ĦADDIEMA D-DEHEB U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA)ġ K AP 46.    1
KAPITOLU 46
ORDINANZA DWAR IL-ĦADDIEMA D-DEHEB 
U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA)
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-Ordinanza dwar il-
Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera).
1 ta’ Diċembru, l920
L-ORDINANZA XII ta’ l-1920 kif emendata bl-Att X ta’ l-1932; bl-
Ordinanza II ta’ l-1938; bl-Atti: XXII ta’ l-1949, XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi
Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: VII ta’ l-1966, XXXI ta’ l-
1971, LVIII ta’ l-1974, XI ta’ l-1977, XLIX ta’ l-1981, II ta’ l-1982, VIII u
XVIII ta’ l-1990, u XXVII ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera).
Tifsir. 
Miżjud: 
XXXI. 1971.9.
2. F’din l-Ordinanza, u f’kull regolamenti magħmula bis-
saħħa tagħha, -
"għaqda ta’ persuni" tfisser kull kumpannija jew soċjetà  ta’
persuni, sew korporata sew mhux korporata, sew jekk ikollha
personalità  ġuridika sew jekk le;
"Konslu" tfisser il-Konslu tad-Deheb u tal-Fidda u tinkludi kull
uffiċjal pubbliku li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
minn żmien għal żmien jawtorizza biex jagħmel id-dmirijiet ta’
Konslu;
"persuna" tinkludi għaqda ta’ persuni.
L-oġġetti tad-
deheb u tal-fidda 
għandhom ikunu 
imbullati. 
Emendat: 
XXXI.1971.2.
3.(l)(a)Ebda oġġett tad-deheb jew tal-fidda ma jista’ jinbiegħ,
jitpartat, jew xort’oħra jiġi trasferit jew innegozjat jekk
dak l-oġġett ma jkunx imbullat bil-boll xieraq tal-
Gvern li juri t-titolu tad-deheb jew tal-fidda wżat fil-
manifattura tiegħu.
(b) Ebda oġġett tad-deheb jew tal-fidda importat
kummerċjalment ma jista’ jinbiegħ, jitpartat jew
xort’oħra innegozjat, u lanqas ma għandu xi oġġett tali
jiġi meħlus mill-Kontrollur tad-Dwana qabel ma jkun
imbollat b’boll xieraq tal-Gvern li juri -
(i) l-oriġini tiegħu ta’ barra minn Malta;
(ii) it-titolu tad-deheb jew tal-fidda wżat fil-
manifattura tiegħu.
Eċċezzjonijiet.
(a) għall-ornati tad-deheb jew tal-fidda f’xogħlijiet ta’
sustanza oħra;
(b) għax-xogħlijiet tad-deheb jew tal-fidda li ma jifilħux
il-pressjoni tal-boll mingħajr ma jinkissru jew ma
jitilfu s-saħħa meħtieġa;
(ċ) għax-xogħlijiet tad-deheb jew tal-fidda li għandhom
  2       KAP. 46. ħ  ĦADDIEMA D-DEHEB U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA)
valur bħala antikitajiet;
(d) għax-xogħlijiet tad-deheb jew tal-fidda maħdumin fuq
il-platinu jew platinè ;
(e) għax-xogħlijiet tad-deheb jew tal-fidda li fihom il-
valur ta’ ġawhar jew ħaġar prezzjuż u tal-manifattura
hu, fil-fehma tal-Konslu, wisq akbar mill-valur tal-
metall użat.
(3) Bla ħsara ta’ kull kondizzjoni li jidhirlu xieraq li jimponi, u
bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’, b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern,
minn żmien għal żmien jordna li d-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1), jew uħud minnhom, ma għandhomx japplikaw għal xi oġġett
tad-deheb jew tal-fidda speċifikat jew għal xi klassi jew kategorija
speċifikata ta’ dawk l-oġġetti.
Min għandu 
jumbullahom u kif. 
Emendat: 
XXV.1962.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965.
4. (1) Il-boll jiġi mqiegħed mill-Konslu tad-Deheb u tal-
Fidda, wara li jagħmel l-assaġġ ta’ l-oġġett skond ir-regolamenti li,
minn żmien għal żmien, jiġu magħmula mill-Ministru responsabbli
għall-finanzi.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jiġu maħruġa
b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern u kopja tagħhom għandha
tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati f’sessjoni
tagħha u jibdew iseħħu mill-jum stabbilit f’dik in-notifikazzjoni,
kemm-il darba ma jiġux miċħuda mill-Kamra tad-Deputati fi żmien
tliet ġimgħat mid-data li fiha jkunu ġew imqiegħda fuq il-Mejda
tal-Kamra fuq imsemmija.
