PROTEZZJONI TAS-SIDIEN TAL-FAĦAM TAL-ĦAĠRA ġKAP. 43.     1
KAPITOLU 43
ORDINANZA DWAR IL-PROTEZZJONI TAS-
SIDIEN TAL-FAĦAM TAL-ĦAĠRA
Biex tipprovdi għall-protezzjoni tas-sidien ta’ faħam tal-ħaġra li jkun fl-
imħażen jew fuq il-baħar fil-portijiet.
(31 ta’ Diċembru, 1915)*
Saret liġi bl-ORDINANZA X ta’ l-1915, kif emendata bl-Ordinanzi VIII
ta’ l-1916 u XIX ta’ l-1920; bl-Att X ta’ l-1924; bl-Ordinanza XII ta’ l-
1940; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963 u bl-Atti: XLIX ta’ l-1981 u VIII ta’ l-
1990.
Titolu fil-qosor.
Protezzjoni tas-Sidien tal-Faħam tal-Ħaġra.
Liċenza. 
Emendat: 
XIX.1920.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
2. (1) Ħadd ma jista’ jistad għal faħam tal-ħaġra jew għal
oġġetti oħra fil-portijiet mingħajr liċenza tal-Kummissarju tal-
Pulizija, jew b’kontravvenzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ dik il-
liċenza.
Żmien u post fejn 
jista’ jsir is-sajd u 
kondizzjonijiet 
oħra tal-liċenza.
(2) Il-liċenza għandha ssemmi l-ħin u l-lok li fihom jista’ jsir
is-sajd għal faħam tal-ħaġra jew għal oġġetti oħra, u għandu jkun
fiha dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li l-Kummissarju tal-Pulizija
jidhirlu li huma meħtieġa għall-protezzjoni tas-sidien tal-faħam tal-
ħaġra.
Żmien tal-liċenza.
tiġi maħruġa, kemm-il darba ma tkunx ġiet imħassra qabel mill-
Kummissarju tal-Pulizija b’ordni tal-Ministru responsabbli għall-
Pulizija.
Setgħat tal-
Pulizija. 
Emendat. 
XIX.1920.2; 
X.1924.2; 
VIII.1990.3.
3. (1) Kull uffiċjal tal-Pulizija jista jaqbad kull kwantità ta’
faħam tal-ħaġra anqas minn ħames tunnellati metriċi wżin, kull
meta jkun hemm raġuni ta’ suspett li l-pussess ta’ dak il-faħam ġie
akkwistat kontra l-liġi.
(2) F’kull każ bħal dan, il-faħam u d-dgħajsa jew vettura li
fihom ikun il-faħam jiġu kkonfiskati, kemm-il darba l-persuna li
tippretendi dak il-faħam, b’ċitazzjoni kontra l-Kummissarju tal-
Pulizija, quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, fi żmien sebat ijiem mill-
qbid, ma tippruvax b’sodisfazzjon tal-qorti, illi hija s-sid leġittimu
tal-faħam, jew illi hija ġiet fil-pussess tiegħu skond il-liġi:
Iżda, fin-nuqqas ta’ din il-prova, kull persuna oħra li
tissodisfa lill-Kummissarju tal-Pulizija li hija s-sid jew pussessur
leġittimu tal-faħam maqbud kif jingħad hawn fuq, għandha jedd li
tieħu lura dak il-faħam.
Piena.
meta jinsab ħati, il-pieni tal-kontravvenzjonijiet; u f’kull każ bħal
dan il-qorti tista’ wkoll tordna l-konfiska tad-dgħajsa jew vettura
*Ara Proklama Nru. XVIII ta’ l-1915.
 2      KAP. 43.ħ    PROTEZZJONI TAS-SIDIEN TAL-FAĦAM TAL-
oħra li tkun jew tal-għodod li jkun sar użu minnhom f’dik il-
kontravvenzjoni.
Liċenza biex 
wieħed jittraffika 
fil-faħam tal-ħaġra. 
Miżjud: 
VIII. 1916.2. 
Emendat: 
XII. 1940.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
4. (1) Ħadd ma jista’ jittraffika fil-faħam tal-ħaġra mingħajr
liċenza tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Żmien tal-liċenza. (2) Din il-liċenza tibqa’ sseħħ sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li
fiha tiġi maħruġa, kemm-il darba ma tiġix imħassra qabel mill-
Kummissarju tal-Pulizija b’ordni tal-Ministru responsabbli għal
Pulizija.
Il-Kummissarju 
jista’ jiċħad il-
liċenza.
(3) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jiċħad din il-liċenza lil
persuni ta’ kondotta suspetta.
X’għandu jkun fiha 
liċenza.
(4) Il-liċenza għandu jkun fiha msemmi l-post li fih it-titular
tal-liċenza jista’ jeżerċita t-traffiku tiegħu, u għandu jkun fiha kull
kondizzjoni oħra illi l-Kummissarju tal-Pulizija jidhirlu sewwa li
għandu jagħmel għall-protezzjoni tas-sidien tal-faħam tal-ħaġra.
Fejn jistgħu 
jittraffikaw it-
traffikanti fil-
faħam.
