TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI   ġ K AP. 49.       1
KAPlTOLU 49
ORDINANZA DWAR IT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Biex tikkontrolla l-użu tat-telegrafija mingħajr fili.
25 ta’ Settembru, 1922;
23 ta’ Jannar, 1923;
16 ta’ Ottubru, 1925;
L-ORDINANZA II ta’ l-1922 (kif emendata bl-Ordinanza XXXVI ta’ l-1934); l-
ORDINANZA I ta’ l-1923 (kif emendata bl-Ordinanza V ta’ l-1923) u l-ORDINANZA III ta’ l-
1925 ikkonsolidati.
Dan il-Kapitolu ġie sussegwentement emendat bl-Ordinanzi: XVI ta’ l-1960, VII u XXV ta’
l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963, 28 ta’ l-1964; bl-Att XLV ta’ l-1965; bl-Avviżi Legali;
61 ta’ l-1965, 16 ta’ l-1966; bl-Att XI ta’ l-1973; bl-Avviżi Legali: 109 u 126 ta’ l-1979, 61 ta’
l-1981; bl-Atti: XLIX ta’ l-1981, VIII ta’ l-1982 u XIII ta’ l-1983; bl-Avviżi Legali: 54 ta’ l-
1985, 23 u 114 ta’ l-1988, 6 u 34 ta’ l-1990; bl-Atti: VIII u XI ta’ l-1990; bl-Avviż Legali 185
ta’ l-1993; bl-Atti XXXIII ta’ l-1997 u XIX ta’ l-1998 u bl-Avviżi Legali 226 ta’ l-2000, u 111
u 194 ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ORDINANZA
Artikoli
Titolu fil-qosor u Tifsir 1-2
Taqsima I.  Liċenzi biex wieħed Jagħmel, Jixtri, Ibiegħ 
jew Iżomm Għandu Apparat ta’ Telegrafija 
Mingħajr Fili 3-6
Taqsima II. Użu ta’ Telegrafija Mingħajr Fili minn 
Bastimenti Merkantili 7-15
Taqsima III. Użu ta’ Telegrafija Mingħajr Fili minn 
Bastimenti tal-Gwerra u Ajruplani tas-Servizz
Frustieri 16-19
SKEDA
Regolamenti ta’ l-1962 dwar it-Telegrafija Mingħajr Fili
(Ħlasijiet ta’ Liċenza dwar Xandir) 
  2       KAP. 49. ħ          TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ din l-Ordinanza hu l-Ordinanza dwar
it-Telegrafija mingħajr Fili.
Tifsir.
Sostitwit: 
VII.1962.2. 
Emendat: 
XLV. 1965.2; 
XLIX. 1981.6; 
XI.1990.2;
XXXIII. 1997.43.
2. F’din l-Ordinanza, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tfissirx xort’oħra -
"apparat għar-riċezzjoni tax-xandir" tfisser kull apparat użat jew
li jista’ jiġi wżat għar-riċezzjoni ta’ trasmissjonijiet ta’ smigħ jew
ta’ stampa viżwali jew ta’ smigħ u stampa viżwali maħsuba għar-
riċezzjoni diretta mill-pubbliku in ġenerali;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-telegrafija
mingħajr fili u ħlief għas-setgħa li jagħmel regolamenti mogħtija
lill-Ministru bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, tinkludi kull uffiċjal
pubbliku jew xi uffiċjal ta’ korp ġuridiku mwaqqaf bil-liġi li jkun
qiegħed jaġixxi taħt l-awtorità  tiegħu;
"telegrafija mingħajr fili" tfisser l-emissjoni jew ir-riċezzjoni,
fuq passaġġi li ma humiex provduti b’xi sustanzi materjali mibnija
jew irranġati għal hekk, ta’ enerġija elettro-manjetika li sservi
sabiex jintbagħtu messaġġi, smigħ jew stampi viżwali (sew jekk il-
messaġġi, is-smigħ jew l-istampa jkunu attwalment riċevuti minn
xi persuna sew jekk le), jew tkun użata in konnessjoni mad-
determinazzjoni tal-posizzjoni, direzzjoni jew distanza, jew biex
tinkiseb informazzjoni dwar il-presenza, assenza, posizzjoni jew
moviment, ta’ xi ħaġa jew ta’ xi ħwejjeġ ta’ kull klassi u riferenzi
għal apparat jew istallazzjoni għat-telegrafija mingħajr fili jew għal
apparat jew istallazzjonijiet dwar it-telegrafija mingħajr fili
għandhom jifthemu bħala riferenzi għal apparat jew
istallazzjonijiet għall-emissjoni jew riċezzjoni kif intqal qabel ta’
dik l-energija elettromanjetika kif intqal qabel:
Iżda meta xi apparat ikun akkoppjat elettrikament ma’ xi
istallazzjoni li tagħti bidu, tittrasmetti jew tirritrasmetti stampi
viżwali sabiex xi persuna tkun titsta’ tirċievi xi waħda minn dawn
l-istampi viżwali (sew jekk dik l-istallazzjoni tkun istallazzjoni
għat-telegrafija mingħajr fili sew jekk le) l-apparat hekk akkoppjat
għandu fih innifsu jitqies għall-finijiet ta’ din l-Ordinanza li jkun
apparat għat-telegrafija mingħajr fili.
TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI   ġ K AP. 49.       3
TAQSIMA I
LIĊENZI BIEX WIEĦED JAGĦMEL, JIXTRI, IBIEGĦ JEW IŻOMM 
GĦANDU APPARAT TA’ TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Ma jistax jinżamm 
apparat ta’ 
telegrafija 
mingħajr fili, eċċ., 
bla liċenza. 
Emendat: 
VII.1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XLV. 1965.3; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2, 3;
XXXIII.1997.43.
3. (1) Ħadd ma jista’, mingħajr liċenza bil-miktub tal-
Ministru, jagħmel, jixtri, ibiegħ jew ikollu għandu jew taħt il-
kontroll tiegħu ebda apparat ta’ telegrafija mingħajr fili, jew
apparat maħsub biex ikun użat bħala parti li tagħmel sehem minn
dak l-apparat; u ħadd ma jista’ jbiegħ jew jittrasferixxi dan l-
apparat lil persuna li ma jkollhiex il-liċenza hawn fuq imsemmija, u
kull min ikollu għandu jew taħt il-kontroll tiegħu dan l-apparat, bil-
liċenza jew mingħajr il-liċenza tal-Ministru għandu, meta jiġi
mitlub, jikkunsinna dan l-apparat lill-Ministru jew kif dan jordna; u
kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jsir ħati ta’
reat kontra din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza:
Iżda ma tkun tinħtieġ ebda liċenza għar-riċezzjoni ta’
xandir bis-smigħ biss.
(2) Liċenza mogħtija skond dan l-artikolu (hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’din it-Taqsima msejħa liċenza dwar telegrafija mingħajr
fili) tista’ tinħareġ salvi dawk il-pattijiet, kondizzjonijiet u
limitazzjonijiet li l-Ministru jista’ jidhirlu xierqa, magħduda b’mod
partikolari limitazzjonijiet dwar l-apparat li jista’ jitqiegħed jew
jintuża skond dik il-liċenza u l-postijiet fejn, l-iskopijiet li
għalihom, iċ-ċirkostanzi li fihom u l-persuni li minnhom l-apparat
jista’ jintuża.
(3) Meta jinkisru xi pattijiet, kondizzjonijiet jew
limitazzjonijiet imniżżla f’liċenza dwar telegrafija mingħajr fili l-
persuna li tagħmel dak il-ksur tkun ħatja ta’ reat kontra din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza.
(4) Liċenza dwar telegrafija mingħajr fili għandha, jekk ma
tkunx tħassret qabel mill-Ministru, tibqa’ sseħħ għal dak il-perijodu
kif jista’ jiġi speċifikat fil-liċenza.
(5) Liċenza dwar telegrafija mingħajr fili tista’ titħassar, jew il-
pattijiet, kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet tagħha jistgħu
jitbiddlu b’avviż bil-miktub tal-Ministru notifikat lid-detentur tal-
liċenza jew b’avviż ġenerali, applikabbli għall-liċenzi tal-klassi li
għaliha dik il-liċenza tappartjeni, pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
(6) Il-Ministru jkollu l-jedd li jitlob minn kull persuna li
tikkummerċja jew li kienet tikkummerċja f’apparat tat-telegrafija
mingħajr fili, tagħrif dwar il-magazzinar, xiri u bejgħ ta’ dak l-
apparat u tal-persuna jew persuni li lilhom dak l-apparat ikun ġie
mibjugħ minn dik il-persuna; u jekk il-persuna li minn għandha t-
tagħrif ikun ġie mitlub, tonqos li tagħti t-tagħrif mitlub, jew tagħti
tagħrif falz jew mhux korrett, u jiġi muri li l-apparat tat-telegrafija
mingħajr fili li kellu jkun fil-pussess tagħha ma jingħatax rendikont
xieraq minn dik il-persuna, jiġi preżunt li dak l-apparat ikun ġie
mibjugħ minnu in kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu; u r-responsabbiltà  li tinġieb prova mod ieħor, f’kull
proċediment ċivili jew kriminali, taqa’ fuq dik il-persuna.
  4       KAP. 49. ħ          TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Ħlasijiet għall-
liċenzi dwar 
telegrafija 
mingħajr fili. 
Sostitwit: 
VII. 1962.5. 
Emendat: 
A.L 4 ta’ l-1963; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2.