Titoli ta’ oġġetti 
tad-deheb u tal-
fidda. 
Sostitwit:
II.1982.2.
5. (1) It-titoli ta’ finezza li ġejjin huma magħrufa għall-
finijiet ta’ din l-Ordinanza:
(a) għal xogħlijiet ta’ deheb 916, 750, 585 u 375;
(b) għal xogħlijiet ta’ fidda 959, 925, 830 u 800.
(2) It-titolu ta’ finezza jkun muri bin-numru li jirrappreżenta n-
numru ta’ partijiet bil-piż ta’ deheb pur jew ta’ fidda pura, skond il-
każ, f’elf parti b’piż ta’ liga.
Oġġetti inferjuri. 6. (1) Kull oġġett illi, mingħajr ma jkun anqas mit-titolu l-
iżjed baxx stabbilit mill-liġi, ma jkunx jilħaq sewwa sew daqs
wieħed mit-titoli legali, jiġi imbullat bħala titolu legali sewwa sew
ta’ wara dak li joħroġ mill-assaġġ jew jiġi mkisser kif jagħżel l-
artiġjan.
(2) Kull oġġett li għalih ikun ġie rrifjutat il-boll minħabba li
jkun iżjed baxx mill-anqas titolu legali jiġi mkisser quddiem il-
Konslu u sid l-oġġett.
Piena għal 
dikjarazzjoni 
żbaljata. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4. 
Kap. 9.
7. (1) Kull min jiddikjara bi żball li oġġett ippreżentat għall-
boll hu magħmul kollu kemm hu minn sustanza waħda jew li
m’għandux moħbija fih sustanzi barranin, jeħel il-pieni stabbiliti
fil-Kodiċi Kriminali għall-kontravvenzjonijiet.
ĦADDIEMA D-DEHEB U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA)ġ K AP 46.    3
Piena għal 
dikjarazzjoni 
magħmula b’qerq.
(2) Kull min jiddikjara b’qerq li oġġett ippreżentat għall-boll
hu magħmul kollu kemm hu minn sustanza waħda jew li
m’għandux moħbija fih sustanzi barranin, jeħel, meta jinsab ħati,
il-piena ta’ priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tmintax-il
xahar.
Jekk 
b’dikjarazzjoni 
magħmula b’qerq 
il-ħati jirnexxilu 
jimbolla oġġett, 
eċċ.
(3) Jekk b’dik id-dikjarazzjoni magħmula b’qerq, persuna
jirnexxilha timbolla oġġett li jkollu sustanza barranija moħbija fih,
jew li ma jkunx magħmul kollu kemm hu, minn sustanza waħda,
jew jekk persuna tbiddel biċċa jew iżjed minn oġġett imbullat, jew
taħbi ġewwa fih sustanza barranija, teħel, meta tinsab ħatja, il-
piena ta’ priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn.
Avviż li għandu 
jingħata mill-
Konslu. 
(4) Ebda proċediment ma jittieħed kontra l-artiġjan li jkun
għamel dikjarazzjoni bi żball jew b’qerq li oġġett ippreżentat
minnu għall-boll hu magħmul kollu kemm hu minn sustanza
waħda, qabel tmint ijiem minn dak in-nhar li jkun ġie mgħarraf fuq
daqshekk mill-Konslu: f’dan iż-żmien dan l-artiġjan jista’ jitlob li
l-oġġett hekk ippreżentat jiġi mdewweb u li mis-sustanza li toħroġ
minnu l-Konslu jagħmel assaġġ ieħor.
Marka ta’ l-
artiġjan. 
Emendat. 
XXXI.1971.5; 
XVIII.1990.2.
8. (1) Ix-xogħlijiet tad-deheb jew tal-fidda maħdumin
f’Malta ma jistgħux jiġu mbullati mill-Konslu kemm-il darba kull
parti li minnha jkunu magħmula, barra mill-partijiet li ma jifilħux
il-pressjoni tal-boll, ma tkunx iġġib il-marka ta’ l-artiġjan li jkun
ħadimhom.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandhomx
japplikaw - 
(a) meta l-piż totali ta’ kull oġġett bħal dak ma jkunx iżjed
minn gramma; u
(b) meta, fil-fehma tal-Konslu, l-imbullar tal-marka ta’ l-
artiġjan jista’ ma jsirx minħabba f’diffikultajiet tekniċi
eċċezzjonali.
