawn fuq;
"strument ta’ l-użin" ifisser ukoll mizien, bl-użin tiegħu, miżien
bil-molla, kull xort’oħra ta’ mwieżen, stasiji, il-makni ta’ l-użin u
strumenti oħra ta’ wżin.
TAQSIMA II
UŻIN U KEJL
Sistema wieħed ta’ 
wżin u kejl.
3. Għandu jiġi wżat sistema wieħed ta’ wżin u ta’ kejl f’kull
parti ta’ Malta.
Standards metriċi 
ta’ wżin u kejl. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. Mill-1 ta’ Jannar ta’ l-1912 jew minn xi data oħra wara li
tiġi stabbilita mill-President ta’ Malta b’notifikazzjoni fil-Gazzetta
tal-Gvern* (f’din l-Ordinanza msemmija bħala "meta din l-
Ordinanza tibda sseħħ") il-kilogramm, il-litru u l-metru standard,
miġjubin fl-Iskeda li hawn ma’ din l-Ordinanza, huma
rispettivament l-unitajiet jew standards li minnhom joħroġ kull
użin jew kejl ieħor.
Tqabbil bejn użin u 
kejl Malti u 
Imperjali u wżin u 
kejl metriku.
5. It-Tabella fit-Taqsima I ta’ l-Iskeda li hawn ma’ din l-
Ordinanza għandha titqies bħala li tqabbel l-użin u l-kejl Malti li
kien użat s’issa, ma’ l-użin u l-kejl Imperjali u ma’ l-użin u l-kejl
miġjub fiha skond is-sistema metriku, u din it-Tabella tista’ tiġi
wżata legalment biex jiġi kkalkulat u mniżżel f’użin jew kejl, l-
użin u l-kejl tas-sistema metriku.
Kopji ta’ standards 
metriċi. Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68;
XIX.1996.10.
6. (1) Il-President ta’ Malta, mill-aktar fis li jista’ jkun wara
li tgħaddi din l-Ordinanza, għandu jordna kopji eżatti ta’ standards
metriċi ta’ kull użin u kejl imsemmi fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda li
hawn ma’ din l-Ordinanza, u dawn il-kopji, meta din l-Ordinanza
tibda sseħħ, jkunu l-użin u l-kejl Malti standard għall-finijiet ta’
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 77 tat-2 ta’ Marzu, 1921.
 UŻIN U KEJL   ġ K AP. 39.       3
din l-Ordinanza. Il-kobor u l-użin ta’ kull kejl u wżin f’Malta jiġi
stabbilit skond dawn il-kampjuni-standard.
(2) L-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tistabbilixxi
standards ta’ kejl, użin jew tiqjis ieħor li jidħol minflok jew
b’żieda ma’ dawk stabbiliti taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, u meta jkunu ġew hekk stabbiliti dawk l-istandards mill-
Awtorità  il-qjies u l-piż ta’ kull kejl u użin f’Malta għandu jiġi
stabbilit skondhom.
Sett ta’ kampjuni- 
standard għandu 
jinżamm mill-
Awtorità
Emendat:
XXVII.1994.45;
XIX.1996.10.
7. Sett komplut ta’ kampjuni-standard ta’ wżin u kejl Malti
għandu jinżamm għand l-Awtorità.
Verifika ta’ kopji 
ta’ standards. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68;
XIX.1996.10.
8. Il-kopji tal-kampjuni-standard ta’ wżin u kejl Malti
għandhom jiġu vverifikati u ċċertifikati bil-mod li tordna l-
Awtorità .
Standards lokali.
Spettur ta’ l-Użin u l-Kejl maħtur taħt din l-Ordinanza, u għandu
jservi bħala kampjun għall-verifika jew spezzjon, skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, ta’ l-użin u tal-kejl. Dawn il-
kopji jissejħu standards lokali.
Verifika kull tant 
żmien ta’ 
standards lokali 
ta’ wżin.
10. Standard lokali ta’ wżin ma jitqiesx legali u lanqas ma
jista’ jiġi wżat għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza, jekk ma jkunx ġie
vverifikat jew ivverifikat mill-ġdid fil-ħames snin ta’ qabel iż-
żmien li fih jiġi wżat.
Verifika kull tant 
żmien ta’ 
standards lokali 
ta’ kejl.
11. Standard lokali ta’ kejl ma jitqiesx legali u lanqas ma jista’
jiġi wżat għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza, jekk ma jkunx ġie
vverifikat jew ivverifikat mill-ġdid fil-għaxar snin ta’ qabel iż-
żmien li fih jiġi wżat.
Standards lokali li 
jsiru difettużi.
12. Standard lokali ta’ wżin jew kejl li jkun sar difettuż
