SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    1
KAPITOLU 50
Emendat:
XVIII.1996.2.
ATT DWAR IS-SIGRIETI UFFIĊJALI
Għall-protezzjoni ta’ sigrieti uffiċjali.
(23 ta’ Frar, l923)*
Sar liġi bl-ORDlNANZA III ta’ l-1923  (li tinkorpora wkoll l-
ORDINANZA IX ta’ l-1934) kif emendat bl-Att XXXI ta’ l-1967; bl-
Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-Atti: LVIII ta’ l-1974, XXVII ta’ l-1975; bl-
Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XXII ta’ l-1976, XLIX ta’ l-1981,
VIII ta’ l-1990 u XVIII ta’ l-1996.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XVIII.1996.2.
1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali.
Tifsir. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
Sostitwit:
XVIII.1996.3.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra -
"dokument" tinkludi wkoll parti ta’ dokument;
"funzjonarju pubbliku" tfisser -
(a) Ministru jew Segretarju Parlamentari;
(b) kull uffiċjal pubbliku;
(ċ) kull membru tal-forzi armati ta’ Malta kif ukoll kull
persuna oħra li tkun impjegata jew maħtura f’dawk il-
forzi jew għall-għanijiet tagħhom;
(d) kull membru tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kif ukoll
ta’ kull forza dixxiplinata ta’ l-Istat, kif ukoll kull
persuna oħra li tkun impjegata jew maħtura f’dak il-
Korp jew forza jew għall-għanijiet tagħhom;
(e) kull min ikun membru jew impjegat ta’ korp preskritt
jew ta’ korp ta’ kategorija preskritta u li jew ikun
preskritt għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu jew li jkun
jappartjeni għal kategorija preskritta ta’ membri jew
ta’ impjegati ta’ korp bħal dak;
(f) kull min ikun detentur ta’ kariga preskritta jew li jkun
impjegat ta’ detentur bħal dak u li jew ikun preskritt
għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu jew li jkun
jappartjeni għal kategorija preskritta ta’ dawk l-
impjegati;
 "kuntrattat mill-Gvern" tfisser, bla ħsara għas-subartikolu (3) ta’
dan l-artikolu, kull min ma jkunx funzjonarju pubbliku iżda li jkun
jipprovdi, jew ikun impjegat fil-provvista ta’, oġġetti jew servizzi -
(a) għall-għanijiet ta’ Ministru jew ta’ Segretarju
Parlamentari, ta’ xi wieħed mis-servizzi, forzi jew
korpi msemmija fit-tifsira ta’ funzjonarju pubbliku jew
tad-detentur ta’ xi kariga preskritta skond dik it-tifsira;
jew
*Ara Proklama Nru. IV ta’ l-1923.
 2      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
(b) taħt ftehim jew arranġament li jiġi ċertifikat mill-Prim
Ministru jew mill-Ministru bħala wieħed li għalih ikun
parti l-gvern ta’ Stat li ma jkunx Malta jew
organizzazzjoni internazzjonali jew li jkun subordinat
għal, jew magħmul bil-għan li jimplementa, xi ftehim
jew arranġament bħal dak;
"kxif" u "tikxef" dwar dokument jew oġġett ieħor, tinkludi li
wieħed jitlaq minn taħt idejh il-pussess tiegħu;
"Ministru" tfisser dak il-Ministru li minn żmien għal żmien jiġi
speċifikat mill-Prim Ministru bħala responsabbli għas-Servizz ta’
Sigurtà;
"mudell" tinkludi disinn, tip u kampjun;
"munizzjon ta’ gwerra" tinkludi l-intier jew parti ta’ bastiment,
sottomarin, ajruplan, tank jew makni bħal dawn, armi u
munizzjonijiet, torpedni jew mini magħmulin, jew tajbin għal użu
ta’ gwerra, u kull oġġett ieħor, materjal jew mezz, maħdum jew li
qiegħed jinħadem, u li huwa maħsub għal dak l-użu;
"organizzazzjoni internazzjonali" tfisser, bla ħsara għas-
subartikoli ta’ wara ta’ dan l-artikolu, organizzazzjoni li tagħha
huma membri Stati biss u tinkludi referenza għal kull organu ta’ dik
l-organizzazzjoni;
"post ipprojbit" tfisser -
(a) kull opra ta’ difiża, tarzna, stabbiliment jew stazzjon
navali, militari jew tal-forzi ta’ l-ajru, bil-baħar li
jmiss magħhom, offiċina, baċil, mina, żona imminata,
kamp, bastiment jew ajruplani li huma ta’ proprjetà
ta’, jew okkupati minn, jew fl-interess tal-Gvern ta’
Malta, jew kull telegrafu, telefon, stazzjon jew uffiċċju
ta’ telegrafija mingħajr fili jew ta’ sinjali, li jkunu ta’
proprjetà jew okkupati kif jingħad hawn fuq, u kull
post li hu ta’ proprjetà ta’, jew li hu okkupat minn, jew
fl-interess tal-Gvern ta’ Malta u wżat għall-bini,
tiswija, fabbrikazzjoni jew magazzinaġġ ta’
munizzjonijiet ta’ gwerra, jew skizzi, pjanti, mudelli,
jew dokumenti dwarhom, jew sabiex jittieħdu metalli,
żjut, jew minerali għal użu fi żmien ta’ gwerra; u
(b) kull post li m’huwiex tal-Gvern ta’ Malta fejn
munizzjonijiet tal-gwerra jew skizzi, mudelli, pjanti
jew dokumenti dwarhom jinħadmu, jissewwew,
jittieħdu jew jinżammu bis-saħħa ta’ kuntratti
magħmulin mal-Gvern ta’ Malta, jew ma’ persuna fl-
interess tal-Gvern ta’ Malta, jew xort’oħra fl-isem tal-
Gvern ta’ Malta; u
(ċ) kull post li jappartjeni lil, jew użat fl-interess tal-
Gvern ta’ Malta illi, f’dak iż-żmien, jiġi mill-Prim
Ministru dikjarat bħala post ipprojbit għall-finijiet ta’
dan l-artikolu minħabba illi informazzjoni dwar dak il-
post, jew il-ħsara f’dak il-post, tista’ tkun utli għall-
għadu; u
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    3
(d) kull triq, passaġġ, jew kanal, jew mezz ieħor ta’
komunikazzjoni bl-art jew bil-baħar (kompriżi opri
jew kostruzzjonijiet li jagħmlu parti minnhom jew li
jkunu mgħaqqda magħhom) jew kull post użat għal
xogħlijiet ta’ gass, ilma jew ta’ elettriku jew xogħlijiet
oħra li għandhom skopijiet ta’ karattru pubbliku, jew
post li fih ikunu jsiru, jissewwew jew jinżammu,
għalkemm mhux f’isem tal-Gvern ta’ Malta,
munizzjonijiet ta’ gwerra, jew bastimenti, armi jew
materjali oħra jew strumenti ta’ użu fi żmien ta’
gwerra, jew skizzi, mudelli, pjanti jew dokumenti
dwarhom, u illi jkun, għal dak iż-żmien, ġie iddikjarat
mill-Prim Ministru li hu post ipprojbit għall-finijiet ta’
dan l-artikolu, minħabba li informazzjoni dwarhom,
jew id-distribuzzjoni jew kull tfixkil jew xkiel ieħor
fihom, jista’ jkun utli għall-għadu;
"preskritt" tfisser preskritt b’ordni magħmul mill-Prim Ministru;
"reat taħt dan l-Att" tinkludi kull att, nuqqas, jew ħaġ’oħra
punibbli taħt dan l-Att;
Kap. 391.
dwar is-Servizz ta’ Sigurtà;
"skizz" tinkludi kull xorta ta’ fotografija jew mod ieħor ta’
riproduzzjoni ta’ post jew ta’ ħaġa;
"stat" tinkludi l-gvern ta’ Stat u kull organu tal-gvern tiegħu.
