PIŻATURI PUBBLIĊI    ġ K AP. 42.    1
KAPlTOLU 42
ORDINANZA DWAR IL-PIŻATURI PUBBLIĊI*
*L-artikolu 14 ta’ din l-Ordinanza kien jipprovdi kif ġej:
"14. (1) Kull disposizzjoni ta’ din l-Ordinanza tibda sseħħ fid-data li tiġi stabbilita mill-Gvernatur,
b’notifikazzjoni jew bi proklama; u tibqa’ sseħħ sakemm tibda sseħħ l-Ordinanza Nru. XII ta’ l-1910
(l-Ordinanza dwar l -Użin u l-Kejl), jekk ma tiġix imħassra qabel.
(2) B’dak kollu li jingħid fid-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza Nru. XII ta’ l-1910 (l-Ordinanza dwar l-
Użin u l-Kejl), il-Gvernatur jista’ jipproroga l-ġurnata li fiha għandha tibda sseħħ dik l-Ordinanza, u
jordna li l-istess tihda sseħħ f’data li tiġi wara mgħarrfa b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern."
Bil-Proklama Nru. XXIII tat-28 ta’ Awissu, 1914, l-artikoli 1 sal-4 (inklusivament) u l-artikolu 14 ta’
din l-Ordinanza bdew iseħħu fit-28 ta’ Awissu, 1914. L-artikoli l-oħra qatt ma ġew fis-seħħ.
L-Ordinanza XII ta’ l-1910 (issa Kapitolu 39) bdiet isseħħ fl-1 ta’ Lulju, 1921, b’Notifikatzjoni tal-
Gvern Nru. 77 ta’ l-1921. Konsegwentement, f’dik id-data, bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
14 hawn fuq riprodott, id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza li f’dak iż-żmien kienu jseħħu ma
baqgħux iseħħu. Id-disposizzjonijiet l-oħra ma ġew qatt fis-seħħ.
Għal dawn ir-raġunijiet din l-Ordinanza ġiet imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