Liċenza meħtieġa 
sabiex wieħed 
jagħmilha ta’ 
ħaddiem tad-
deheb, eċċ. 
Emendat: 
VII. 1966.2;
XXVII. 2001.33.
Kap. 441.
9. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ ħaddiem id-deheb jew il-
fidda, jew jinnegozja f’oġġetti tad-deheb jew tal-fidda, mingħajr
liċenza mill-awtorità  regolatorja taħt l-Att dwar il-Liċenzi tal-
Kummerċ.
(2) Din il-liċenza ma tiġix mogħtija lill-bejjiegħa tat-triq u
lanqas ma tiġi mogħtija lil ebda orefiċi jew arġentier jekk dan ma
jissodisfax il-kondizzjonijiet li, minn żmien għal żmien, jiġu
magħmula b’regolamenti għaldaqshekk u ma jiddepożitax għand il-
Konslu kopja tal-marka li biha bi ħsiebu jimbolla x-xogħlijiet
tiegħu.
(3) Ebda ħaddiem id-deheb jew ħaddiem il-fidda ma jista’ juża
marka ġa wżata minn orefiċi jew arġentier ieħor.
(4) Ebda ħaddiem id-deheb jew ħaddiem il-fidda ma jista’
jaħdem oġġetti tal-filugran jekk mhux bl-idejn, jew jaħdem oġġetti
ta’ imitazzjoni tal-filugran.
  4       KAP. 46. ħ  ĦADDIEMA D-DEHEB U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA)
L-oġġetti ta’ 
ġojjellerija għall-
bejgħ għandhom 
ikollhom tikketta li 
turi l-manifattura 
lokali u t-titolu. 
Emendat: 
XXII. 1949.2; 
VII. 1966.3.
10. (1) Ebda oġġett ta’ ġojjellerija, maħdum f’Malta, ma jista’
jiġi mibjugħ jew espost għall-bejgħ mingħajr tikketta li turi li hu ta’
manifattura lokali u t-titolu tad-deheb jew tal-fidda wżat fil-
manifattura tiegħu.
(2) Ħadd ma jista’ jbiegħ, jesponi għall-bejgħ, ipartat jew
xort’oħra jinnegozja fil-kors ta’ negozju xi oġġett tal-filugran
maħdum xort’oħra milli bl-idejn jew b’xi oġġett ta’ imitazzjoni tal-
filugran.
(3) Ebda oġġett ta’ ġojjellerija ta’ manifattura ta’ barra ma
għandu jinbiegħ jew jingħata bi bdil jew jintwera għall-bejgħ jew
għall-bdil mingħajr ma jkollu tikketta li turi li huwa kien
manifatturat barra u, fil-każ ta’ oġġetti tal-filugran, id-data li fiha
ġie importat.
(4) Ebda bejjiegħ ma jista’ jwaħħal tikketta fuq artikolu ta’
gojjellerija ta’ manifattura ta’ barra biex jindikah bħala oġġett ta’
manifattura lokali.
(5) Kull traffikant f’oġġetti maħduma tad-deheb u tal-fidda
għandu jeżibixxi f’post fejn jidher sewwa tal-ħanut tiegħu avviż
uffiċjali li jgħid li l-oġġetti kollha ta’ ġojjellerija ta’ manifattura
lokali għandhom ikollhom il-boll tal-Gvern u li jkollu stampat
ingrandiment tal-boll tal-Gvern.
Dmirijiet tal-
Konslu.
11. Il-Konslu tad-Deheb u tal-Fidda jista’, f’kull żmien,
jispezzjona l-ħwienet tat-traffikanti f’oġġetti maħduma tad-deheb u
tal-fidda sabiex jisgura ruħu jekk id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jew tar-regolamenti magħmulin taħtha humiex jiġu
imħarsa.
Il-Konslu huwa l-
istimatur uffiċjali. 
Emendat: 
XXXI.1971.7.
12. Il-Konslu tad-Deheb u tal-Fidda hu l-istimatur uffiċjali ta’
l-oġġetti ta’ ġojjellerija ta’ manifattura lokali u ta’ l-oġġetti ta’
ġojjellerija mportati kummerċjalment u ħadd ma jista’ jiftaħ ħanut,
uffiċċju jew post ieħor għall-assaġġ u stima ta’ oġġetti ta’
ġojjellerija. 
Stima ta’ metalli. 
Emendat: 
II.1938.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
13. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jiffissa,
minn żmien għal żmien, b’notifikazzjoni maħruġa fil-Gazzetta tal-
Gvern, il-prezz tad-deheb u tal-fidda li fuqu għandhom ikunu
ibbażati l-istimi li jagħmel il-Konslu.