minħabba li jkun mikdud jew minħabba xi aċċident, jew billi jkun
ġie msewwi, ma jitqiesx legali u lanqas ma jista’ jiġi wżat għall-
finijiet ta’ din l-Ordinanza sakemm ma jiġix ivverifikat mill-ġdid.
Kif issir il-verifika 
mill-ġdid ta’ 
standards lokali.
Emendat:
XXVII.1994.45;
XIX.1996.10.
13. Il-verifka mill-ġdid ta’ standard lokali ta’ wżin jew kejl
issir bit-tqabbil ta’ dak is-standard mas-standard ta’ l-użin u l-kejl
li jkun merfugħ għand l-Awtorità.
Il-verifika mill-
ġdid issir mill-
Ispettur ta’ l-Użin 
u tal-Kejl. 
Emendat: 
XXVII.1994.45;
XIX.1996.10.
14. Dan it-tqabbil isir minn Spettur ta’ l-Użin u tal-Kejl
quddiem l-Awtorità , illi għandu jniżżel ir-riżultat ta’ dan it-tqabbil
f’reġistru li jinżamm għaldaqshekk.
  4      KAP. 39. ħ         UŻIN U KEJL  
Ħatra ta’ Spetturi 
ta’ l-Użin u tal-
Kejl. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXVII.1994.45;
XIX.1996.10.
15. (1) Il-Ministru responsabbli għall-industrija jaħtar Spettur
wieħed jew iżjed ta’ l-Użin u tal-Kejl għat-tħaris tas-standards
lokali u biex jagħmlu d-dmirijiet l-oħra ta’ spetturi taħt din l-
Ordinanza.
(2) Dawn l-ispetturi jkunu taħt il-kontroll ta’ l-Awtorità .
Eżami ta’ wżin u 
kejl minn Spettur. 
Emendat: 
IV.1978.2.
16. (1) Kull Spettur ta’ l-Użin u tal-Kejl għandu jeżamina l-
użin jew l-kejl li jkun ta’ l-istess denominazzjoni ta’ wieħed mis-
standards lokali u li jinġieb għandu għal skop ta’ verifika, u
jqabblu ma’ dak is-standard; u, jekk isibu sewwa, jimbullah bil-
boll tal-verifika.
(2) Hu għandu jeżamina wkoll kull strument ta’ l-użin jew kejl
li jinġieb għandu għal skop ta’ verifika; u, jekk isibu sewwa,
jimbullah bil-boll tal-verifika.
(3) Hu għandu jniżżel f’reġistru miżmum minnu tifkira ta’ dik
il-verifika, u, jekk mitlub, għandu jagħti ċertifikat taħt il-firma
tiegħu ta’ kull imbullar bħal dan.
Validità  ta’ wżin u 
kejl imbullat mill-
ispettur.
17. Użin u kejl imbullati regolarment minn spettur huma wżin
u kejl legali f’Malta, sakemm ma jinsabux li jkunu foloz jew mhux
eżatti.
Drittijiet għall-
verifika. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
IV.1978.3;
XX.VII.1994.45;
XIX.1996.10.
18. Għall-verifika u l-imbullatura ta’ wżin, kejl u strumenti ta’
l-użin, jiġi intaxxat u jittieħed dak id-dritt li minn żmien għal ieħor
jistabbilixxi l-Ministru responsabbli għall-industrija.
Spettur jista’ 
jeżamina wżin, kejl 
u strumenti ta’ l-
użin jew kejl, eċċ., 
u jidħol f’postijiet. 
Emendat: 
IV.1978.4;
XXVII.1994.45;
XIX.1996.10.
19. (1) Kull spettur awtorizzat bil-miktub mill-Awtorità ,
jista’, f’ħinijiet xierqa, jeżamina l-użin, il-kejl u l-istrumenti ta’ l-
użin jew kejl użati minn persuna għal skop ta’ kummerċ jew ta’
industrija jew li jkunu f’post għall-użu ta’ kummerċ jew ta’
industrija, u jista’ jqabbel l-użin u l-kejl ma’ standard lokali, u
jista’ jaqbad u jżomm użin, kejl jew strument ta’ wżin jew kejl li
jista’ jiġi kkonfiskat bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza; u jista’, għall-
finijiet ta’ dak l-eżami, jidħol f’positijiet fejn huwa jkollu raġun
jaħseb li hemm użin, kejl jew strumenti ta’ wżin jew kejl użati għal
skop ta’ kummerċ jew ta’ industrija, u li huwa awtorizzat li
jeżamina bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza.
(2) Kull min jonqos jew jirrifjuta iġib għal dan l-eżami l-użin,
kejl jew strumenti ta’ l-użin jew kejl li jkunu taħt idejh jew fil-
postijiet tiegħu, jew ma jħallix lill-ispettur jidħol biex jagħmel dak
l-eżami, jew ifixkel id-dħul ta’ l-ispettur fil-waqt li dan ikun
qiegħed jaqdi d-dmirijiet tiegħu taħt dan l-artikolu, jeħel il-piena
ta’ l-ammenda.
Il-ftehim dwar 
kwantitajiet 
għandhom isiru 
skond is-sistema 
metriku. 