4. (1) Mal-ħruġ u mat-tiġdid ta’ liċenza dwar telegrafija
mingħajr fili, u, meta r-regolamenti skond dan l-artikolu hekk
jipprovdu, f’dawk iż-żminijiet wara dik in-nhar kif jista’ jiġi
preskritt bir-regolamenti, għandu jitħallas mill-persuna li tapplika
għal dak il-ħruġ jew tiġdid dawk is-somom li jistgħu jiġu preskritti
b’regolamenti li jiġu magħmula mill-Ministru u tista’ ssir
disposizzjoni differenti f’dawk ir-regolamenti dwar liċenzi
differenti, skond ix-xorta, pattijiet, kondizzjonjiet, limitazzjonijiet,
u dewmien tagħhom:
Iżda r-regolamenti magħmula jista’ jkollhom
disposizzjonijiet li jawtorizzaw, f’dawk il-każijiet li mhux maħsub
għalihom xort’oħra bir-regolamenti, il-ħlas ta’ dawk is-somom,
sew mal-ħruġ jew mat-tiġdid tal-liċenza jew wara, kif jista’ fil-każ
partikolari jidher lill-Ministru li jkun xieraq, iżda dan il-proviso ma
għandux jgħodd għal liċenzi ta’ xi tip maħsub għal kollox jew
f’parti biex jolqot il-bżonnijiet ta’ persuni li jixtiequ jużaw, f’dar
ta’ abitazzjoni privata u mingħajr ma jilolbu xi ħlas lil persuni
oħra, apparat mhux maħsub jew adattat għal emissjoni (kif oppost
għal riċezzjoni).
(2) Sakemm ma jiġux mibdula jew imħassra b’regolamenti
magħmula skond dan l-artikolu, għandhom iseħħu r-regolamenti ta’
l-1962 dwar it-Telegrafija mingħajr Fili (Ħlasijiet ta’ Liċenza dwar
Xandir) li hemm fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza. 
Bċejjeċ ta’ apparat. 
Emendat: 
VII. 1962.6.
5. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza, kull
apparat użat ordinarjament bħala parti li għaliha waħidha tagħmel
sehem ta’ apparat dwar it-telegrafija mingħajr fili jitqies li hu
maħsub biex jiġi hekk użat, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju. 
Pieni. 
Emendat: 
XXXVI. 1934.2; 
XXV.1962.5; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XLV. 1965.4; 
VIII. 1982.2; 
XI.1990.2, 4.
Sostitwit:
XXXIII.1997.43.
Emendat:
XIX. 1998.2.
6. (1) Persuna li tkun ħatja ta’ reat kontra din il-parti ta’ din
l-Ordinanza jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn mitt
lira u mhux iżjed minn elf lira dwar kull apparat, u meta jinsab ħati
t-tieni darba jew wara, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux
iżjed minn elfejn lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn tnax-il xahar, jew dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien; u
fuq talba tal-prosekuzzjoni l-qorti tista’ tordna li l-apparat jiġi
kkonfiskat u kkunsinnat lill-Ministru:
Penali minflok 
proċediment.
Iżda minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel, il-Ministru
jista’ dwar reat li jsir għall-ewwel darba, jagħmel ftehim bil-miktub
mal-ħati li permezz tiegħu dak il-ħati jħallas is-somma ta’ mitt lira,
u malli dak il-ftehim jiġi ffirmat mill-Ministru u mill-ħati u jsir il-
ħlas ta’ dik is-somma, kull responsabbiltà  kriminali tal-ħati dwar
dak ir-reat għandha tintemm; iżda wkoll li l-Ministru jista’ jagħmel
kull ftehim bħal dak suġġett għal li l-ħati jċedi favur il-Gvern l-
apparat li dwaru jkun sar ir-reat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda azzjoni ma għandha tittieħed kontra xi persuna illi, għax
kellha liċenza tat-telegrafija mingħajr fili u tkun naqset li tħallas
id-dritt stabbilit għat-tiġdid tagħha, tħallas, fi żmien tletin jum
mill-għeluq ta’ dik il-liċenza, jew f’dak il-perijodu itwal li 1-
Ministru jista’ jippermetti, id-dritt tal-liċenza dovut għat-tiġdid tal-
liċenza, lanqas ma għandha tittieħed xi azzjoni jekk, wara li jiskadi
TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI   ġ K AP. 49.       5
l-imsemmi perjodu ta’ tletin jum jew dak il-perjodu itwal li l-
Ministru jista’ jippermetti, persuna kif hawn aktar qabel imsemmija
tħallas fi żmien sebat ijiem minn meta ssirilha talba bil-miktub biex
hekk tħallas, f’dak l-uffiċċju li jiġi hekk indikat fit-talba, penali li
tkun daqs darbtejn id-dritt tal-liċenza fil-każ ta’ drittijiet tal-liċenza
sa tnax-il lira u ħamsa u għoxrin lira fil-każ ta’ drittijiet tal-liċenza
ta’ iżjed minn tnax-il lira, b’żieda mad-dritt dovut għat-tiġdid tal-
liċenza.
(3) Meta tkun dovuta penali taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu jew tkun dovuta multa imposta taħt is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, liċenza maħruġa taħt din l-Ordinanza lill-persuna li
minnha tkun dovuta ma għandhiex tkun dovuta sakemm, flimkien
mad-dritt stabbilit, ma tħallasx ukoll il-penali jew il-multa dovuta
kif imsemmi. 