(2) F’dan l-Att -
kull referenza għal fatt ta’ komunikazzjoni jew riċezzjoni, tfisser
ukoll kull komunikazzjoni jew riċezzjoni, sew ta’ kollox kemm ta’
parti, u sew jekk jiġi fil-fatt biss ikkomunikat jew irċevut l-istess
skizz, pjanta, mudell, oġġett, nota, dokument, jew informazzjoni,
kemm biss is-sustanza, l-effett jew deskrizzjoni tagħhom;
kull referenza għal fatt li wieħed jakkwista jew iżomm skizz,
pjanta, mudell, oġġett, nota jew dokument tfisser ukoll il-fatt li
wieħed jagħmel kopja jew iġiegħel li ssir kopja, sħiħa jew ta’ biċċa,
ta’ skizz, pjanta, mudell, oġġett, nota jew dokument; u
kull referenza għal komunikazzjoni ta’ skizz, pjanta, mudell,
oġġett, nota, jew dokument, tfisser ukoll il-fatt li wieħed
jittrasferixxi jew jittrasmetti skizz, pjanta, mudell, oġġett, nota jew
dokument. 
(3) Meta impjegat jew kategorija ta’ impjegati ta’ korp, jew ta’
detentur ta’ kariga, ikun preskritt b’ordni magħmul għall-għanijiet
tat-tifsira ta’ funzjonarju pubbliku fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu -
(a) kull impjegat ta’ dak il-korp, jew tad-detentur ta’ dik
il-kariga, li ma jkunx preskritt jew li ma jkunx jaqa’ fi
ħdan il-kategorija preskritta; u
(b) kull min ma jipprovdix, jew ma jkunx impjeġat fil-
provvista ta’ oġġetti jew servizzi għall-għanijiet tat-
twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet tal-korp jew tad-
 4      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
detentur tal-kariga li magħhom ikunu jaħdmu l-
impjegati jew kategorija preskritta ta’ impjegati,
ma jkunx kuntrattat mill-Gvern għall-għanijiet ta’ dan l-Att.
(4) (a) Ir-referenza għal organizzazzjoni internazzjonali fil-
paragrafu (b) tat-tifsira ta’ kuntrattat mill-Gvern fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tinkludi referenza
għal kull organizzazzjoni li tkun waħda li tagħha jkunu
membri Stati biss u tinkludi organizzazzjoni
kummerċjali.
(b) Sabiex jiġi stabbilit għall-għanijiet tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jekk il-membri ta’ organizzazzjoni
jkunux Stati biss, kull membru li hu nnifsu jkun
organizzazzjoni li tagħha jkunu membri stati biss, jew
li jkun organu ta’ dak l-organu ta’ dik l-
organizzazzjoni, għandu jiġi trattat bħala Stat.
Pieni għal 
spjunaġġ. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4;
XVIII.1996.2.
3. (1) Kull min, b’fini ta’ ħsara għas-sigurtà jew għall-
interessi ta’ l-Istat -
(a) jersaq lejn post ipprojbit fis-sens ta’ dan l-Att,
jispezzjonah, igħaddi minn fuqu jew ikun jinsab fil-
qrib tiegħu, jew jidħol fih; jew
(b) jagħmel skizz, pjanta, mudell, jew nota kapaċi li jkunu
jew li jistgħu jkunu jew li huma maħsuba sabiex ikunu
direttament jew indirettament utli għall-għadu; jew
(ċ) jakkwista, jirċievi, jirreġistra, jew jippubblika jew
jikkomunika lil persuna oħra xi  code word jew
password sigrieta uffiċjali jew skizz, pjanta, mudell,
oġġett jew nota jew dokument ieħor jew informazzjoni
kapaċi li jkunu jew li jistgħu jkunu jew maħsubin
sabiex ikunu direttament jew indirettament utli għall-
għadu,
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal żmien mhux
anqas minn tliet snin u mhux iżjed minn seba’ snin.
(2) Fil-proċedimenti taħt dan l-artikolu, mhix meħtieġa l-prova
li l-akkużat għamel xi att partikolari bi ħsieb ta’ ħsara għas-sigurtà
jew għall-interessi ta’ l-Istat, u, għalkemm ebda att bħal dak ma jiġi
ppruvat kontra tiegħu, hu jista’ jiġi misjub ħati kemm-il darba, miċ-
ċirkostanzi tal-każ, jew mill-imġieba tiegħu, jew mill-karattru
magħruf tiegħu, skond ma jiġi ppruvat, ikun jidher illi l-ħsieb
tiegħu kien ħsieb ta’ ħsara għas-sigurtà jew għall-interessi ta’ l-
Istat; u jekk skizz, pjanta, mudell, oġġett, nota, dokument, jew
informazzjoni, dwar post ipprojbit jew użati f’post ipprojbit fis-
sens ta’ dan l-Att, jew xi ħaġa f’dak il-post jew xi code word jew
password sigrieta uffiċjali jiġu magħmula, akkwistati, irċevuti,
irreġistrati, ippubblikati jew ikkomunikati minn persuna li ma
tkunx taġixxi b’awtorizzazzjoni leġittima, jitqiesu, sakemm ma
jiġix ippruvat il-kuntrarju, li ġew magħmula, akkwistati, irċevuti,
irreġistrati, ippubblikati jew ikkomunikati bi ħsieb ta’ ħsara għas-
sigurtà jew għall-interessi ta’ l-Istat.
(3) Il-kelmiet "igħaddi minn fuq" fis-subartikolu (1) (a) ta’ dan
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    5
l-artikolu jfissru wkoll il-mogħdija fl-ajru fuq post ipprojbit jew fi
qrib sewwa tiegħu.
Użu illeċitu ta’ 
uniformijiet, 
falsifikazzjoni ta’ 
rapporti, 
personifikazzjoni u 
dokumenti foloz. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XLIX. 1981.4;
XVIII.1996.2,4.
4. (1) Kull min bil-ħsieb li jottjeni d-dħul, jew li jgħin lil
ħaddieħor biex jottjeni d-dħul, f’post ipprojbit fis-sens ta’ dan l-
Att, jew għal ħsieb ieħor ta’ ħsara għas-sigurtà jew għall-interessi
ta’ l-Istat fis-sens ta’ dan l-Att -
(a) juża jew jilbes, mingħajr awtorizzazzjoni leġittima,
uniformi navali, militari jew tal-Forza ta’ l-Ajru, jew
tal-Pulizija, jew uniformi uffiċjali oħra, jew uniformi
illi tixbah hekk sewwa lil dawn l-uniformijiet li tkun
kapaċi tqarraq, jew falsament jippreżenta ruħu bħala li
għandu jew li kellu l-jedd li jagħmel użu jew li jilbes
dik l-uniformi; jew
(b) bil-fomm, jew b’dikjarazzjoni jew talba bil-miktub,
jew f’dokument ieħor iffirmat minnu jew f’ismu,
xjentement jagħmel jew iħalli lil min jagħmel
dikjarazzjoni falza, jew xi nuqqas; jew
(ċ) jiffalsifika, jaltera jew jagħmel tibdil f’passaport jew
f’pass, permess, ċertifikat, liċenza jew dokument ieħor
ta’ din ix-xorta, navali, militari, tal-Forza ta’ l-Ajru,
tal-Pulizija jew uffiċjali (iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu msejħin dokument uffiċjali) jew juża jew
ikollu għandu dak id-dokument uffiċjali, iffalsifikat,
alterat jew irregolari; jew
(d) jippersonifika, jew falsament jippreżenta ruħu bħala
funzjonarju pubbliku jew kuntrattat mill-Gvern, jew li
hija jew li mhix persuna li lilha ġew leġittimament
mogħtija jew ikkomunikati dokument uffiċjali jew
code word jew  password sigrieta uffiċjali, jew bil-
ħsieb li jottjeni dokument uffiċjali,  code word jew
password sigrieta uffiċjali sew għalih innifsu jew għal
ħaddieħor, xjentement jagħmel dikjarazzjoni falza;
jew
(e) juża, jew ikollu għandu jew taħt il-kontroll tiegħu,
mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-dipartiment tal-Gvern
jew ta’ l-awtorità inkarigata, kon, siġill jew timbru li
hu ta’ proprjetà ta’, jew jappartjeni lil, jew użat,
magħmul jew ipprovdut minn dipartiment tal-Gvern,
jew minn awtorità diplomatika, navali, militari jew ta’
l-ajru maħtura mill-Gvern ta’ Malta jew li taġixxi taħt
l-awtorità tiegħu, jew kon, siġill jew timbru li jixbah
hekk sewwa lil kon, siġill jew timbru hawn fuq
imsemmija, b’mod li jkun kapaċi jqarraq, jew
jiffalsifika dak il-kon, siġill jew timbru, jew juża, jew
ikollu għandu, jew taħt il-kontroll tiegħu, dak il-kon,
siġill jew timbru ffalsifikat,
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija, għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sentejn jew il-piena tal-multa jew dawn iż-żewġ pieni
flimkien.