Emendat: 
XXV.1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
V. 1984.2.
20. Kull att jew ftehim dwar kwantitajiet ikkalkolati bl-użin
jew bil-kejl, għandu jsir skond is-sistema metriku ta’ l-użin jew tal-
kejl (imsejjaħ iżjed ’il quddiem "is-sistema metriku") u d-dazju u
drittijiet li jiġu intaxxati jew meħuda skond l-użin jew il-kejl,
għandhom jiġu intaxxati u meħuda skond is-sistema metriku:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu -
 UŻIN U KEJL   ġ K AP. 39.       5
(a) ma jgħoddu għal ebda att jew kuntratt magħmul qabel
ma tibda sseħħ din l-Ordinanza; u lanqas
(b) ma jgħoddu għal ebda kuntratt jew operazzjoni ma’
persuni barra minn Malta jew għal ħwejjeġ barra minn
Malta, jew għal ħwejjeġ li għandhom jiġu importati
f’Malta jew esportati minnha, jekk il-konvenzjoni jew
l-operazzjoni tkun magħmula skond is-sistema ta’
wżin u ta’ kejl tal-pajjiż fejn tkun saret.
Interpretazzjoni ta’ 
ordinanzi, liġijiet u 
regolamenti.
21. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel
dan, kwantu għal attijiet jew kuntratti li ġa jeżistu, għal
operazzjonijiet ta’ kummerċ f’pajjiżi barranin u għal kummerċ u
negozji eżentati, ir-riferenzi kollha f’kull ordinanza, liġi,
regolament jew att ieħor li jkunu jseħħu meta tibda sseħħ din l-
Ordinanza, għal użin jew kejl standard użati f’Malta meta tibda
sseħħ din l-Ordinanza għandhom jitqiesu u jiġu interpretati bħala
riferenzi għall-ekwivalenti rispettivi ta’ dak l-użin u kejl ikkalkolat
bis-sistema metriku skond it-tqabbil li jinsab fit-Taqsima I ta’ l-
Iskeda li hawn ma’ din l-Ordinanza.
L-użu ta’ l-użin u 
kejl metriku huwa 
legali fiż-żmien ta’ 
qabel ma tibda 
sseħħ din l-
Ordinanza. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
22. L-użu tas-sistema metriku ta’ l-użin u kejl huwa legali
f’Malta, għall-finijiet kollha, qabel ma tibda sseħħ din l-Ordinanza,
mid-data li fiha l-President ta’ Malta jiddikjara, b’notifikazzjoni, li
jinsabu f’Malta, lesti għall-użu, kopji eżatti ta’ standards metriċi. 
Piena għall-użu ta’ 
użin, eċċ., mhux 
metriku. 
Miżjud: 
V. 1984.3.
22A. Kull persuna li tagħmel xi att jew ftehim kuntrarju għall-
artikolu 20 u kull persuna li għall-kummerċ tagħmel użu minn jew
li jkollha fil-pussess tagħha għall-kummerċ xi użin, kejl, jew
strument ieħor li jiżen jew ikejjel li ma jkunx skond is-sistema
metrika tkun ħatja ta’ reat u meta tinsab ħatja teħel ammenda għal
kull reat, u kull użin, kejl jew strument li jiżen jew ikejjel li dwaru
jkun sar ir-reat jista’ jiġi konfiskat.
Piena għall-bejgħ 
ta’ wżin, kejl, eċċ., 
foloz. 
Emendat: 
IV. 1978.5.
23. (1) Ħadd ma jista’ xjentement ibigħ użin, kejl jew
strument ta’ l-użin jew kejl falz jew mhux eżatt.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel
il-piena tal-multa.
(3) L-imputat ta’ reat taħt dan l-artikolu, jitqies li kien jaf li l-
użin, il-kejl jew l-istrument ta’ l-użin jew kejl kien falz jew mhux
eżatt, kemm-il darba ma jippruvax għas-sodisfazzjon tal-qorti li hu
ma kienx jaf li dak l-użin, kejl jew strument ta’ l-użin jew kejl kien
falz jew mhux eżatt, u li ma setax b’diliġenza ordinarja jkun jaf
b’dak il-fatt.
Id-denominazzjoni 
għandha tkun 
imbullata fuq l-
użin u l-kejl. 
24. (1) Kull użin għandu jkollu imbullata fuqu, barra minn
meta dan ma jkunx jista’ jsir minħabba ċ-ċokon ta’ l-użin, id-
denominazzjoni tiegħu f’ċifri u ittri li jistgħu jinqraw.
(2) Kull kejl, ta’ tul jew ta’ kapaċità , għandu jkollu imbullata
fuq in-naħa ta’ barra, id-denominazzjoni tiegħu f’ċifri u ittri li
jistgħu jinqraw.
(3) Użin jew kejl mhux skond id-disposizzjoni ta’ dan l-
  6      KAP. 39. ħ         UŻIN U KEJL  
artikolu ma jiġix imbullat bil-boll tal-verifika kif sejjer jingħad