TAQSIMA II
UŻU TA’ TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI MINN BASTIMENTI 
MERKANTILI
Tifsir. 
Emendat: 
V.1923.6; 
VII.1962.7; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1973.377; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2.
7. F’din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza -
"bastiment tal-passiġġieri" ifisser bastiment li jista’ jieħu iżjed
minn tnax-il passiġġier;
"spettur tat-telegrafija mingħajr fili" ifisser uffiċjal maħtur mill-
Ministru għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza.
Ħtiġijiet ta’ 
telegrafija 
mingħajr fili. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1973.377; 
VIII. 1982.2; 
XI.1990.2;
XXXIII.1997.43.
Kap. 234.
8. Kull bastiment Malti tas-safar li jkun bastiment tal-
passiġġieri jew bastiment ta’ tliet mitt tunnellata ta’ tunnellaġġ sħiħ
(gross) jew iżjed għandu jkollu impjant ta’ telegrafija mingħajr fili
u liċenza biex iżomm u juża dan l-impjant, u għandu jżomm servizz
ta’ telegrafija mingħajr fili li jkun mill-anqas biżżejjed biex jiġu
mħarsa r-regolamenti magħmulin għal dan l-iskop taħt din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza u mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
il-Bastimenti Merkantili jew ma’ xi regolamenti li jkunu saru taħtu,
u għandu jkollu mill-anqas operatur u għassies wieħed jew iżjed,
skond dawn ir-regoli u regolamenti:
Iżda l-Ministru jista’ jeħles mill-obbligi kollha meħtieġa
f’din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza jew minn parti minnhom kull
bastiment jew klassijiet ta’ bastimenti jekk hu jkun ta’ fehma li,
meta jittieħed qies tax-xorta tal-vjaġġi li għalihom il-bastimenti
jkunu qegħdin jew ta’ ċirkostanzi oħra, ikun xieraq li jagħmel hekk.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1973.377; 
VIII. 1982.2; 
XI.1990.2;
XXXIII.1997.43.
9. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jistabbilixxi l-
forma u s-sustanza tal-liċenzi sabiex jinżamm u jiġi wżat apparat
ta’ telegrafija mingħajr fili, ix-xorta ta’ l-impjant ta’ telegrafija
mingħajr fili li għandu jkun hemm, is-servizzi li għandhom
jinżammu, u n-numru, il-grad u l-kwalifiki ta’ l-operaturi u tal-
għassiesa, u sabiex jagħmel provvedimenti għall-eżami ta’
operaturi u ta’ għassiesa meta hu meħtieġ u għad-drittijiet li
għandhom jitħallsu għal dan l-eżami, il-kondizzjonijiet għall-ħruġ
  6       KAP. 49. ħ          TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
jew għarfien ta’ ċertifikati għal operaturi u għassiesa u l-
kondizzjonijiet għas-sostituzzjoni, sospensjoni, tħassir u
alterazzjoni ta’ ċertifikati ta’ operaturi u għassiesa:
Kap. 234.
Iżda mhux meħtieġ li bastiment ikollu iżjed minn operatur
wieħed jekk ma jkunx obbligatorju iżjed minn operatur wieħed taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili. 
Spezzjon ta’ 
bastimenti. 
Emendat: 
V.1923.2; 
XVI. 1960.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1973.377; 
VIII.1982.2; 
XI. 1990.2.
Kap. 234.
10. (1) Perit ta’ bastimenti jew spettur ta’ telegrafija mingħajr
fili maħtur mill-Ministru jista’ jispezzjona kull bastiment sabiex
jara jekk għandux impjant regolari ta’ telegrafija mingħajr fili u
operaturi u għassiesa ċertifikati skond id-disposizzjonijiet ta’ din
it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza u tar-regolamenti li, minn żmien
għal żmien, jiġu magħmula taħtha, u, għall-finijiet ta’ din l-
ispezzjoni, għandu s-setgħa kollha ta’ surveyor skond l-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolament magħmul taħt din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza jistabbilixxi l-ħlas ta’ dritt għal din l-
ispezzjon. 
(3) Jekk dan il-perit jew spettur isib illi l-bastiment mhux hekk
ipprovdut, hu għandu jagħti lill-kaptan jew lis-sid avviż bil-miktub
ta’ dan in-nuqqas, u għandu jgħid ukoll x’inhuwa dak li fil-fehma
tiegħu hu meħtieġ li jsir biex ma jibqax dak in-nuqqas.
(4) Kull avviż hekk mogħti għandu jiġi kkomunikat bil-miktub
mill-perit jew spettur hawn fuq imsemmi lill-Kontrullur tad-
Dwana, u kull bastiment li jitlob il-karti tat-tluq jew il-polza ta’
transitu għandu jiġi miżmum sakemm il-kaptan tal-bastiment ma
jġibx lill-Kontrullur tad-Dwana ċertifikat iffirmat mill-perit jew
spettur li l-bastiment għandu impjant regolari ta’ telegrafija
mingħajr fili u operaturi u għassiesa ċċertifikati skond din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza u skond ir-regolamenti magħmulin
minn żmien għal żmien bis-saħħa tagħha.