(2) Kull min -
 6      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
(a) iżomm għal skop li hu ta’ ħsara għas-sigurtà għall-
interessi ta’ l-Istat dokument uffiċjali, sew jekk ikun
kemm jekk ma jkunx komplut jew maħruġ għall-użu,
meta hu ma jkollu ebda jedd li jżommu, jew meta hu
kuntrarju għad-dmirijiet tiegħu li jżommu jew jonqos
li jesegwixxi l-ordnijiet mogħtija minn dipartiment tal-
Gvern jew minn persuna awtorizzata minn dak id-
dipartiment rigward ir-radd ta’ dak id-dokument jew
x’għandu jsir minnu; jew
(b) iħalli lil persuna oħra li tieħu pussess ta’ dokument
uffiċjali maħruġ għall-użu tiegħu biss, jew
jikkomunika code word jew password sigrieta uffiċjali
hekk maħruġa, jew, mingħajr awtorizzazzjoni jew
raġuni leġittima, ikollu għandu dokument uffiċjali jew
code word jew  password sigrieta uffiċjali maħruġa
għall-użu ta’ persuna oħra mbarra huwa nnifsu, jew
meta jiġi fil-pussess ta’ dokument uffiċjali billi jsibu
jew xort’oħra jittraskura jew jonqos li jroddu lill-
persuna jew lill-awtorità li mingħandha jew li għall-
użu tagħha jkun ġie maħruġ, jew lil uffiċjal tal-
Pulizija; jew
(ċ) mingħajr awtorizzazzjoni jew raġuni leġittima,
jiffabbrika, jew ibiegħ, jew ikollu għandu għal bejgħ
kon, siġill jew timbru kif jingħad hawn fuq,
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sentejn jew il-piena tal-multa jew dawn iż-żewġ pieni
flimkien.
(3) Fil-każ ta’ proċediment taħt dan l-artikolu fejn hu meħtieġ
li jiġi ppruvat il-ħsieb ta’ ħsara għas-sigurtà jew għall-interessi ta’
l-Istat, is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3 jgħoddu l-istess bħal ma
jgħodd fil-proċedimenti taħt dak l-artikolu.
Prova ta’ reat.
Emendat: 
XVIII.1996.2.
5. (1) Fil-proċedimenti kontra persuna għal reat taħt l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att, il-fatt li hija kellha jew ittentat li jkollha
komunikazzjoni ma’ aġent stranġier, sew ġewwa kemm barra
Malta, huwa prova li hija, bi ħsieb ta’ ħsara għas-sigurtà jew għall-
interessi ta’ l-Istat, akkwistat jew ittentat takkwista informazzjoni
kapaċi li tkun jew li tista’ tkun jew maħsuba biex tkun direttament
jew indirettament utli għall-għadu.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, iżda bla ħsara tal-ġeneralità
tad-disposizzjonijiet ta’ qabel -
(a) persuna titqies sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju,
li kellha komunikazzjoni ma’ aġent stranġier kemm-il
darba -
(i) iżżur, sew ġewwa kemm barra Malta, il-post ta’
aġent stranġier jew tagħmilha miegħu jew tkun
miegħu; jew
(ii) sew ġewwa kemm barra Malta, l-isem jew l-
indirizz ta’ aġent stranġier jew xi informazzjoni
dwaru jkunu jinsabu għandha jew jiġu mogħtija
minnha lil persuna oħra, jew jiġu akkwistati
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    7
minnha mingħand persuna oħra;
(b) il-kelmiet "aġent stranġier" ifissru kull persuna li hija
jew li kienet jew raġonevolment suspetta li hija jew li
kienet impjegata ma’ potenza stranġiera jew ma’
prinċipal stranġier ieħor, sew direttament kemm
indirettament, sabiex jagħmel xi att, ġewwa jew barra
Malta bi ħsara għas-sigurtà jew għall-interessi ta’ l-
Istat, jew li kienet jew hija raġonevolment suspetta li,
ġewwa kemm barra Malta għamlet, jew ittentat
tagħmel, dak l-att fl-interess ta’ potenza stranġiera jew
ta’ aġenzija ostili;
(ċ) kull indirizz sew ġewwa kemm barra Malta, suspett
raġonevolment li hu indirizz użat għar-riċezzjoni ta’
komunikazzjonijiet intiżi għal aġent stranġier, jew
indirizz li fih joqgħod aġent stranġier, jew li fih hu
jmur sabiex jagħti jew jirċievi komunikazzjonijiet, jew
li fih għandu xi negozju, jitqies li hu l-indirizz ta’
aġent stranġier, u kull komunikazzjoni mibgħuta lil
dak id-destinatarju titqies li hija komunikazzjoni ma’
aġent stranġier.
Sigurtà. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XLIX.1981.4. 
Sostitwit: 
XVIII.1996.5.
6. (1) Persuna li tkun jew li kienet -
(a) membru tas-Servizz tas-Sigurtà, jew
(b) persuna avżata li hija suġġetta għad-disposizzjonijiet
ta’ dan is-subartikolu, 
tkun ħatja ta’ reat jekk mingħajr awtorità leġittima tikxef xi
informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor li jkollu x’jaqsam mas-
sigurtà li jkunu jew kienu għandha minħabba fil-kariga tagħha ta’
membru ta’ dak is-servizz jew filwaqt tal-ħidma tagħha meta l-
avviż ikun jew kien fis-seħħ.
(2) Ir-referenza fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu dwar il-
kxif ta’ informazzjoni li għandha x’taqsam mas-sigurtà tinkludi
referenza għall-egħmil ta’ kull dikjarazzjoni li jkollha l-intenzjoni
li tkun kxif ta’ dik l-informazzjoni jew li tkun maħsuba li
tinftiehem minn dawk li tkun lilhom indirizzata bħala kxif bħal
dak.
(3) Persuna li tkun jew li kienet funzjonarju pubbliku jew
kuntrattat mill-Gvern tkun ħatja ta’ reat jekk mingħajr awtorità
leġittima tikxef b’mod li tagħmel ħsara xi informazzjoni, dokument
jew oġġett ieħor li jkollu x’jaqsam mas-sigurtà li jkunu jew kienu
għandha minħabba fil-kariga tagħha bħala tali iżda b’mod
differenti minn dak imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(4) Għall-għanijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu kxif
ikun ta’ ħsara jekk:
(a) jikkaġuna ħsara fil-ħidma ta’, jew ta’ kull taqsima ta’,
s-Servizz ta’ Sigurtà; jew
(b) dan ikun dwar informazzjoni jew dokument jew oġġett
ieħor li jkunu tali li l-kxif mhux awtorizzat tagħhom
x’aktarx jikkaġuna dik il-ħsara jew li jkunu jaqgħu taħt
kategorija jew deskrizzjoni ta’ informazzjoni,
 8      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
dokumenti jew oġġetti li l-kxif mhux awtorizzat
tagħhom x’aktarx ikollu dak l-effett.
(5) Tkun difiża għal persuna li tkun akkużata b’reat taħt dan l-
artikolu li ġġib prova li fil-waqt tar-reat allegat hija ma kienetx taf,
u ma kellha ebda raġuni li temmen, li dawk l-informazzjoni,
dokument jew oġġett kellhom b’xi mod x’jaqsmu mas-sigurtà jew,
fil-każ ta’ reat taħt is-subartikolu (3), li l-kxif kien se jkun ta’ ħsara
fil-kuntest tat-tifsira ta’ dak is-subartikolu.
