ESESKUZZJONITA’DIGRIETITA’MANTENIMENT ġKAP. 48.      1
KAPITOLU 48
ORDINANZA DWAR L-ESEKUZZJONI TA’ 
DIGRIETI TA’ MANTENIMENT*
Biex tiffaċilita l-esekuzzjoni f’Malta tad-Digrieti ta’ Manteniment
mogħtija fl-Ingilterra jew fl-Irlanda ta’ Fuq jew f’parti oħra tad-Dominji
tal-Maestà Tagħha r-Reġina u viċe versa.#
(8 ta’ April, 192l)+
Saret liġi bl-ORDINANZA V ta’ l-1921 kif emendata bl-Ordinanza ta’
Emerġenza XV ta’ l-1958; bl-Ordinanzi: XXI ta’ l-1960 u XXV ta’ l-1962;
bl-Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148
ta’ l-1975; u bl-Att XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor.
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment.
Tifsir.
(a) il-kelmiet "digriet ta’ manteniment" ifissru kull
sentenza jew digriet għall-ħlas minn żmien għal żmien
ta’ somom ta’ flus għall-manteniment tal-mara jew ta’
nies oħra li jiddependu mill-persuna li kontra tagħha
jingħata d-digriet;
(b) il-kelmiet "kopja awtentika" b’riferenza għal digriet
ta’ qorti, ifissru kopja tad-digriet awtentikata mill-
uffiċjal inkarigat tal-qorti bħala vera kopja;
(ċ) il-kelmiet "nies li jiddependu" jfissru dawk kollha li
lejhom dik il-persuna, skond il-liġi li tkun isseħħ fil-
parti tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina li fiha
d-digriet ta’ manteniment ġie mogħti, hija obbligata
għall-manteniment;
(d) il-kelma "ordnati" tfisser ordnati mir-regolamenti tal-
qorti.
*Din l-Ordinanza ġiet revokata bl-artikolu 18 ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni
Reċiproka ta’ l-Ordnijiet ta’ Manteniment. Kap. 242.
Iżda, dak l-artikolu, kellu jibda jseħħ f’data jew dati li kellhom jiġu stabbiliti
b’avviż fil-Gazzetta. Bi tliet avviżi separati (A.L. 48 ta’ l-1975, A.L. 153 ta’ l-
1977 u A.L. 44 ta’ l-1978) l-imsemmi artikolu 18 beda jseħħ iżda għal dak biss li
jirrigwarda r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Commonwealth
ta’ l-Awstralja, u Ġibiltà. L-Ordinanza għalhekk għadha sseħħ għal dak li
jirrigwarda Bermuda.
Għalhekk, għalkemm din l-Ordinanza ġiet riprodotta fil-forma oriġinali tagħha,
kif emendata, u għadha tinkludi riferenzi għall-Ingilterra, l-Irlanda ta’ Fuq u
partijiet oħra tad-Dominji tal-M.T., dawn ir-riferenzi għandhom issa jitqiesu
limitati biss għal Bermuda. Barra minn hekk din l-Ordinanza kollha għandha
tinqara fid-dawl ta’ dak li ntqal qabe1.
#Ara Ordni-fil-Kunsill tas-27 ta’ Gunju, 1921, maħruġ f’Malta b’Notifikazzjoni
tal-Gvern Nru. 199 tat-22 ta’ Lulju. 1921.
+Ara Proklama Nru. II ta’ l-1921.
 2      KAP. 48.ħ    ESESKUZZJONITA’DIGRIETITA’MANTENIMENT
Esekuzzjoni 
f’Malta ta’ digrieti 
ta’ manteniment 
mogħtija fl-
Ingilterra jew 
Irlanda ta’ Fuq jew 
f’parti oħra tad-
Dominji tal-Maestà 
Tagħha r-Reġina. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIV.1995.360.
3. Meta jkun ġie mogħti, sew qabel jew wara ma tgħaddi din
l-Ordinanza, digriet ta’ manteniment kontra persuna minn qorti fl-
Ingilterra jew fl-Irlanda ta’ Fuq jew f’parti oħra tad-Dominji tal-
Maestà Tagħha r-Reġina barra minn Malta illi għaliha tgħodd din l-
Ordinanza, u tiġi mibgħuta kopja awtentika ta’ dan id-digriet mis-
Segretarju ta’ l-Istat jew mill-Gvernatur ta’ dik il-parti tad-Dominji
tal-Maestà Tagħha r-Reġina lill-President ta’ Malta li jagħmlu
magħha, il-President ta’ Malta għandu jibgħat kopja tad-digriet, lir-
Reġistratur tal-Qrati, għar-reġistrazzjoni; u kif jiġi rċevut, dan id-
digriet għandu jiġi rreġistrat bil-mod ordnat, u jkollu, mid-data ta’
din ir-reġistrazzjoni, l-istess saħħa u effett, u bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, jistgħu jsiru fuqu l-proċeduri
kollha daqs li kieku kien mill-ewwel digriet mogħti mill-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u din il-qorti tista’ tagħti eżekuzzjoni lil
dan id-digriet bħala tali.