(5) Jekk il-perit jew l-ispettur ikun sodisfatt li l-bastiment
għandu impjant regolari u operaturi u għassiesa kif hu meħtieġ taħt
id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza jew ta’
regolamenti magħmulin minn żmien għal żmien bis-saħħa tagħha,
hu għandu minnufih igħarraf bil-miktub lill-Kontrullur tad-Dwana
li l-bastiment huwa hekk ipprovdut u għandu jagħti ta’ dan
ċertifikat iffirmat minnu lis-sid jew lill-kaptan tal-bastiment.
Il-liċenza tinħareġ 
mill-Ministru. 
Miżjud: 
V. 1923.4. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
VIII.1982.2. 
Sostitwit: 
XI.1990.5.
11. (1) Il-liċenza sabiex wieħed iżomm u juża impjant ta’
telegrafija mingħajr fili skond din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza
tista’ tingħata mill-Ministru lis-sid tal-bastiment jew lill-aġent
tiegħu li jagħmel talba għaliha malli l-Ministru jirċievi mingħand
il-perit jew spettur iċ-ċertifikat hawn fuq imsemmi:
Iżda l-Ministru jista’ minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, joħroġ liċenza provviżorja għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur, ma’ l-ewwel reġistrazzjoni ta’ bastiment taħt Bandiera
Maltija, f’dawk iċ-ċirkostanzi u taħt dawk il-kundizzjonijiet li
jista’ jqis li jkunu xierqa.
(2) Liċenza tkun valida għal dak il-perijodu, li ma jkunx iktar
minn perijodu ta’ sitta u tletin xahar kalendarju, li jista’ jiġi indikat
TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI   ġ K AP. 49.       7
fil-liċenza u tista’ tiġġedded għal perijodi oħra li jiġu wara, li kull
wieħed minnhom ma jkunx jaqbeż is-sitta u tletin xahar, hekk kif
jiġi indikat meta jsir it-tiġdid.
Kull bastiment tas-
safar li għandu 
impjant ta’ 
telegrafija 
mingħajr fili 
għandu jkollu 
liċenza. 
Miżjud: 
V.1923.4. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1973.377; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2;
XXXIII.1997.43.
12. (1) Kull bastiment tas-safar Malti li jkollu impjant ta’
telegrafija mingħajr fili, għandu, sew jekk id-disposizzjonijiet ta’
qabel igħoddu għalih jew le, jottjeni liċenza mill-Ministru biex
iżomm u juża dak l-impjant.
(2) ll-Ministru jista’, b’regolamenti magħmulin taħt din it-
Taqsima ta’ din l-Ordinanza, jistabbilixxi l-forma, is-sustanza u ż-
żmien ta’ dawn il-liċenzi, il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom
jiġu maħruġa u posseduti, id-drittijiet li għandhom jitħallsu fuqhom
u x-xorta u l-ispeċi ta’ l-apparat awtorizzat bil-liċenza.
(3) Dan l-artikolu m’għandux japplika dwar bastiment Malti
b’reġistrazzjoni ta’ bareboat charter f’reġistru barrani sakemm
ikun hekk reġistrat.
Pieni. 
Emendat: 
VIII.1990.3.
13. Jekk, fil-każ ta’ bastiment, id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza jew ta’ regolamenti li jiġu minn
żmien għal żmien magħmulin bis-saħħa tagħha, ma jiġux osservati,
il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira, għal kull reat, u l-proċedimenti
għal kull reat bħal dan għandhom isiru quddiem il-Qorti tal-
Maġistrati.
Id-disposizzjonijiet 
ta’ din it-Taqsima 
jżidu ma dawk ta’ 
l-Att dwar il-
Bastimenti 
Merkantili. 
Emendat: 
XI.1973.377. 
Kap. 234.
14. L-obbligi stabbiliti f’din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza
huma miżjuda ma’ l-obbligi dwar it-telegrafija mingħajr fili
stabbiliti fl-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, u m’għandhomx
jitqiesu magħmulin flokhom.
Din it-Taqsima 
tgħodd għal 
bastimenti mhux 
irreġistrati f’Malta. 
Sostitwit: 
XI.1973.377.
15. Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza għandhom japplikaw għall-bastimenti barra minn
bastimenti Maltin waqt li jkunu f’Malta l-istess kif japplikaw għal
bastimenti Maltin.
  8       KAP. 49. ħ          TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
TAQSIMA III
UŻU TA’ TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI MINN BASTIMENTI TAL-
GWERRA U AJRUPLANI TAS-SERVIZZ FRUSTIERI
Restrizzjonijiet 
dwar l-użu ta’ l-
impjant ta’ 
telegrafija 
mingħajr fili, minn 
bastimenti tal-
gwerra jew 
ajruplani frustieri li 
jkunu ma’ dawn il-
bastimenti. 