(6) In-notifika li persuna tkun suġġetta għas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu għandha ssir bil-mezz ta’ avviż bil-miktub maħruġ
mill-Prim Ministru jew mill-Ministru u li jiġi lilha notifikat; u dak
l-avviż jista’ jiġi notifikat jekk, fil-fehma tal-Prim Ministru jew tal-
Ministru, il-ħidma li dik il-persuna tkun qiegħda twettaq tkun jew
tkun tinkludi ħidma li jkollha x’taqsam mas-Servizz ta’ Sigurtà u li
x-xorta tagħha tkun tali li kull interess ta’ sigurtà nazzjonali jkun
jeħtieġ li dik il-persuna għandha tkun suġġetta għad-
disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu.
(7) Bla ħsara għas-subartikolu (8) ta’ dan l-artikolu, notifika li
ssir għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandha
tibqa’ sseħħ għal żmien ħames snin li jibdew għaddejjin minn
dakinhar meta l-avviż jiġi notifikat iżda dan jista’ jiġġedded bil-
mezz ta’ avviżi oħra li jinħarġu skond is-subartikolu (6) ta’ dan l-
artikolu għal perijodi ta’ ħames snin kull darba.
(8) Notifika li ssir għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu tista’ tiġi revokata f’kull żmien bil-mezz ta’ avviż ieħor
bil-miktub li jinħareġ mill-Prim Ministru jew mill-Ministru u li jiġi
notifikat lill-persuna relattiva; u l-Prim Ministru jew il-Ministru
għandhom jinnotifikaw dak l-avviż ieħor hekk malli, fil-fehma
tagħhom, il-ħidma mwettqa minn dik il-persuna ma tibqax dik li
hemm imsemmija fis-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu.
(9) F’dan l-artikolu, "sigurtà" tfisser il-ħidma ta’, jew
b’għajnuna ta’, is-Servizz ta’ Sigurtà jew ta’ kull taqsima tiegħu, u
kull referenza għal informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ sigurtà
tinkludi referenzi għal informazzjoni li dak is-Servizz jew persuni
li jgħinuh, jew ta’ kull taqsima tiegħu, ikollhom jew li jibagħtu.
Difiża. 
Miżjud:
XVIII.1996.5.
7. (1) Persuna li tkun jew li kienet funzjonarju pubbliku jew
kuntrattat mill-Gvern tkun ħatja ta’ reat jekk mingħajr awtorità
leġittima hija tikxef bi ħsara xi informazzjoni, dokument jew oġġett
ieħor li jkollu x’jaqsam mad-difiża li jkunu jew kienu għandha
minħabba fil-kariga tagħha bħala tali.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu kxif
ikun ta’ ħsara jekk -
(a) ikun ta’ ħsara għall-ħila ta’, jew ta’ xi taqsima ta’, il-
forzi armati li jwettqu il-ħidma tagħhom jew ikun
iwassal għall-mewt jew feriment ta’ membri ta’ dawk
il-forzi jew għal ħsara serja fit-tagħmir jew
stallazzjonijiet ta’ dawk il-forzi; jew
(b) xort’oħra minn dak imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ dan
is-subartikolu, ikun jipperikola l-interessi ta’ Malta
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    9
barra minn Malta, ikun serjament jostruwixxi il-
promozzjoni jew il-protezzjoni minn Malta ta’ dawk l-
interessi jew ikun jipperikola l-inkolumità ta’ ċittadini
Maltin li jkunu jinsabu barra minn Malta; jew
(ċ) ikun kxif ta’ informazzjoni, dokument jew oġġett li
jkunu tali li l-kxif mhux awtorizzat tagħhom x’aktarx
ikollu xi wieħed minn dawk l-effetti.
(3) Tkun difiża għal persuna li tkun akkużata b’reat taħt dan l-
artikolu li ġġib prova li fil-waqt tar-reat allegat hija ma kienetx taf
u ma kellha ebda raġuni li temmen, li dawk l-informazzjoni,
dokument jew oġġett kellhom b’xi mod x’jaqsmu mad-difiża jew li
l-kxif kien se jkun ta’ ħsara fil-kuntest tat-tifsira tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu.
(4) F’dan l-artikolu "difiża" tfisser -
(a) il-qies, għamla, organizzazzjoni, loġistika,  order of
battle, deployment,  operazzjonijiet, stat ta’
preparazzjoni u taħriġ tal-forzi armati ta’ Malta;
(b) l-armamenti, ħażniet jew tagħmir ieħor ta’ dawk l-
forzi u l-invenzjoni, żvilupp, produzzjoni u tħaddim
ta’ dak it-tagħmir u ta’ kull riċerka li jkollu x’jaqsam
miegħu;
(ċ) politika ta’ difiża u strateġija u pjanar militari u
intelligence;
(d) pjani u miżuri għall-manteniment ta’ provvisti
essenzjali li jenħtieġu jew jistgħu jenħtieġu fi żmien il-
gwerra.
Relazzjonijiet 
internazzjonali.
Miżjud:
XVIII.1996.5.
8. (1) Persuna li tkun jew li kienet uffiċjal pubbliku jew
kuntrattat mill-Gvern tkun ħatja ta’ reat jekk mingħajr awtorità
leġittima hija tikxef bi ħsara xi -
(a) informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor li jkollu
x’jaqsam ma’ relazzjonijiet internazzjonali; jew
(b) informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor
konfidenzjali li jkunu inkisbu mingħand Stat ieħor li
ma jkunx Malta jew mingħand organizzazzjoni
internazzjonali,
li tkun informazzjoni jew dokument jew oġġett li jkunu jew li kienu
għandha minħabba fil-kariga tagħha ta’ funzjonarju pubbliku jew
ta’ kuntrattat mill-Gvern.
(2) Għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu kxif
ikun ta’ ħsara jekk -
(a) ikun jipperikola l-interessi ta’ Malta barra minn Malta,
serjament jostruwixxi il-promozzjoni jew il-
protezzjoni minn Malta ta’ dawk l-interessi jew ikun
jipperikola l-inkolumità ta’ ċittadini Maltin li jkunu
jinsabu barra minn Malta; jew
(b) ikun kxif ta’ informazzjoni jew dokument jew oġġett li
jkunu tali li l-kxif mhux awtorizzat tagħhom x’aktarx
ikollu xi wieħed minn dawk l-effetti.
 10      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
(3) Fil-każ ta’ informazzjoni jew ta’ dokument jew ta’ oġġett li
jaqa’ fi ħdan il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu -
(a) il-fatt li dawn ikunu konfidenzjali, jew
(b) ix-xorta jew il-kontenut tagħhom,
jistgħu ikunu biżżejjed sabiex jistabbilixxu għall-għanijiet tal-
paragrafu (b) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu li l-
informazzjoni, id-dokument jew l-oġġett ikunu tali li l-kxif mhux
awtorizzat tagħhom x’aktarx ikollu xi wieħed minn dawk l-effetti
msemmija.
(4) Tkun difiża għal persuna li tkun akkużata b’reat taħt dan l-
artikolu li ġġib prova li fil-waqt tar-reat allegat hija ma kienetx taf
u ma kellha ebda raġuni li temmen, li dawk l-informazzjoni,
dokument jew oġġett kienu bħal dawk imsemmija fis-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu jew li l-kxif kien se jkun ta’ ħsara fil-kuntest
tat-tifsira ta’ dak is-subartikolu.
(5) F’dan l-artikolu "relazzjonijiet internazzjonali" tfisser ir-
relazzjonijiet bejn Stati, bejn organizzazzjonijiet internazzjonali
jew bejn Stat wieħed jew iktar u organizzazzjoni waħda jew iktar u
tinkludi kull ħaġa li jkollha x’taqsam ma’ Stat li ma jkunx Malta
jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali li kapaċi tolqot ir-
relazzjonijiet ta’ Malta ma’ xi Stat ieħor jew ma’ xi
organizzazzjoni internazzjonali oħra.