(2) Dan il-prezz jiġi ffissat skond l-użin Malti u f’munita
Maltija.
Il-ħaddiema d-
deheb, eċċ., ma 
jistgħux jixtru 
ġojjellerija 
mingħajr ma 
juruha lill-Konslu. 
Emendat: 
XLIX. 1981.6.
14. (1) Il-ħaddiema d-deheb, il-ħaddiema l-fidda jew
traffikanti oħra ma jistgħux jixtru oġġetti tad-deheb jew tal-fidda
maħdumin f’Malta, jew ġawhar jew ħaġar prezzjuż, mingħand ebda
persuna li ma tkunx magħrufa minnhom mingħajr qabel ma juru
dawn l-oġġetti, ġawhar jew ħaġar prezzjuż lill-Konslu.
(2) Il-Konslu għandu jżomm notament, fi ktieb miżmum
għaldaqshekk, ta’ l-oġġetti, ġawhar u ħaġar prezzjuż ippreżentati
lilu, tal-piż, kwalità  u valur tagħhom, tal-ġurnata li fiha ġew
ippreżentati lilu, u ta’ l-isem u l-kunjom tal-persuna li tkun hekk
ippreżentathom.
(3) Id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ma tgħoddx għal xiri li
ĦADDIEMA D-DEHEB U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA)ġ K AP 46.    5
jsir b’irkant bil-qorti jew f’bejgħ ta’ oġġetti mirhunin fil-Monti.
Prospetti lill-
Kummissarju tat-
Taxxi Interni. 
Miżjud: 
XXXI.1971.8.
15. (1) Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni jista’, f’kull żmien
b’avviż bil-miktub, jitlob lil kull persuna li tinnegozja f’oġgetti
tad-deheb u/jew tal-fidda prospett li juri d-dettalji murija fl-avviż
dwar il-kwantitajiet ta’ kull oġġetti bħal dawk li persuna tali
jkollha f’kull data speċifikata fl-avviż qabel il-ftuħ tan-negozju, li
tkun jew id-data meta jiġi riċevut l-avviż jew data wara.
(2) L-avviż imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jippreskrivi ż-
żmien, li ma għandu f’ebda każ ikun inqas minn sitt ijiem minn
meta jiġi rċevut l-avviż, li fih il-prospett għandu jintbagħat lill-
imsemmi Kummissarju.
Setgħa tal-Mintstru 
responsabbli għall-
kummerċ li 
jipprojbixxi l-
esportazzjoni ta’ 
deheb. 
Miżjud: 
X. 1932.1. 
Emendat: 
XXII.1949.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI. 1977.2.
16. (1) Il-Ministru responsabbli għall-kummerċ jista’, meta
jidhirlu li hu meħtieġ għall-protezzjoni ta’ l-industrja lokali tal-
ħaddiema d-deheb, li jipprojbixxi, bil-mezz ta’ Notifikazzjoni tal-
Gvern, l-esportazzjoni minn Malta ta’ deheb, sew fi trab, ingotti,
bċejjeċ imkissra, konji, oġġetti manifatturati jew taħt forma oħra.
(2) Jekk deheb jiġi esportat jew miġjub fuq moll jew post ieħor
biex jiġi mbarkat għall-esportazzjoni minn Malta, jew jinġieb bil-
baħar jew bl-ajru biex jiġi hekk imbarkat jew esportat
b’kontravvenzjoni ta’ din il-projbizzjoni, dan id-deheb jiġi
kkonfiskat, u l-esportatur jew il-mandatarju tiegħu u l-karikatur
jeħlu penali ta’ ħamsin lira jew id-doppju tal-valur ta’ dak id-
deheb, liema minnhom ikun l-akbar somma.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-kummerċ jista’ wkoll, meta
jidhirlu li hu meħtieġ għall-protezzjoni ta’ l-industrija lokali tal-
filugran, jipprojbixxi, b’mezz ta’ Notifikazzjoni tal-Gvern, l-
importazzjoni f’Malta ta’ oġġetti tal-filugran sew tad-deheb jew
tal-fidda jew ta’ metall ieħor.
(4) Jekk xi oġġetti tal-filugran ikunu importati f’Malta bi ksur
ta’ dik il-projbizzjoni dawk l-oġġetti jkunu kkonfiskati u l-
importatur jew l-aġent tiegħu jkun jista’ jeħel piena ta’ ħamsin lira
jew li jħallsu darbtejn il-valur ta’ l-oġġetti, liema jkun l-ogħla
ammont. Għal dan l-iskop il-valur ta’ l-oġġetti jkun dak iffissat
mill-Konslu mingħajr ħsara għal kull prova ta’ valur iżgħar
magħmul matul il-proċediment.