Emendat: 
XI.1973.377; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2.
16. (1) Ebda bastiment tal-gwerra frustier jew ajruplan tas-
servizz frustier li jkun ma’ dak il-bastiment ma’ jista fiż-żmien li
jkun f’xi wieħed mill-portijiet ta’ Malta jew sa tliet mili minn
Malta, juża l-impjant tiegħu ta’ telegrafija jew telefonija mingħajr
fili mingħajr ma qabel ikun ħa l-permess tal-Ministru.
(2) It-talba għal dan il-permess għandu jkun fiha d-dettalji tas-
sistema, it-tul tal-wave u l-ħinijiet tat-trasmissjoni li r-rikorrent
ikun irid juża.
Restrizzjonijiett 
għall-ajruplani tas-
servizz frustieri li 
ma jkunux ma’ 
bastimenti tal-
gwerra frustieri. 
Emendat: 
XI.1973.377; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2.
17. (1) Ebda ajruplan tas-servizz frustier li ma jkunx ma’
bastiment tal-gwerra frustier, ma jista’ fiż-żmien li jkun f’Malta
jew f’xi wieħed mill-portijiet ta’ Malta, jew sa tliet mili minn
Malta, juża l-impjant tiegħu ta’ telegrafija jew telefonija mingħajr
fili, mingħajr permess kif jingħad fl-aħħar artikolu ta’ qabel dan
mogħti mill-Ministru f’Malta.
(2) It-talba għal dan il-permess għandu jkun fiha d-dettalji
msemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-aħħar artikolu qabel dan. 
Il-kondizzjonijiet li 
taħthom jista’ jiġi 
mogħti l-permess 
għall-użu ta’ l-
impjant. Emendat: 
XI.1973.377; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2.
18. L-uffiċjal li lilu ssir talba taħt din it-Taqsima ta’ din l-
Ordinanza, jista’ meta jagħti l-permess, jagħmel kondiz-zjonijiet -
(a) biex jipprojbixxi t-trasmissjoni fuq 600 metru, ħlief
sabiex isiru jew jiġu mwieġba sinjali ta’ diżastru;
(b) biex ma jiġux imfixkla xi stazzjonijiet oħra;
(ċ) biex jordna li għandha tinżamm minnufih it-
trasmissjoni fuq talba tal-Ministru jew ta’ stazzjon
fissa tal-kosta;
(d) biex jipprojbixxi sinjali fit-tul bl-użu ta’ l-impjant li
jittrasmetti mhux waves puri u kontinwi.
Piena. 19. Jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet li taħthom ikun ingħata
permess taħt din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza tiġi miksura, dan il-
permess minnufih jispiċċa u jibqa’ bla effett.
TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI   ġ K AP. 49.       9
Miżjuda: 
VII.1962.8. 
Emendata: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 28 ta’ l-1964; 
A.L. 61 ta’ l-1965; 
A.L. 16 ta’ l-1966; 
A.L. 109 ta’ l-
1979; 
A.L 126 ta’ l-1979; 
VIII. 1982.2; 
A.L. 6 ta’ l-1990; 
XI. 1990.2;*
A.L 185 ta’ l-1993;
A.L. 226 ta’ l-
2000;
A.L. 111 ta’ l-2003
SKEDA
(Artikolu 4(2))
REGOLAMENTI TA’ L-1962 DWAR IT-TELEGRAFIJA MINGĦAJR 
FILI 
(ĦLASIJIET TA’ LIĊENZA DWAR XANDIR)
Titolu.
1962 dwar it-Telegrafija mingħajr Fili (Ħlasijiet ta’ Liċenza dwar
Xandir).
Drittijiet għall-
ħruġ u tiġdid ta’ 
liċenzi dwar 
riċezzjoni ta’ 
xandir. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 28 ta’ l-1964; 
A.L. 126 ta’ l-
1979; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2. 
Sostitwit: 
A.L. 185 ta’ l-
1993.
2. (1) Mal-ħruġ u ma’ kull tiġdid ta’ liċenza dwar riċezzjoni
ta’ xandir ta’ tip u deskrizzjoni speċifikati fil-kolonni 1 u 2
rispettivament ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti
d-detentur tal-liċenza għandu jħallas dritt ta’ l-ammont speċifikat
dwar dak it-tip u deskrizzjoni ta’ liċenza fil-kolonni 3 u 4 ta’ l-
imsemmija Skeda, ikun kemm ikun id-dewmien tal-liċenza.
(2) Liċenzi għandhom jinħarġu jew jiġġeddu għal dak il-
perijodu kif jiġi speċifikat mill-Ministru f’kull każ, iżda meta l-
perijodu li għalih il-liċenza tkun inħarġet jew iġġeddet kif
speċifikat mill-imsemmi Ministru ikun inqas minn sena, id-dritt
għal ħruġ jew id-dritt għal tiġdid, skond il-każ, għandu jitnaqqas bi
proporzjon għan-numru ta’ xhur, jew għal parti minnhom, li jkun
inkluż fil-perijodu li għalih il-liċenza tkun maħruġa jew imġedda.