(5) Il-limitazzjoni tal-postijiet li fihom it-traffikanti fil-faħam
tal-ħaġra jistgħu jeżerċitaw it-traffiku tagħhom, hija mħollija fid-
diskrezzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Dmirijiet tat-
traffikanti fil-
faħam tal-ħaġra. 
Miżjud: 
VIII.1916.2. 
Emendat: 
XIX. 1920.3.
5. (1) Kull traffikant bħal dan għandu jkollu ismu u kunjomu,
flimkien mal-kelmiet "Traffikant fil-faħam tal-ħaġra", miżbugħa
ċari fuq il-faċċata tal-maħżen, ħanut jew post ieħor tan-negozju
tiegħu.
(2) Huwa għandu wkoll iżomm kotba li fihom għandu jniżżel
regolarment il-faħam tal-ħaġra li jixtri jew li xort’oħra jirċievi, l-
isem tal-bejjiegħa jew ta’ persuni oħra li minn għandhom ikun
akkwista dak il-faħam u fejn joqogħdu bid-dar.
Setgħat ta’ l-
uffiċjali tal-
Pulizija.
(3) Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’, f’kull żmien, jidħol fil-
ħwienet jew imħażen tat-traffikanti fil-faħam tal-ħaġra u
jispezzjona dak li jkun hemm fihom u l-kotba msemmijin fis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
Dmirijiet oħra tat-
traffikanti fil-
faħam tal-ħaġra. 
Miżjud: 
VIII.1916.2. 
Emendat: 
XIX. 1920.3; 
XII.1940.2,3.
6. (1) It-traffikanti bil-liċenza fil-faħam tal-ħaġra għandhom,
barra minn dan, iħarsu dawn ir-regoli li ġejjin:
(a) ma jistgħux jixtru jew xort’oħra jirċievu faħam tal-
ħaġra mingħand persuni ta’ kondotta suspetta, li ma
jkunux jistgħu jippruvaw sodisfaċentement kif ġew fil-
pussess ta’ dak il-faħam;
(b) ma jistgħux jixtru jew xort’oħra jirċievu jew ibiegħu
faħam tal-ħaġra qabel it-tmienja ta’ fil-għodu jew wara
nżul ix-xemx;
(ċ) għandhom jagħtu lill-uffiċjali tal-Pulizija, kull meta
jkunu mitluba, kont tal-faħam tal-ħaġra mibjugħ jew li
minnu jkunu ddisponew xort’oħra, billi jagħtu l-isem u
partikolaritajiet oħra tal-persuni li lilhom ikunu biegħu
jew xort’oħra ttrasferew dak il-faħam;
PROTEZZJONI TAS-SIDIEN TAL-FAĦAM TAL-ĦAĠRA ġKAP. 43.     3
(d) għandhom jagħtu, mingħajr dewmien, avviż lill-
Pulizija, tal-faħam tal-ħaġra li jiġi offrut lilhom, u li
huma jkollhom raġuni tajba biex jissospettaw li ma
kienx ġie akkwistat bis-sewwa;
(e) m’għandhomx ibiegħu l-faħam li jixtru jew li jirċievu,
jew jiddisponu minnu xort’oħra, qabel ma jgħaddu
tmienja u erbgħin siegħa mill-ħin li jkun ġie fil-
pussess tagħhom, ħlief bil-permess mogħti lilhom
mill-Kummissarju tal-Pulizija.
(2) Id-disposizzjonijet tal-paragrafi (a) u (b) igħoddu għal kull
persuna li lilha jiġi offrut faħam tal-ħaġra, ikun li jkun il-mestier
jew negozju tagħha.
Pieni. 
Miżjud: 
VIII.1916.12. 
Emendat: 
XII. 1940.2; 
XLIX. 1981.4; 
VIII. 1990.3.
Kap. 9.
7. (1) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 4, 5 u
6 jeħel, meta jinsab ħati, mill-Qorti tal-Maġistrati, il-pieni stabbiliti
għall-kontravvenzjonijiet fil-Kodiċi Kriminali.
Iżda jekk, fil-fehma tal-qorti, ir-reat ikun ħaqqu piena
akbar, il-qorti tista’ tapplika dawk il-pieni kumulattivament, jew
tista’ tagħti l-piena tal-multa jew tikkundanna lill-ħati għall-piena
tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar.
(2) Meta persuna tiġi misjuba ħatja ta’ reat taħt l-artikoli 4, 5 u
6, il-faħam li jkollu x’jaqsam ma’ dak ir-reat jiġi kkonfiskat:
Iżda, kull min, barra mill-ħati, jissodisfa lill-Kummissarju
tal-Pulizija li huwa s-sid jew il-pussessur leġittimu tal-faħam
maqbud, għandu jedd jieħu lura dak il-faħam.
Tifsir ta’ 
"traffikant fil-
faħam tal-ħaġra". 
Miżjud: 
VIII.1916.2.
8. Għall-finijiet ta’ l-artikoli 4, 5, u 6, il-kelmiet "traffikant
fil-faħam tal-ħaġra" ifissru kull min, għalkemm ma jkunx
importatur regolari ta’ faħam tal-ħaġra, jittraffika fil-faħam tal-
ħaġra.
Riserva ta’ liġijiet 
oħra.
9. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza ma iġibu ebda
tibdil fid-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra li tkun isseħħ dwar is-
sajd. 