iżjed ’il quddiem.
Boll ta’ verifika 
fuq użin u kejl. 
Emendat: 
IV. 1978.6.
25. (1) Kull użin, kejl, jew strument ta’ l-użin jew kejl użat
għall-kummerċ, għandu jiġi vverifikat u mbullat minn spettur
b’boll ta’ verifika skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
(2) Kull min juża għal skop ta’ kummerċ użin, kejl, jew
strument ta’ l-użin jew kejl mhux imbullat kif meħtieġ f’dan l-
artikolu, jeħel il-piena ta’ l-ammenda.
Il-Ministru 
responsabbli għall-
industrija jista’ 
jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Sostitwit: 
IV.1978.7.
Emendat:
XXVII.1994.45;
XIX.1996.10.
26. Il-Ministru responsabbli għall-industrija jista’ jagħmel
regolamenti biex jagħti effett aħjar lil kull waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u għall-qadi aħjar ta’ kull
waħda mill-funzjonijiet tiegħu taħt din l-Ordinanza, u bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jista’ b’dawk ir-regolamenti -
(a) jippreskrivi, jirregola jew xort’oħra jipprovdi dwar
kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ użin u kejl;
(b) jippreskrivi, u xort’oħra jipprovdi għall-imposizzjoni
jew ġbir ta’ drittijiet, spejjeż u ħlasijiet oħra li
għandhom x’jaqsmu mal-verifika u l-imbullar ta’ użin,
kejl u strumenti ta’ użin jew kejl; u
(ċ) jippreskrivi kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta b’din, taħt
din jew għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza.
TAQSIMA III
PIŻATURI PUBBLIĊI
Ħadd ma jista’ 
jagħmilha ta’ 
piżatur pubbliku 
mingħajr liċenza.
27. Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ piżatur pubbliku mingħajr
liċenza tal-Gvern.
Kwalifiki. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963;
XXVII.1994.45;
XIX.1996.10.
28. Il-liċenza ma tiġix mogħtija ħlief lil min -
(a) ikun għalaq l-età  ta’ tmintax-il sena;
(b) ikun ta’ kondotta tajba;
(ċ) ikun għadda eżami kwalifikattiv skond ir-regolamenti
magħmulin mill-Ministru responsabbli għall-
industrija.
Piena. 29. Kull min jagħmilha ta’ piżatur pubbliku mingħajr il-liċenza
meħtieġa f’din it-Taqsima ta’ l-Ordinanza, jeħel il-piena ta’ l-
ammenda.
 UŻIN U KEJL   ġ K AP. 39.       7
TAQSIMA IV
DISPOSIZZJONIJIET DIVERSI
Bejgħ ta’ oġġetti 
xotti.
30. (1) Kull bejgħ ta’ oġġetti xotti bil-kejl ta’ kapaċità , sew
bl-ingrossa kemm bl-imnut, għandu jsir u jiġi regolat bil-kejl
mimsuħ.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel
il-piena ta’ l-ammenda.
Bejgħ ta’ faħam, 
ħatab, porċillana, 
eċċ. 
Emendat: 
XVI.1920.2.
31. (1) Il-bejgħ ta’ faħam, ħatab, porċillana, qamħ, nuħħala u
ċereali oħra, bl-ingrossa jew bl-imnut, għandu jsir u jiġi regolat bl-
użin u mhux xort’oħra.
(2) Kull min jikser id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu, jeħel il-
piena ta’ l-ammenda.
Tħassir ta’ liġijiet. 
Kap. 7. 
Kap. 8. 
Kap. 10.
32. L-Ordinanza Nru. VIII ta’ l-1839 (l-Ordinanza dwar il-
Bejgħ ta’ Faħam tal-Ħaġra), l-Ordinanza IX ta’ l-1839 (l-Ordinanza
dwar il-Bejgħ ta’ Ċereali), l-artikolu 189 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-
Pulizija u kull liġi oħra kuntrarja jew mhux kumpatibbli ma’ din l-
Ordinanza, ma jibqgħux iseħħu minn meta tibda sseħħ din l-
Ordinanza.
L-ISKEDA
(ARTIKOLI 5, 6, U 21)
TAQSIMA I
EKWIVALENTI METRIĊI
TABELLA
(a) Tal-valuri tad-denominazzjonijiet prinċipali ta’ kejl u
wżintas-sistema metriku miġjubin f’denominaz-
zjonijiet ta’ kejl u wżin Imperjali u Malti; u
(b) tal-valuri tad-denominazzjonijiet prinċipali ta’ kejl u
wżin tas-sistema Malti u Imperjali miġjubin f’użin u
kejl metriku.
  8      KAP. 39. ħ         UŻIN U KEJL  
(a)
KEJL TA’ TUL
KEJL TA’ WIĊĊ
KEJL TA’ KAPAĊITÀ  GĦAL LIKWIDI - Nru. 1 
Għal Birra, Inbid u Spirti 
 