(6) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu kull informazzjoni,
dokument jew oġġett miksub minn xi Stat jew organizzazzjoni
ikunu konfidenzjali f’kull żmien li matulu l-patti li bihom ikunu
nkisbu jkunu jeħtieġu li dawn għandhom jinżammu b’mod
konfidenzjali jew li fiċ-ċirkostanzi li fihom ikunu nkisbu tkun ħaġa
raġonevoli għall-Istat jew għall-organizzazzjoni li jistennew li
jkunu hekk se jinżammu.
Delitti u setgħat 
investigattivi 
speċjali. 
Miżjud:
XVIII.1996.5.
9. (1) Persuna li tkun jew li kienet funzjonarju pubbliku jew
kuntrattat mill-Gvern tkun ħatja ta’ reat jekk hija tikxef mingħajr
awtorità leġittima xi informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor li
dan l-artikolu japplika għalihom u li jkun jew li kien għandha
minħabba fil-kariga tagħha bħala tali.
(2) Dan l-artikolu japplika għal kull informazzjoni, dokument
jew oġġett ieħor -
(a) li l-kxif tagħhom -
(i) jirriżulta fl-egħmil ta’ reat; jew
(ii) jiffaċilita ħarba minn kustodja legali jew l-
egħmil ta’ xi att bi preġudizzju għas-
salvagwardja ta’ persuni li jkunu qed jinżammu
f’kustodja legali; jew
(iii) jimpedixxi l-prevenzjoni jew il-kxif ta’ reati jew
il-qbid jew il-prosekuzzjoni ta’ persuni suspetti;
jew
(b) li jkunu tali li l-kxif mhux awtorizzat tagħhom
x’aktarx ikollu xi wieħed minn dawk l-effetti.
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    11
Kap. 391.
(3) Dan l-artikolu japplika wkoll għall kull informazzjoni
miksuba minħabba f’azzjoni awtorizzata b’mandat maħruġ bis-
saħħa ta’ l-artikolu 6 ta’ l-Att dwar Servizz ta’ Siġurtà, jew
b’awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta’ l-artikolu 9 ta’ dak l-Att,
kull informazzjoni li jkollha x’taqsam mal-ksib ta’ informazzjoni
minħabba f’kull azzjoni bħal dik u kull dokument jew oġġett ieħor
li jkun jew li ġie użat jew li jinżamm jew inżamm għall-użu fi, jew
ikun inkiseb minħabba fi, kull azzjoni bħal dik.
(4) Tkun difiża għal persuna li tkun akkużata b’reat taħt dan l-
artikolu li ġġib prova għar-rigward ta’ kxif li jaqa’ taħt il-paragrafu
(a) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu li fil-waqt tar-reat allegat
hija ma kienetx taf, u ma kellha ebda raġuni li temmen, li l-kxif
kien se jkollu xi wieħed mill-effetti hemm imsemmija.
(5) Tkun difiża għal persuna li tkun akkużata b’reat taħt dan l-
artikolu li ġġib prova għar-rigward ta’ kull kxif ieħor li fil-waqt
tar-reat allegat hija ma kienetx taf, u ma kellha ebda raġuni li
temmen, li l-informazzjoni, dokument jew oġġett relattivi kienu
informazzjoni jew dokument jew oġġett li għalihom japplika dan l-
artikolu.
(6) F’dan l-artikolu "kustodja legali" tinkludi detenzjoni
b’konsegwenza ta’ xi leġislazzjoni jew ta’ xi strument magħmul
bis-saħħa ta’ xi leġislazzjoni.
Informazzjoni li 
tirriżulta minn kxif 
mhux awtorizzat 
jew li tkun ingħatat 
b’mod 
konfidenzjali.
Miżjud:
XVIII.1996.5.
10. (1) Is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu japplika meta -
(a) xi informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor protetti
kontra l-kxif bid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
Att ikunu ġew fil-pussess ta’ persuni billi jkunu -
(i) mikxufin (sew lilu sew lil xi ħadd ieħor) minn
funzjonarju pubbliku jew kuntrattat mill-Gvern
mingħajr ebda awtorità leġittima; jew
(ii) fdati lilu minn funzjonarju pubbliku jew
kuntrattat mill-Gvern b’patti li jeħtieġu li dawn
jibqgħu konfidenzjali jew f’ċirkostanzi li fihom
il-funzjonarju pubbliku jew kuntrattat mill-
Gvern jistgħu b’mod raġonevoli hekk
jippretendu li se jinżammu; jew
(iii) mikxufin (sew lilu sew lil xi ħadd ieħor)
mingħajr ebda awtorità leġittima minn persuna li
lilha jkunu ġew fdati kif imsemmi fis-sub-
paragrafu (ii) ta’ dan il-paragrafu; u
(b) il-kxif mingħajr awtorità leġittima ta’ l-informazzjoni,
dokument jew oġġett mill-persuna li jkunu ġew fil-
pussess tagħha mhuwiex reat taħt xi wieħed minn
dawk id-disposizzjonijiet.
(2) Bla ħsara għas-subartikoli (3) u (4) ta’ dan l-artikolu, min
ikunu ġew fil-pusssess tiegħu l-informazzjoni, id-dokument jew l-
oġġett ikun ħati ta’ reat jekk huwa jikxifhom mingħajr awtorità
leġittima filwaqt li jkun jaf, jew ikollu raġuni biżżejjed għaliex
jemmen, li dawk ikunu protetti kontra l-kxif bid-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-Att u li dawn ikunu ġew għandu kif imsemmi fis-
 12      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(3) Fil-każ ta’ informazzjoni jew ta’ dokument jew ta’ oġġett
protetti kontra l-kxif bl-artikoli 6 sa 8 ta’ dan l-Att, persuna ma
tagħmilx reat taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu kemm-il
darba -
(a) il-kxif li jsir minnha ma jkunx wieħed li jagħmel
ħsara; u
(b) ma tagħmilx dan il-kxif konsapevoli, jew filwaqt li
jkollha raġuni biżżejjed temmen, li dan il-kxif se jkun
ta’ ħsara;
u l-kwistjoni dwar jekk kxif ikunx wieħed li jagħmel ħsara għandha
tinqata’ għall-għanijiet ta’ dan is-subartikolu skond ma tinqata’
dwar kxif ta’ dawk l-informazzjoni, dokument jew oġġett minn
funzjonarju pubbliku bi ksur tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 6, tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 7 jew tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
8 ta’ dan l-Att.
(4) Persuna ma tagħmilx reat taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu dwar informazzjoni jew dokument jew oġġett ieħor li
jkunu ġew fil-pussess tiegħu billi jkunu nkixfu -
(a) kif imsemmi fis-sub-paragrafu (i) tal-paragrafu (a) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu minn kuntrattat mill-
Gvern; jew
(b) kif imsemmi fis-sub-paragrafu (iii) tal-paragrafu (a)
tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
kemm-il darba dak il-kxif ikun sar minn ċittadin ta’ Malta jew ikun
seħħ f’Malta.
(5) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu informazzjoni jew
dokument jew oġġett ikunu protetti kontra l-kxif bid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att jekk -
(a) dan ikollu x’jaqsam ma’ sigurtà, difiża jew
relazzjonijiet internazzjonali fil-qies tat-tifsir ta’ l-
artikoli 6, 7 jew 8 ta’ dan l-Att jew ikun tali kif hemm
imsemmi fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 8 ta’ dan l-Att; jew
(b) dan ikun informazzjoni jew dokument jew oġġett li
għalihom ikun japplika l-artikolu 9 ta’ dan l-Att;
u informazzjoni jew dokument jew oġġett ikunu protetti kontra dak
il-kxif bl-artikoli 6 sa 8 ta’ dan l-Att jekk dawn ikunu skond ma
hemm fil-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu.
(6) Persuna tkun ħatja ta’ reat jekk mingħajr awtorità leġittima
tikxef xi informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor li tkun taf, jew
li jkollha raġuni biżżejjed li temmen, li ġew fil-pussess tagħha bi
ksur ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    13
Informazzjoni 
fdata b’mod 
konfidenzjali lil 
Stati oħra jew 
organizzazzjonijiet
internazzjonali.