(5) F’dan l-artikolu l-kelma "importazzjoni" tfisser u tħaddan li
wieħed iġib oġġetti f’Malta minn kull post ieħor, ikun liema jkun
il-mezz li bih jinġiebu.
Il-konfiska tad-
deheb jew ta’ l-
oġġetti tal-filugran 
esportat kontra l-
projbizzjoni ssir 
ipso jure f’xi 
każijiet. 
Miżjud: 
X.1932.1. 
Emendat: 
XXII. 1949.4; 
XI.1977.2.
17. (1) Il-konfiska msemmija fl-aħħar artikolu qabel dan issir
ipso jure mingħajr ma jkun jinħtieġ ebda proċediment ġudizzjarju
kemm-il darba, fi żmien tmint ijiem mill-ħruġ ta’ avviż iffirmat
mill-Kummissarju tal-Pulizija, ħadd ma jippretendi d-deheb jew
oġġetti tal-filugran hekk maqbuda, b’ittra uffiċjali jew b’ittra oħra
mibgħuta lill-istess Kummissarju.
(2) L-avviż hawn fuq imsemmi jiddeskrivi d-deheb jew oġġetti
tal-filugran hekk maqbuda skond il-marki jew sinjali oħra li
jkollhom minn barra u r-raġuni tal-qbid tagħhom, u għandu jwissi li
jekk ħadd ma jippretendihom b’ittra uffiċjali jew ittra oħra
  6       KAP. 46. ħ  ĦADDIEMA D-DEHEB U L-ĦADDIEMA L-FIDDA (ARĠENTIERA)
mibgħuta lill-Kummissarju tal-Pulizija fi żmien tmint ijiem mid-
data ta’ dak l-avviż, id-deheb jew oġġetti tal-filugran maqbuda jiġu
ikkonfiskati.
(3) L-avviż hawn fuq imsemmi għandu jiġi maħruġ fil-Gazzetta
tal-Gvern u kopja tiegħu għandha tiġi mwaħħla fil-bieb ta’ l-
istazzjon tal-Pulizija tal-Belt Valletta.
Ħlas ta’ penali. 
Miżjud: 
X.1932.1. 
Emendat: 
XXII.1949.4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
18. L-Avukat Ġenerali jista’, fl-isem tal-Gvern, jaġixxi
quddiem il-qorti kompetenti għall-ħlas tal-penali msemmija fl-
artikolu 16 u għall-konfiska tad-deheb jew oġġetti tal-filugran taħt
din l-Ordinanza kull meta għal dak il-fini jinħtieġu proċeduri
legali. 
Pieni. 
Emendat: 
X.1932.2, 3; 
VII.1966.4; 
VIII.1990.3. 
Kap. 9.
19. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 7 u 17 ta’
din l-Ordinanza u ta’ l-artikoli 19 u 543 tal-Kodiċi Kriminali, il-
Qorti tal-Maġistrati tista’, bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali,
tapplika għal kull reat kontra din l-Ordinanza, jew kontra r-
regolamenti magħmulin taħtha, waħda mill-pieni stabbiliti f’dak il-
Kodiċi għall-kontravvenzjonijiet jew tnejn jew iżjed minn dawk il-
pieni flimkien skond iċ-ċirkostanzi.
(2) Il-qorti għandha tordna wkoll il-konfiska ta’ kull oġġett li
dwaru jkun sar reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(3) jew
ta’ l-artikolu 10(2) u dak l-artikolu għandu wara dan ikun konfiskat
favur il-Gvern. 
Reati minn għaqda 
ta’ persuni. 
Emendat: 
X.1932.3. 
Sostitwit: 
XXXI.1971.9.
20. Meta reat isir minn għaqda ta’ persuni, kull persuna li, fiż-
żmien ta’ l-egħmil tar-reat, kienet direttur, manager, segretarju jew
uffiċjal ieħor simili ta’ dik l-għaqda ta’ persuni jew kienet tidher li
qed taġixxi, f’xi kariga bħal dawk tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il
darba ma tippruvax li r-reat kien sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li
eżerċitat id-diliġenza xierqa kollha biex ma jsirx ir-reat.
It-Tariffa ġiet imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji.
Drittijiet: Ara A.L. 12 ta’ l-1983.
