LEBBRUŻI ġKAP. 45.     1
KAPITOLU 45
ORDINANZA DWAR IL-LEBBRUŻI
Biex tipprovdi dwar il-marda magħrufa bħala Lebbra.
(19 ta’ Settembru, 1919)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XX ta’ l-1919 kif emendata bl-Att XV ta’ l-
1929; bl-Ordinanzi: XXV ta’ l-1939 u XVI ta’ l- 1942; bl-Atti: XXXIX ta’
l-1948 u XI ta’ l-1953; bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Att LVIII ta’ l-
1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor.
Lebbrużi.
Il-lebbrużi frustieri 
ma jistgħux 
jiżbarkaw f’Malta. 
Emendat. 
XI.1953.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
VIII.1990.3.
2. (1) Ebda lebbruż li jkun ġej minn barra Malta ma jista’
jiżbarka f’port f’Malta.
(2) Id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
tgħoddx għall-persuni mwielda f’Malta.
(3) Il-kaptan jew xi ħadd ieħor li jkollu l-triġija ta’ bastiment,
illi jħalli jsir jew jippermetti li jsir jew ma jżommx l-iżbark minn
dak il-bastiment f’port f’Malta ta’ persuna li huwa jkun jaf jew
ikollu raġun jaħseb li hija lebbruża, jeħel, meta jinsab ħati, il-pieni
tal-kontravvenzjonijiet.
Provvedimenti fil-
każ ta’ żbark.
(4) Kull lebbruż li jiżbarka kif jingħad hawn fuq jista’ jiġi,
b’mandat tal-President ta’ Malta, meħud fl-isptar imsemmi fil-
mandat u miżmum hemm għaż-żmien li jiġi stabbilit fil-mandat.
(5) Kull lebbruż li jiżbarka kif jingħad hawn fuq jista’ jinġieb
quddiem maġistrat tal-Qrati tal-Maġistrati, illi jista’ jeżamina lil
dan il-lebbruż u lil kull xhud ieħor taħt ġurament, dwar il-port
mnejn dan il-lebbruż ikun ġie f’Malta, u jista’ jordna li dan il-
lebbruż jerġa jittieħed lura f’dak il-post bil-mod li jiġi ordnat mill-
President ta’ Malta.
(6) L-ispiża li tkun meħtieġa għal din l-investigazzjoni u sabiex
il-lebbruż jiġi mibgħut lura, ibatiha u jħallasha l-kaptan jew dak li
jkollu t-triġija tal-bastiment li fuqu l-lebbruż ikun ġie f’Malta, jew
li bl-egħmil jew nuqqas tiegħu l-lebbruż ikun tħalla li jiżbarka.
(7)  Il-ħlas ta’ din l-ispiża jiġi mitlub bħala dejn ċivili favur il-
Gvern, fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.
(8) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ qabel dan l-artikolu,
id-deċiżjoni jekk persuna hijiex lebbruża tingħata minn bord
kompost mit-Tabib Prinċipali tal-Gvern jew rappreżentant tiegħu u
żewġ tobba oħra eżerċenti magħżulin mill-President ta’ Malta. Id-
deċiżjoni ta’ dan il-bord tkun finali u konklużiva.
*Ara Proklama Nru. XVII ta’ l-1919.