Miżjud:
XVIII.1996.5.
11. (1) Dan l-artikolu japplika meta -
(a) xi informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor li -
(i) jkollu x’jaqsam ma’ sigurtà, difiża jew
relazzjonijiet internazzjonali, u
(ii) jkun ġie komunikat b’mod uffiċjali minn jew
f’isem Malta lil xi Stat ieħor jew lil xi
organizzazzjoni internazzjonali,
jkun ġie fil-pussess ta’ persuna billi jkun inkixef (lilu
jew lil xi ħadd ieħor) mingħajr l-awtorità ta’ dak l-Istat
jew organizzazzjoni jew, fil-każ ta’ organizzazzjoni,
ta’ xi membru tagħha; u
(b) il-kxif mingħajr awtorità leġittima ta’ l-informazzjoni,
dokument jew oġġett mill-persuna li jkunu ġew fil-
pussess tagħha ma jkunx reat taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, il-persuna
li jkollha pussess ta’ l-informazzjoni, dokument jew oġġett tkun
ħatja ta’ reat jekk hija tagħmel kxif tagħhom meta tkun taf, jew
ikollha raġuni biżżejjed biex temmen, li dawn huma tax-xorta
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, li ġew fil-pussess
tiegħu kif hemm imsemmi u li l-kxif tagħhom ikun ta’ ħsara.
(3) Persuna ma tagħmilx reat taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu jekk l-informazzjoni, dokument jew oġġett jinkixfu minnu
b’awtorità leġittima jew ikunu qabel saru disponibbli għall-
pubbliku bl-awtorità ta’ l-Istat jew ta’ l-organizzazzjoni involuta
jew, fil-każ ta’ organizzazzjoni, ta’ xi membru tagħha.
(4) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu "sigurtà", "difiża" u
"relazzjonijiet internazzjonali" għandhom l-istess tifsir bħalma
għandhom fl-artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan l-Att u l-kwistjoni dwar jekk
kxif ikunx ta’ ħsara jew le għandha tiġi deċiża bħalma tkun għar-
rigward ta’ kxif ta’ dik l-informazzjoni, dak id-dokument jew dak l-
oġġett minn funzjonarju pubbliku bi ksur tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 6, tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 7 u tas-subartikolu (1)
ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att.
(5) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu informazzjoni jew
dokument jew oġġett jiġu komunikati b’mod konfidenzjali jekk
dawn jiġu komunikati b’patti li jeħtiġuhom jinżammu b’mod
konfidenzjali jew f’ċirkostanzi li fihom min jikkomunikahom jista’
b’mod raġonevoli jippretendi li jkunu hekk se jinżammu.
Kxif awtorizzat.
Miżjud:
XVIII.1996.5.
12. (1) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att kxif minn -
(a) funzjonarju pubbliku; jew
(b) persuna, li ma tkunx funzjonarju pubbliku jew
kuntrattat mill-Gvern, li fil-każ tagħha avviż għall-
għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 6 ta’ dan l-
Att ikun iseħħ,
isir b’awtorità leġittima jekk, u biss jekk, dan isir skond id-
dmirijiet uffiċjali tagħha.
 14      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att kxif minn kuntrattat mill-
Gvern isir b’awtorità leġittima jekk, u biss jekk, dan isir -
(a) skond awtorizzazzjoni uffiċjali; jew
(b) għall-għanijiet tal-funzjonijiet li bis-saħħa tagħhom
huwa jkun kuntrattat mill-Gvern u mingħajr ma jikser
xi restrizzjoni uffiċjali.
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att kxif magħmul minn xi persuna
oħra isir b’awtorità leġittima jekk, u biss jekk, dan isir -
(a) lil funzjonarju pubbliku għall-għanijiet tal-funzjonijiet
tiegħu bħala tali; jew
(b) skond awtorizzazzjoni uffiċjali.
(4) Tkun difiża għal persuna li tkun akkużata b’reat taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att li ġġib prova li
fil-waqt tar-reat allegat hija kienet tal-fehma li kellha awtorità
leġittima li tagħmel dak il-kxif u li ma kellha ebda kawża
raġonevoli li tkun ta’ fehma xort’oħra.
(5) F’dan l-artikolu "awtorizzazzjoni uffiċjali" u "restrizzjoni
uffiċjali" ifissru, bla ħsara għas-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu,
awtorizzazzjoni jew restrizzjoni debitament mogħtija jew imposta
minn funzjonarju pubbliku jew kuntrattat mill-Gvern jew minn jew
f’isem korp preskritt jew korp ta’ klassi preskritta.
(6) Għar-rigward ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att
"awtorizzazzjoni uffiċjali" tinkludi awtorizzazzjoni debitament
mogħtija minn jew f’isem l-Istat jew l-organizzazzjoni involuta
jew, fil-każ ta’ organizzazzjoni, membru tagħhom.
Tħaris ta’ 
informazzjoni.
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII.1974.68;
XLIX.1981.4;
XIII.1983.5;
VIII.1990.3.
Maħruġ mill-ġdid:
XVIII.1996.5.
13. (1) Meta funzjonarju pubbliku jew kuntrattat mill-Gvern,
bis-saħħa tal-kariga tiegħu bħala tali, ikollu fil-pussess tiegħu jew
taħt il-kontroll tiegħu xi dokument jew oġġett ieħor li jekk huwa
jikxifhom mingħajr awtorità leġittima taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att huwa jkun qed jagħmel reat,
huwa jkun ħati ta’ reat jekk-
(a) billi jkun funzjonarju pubbliku, iżomm dak id-
dokument jew oġġett kontra d-dmirijiet uffiċjali
tiegħu; jew
(b) billi jkun kuntrattat mill-Gvern, jonqos milli jħares
direttiva uffiċjali biex iraġġa’ lura jew jiddisponi minn
dak id-dokument jew oġġett,
jew jekk huwa jonqos milli jara li ma jseħħx il-kxif mhux
awtorizzat tad-dokument jew ta’ l-oġġett li bħala persuna fil-kariga
tiegħu huwa jista’ raġonevolment ikun mistenni li jara li ma jseħħx.
(2) Tkun difiża għal funzjonarju pubbliku li jkun akkużat b’reat
taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu li jġib
prova li fil-waqt tar-reat allegat huwa kien qed jaġixxi skond id-
dmirijiet uffiċjali tiegħu u li ma kellu ebda kawża raġonevoli
għaliex il-fehma tiegħu kellha tkun xort’oħra.
(3) Fis-subartikolu (1) u (2) ta’ dan l-artikolu referenzi għal
funzjonarju pubbliku jinkludu kull persuna, li ma tkunx funzjonarju
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    15
pubbliku jew kuntrattat mill-Gvern, li fil-każ tagħhom ikun hemm
fis-seħħ avviż għall-għanijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 6 ta’
dan l-Att.
(4) Meta persuna jkollha fil-pussess tagħha jew taħt il-kontroll
tagħha xi dokument jew oġġett ieħor li jkun reat għaliha taħt l-
artikolu 10 ta’ dan l-Att li tikxef mingħajr awtorità leġittima, hija
tkun ħatja ta’ reat jekk -
(a) hija tonqos milli tħares xi direttiva uffiċjali biex
titraġġa’ lura jew tiddisponi minn dak id-dokument
jew oġġett; jew
(b) meta hija tkun kisbitu mingħand funzjonarju pubbliku
jew kuntrattat mill-Gvern b’patti li jkunu jeħtieġu li
jinżamm b’mod konfidenzjali jew f’ċirkostanzi li
fihom dak il-funzjonarju jew persuna kuntrattata
jistgħu raġonevolment jippretendu li jkunu hekk se
jinżammu, hija tonqos milli tieħu dak il-ħsieb sabiex
tara li kxif mhux awtorizzat ma jsirx hekk bħalma
persuna fil-kariga tagħha tista’ tkun raġonevolment
mistennija li tieħu.