Ġenerali. 
Emendat: 
A.L. 185 ta’ l-
1993.
3. Mat-tħassir jew tbiddil ta’ liċenza 1i għaliha jgħoddu dawn
ir-regolamenti ebda parti ta’ xi dritt ġa mħallas jew li jkun dovut li
jitħallas ma għandu jintradd lura jew ma jibqax dovut.
Eżenzjoni. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 16 ta’ l-1966; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2; 
A.L. 185 ta’ l-
1993.
4. Il-Ministru jista’ jnaqqas jew jaħfer kull dritt preskritt bi
jew skond dawn ir-regolamenti meta jkun sodisfatt illi l-ħlas ta’
dak id-dritt jista’ jġib tbatija lill-persuna li jkollha tħallas id-dritt.
Arranġamenti biex 
jitqassam ix-
xogħol dwar ħruġ u 
tiġdid ta’ liċenzi. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
VIII.1982.2; 
XI.1990.2; 
A.L. 185 ta’ l-
1993.
5. Sabiex jiġi żġurat illi x-xogħol dwar ħruġ u tiġdid ta’
liċenzi li għalihom igħoddu dawn ir-regolamenti jitqassam b’mod
xieraq il-Ministru jista’ jistabbilixxi l-perijodi li matulhom il-
liċenzi ta’ xi klassi waħda jew iżjed għandhom jinħarġu jew
jiġġeddu, u avviż dwar dawk il-perijodi għandu jiġi pubblikat fil-
Gazzetta tal-Gvern.
*Ara r-regolament nru. 1 ta’ l-Avviż Legali 185 ta’ l-1993.
  10       KAP. 49. ħ          TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
Ħlas ta’ drittijiet. 
Sostitwit: 
A.L. 61 ta’ l-1965; 
A.L. 109 ta’ l-
1979. 
Emendat: 
A.L. 185 ta’ l-
1993.
6. Id-drittijiet preskritti bir-regolamenti dwar il-liċenzi għar-
riċezzjoni ta’ xandir għal apparat f’kull area jew fuq inġenji tal-
baħar li ma jsifrux għandhom jitħallsu lil dik il-persuna jew lil
dawk il-persuni, f’dak il-post jew f’dawk il-postijiet, u matul dak
iż-żmien jew matul dawk iż-żminjiet kif jiġu speċifikati b’avviż
ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI   ġ K AP. 49.       11
L-EWWEL SKEDA
Emendata: 
A.L. 109 ta’ l-1979; Regolament 2
A.L. 126 ta’ l-1979; 
A.L. 61 ta’ l-1981; 
XIII.1983.4; 
A.L. 54 ta’ l-1985;  DRITTIJIET GĦAL ĦRUĠ U TIĠDID TA’ LIĊENZI
A.L. 23 ta’ l-1988; DWAR RIĊEZZJONI TA’ XANDIR
A.L. 114 ta’ l-1988; 
A.L. 6 ta’ l-1990; 
A.L. 34 ta’ l-1990; 
A.L. 185 ta’ l-1993;
A.L. 226 ta’ l-2000;
A.L. 111 ta’ l-2003;
A.L. 194 ta’ l-2003.
Kolonna 1  Kolonna 2  Kolonna 3 Kolonna 4
Tip ta’ Liċenza Deskrizzjoni ta’ Liċenza Dritt għal 
Ħruġ
Dritt għal 
Tiġdid
1. Liċenza dwar 
Riċezzjoni ta’ 
Xandir - Formula 
Ġenerali
Liċenza biex wieħed ikollu
għandu jew taħt il-kontroll tiegħu
apparat dwar telegrafija mingħajr
fili u biex jintuża l-apparat għar-
riċezzjoni ta’ stampi viżwali bil-
kulur mibgħuta b’televiżjoni, (li
ma tkunx liċenza li tawtorizza l-
użu ta’ apparat dwar telegrafija
mingħajr fili għall-iskop tal-wiri
ta’ stampi viżwali riċevuti
b’televiżjoni lil persuni li jħallsu
dritt biex jaraw dak il-wiri) - 
(a) għal kull riċevitur tat-
televiżjoni tal-kulur li ma
jkunx konness ma’ terminal
ta’ riċezzjoni tat-televiżjoni
bis-satellita, li jintuża
esklużivament fi kmamar
tas-sodda ta’ lukandi,
aparthotels, villaġġi
turistiċi kif imfissra fl-Att
dwar Servizzi ta’ l-
Ivvjaġġar u tat-Turiżmu u
regolamenti maħruġa taħtu .  Lm3  Lm3
(b) għal kull riċevitur tat-
televiżjoni tal-kulur ieħor
użati fil-lukandi,
aparthotels u villaġġi
turistiċi .............................. Lm15  Lm15
  12       KAP. 49. ħ          TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
(ċ) għal riċevitur tat-televiżjoni
bil-kulur wieħed li
jappartjeni lil persuna
waħda jew lill-mara tiegħu
jew lir-raġel tagħha u li
jintuża f’kull fond li ma
jkunx lukanda, aparthotel
jew villaġġ turistiku ............ Lm15 Lm15
(d) għat-tieni, tielet jew raba’
riċevitur tat-televiżjoni bil-
kulur sa total ta’ erba’
riċevituri tat-televiżjoni bil-
kulur li jappartjenu lil
persuna waħda jew lill-mara
tiegħu jew lir-raġel tagħha u
li jintużaw f’kull fond li ma
jkunx lukanda, aparthotel
jew villaġġ turistiku ............ Lm24   Lm24
(e) għal kull għadd addizzjonali
ta’ erba’ riċevituri tat-
televiżjoni bil-kulur jew
parti minn dan l-għadd li
jappartjenu lil persuna
waħda jew lill-mara tiegħu
jew lir-raġel tagħha u li
jintużaw f’kull fond li ma
jkunx lukanda, aparthotel
jew villaġġ turistiku ............