Kejl Metriku Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Malti
Mili Jardi  Piedi Pulzieri
 
Deċimali 
 
Qasab  Xbar  Deċimali
1 Mirjametru 6  376 0  5 13    4772    1 0792
1 Kilometru - 1093 1 10 113     477    1 70792
1 Ettometru -  109 1  1 0113      47    5 770792
1 Dekametru -  10 2  9 70113       4    6 1770792
1 Metru -    - 3  3 370113       -    3 81770792
1 Deċimetru -    - -  3 9370113       -    - 38177079
1 Ċentimetru -    - - - 39370113       -    - 038177079
1 Millimetru -    - - - 039370113       -    - 0038177079
Kejl Metriku
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Malti
1 Ettara ................................ 2.47106 Akri  .555988 ta’ Modd
1 Ara ...................................  119.60 Jardi kwadri  .53375 ta’ Siegħ
1 Metru Kwadru................... 1.1960 Jardi kwadri  Ġ
jew
.053375 ta' Kejla
.22773 ta’ Qasba kwadra
1 Deċimetru kwadru ............   15.5 Pulzieri kwadri  .14575 ta’ Xiber kwadru
1 Ċentimetru kwadru ........... .15500 Pulzieri kwadri .0014575 ta’ Xiber kwadru
Kejl 
Metriku
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Malti
   