Digrieti ta’ 
manteniment 
mibgħuta minn 
Malta. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
4. Meta qorti f’Malta, sew qabel jew wara li tibda sseħħ din l-
Ordinanza, tagħti digriet ta’ manteniment kontra persuna, u jiġi
ippruvat lil dik il-qorti illi l-persuna li kontra tagħha ġie mogħti l-
ordni toqgħod l-Ingilterra jew l-Irlanda ta’ Fuq jew f’parti oħra tad-
Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina barra minn Malta, li għaliha
tgħodd din l-Ordinanza, il-qorti għandha tibgħat lill-President ta’
Malta kopja awtentika ta’ dan id-digriet biex tiġi mibgħuta lis-
Segretarju ta’ l-Istat jew lill-Gvernatur ta’ dik il-parti tad-Dominji
tal-Maestà Tagħha r-Reġina.
Setgħa li jingħataw 
digrieti provviżorji 
ta’ manteniment 
kontra persuni li 
joqogħdu l-
Ingilterra jew l-
Irlanda ta’ Fuq jew 
f’parti oħra tad-
Dominji tal-Maestà 
Tagħha r-Reġina. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
5. (1) Meta jiġi ppreżentat rikors f’waħda mill-qrati superjuri
f’Malta biex tagħti digriet ta’ manteniment kontra persuna, u jiġi
ppruvat illi din il-persuna toqgħod l-Ingilterra jew l-Irlanda ta’ Fuq
jew f’parti oħra tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina barra
minn Malta, li għaliha tgħodd din l-Ordinanza, il-qorti tista’, fl-
assenza ta’ dik il-persuna, jekk wara li tisma’ l-provi tkun
sodisfatta bil-ġustizzja tat-talba, tagħti dan id-digriet bħalma kienet
tista’ tagħti li kieku dik il-persuna ġiet innotifikata b’ċitazzjoni u
baqgħat kontumaċi, imma f’dan il-każ id-digriet ikun provviżorju
biss, u ma jkollu ebda effett ħlief jekk u meta jiġi kkonfermat minn
qorti kompetenti fl-Ingilterra jew fl-Irlanda ta’ Fuq jew f’parti oħra
tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina kif jingħad hawn fuq.
(2) Ix-xiehda ta’ kull xhud li jiġi mismugħ fuq dak ir-rikors
għandha titniżżel bil-miktub, u din ix-xiehda għandha tinqara lix-
xhud u għandha tiġi minnu ffirmata, jew, jekk ma jistax jikteb, mir-
Reġistratur tal-Qorti.
(3) Meta jiġi mogħti dan id-digriet, il-qorti għandha tibgħat
lill-President ta’ Malta biex jibgħathom lis-Segretarju ta’ l-Istat
jew lill-Gvernatur ta’ parti oħra tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-
Reġina skond il-każ, ix-xiehda hekk meħuda u kopja awtentika tad-
digriet, flimkien ma’ dikjarazzjoni tal-motivi li fuqhom il-għoti
tad-digriet seta’ ġie kkontestat li kieku l-persuna illi kontra tagħha
ġie mogħti kienet ġiet innotifikata regolarment b’ċitazzjoni u
dehret fis-smigħ tal-kawża, u kull informazzjoni oħra fil-pussess
tal-qorti biex tiffaċilita l-identifikazzjoni ta’ dik il-persuna u biex
jinsab il-lok fejn tkun qiegħda.