Iżda fil-każ ta’
reġistrazzjoni ta’ riċevitur
tat-televiżjoni, għandu
jitħallas darba biss dritt ta’
reġistrazzjoni ta’ Lm5 dwar
kull riċevitur tat-televiżjoni.
Lm24 Lm24
 Iżda wkoll ma għandu jkun
hemm ebda dritt għal ħruġ jew
reġistrazzjoni ta’ liċenza meta
jsir trasferiment sew jekk inter
vivos jew causa mortis ta’ liċenza
minn persuna għal għand il-mara
tiegħu jew ir-raġel tagħha, jew
membri oħra tal-familja tiegħu
jew tagħha li jkunu joqgħodu
flimkien bħala familja.
Kolonna 1  Kolonna 2  Kolonna 3 Kolonna 4
Tip ta’ Liċenza Deskrizzjoni ta’ Liċenza Dritt għal 
Ħruġ
Dritt għal 
Tiġdid
TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI   ġ K AP. 49.       13
2. Liċenza dwar 
Apparat ta’ 
Riċezzjoni 
f’Terminal ta’ 
Satellita.
Liċenza biex wieħed ikollu
għandu jew taħt il-kontroll tiegħu
apparat dwar telegrafija mingħajr
fili u biex jintuża l-apparat għal
skopijiet tar-riċezzjoni ta’ stampi
viżwali bl-iswed u bl-abjad u/jew
bil-kulur mibgħuta b’televiżjoni
permezz ta’ stazzjonijiet spazjali,
(li ma tkunx liċenza li tawtorizza
l-użu ta’ apparat dwar telegrafija
mingħajr fili għall-iskop tal-wiri
ta’ stampi viżwali riċevuti
b’televiżjoni permezz ta’
stazzjonijiet spazjali lil persuni li
jħallsu dritt biex jaraw dak il-
wiri):
(a) għall-użu f’lukandi u
kumplessi għal btala kif
imfissra fl-Ewwel u t-Tieni
Taqsimiet tat-Tieni Skeda li
tinsab mar-Regolamenti ta’
l-1972 dwar il-Lukandi u l-
Istabbilimenti li Jipprovdu
l-Ikel:
(i) għal kull terminal ta’
riċezzjoni tat-
televiżjoni bis-satellita  Lm50 Lm50
(ii) għal kull ħamsa u
għoxrin kamra tas-
sodda jew parti minn
dak in-numru  Lm25 Lm25
(iii) sabiex jiġi kkalkolat in-
numru ta’ kmamar
imsemmija f’item
2(a)(ii), in-numru ta’
kmamar speċifikat fil-
permess maħruġ mill-
Bord dwar il-Lukandi u
l-Istabbilimenti li
jipprovdu l-Ikel għandu
jitqies li hu n-numru ta’
kmamar relevant għal
dan l-iskop,
irrespettivament min-
numru attwali ta’
kmamar li jgawdu minn
sistema jew sistemi ta’
sattelita ....................... Lm15 Lm15
Kolonna 1  Kolonna 2  Kolonna 3 Kolonna 4
Tip ta’ Liċenza Deskrizzjoni ta’ Liċenza Dritt għal 
Ħruġ
Dritt għal 
Tiġdid
  14       KAP. 49. ħ          TELEGRAFIJA MINGĦAJR FILI
(b) għall-użu f’fond
kummerċjali, ħlief dawk
speċifikati f’item 2(a), għal
kull terminal ta’ riċezzjoni
tat-televiżjoni bis-satellita .. Lm50 Lm50
(ċ) (i) għal djar residenzjali li
jgawdu servizzi komuni
kif provdut fl-Att dwar
il-Condominia, minn
kull condominus .......... Lm18 Lm18
(ii) għall-użu ġewwa l-
fondi l-oħra kolla ........ Lm25 Lm25
Kolonna 1  Kolonna 2  Kolonna 3 Kolonna 4
Tip ta’ Liċenza Deskrizzjoni ta’ Liċenza Dritt għal 
Ħruġ
Dritt għal 
Tiġdid