Galluni
 
¼  ta’ 
gallun Pinet  Deċimali  Bramel
 
Ġarar  Kwarti  Krateċ Deċimali
1 Kilolitru  219    3 1 80 23    0  1 1 15155504
1 Ettolitru  21    3 1 980  2    1 0 2 490155504
1 Dekalitru  2    0 1 5980  -    -  1 4 0490155504
1 Litru  -    - 1 75980  -  -  - - 879901555
1 Deċilitru  -  - - 175980  -  -  - - 0879901555
1 Ċentilitru  -  - - 0175980  -  -  - - 00879901555
1 Millilitru  -  - - 00175980  -  -  - - 000879901555
 UŻIN U KEJL   ġ K AP. 39.       9
KEJL TA’ KAPAĊITÀ  GĦAL LIKWIDI - Nru. 2 
Għal Żejt u Ħalib
KEJL TA’ KAPAĊITÀ  GĦAL OĠĠETTI XOTTI
KEJL KUBIKU
Kejl Metriku
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Malti
Galluni  ¼  ta’ gallun Pinet Deċimali  Qafiżi Kwarti Krateċ Deċimali
1 Kilolitru  219  3 1 80 48  3 2 1347152
1 Ettolitru  21  3 1 980  4  3 2 21347152
1 Dekalitru 2  0 1 5980  -  1 3 821347152
1 Litru -  - 1 75980  -  -  - 7821347152
1 Deċilitru -  - - 175980  -  -  - 07821347152
1 Ċentilitru -  - - 0175980  - -  - 007821347152
1 Millilitru - - - 00175980  - -  - 0007821347152
Kejl Metriku
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Malti
¼  ta’ 
gallun  Buxel  Galluni Deċimali  Mdied Tmiem  Siegħan Deċimali
1 Kilolitru  3  3 3 975 3  6 5 58
1 Ettolitru -  2 5 9975 -  5 2 958
1 Dekalitru -  - 2 19975 -  - 3 29962464
1 Litru -  - - 219975 -  - - 329962464
1 Deċilitru -  - - 0219975 -  - - 0329962464
1 Ċentilitru -  - - 00219975 - - - 00329962464
1 Millilitru - - - 000219975 - - - 000329962464
Kejl Metriku Ekwivalenti f’Kejl Imperjali Ekwivalenti f’Kejl Malti
 1 Metru kubu Ġ   1.307954 Jardi kubi
35.3148 Piedi kubi  Ġ
Ġ
55.64278 Xbar kubi                jew
    .1086773 ta’ Qasba kuba
1 Deċimetru kubu    .035318 Piedi kubi 
    .556427 ta’ Xiber kubu                   jew
    .0001086773 ta’ Qasba kuba
1 Ċenitmetru kubu    .061024 Pulzieri kubi      .0000556427 ta’ Xiber kubu
  10      KAP. 39. ħ         UŻIN U KEJL  
UŻIN
(b)
 KEJL TA’ TUL
KEJL TA’ WIĊĊ
Użin Metriku
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali.
Ekwivalenti f’Kejl 
Malti
Cwts.
 
Qrs.  Libbri.  Deċimali  Qnatar
 
Irtal 
 
Ewieq
 
Deċimali 
100 Kilogramm  1  3  24 46223 1  25 29 3525
(1 qantar)
1 Kilogramm -  - 2 2046223 - 1 7 79352 
1 Ettogram -  - - 22046223 - -  3 77935
1 Dekagramm -  - - 022046223 - -  - 377935
1 Gramm -  - - 0022046223 - - - 0377935
1 Deċigramm -  - - 00022046223 -  - - 00377935
1 Ċentigramm -  - - 000022046223 -  - - 000377935
1 Milligramm - - - 0000022046223 -  - - 0000377935
Kejl Malti
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Metriku
Piedi Pulzieri  Deċimali Metri Deċimali
1 Qasba
     (8 ixbar)  6 10 50 2 09549817
1 Xiber
     (12-il pulzier) - 10 3125 - 26193727
1 Pulzier - - 859375
Ġ
- 021828105
1 Mil 5280 ugwali għal 1760
jarda 1609jew 1.6093 
kilometri
344
Kejl Malti
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Metriku
Akri  Roods  Poles  Jardi 
Kwadri
Piedi 
Kwadri
Deċimali
1 Modd 4 1 31 3 3 249       1.798599928 Ettari
1 Tomna - 1 4 13 3 9     11.2412495 Ari
1 Siegħ - - 7 12 2 916   187.35416 Metri kwadri
1 Kejla -  - - 22 3 6     18.735416 Metri kwadri
1 Qasba kwadra  - - - 5 2 265625       4.3911126 Metri kwadri
1 Xiber kwadru - - -  - - 7385162       6.8611 Deċimetri kwadri
 UŻIN U KEJL   ġ K AP. 39.       11
KEJL TA’ KAPAĊITÀ  GĦAL LIKWIDI - Nru. 1
Għal Birra, Nbid u Spirti
KEJL TA’ KAPAĊITÀ  GĦAL LIKWIDI - Nru. 2
Għal Żejt u Ħalib
KEJL TA’ KAPAĊITÀ  GĦAL OĠĠETTI XOTTI 
Kejl Malti
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Metriku
 