(4) Meta dan id-digriet provviżorju jinġieb għat-twettiq
quddiem qorti fl-Ingilterra jew fl-Irlanda ta’ Fuq jew f’parti oħra
ESESKUZZJONITA’DIGRIETITA’MANTENIMENT ġKAP. 48.      3
tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina, li għaliha tgħodd din l-
Ordinanza, u d-digriet jiġi minn dik il-qorti mibgħut lura lill-qorti
li tkun tagħtu għas-smigħ ta’ xiehda oħra, din il-qorti għandha,
wara li tinnotifika lir-rikorrent, tgħaddi għas-smigħ tal-provi bl-
istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal meta nstemgħu x-
xiehda biex isaħħu t-talba oriġinali. Jekk, wara s-smigħ ta’ dawn il-
provi, il-qorti tkun ta’ fehma illi d-digriet ma kienx imissu ġie
mogħti, il-qorti tista’ tħassar id-digriet, iżda f’kull każ ieħor ix-
xiehda għandhom jiġu mibgħuta lill-President ta’ Malta biex isiru
dwarhom l-istess proċeduri bħal fil-każ tax-xiehda oriġinali.
(5) It-twettiq ta’ digriet magħmul taħt dan l-artikolu ma
jnaqqasx is-setgħa tal-qorti li tbiddel jew tħassar dak id-digriet:
Iżda, meta l-qorti tagħti digriet li bih tbiddel jew tħassar l-
ewwel wieħed, hija għandha tibgħat kopja awtentika tiegħu lill-
President ta’ Malta sabiex dan jibgħatha lis-Segretarju ta’ l-Istat
jew lill-Gvernatur ta’ parti oħra tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-
Reġina skond il-każ, u, fil-każ ta’ digriet li jbiddel l-ewwel digriet,
id-digriet ma jkollux effett ħlief jekk u meta jiġi mwettaq bl-istess
mod bħall-ewwel digriet.
(6) Ir-rikorrent jista’ jappella kontra ċ-ċaħda ta’ talba għal
digriet provviżorju b’rikors quddiem il-Qorti ta’ l-Appell fi żmien
għaxart ijiem minn din iċ-ċaħda u d-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jgħoddu għal dik il-qorti għall-finijiet ta’ dak l-appell.
Setgħa tal-
Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili li 
twettaq digriet ta’ 
manteniment 
mogħti barra minn 
Malta. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A..L. 148 ta’ l-
1975;
XXIV.1995.360.
6. (1) Meta jiġi mogħti digriet ta’ manteniment minn qorti fl-
Ingilterra jew fl-Irlanda jew f’xi parti oħra tad-Dominji tal-Maestà
Tagħha r-Reġina li għaliha tgħodd din l-Ordinanza, u d-digriet ikun
provviżorju biss u ma jkollux effett ħlief jekk u meta jiġi mwettaq
minn qorti ta’ Malta, u kopja awtentika tad-digriet, flimkien max-
xiehda tax-xhieda u ma’ dikjarazzjoni tal-motivi li fuqhom id-
digriet seta’ ġie kkontestat tiġi mibgħuta lill-President ta’ Malta, u
l-President ta’ Malta ikun jidhirlu li l-persuna li kontra tagħha d-
digriet ġie mogħti toqgħod f’Malta, il-President ta’ Malta jista’
jibgħat id-dokumenti hawn fuq imsemmija lir-Reġistratur tal-Qrati
b’talba li tiġi maħruġa ċitazzjoni mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, li
ssejjaħ lil dik il-persuna biex tgħid il-għaliex dak id-digriet
m’għandux jiġi mwettaq, u meta tirċievi dawn id-dokumenti u din
it-talba, il-qorti għandha toħroġ din iċ-ċitazzioni u tordna li tiġi
nnotifikata lil dik il-persuna.
(2) Iċ-ċitazzjoni hekk maħruġa tiġi nnotifikata f’Malta bl-istess
mod daqs li kieku ġiet maħruġa mill-bidu minn qorti li għandha
ġurisdizzjoni fil-lok fejn il-konvenut ikun jinsab.
(3) Fis-smigħ tal-kawża l-persuna nnotifikata biċ-ċitazzjoni
tista’ tagħti dawk l-eċċezzjonijiet kollha li setgħet tagħti fil-
proċeduri oriġinali li kieku kienet parti fihom, imma ebda
eċċezzjoni oħra, u ċ-ċertifikat tal-qorti li tat id-digriet provviżorju
bil-motivi li fuqhom id-digriet seta’ ġie kkontestat kieku l-persuna
li kontra tagħha ġie mogħti kienet parti fil-proċeduri, jagħmel
prova konkludenti li dawk il-motivi huma motivi li jistgħu jiġu
kkontestati.
(4) Jekk fis-smigħ tal-kawża l-persuna nnotifikata biċ-
 4      KAP. 48.ħ    ESESKUZZJONITA’DIGRIETITA’MANTENIMENT
ċitazzjoni ma tidhirx, jew, fil-każ li tidher, ma tissodisfax lill-qorti
li d-digriet m’għandux jiġi mwettaq, il-qorti tista’ twettaq id-
digriet, jew mingħajr ebda tibdil jew b’dak it-tibdil li, wara li
tisma’ l-provi, jidhrilha ġust.