(5) Meta persuna jkollha fil-pussess tagħha jew taħt il-kontroll
tagħha xi dokument jew oġġett ieħor li jkun reat għaliha taħt l-
artikolu 11 ta’ dan l-Att li tikxef mingħajr awtorità leġittima, hija
tkun ħatja ta’ reat jekk hija tonqos milli tħares direttiva uffiċjali
sabiex titraġġa’ lura jew tiddisponi minn dak id-dokument jew
oġġett.
(6) Persuna tkun ħatja ta’ reat jekk hija tikxef xi informazzjoni,
dokument jew oġġett ieħor uffiċjali li jista’ jintuża bil-għan li
jinkiseb aċċess għal xi informazzjoni, dokument jew oġġett ieħor li
jkun protett kontra l-kxif bid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
Att u ċ-ċirkostanzi li fihom isir il-kxif ikunu tali li jkun raġonevoli
li wieħed jistenna li dak se jintuża għal dak l-għan mingħajr ebda
awtorità.
(7) Għall-għanijiet tas-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu
persuna tikxef informazzjoni jew dokument jew oġġett uffiċjali
jekk -
(a) l-informazzjoni, dokument jew oġġett ikun jew kien
fil-pussess tagħha bis-saħħa tal-kariga tagħha ta’
funzjonarju pubbliku jew ta’ kuntrattat mill-Gvern;
jew
(b) tkun taf jew ikollha kawża raġonevoli li tkun tal-fehma
li funzjonarju pubbliku jew kuntrattat mill-Gvern
ikollu jew kellu din l-informazzjoni, dokument jew
oġġett bis-saħħa tal-kariga tiegħu bħala tali.
(8) Is-subartikolu (5) ta’ l-artikolu 10 ta’ dan l-Att japplika
għall-għanijiet tas-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu hekk kif
japplika għall-għanijiet ta’ dak l-artikolu.
(9) F’dan l-artikolu "direttiva uffiċjali" tfisser direttiva
debitament mogħtija minn funzjonarju pubbliku jew minn
kuntrattat mill-Gvern jew minn jew f’isem korp preskritt jew korp
 16      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
ta’ klassi preskritta.
Penalitajiet.
Miżjud:
XVIII.1996.5.
14. (1) Kull min jiġi akkużat b’reat taħt l-artikoli 6 sa 13 ta’
dan l-Att minbarra s-subartikoli (1), (4) jew (5) ta’ l-artikolu 13
jista’ jeħel, meta jinsab ħati, għar-rigward ta’ kull reat, priġunerija
għal żmien mhux iżjed minn sentejn jew multa ta’ mhux iktar minn
ħamest elef lira jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
(2) Persuna li tkun ħatja ta’ reat taħt is-subartikoli (1), (4) jew
(5) ta’ l-artikolu 13 ta’ dan l-Att tista’ teħel meta tinsab ħatja
priġunerija għal żmien mhux iktar minn tliet xhur jew multa ta’
mhux iktar minn elfejn lira jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
Persuni akkużati 
ta’ delitt jistgħu 
jiġu misjuba ħatja 
ta’ 
kontravvenzjoni. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4;
XVIII.1996.2, 6.
15. Kull min ikun akkużat ta’ reat li hu delitt taħt dan l-Att
jista’, jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jiġġustifikaw din id-deċiżjoni, jiġi
misjub ħati ta’ kontravvenzjoni taħt dan l-Att, u jeħel, meta jinsab
ħati, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar
jew multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew dawn iż-żewġ pieni
flimkien.
Setgħa ta’ arrest.
Emendat:
XVIII.1996.2.
16. Kull min jinqabad jagħmel reat taħt dan l-Att jew
raġonevolment huwa suspett li għamel, jew ittenta li jagħmel, jew
sejjer jagħmel dak ir-reat, jista’ jiġi arrestat u miżmum minn kull
persuna sew jekk uffiċjal tal-Pulizija jew le, mingħajr ebda mandat
jew awtorità oħra.
Pieni għar-
riċettazzjoni ta’ 
spiji. 
Emendat: 
XLIX.1981.4;
XVIII.1996.2.
17. Kull min xjentement jilqa’ għandu persuna li hu jaf jew li
għandu raġun li jissuspetta, illi hija persuna li sejra tagħmel jew li
għamlet reat taħt dan l-Att, jew jippermetti xjentement li persuni
minn dawn jiltaqgħu jew jinġabru f’post miżmum minnu jew taħt
il-kontroll tiegħu, jew wara li jkun laqa’ lil dik il-persuna, jew
ippermetta lil dawk il-persuni li jiltaqgħu jew jinġabru f’post
miżmum minnu jew taħt il-kontroll tiegħu, volontarjament jonqos
jew jirrifjuta li jagħti lil uffiċjal tal-Pulizija ta’ grad mhux anqas
minn dak ta’ spettur l-informazzjoni li jkun jista’ jagħti dwar dik il-
persuna jew dawk il-persuni, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena, jew multa, jew
dawn iż-żewġ pieni flimkien.
Restrizzjonijiet 
dwar il-
prosekuzzjoni. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII.1974.68;
XVIII.1996.2, 7.
18. Ma jista’ jsir ebda proċediment għal reat taħt dan l-Att
ħlief mill-Avukat Ġenerali jew bil-kunsens tiegħu:
Iżda, persuna imputata tar-reat fuq imsemmi tista’ tiġi
arrestata, jew jista’ jiġi maħruġ u esegwit mandat għall-arrest
tagħha, u din il-persuna tista’ tiġi meħuda in kustodja jew mogħtija
l-libertà provviżorja taħt garanzija, għad illi ma jkunx ittieħed il-
kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali għall-proċediment tar-reat; iżda ma
jistax jitmexxa iżjed ’il quddiem jew isiru proċedimenti oħra
mingħajr ma jittieħed dak il-kunsens.
Mandati ta’ 
perkwiżizzjoni.
Emendat:
XVIII.1996.2, 8.
19. (1) Jekk maġistrat ikun sodisfatt minn informazzjoni taħt
ġurament li hemm raġuni biex wieħed jissuspetta illi sar jew sejjer
isir reat taħt dan l-Att, li ma jkunx reat taħt is-subartikoli (1), (4) u
(5) ta’ l-artikolu 13, hu jista’ joħroġ mandat ta’ perkwiżizzjoni u
bih jawtorizza lill-uffiċjal tal-Pulizija hemm fih imsemmi li jidħol
f’kull żmien f’fond jew post ieħor imsemmi fil-mandat, billi juża,
jekk ikun meħtieġ, il-forza, u li jfittex f’dan il-fond jew post u fuq
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    17
kull persuna li tkun tinsab hemm ġew, u li jaqbad kull skizz, pjanta,
mudell, oġġett, nota, jew dokument, jew kull ħaġa ta’ din ix-xorta
jew kull ħaġa li tista’ sservi bħala prova li sar jew sejjer isir reat
taħt dan l-Att, li ma jkunx reat taħt is-subartikoli (1), (4) u (5) ta’ l-
artikolu 13, illi huwa jsib fil-fond jew post jew fuq dawk il-persuni,
kemm-il darba hu jkollu raġun biex jissuspetta li sar jew sejjer isir
reat taħt dan l-Att, li ma jkunx reat taħt is-subartikoli (1), (4) u (5)
ta’ l-artikolu 13 rigward jew dwar dawk il-ħwejjeġ.
(2) Meta jkun jidher lil Suprintendent tal-Pulizija illi l-każ hu
ta’ urġenza kbira u li hu meħtieġ fl-interess ta’ l-Istat li jittieħdu
passi minnufih, hu jista’ b’ordni bil-miktub taħt il-firma tiegħu
jagħti lil uffiċjali tal-Pulizija l-istess setgħa li tista’ tingħata
b’mandat ta’ maġistrat taħt dan l-artikolu.