Galluni Deċimali  Litri  Deċimali 
1 Barmil (4 ġarar)  9 50 43 18664945
1 Garra (2 kwarti) 2 375 10 7966623625 
1 Kwarta (4¾   Krateċ)  1 1875 5 39833118125
1 Kartoċċ (2 infas) - 2500 1 13649077500
1 Nofs (2 terzi) - 1250 - 56824538750
1 Terz (2 pinet) - 0625 - 28412269375
1 Pinta  - 03125 - 142061346875
Kejl Malti
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Metriku
   
Galluni Deċimali  Litri  Deċimali 
1 Qafiż (4 kwarti)  4 50 20 45683395
1 Kwarta (4 krateċ) 1 125 5 1142084875
1 Kartoċċ (2 infas)  - 28125 1 278552121875
1 Nofs (2 terzi) - 140625 - 6392760609375
1 Terz (2½  kejliet) - 0703125 - 31963803046875
1 Kejla (4 kwartini) - 028125 - 1278552121875
1 Kwartin  - 00703125 - 031963803046875
Kejl Malti
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Metriku
  
Quarters 
 
Deċimali Ettolitri Deċimali
1 Modd   (16- il tomna)                     1  -     2  90942
1 Tomna (6 siegħan) - 0625 - 18183875
1 Siegħ (10 kejliet) - 010416 - 03030645
1 Kejla (10 lumini) - 0010416 - 003030645
1 Lumin - 00010416 - 0003030645
  12      KAP. 39. ħ         UŻIN U KEJL  
KEJL KUBU
UŻIN
Emendata : 
XXXIV.1927.2.
Kejl Malti
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Metriku
1 Qasba kuba       324.9511 Pied kubu     9.201556 Metri kubi 
1 Xiber kubu             .63467 Pied kubu   17.9717 Deċimetri kubi
1 Pulzier kubu             .63467 Pulzier kubu   10.4 Ċentimetri kubi
Kejl Malti
Ekwivalenti f’Kejl 
Imperjali
Ekwivalenti f’Kejl 
Metriku
Libbri Deċimali Kilogrammi
 
Deċimali
1 Qantar (20wizna)  175  -  79  37867525
1 Wiżna (5 irtal)  8 75 3 9689337625
1 Ratal (30 uqija Maltija)  1 75 - 7937867525
1 Uqija (4 kwarti)  - 0583333 - 026459558416
1 Kwart (2 ottavi)  - 01458333 - 006614889604
1 Ottav   - 007291666 - 003307444802
1 Peżata (3 qnatar) 525 - 238 13602575
1 Tun. (piż) 1280 (ratal) 2240 - 1016 -
 UŻIN U KEJL   ġ K AP. 39.       13
Lista ta’ standards metriċi miżmuma mid-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatu.
TAQSIMA II Emendata:
XXVIII.1994.45;
XIX.1996.10.
STANDARDS METRIĊI
Kejl ta’ Tul Użin
Metru doppju jew 2 metri 20, 10, 5, 2 kilogrammi
Metru jew 1 metru Kilogramm
Deċimetru jew 0.1 metru 500, 200, 100, 50, 20, 10, 5, 2, 1 
grammi
Ċentimetru jew 0.01 metru 5, 2, 1 deċigrammi
Millimetru jew 0.001 metru 5, 2, 1, 0.5 milligrammi
KEJL TA’ KAPAĊITÀ
                                    20, 10, 5, 2 Litri
                      Litru 
0.5  litru jew  500 ċentimetru kubu
0.2  litru jew 200 ċentimetru kubu
0.1  litru jew 100 ċentimetru kubu
0.05  litru jew    50 ċentimetru kubu
0.02  litru jew   20 ċentimetru kubu
0.01  litru jew   10 ċentimetru kubu
0.005  litru jew   5 ċentimetru kubu
0.002  litru jew  2 ċentimetru kubu
0.001  litru jew   1 ċentimetru kubu