(5) Jekk il-persuna nnotifikata biċ-ċitazzjoni tidher fis-smigħ
tal-kawża u tissodisfa lill-qorti li, għad-difiża tagħha, jinħtieġ li l-
kawża tiġi mibgħuta lura lill-qorti li tat id-digriet provviżorju
sabiex jiġu mismugħa provi oħra, il-qorti tista’ tibgħat lura l-kawża
u tiddifferixxi l-proċeduri għaldaqshekk.
(6) Meta jiġi mwettaq digriet provviżorju taħt dan l-artikolu,
jista’ jiġi mbiddel u mħassar bl-istess mod daqs li kieku ġie mill-
ewwel mogħti mill-istess qorti li wettqitu, u meta, fuq talba għat-
tħassir jew tibdil, il-qorti tkun sodisfatta li hu meħtieġ li tibgħat
lura l-kawża lill-qorti li tat id-digriet biex tisma’ provi oħra, il-qorti
tista’ tibgħat lura l-kawża u tiddifferixxi l-proċeduri għaldaqshekk.
(7) Meta digriet jiġi hekk imwettaq, il-persuna li ġiet bih
obbligata għandha l-jedd ta’ l-appell kontra t-twettiq tad-digriet
b’rikors li għandu jiġi ppreżentat fi żmien għaxart ijiem mid-data
tat-twettiq, fil-Qorti ta’ l-Appell, u d-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jgħoddu għal dik il-qorti għall-finijiet ta’ dan l-appell. 
Setgħa tal-
President ta’ Malta 
li jagħmel 
regolamenti biex 
jiffaċilita l-
komunikazzjonijiet
bejn il-qrati. 
Emendat: 
XV.1958.44; 
XXV.1962.4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
7. Il-President ta’ Malta jista’ jagħmel regolamenti dwar il-
mod li kawża tista’ tiġi mibgħuta lura minn qorti awtorizzata li
twettaq digriet provviżorju lill-qorti li tat id-digriet provviżorju, u
in ġenerali biex jiffaċilita l-komunikazzjonijiet bejn il-qrati.
Kif jiġu esegwiti d-
digrieti. 
Kap. 12.
8. (1) Il-qorti li fiha jkun ġie rreġistrat digriet taħt din l-
Ordinanza jew li minnha jkun ġie mwettaq digriet taħt din l-
Ordinanza, u l-uffiċjali ta’ dik il-qorti, għandhom jagħmlu biex
jesegwixxu l-ordni dak kollu li hu ordnat.
(2) Kull digriet bħal dan jista’ jiġi esegwit bl-istess mod u bl-
istess mezzi bħat-titoli eżekuttivi msemmijin fl-artikolu 253 (a) tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Jgħoddu d-
disposizzjonijiet 
tal-Kodiċi ta’ 
Organizzazzjoni u 
Proċedura Ċivili. 
Kap. 12.
9. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
jgħoddu għall-proċeduri taħt din l-Ordinanza u s-setgħa li jsiru
regolamenti taħt l-artikolu 29 ta’ dak il-Kodiċi tikkomprendi s-
setgħa li jsiru regolamenti biex jirregolaw il-proċedura tal-qorti
taħt din l-Ordinanza.*
Prova ta’ 
dokumenti ffirmati 
minn uffiċjali tal-
qorti.
10. Kull dokument li jġib fuq il-wiċċ tiegħu l-firma ta’ mħallef
jew ta’ uffiċjal ta’ qorti barra minn Malta jitqies, sakemm ma jiġix
ippruvat il-kuntrarju, li ġie hekk iffirmat mingħajr ma tkun
meħtieġa l-prova ta’ dik il-firma jew tal-kwalità ġudizzjarja jew
uffiċjali tal-persuna li tidher li tkun iffirmatu, u l-uffiċjal tal-qorti li
*Ara Not. tal-Gvern Nru. 422 tat-28 ta’ Ottubru, 1927.
ESESKUZZJONITA’DIGRIETITA’MANTENIMENT ġKAP. 48.      5
jiffirma dokument jitqies, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, li
hu l-uffiċjal tal-qorti li għandu s-setgħa li jiffirma d-dokument.
Ix-xiehda jistgħu 
jagħmlu prova.
11. Ix-xiehda meħudin għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza f’qorti
fl-Ingilterra jew fl-Irlanda ta’ Fuq jew f’parti oħra tad-Dominji tal-
Maestà Tagħha r-Reġina, li għaliha tgħodd din l-Ordinanza, jistgħu
jagħmlu prova fil-proċedimenti quddiem il-qorti taħt din l-
Ordinanza.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordinanza. 
Emendat: 
XV.1958.44; 
XXV. 1962.4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
12. (1) Meta l-President ta’ Malta hu sodisfatt li ġew
magħmula, minn korp leġislattiv ta’ xi parti ta’ Dominji tal-Maestà
Tagħha r-Reġina barra minn Malta, disposizzjonijiet reċiproċi
għall-esekuzzjoni f’dik il-parti ta’ digrieti ta’ manteniment
mogħtijin mill-qorti ta’ Malta, il-President ta’ Malta jista’ bi
proklama jagħmel tgħodd din l-Ordinanza għal dik il-parti, u
b’daqshekk hija ssir parti tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina
li għaliha tgħodd din l-Ordinanza.
(2) Il-President ta’ Malta jista’ bi proklama jestendi din l-
Ordinanza għal kull Protettorat Ingliż, u meta tiġi hekk estiża din l-
Ordinanza tkun tgħodd daqs li kieku dan il-Protettorat kien parti
tad-Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina li għaliha tgħodd din l-
Ordinanza.
Disposizzjoni biex 
jiġu mibgħuta 
digrieti ta’ 
manteniment. 
Miżjud: 
XXI. 1960.2. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
13. (1) Il-President ta’ Malta jista b’ordni - 
(a) isemmi persuna minfloku bħala l-persuna li minnha
digrieti ta’ manteniment jistgħu jiġu mibgħuta lil, u li
lilha digrieti ta’ manteniment jistgħu jintbagħtu minn,
il-Gvernatur ta’ kull parti tad-Dominji tal-Maestà
Tagħha r-Reġina barra mill-Ingilterra u l-Irlanda ta’
Fuq imsemmija fl-ordni (jew, meta jkun hemm fis-
seħħ ordni skond dan l-artikolu li jsemmi persuna
minflok il-Gvernatur ta’ dik il-parti tad-Dominji tal-
Maestà Tagħha r-Reġina kif intqal qabel, dik il-
persuna); u
(b) isemmi persuna, minflok il-Gvernatur ta’ xi parti tad-
Dominji tal-Maestà Tagħha r-Reġina barra mill-
Ingilterra u l-Irlanda ta’ Fuq imsemmija fl-ordni, bħala
l-persuna li lilha digrieti ta’ manteniment jistgħu jiġu
mibgħuta minn, u li minnha digrieti ta’ manteniment
jistgħu jiġu mibgħuta lil, il-President ta’ Malta (jew,
meta jkun hemm fis-seħħ dwar dik il-parti tad-Dominji
tal-Maestà Tagħha r-Reġina kif intqal qabel ordni
skond il-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu, l-uffiċjal
imsemmi f’dik l-ordni).
(2) Ordni skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jista’
jsemmi persuna b’riferenza għall-kariga pubblika li jkollha u ordni
bħal dan għandu jitqies li jsemmi l-persuni kollha li jkollhom dik
il-kariga suċċessivament sakemm l-ordni jibqa’ fis-seħħ għal hekk. 
 (3) Kull persuna li tidher li tkun taġixxi f’xi kariga li
b’riferenza għaliha persuna tkun imsemmija f’ordni skond dan l-
artikolu għandha tittieħed li jkollha dik il-kariga kif imiss sakemm
ma jiġix pruvat il-kuntrarju.
 6      KAP. 48.ħ    ESESKUZZJONITA’DIGRIETITA’MANTENIMENT
(4) (a) Kull digriet ta’ manteniment mibgħut minn jew lil
persuna msemmija f’ordni skond il-paragrafu (a) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu għall-finijiet
ta’ din l-Ordinanza jitqies li jkun ġie mibgħut lil jew
mill-President ta’ Malta, u
(b) kull digriet ta’ manteniment mibgħut minn jew lil
persuna msemmija f’ordni skond il-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu għall-finijiet
ta’ din l-Ordinanza jitqies li jkun ġie mibgħut lil jew
mill-Gvernatur ta’ dik il-parti tad-Dominji tal-Maestà
Tagħha r-Reġina barra mill-Ingilterra u l-Irlanda ta’
Fuq imsemmija f’dak l-ordni.
(5) F’dan l-artikolu l-frażi "digriet ta’ manteniment" tinkludi
digriet ta’ manteniment provviżorju.
 