Indħil fid-dmirijiet 
ta’ uffiċjali tal-
Pulizija jew ta’ 
membri tal-Forzi 
Armati ta’ Malta. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XLIX. 1981.4;
XVIII. 1996.2.
20. Ħadd ma jista’ qrib post ipprojbit, ifixkel, xjentement
iqarraq jew xort’oħra jindaħal jew jimpedixxi lil uffiċjal tal-
Pulizija jew lil membru tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-waqt li jkun
jagħmel il-għassa, is-sentinella, il-pattulja, jew dmir ieħor bħal dan
dwar post ipprojbit, u, kull min jikser jew ma jħarisx din id-
disposizzjoni, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sena, jew il-multa jew dawn iż-żewġ
pieni flimkien.
Reġistrazzjoni u 
ordinament ta’ 
persuni illi 
jeżerċitaw il-
kummerċ li 
jirċievu pakki. 
Emendat: 
XXXI.1967.37; 
XXII.1976.4; 
XLIX. 1981.4; 
VIII.1990.3;
XVIII.1996.2, 9.
21. (1) Kull persuna illi teżerċita bi ħlas, waħidha jew
flimkien ma’ ħaddieħor, il-kummerċ li tirċievi ittri,
komunikazzjonijiet, jew pakki oħra biex tikkunsinnahom jew biex
tibgħathom lill-persuni li għalihom ikunu ddestinati, għandha, mill-
aktar fis li jista’ jkun tibgħat lill-Kummissarju tal-Pulizija, sabiex
jiġi rreġistrat minnu, avviż tal-fatt bl-indirizz jew indirizzi tal-post
li fih dak il-kummerċ huwa eżerċitat; u l-Kummissarju tal-Pulizija
għandu jżomm reġistru ta’ l-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawn il-
persuni, u għandu, jekk mitlub mill-persuna li tibgħat dak l-avviż,
jagħtiha, bil-ħlas ta’ ħames ċenteżmi, ċertifikat ta’ reġistrazzjoni; u
kull persuna hekk irreġistrata għandha minn żmien għal żmien
tagħti lill-Kummissarju tal-Pulizija avviż ta’ kull tibdil jew ta’
indirizz ġdid li fih il-kummerċ jiġi eżerċitat, u kull informazzjoni
oħra li jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex iżomm sewwa l-
partikolaritajiet tar-reġistrazzjonijiet.
(2) Kull persuna li teżerċita l-kummerċ hawn fuq imsemmi
għandha tagħmel notament u żżomm dawn il-partikolaritajiet:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ kull persuna li għaliha jkun ġie
irċevut pakk, jew illi tkun riedet li l-pakki rċevuti jiġu
kkunsinnati jew mibgħutin lilha;
(b) kull ordni li jiġi rċevut dwar il-kunsinna jew l-
ispedizzjoni ta’ pakk;
(ċ) fil-każ ta’ pakki rċevuti, il-post minn fejn il-pakki
jkunu ġejjin, u d-data meta dawn ikunu ntbagħtu w id-
data tar-riċezzjoni, u l-isem u l-indirizz ta’ min
bagħathom jekk ikun jidher minn fuq il-pakk, u, fil-
każ ta’ pakk irreġistrat, id-data u l-uffiċċju tar-
reġistrazzjoni u n-numru tal-pakk irreġistrat;
 18      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
(d) fil-każ ta’ pakki kkunsinnati, id-data tal-kunsinna, u l-
isem u l-indirizz tal-persuna li lilha jiġu ikkunsinnati;
(e) fil-każ ta’ pakk mibgħut, l-isem u l-indirizz tal-post
fejn jinbagħat u d-data li fiha ġie mibgħut, 
u ma tista’ tikkunsinna ebda pakk lil ebda persuna sakemm dik il-
persuna ma tiffirmax li tkun irċevietu, lanqas, jekk dik il-persuna
ma tkunx il-persuna li għaliha l-pakk jkun indirizzat, kemm-il
darba ma tkunx irċeviet ordnijiet iffirmati minn din il-persuna
msemmija l-aħħar dwar il-kunsinna tiegħu, u m’għandhiex tibgħat
pakk għal indirizz ieħor jekk ma tirċevix ordnijiet għaldaqshekk
iffirmati mid-destinatarju.
(3) Ir-records hekk miżmuma minn din il-persuna, għandhom
ikunu aċċessibbli, f’kull ħin xieraq, għall-ispezzjon ta’ uffiċjal tal-
Pulizija.
(4) Kull min jikser jew jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, jew jagħti informazzjoni falza, jew jagħmel
reġistrazzjoni falza, hu jeħel, għal kull reat, meta jinsab ħati, mill-
Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-Maġistrati
(Għawdex) skond il-każ, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn xahar, jew multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira,
jew dawn iż-żewġ pieni flimkien.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għal
pakki ndirizzati għal uffiċċju li fih jiġu ppubblikati ġurnali jew
gazzetti, meta dawn il-pakki jiġu mibgħuta bi tweġiba għal avviż
f’dak il-ġurnal jew gazzetta.
Kap. 254.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu m’għandhomx
jittieħdu bħala li jillegalizzaw atti illi huma kontravvenzjoni għall-
privileġġ esklużiv tal-Postmaster-General taħt l-Att dwar l-Uffiċċju
tal-Posta.
Kap. 254.
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-kelma "pakk" għandha l-
istess tifsira tal-kelma "pakk" fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Uffiċċju
tal-Posta.
Dmir li tingħata 
informazzjoni meta 
jsiru reati. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XLIX. 1981.4;
XVIII.1996.2.
22. Kull persuna għandha tagħti, meta mitluba, lil uffiċjal tal-
Pulizija ta’ grad mhux anqas minn dak ta’ spettur maħtur
għaldaqshekk mill-Kummissarju tal-Pulizija, jew lil membru tal-
Forzi Armati ta’ Malta inkarigat mill-għassa, sentinella, pattulja
jew dmir ieħor bħal dan, kull informazzjoni li tkun tista’ tagħti
dwar reat li sar jew li dwaru jkun hemm suspett li sar taħt dan l-Att;
u, kemm-il darba tiġi hekk mitluba, u wara l-ħlas lilha ta’ l-ispejjeż
xierqa, għandha tmur fiż-żmien u fil-post li jiġu lilha speċifikati
sabiex tagħti din l-informazzjoni, u kull min jonqos li jagħti din l-
informazzjoni jew li jmur kif jingħad hawn fuq, jeħel, meta jinsab
ħati, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn
jew multa jew dawn iż-żewġ pieni flimkien.
Attentat, 
inċitament, eċċ., 
ta’ reat. 
Emendat: 
XVIII.1996.2.
23. Kull min jittenta jagħmel xi reat taħt dan l-Att, jew iħeġġeġ
jew jistiga jew ifittex li jipperswadi lil ħaddieħor biex jagħmel reat
taħt dan l-Att, jew jgħin jew iħajjar jew jagħmel xi att preparatorju
għall-kummissjoni ta’ reat taħt dan l-Att, jeħel l-istess pieni, u
jitmexxa kontra tiegħu bl-istess mod daqslikieku hu stess għamel
SIGRIETIUFFIĊJALI  ġKAP. 50.    19
ir-reat.
Il-pubbliku jista’ 
f’xi każijiet jiġi 
eskluż waqt is-
smigħ ta’ xi parti 
jew oħra tal-
kawża. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXVII. 1975.40, 
(1), (3);
XVIII.1996.2, 10.
24. (1) B’żieda u bla ħsara ta’ kull setgħa tal-qorti li tordna l-
esklużjoni tal-pubbliku mill-proċediment, jekk fil-kors tal-
proċediment quddiem qorti kontra persuna imputata ta’ reat taħt
dan l-Att, li ma jkunx reat taħt is-subartikoli (1), (4) jew (5) ta’ l-
artikolu 13, jew fil-kors ta’ proċediment fi grad ta’ appell, issir
talba mill-prosekuzzjoni, għar-raġuni li l-pubbliċità tal-provi li
għandhom jinstemgħu jew ta’ dikjarazzjoni li għandha ssir fil-kors
tal-proċediment hija ta’ ħsara għas-sigurtà ta’ l-Istat, sabiex il-
pubbliku kollu, jew xi wħud minnu, jiġi eskluż, waqt xi parti jew
oħra tas-smigħ tal-kawża, il-qorti tista’ tagħmel ordni
għaldaqshekk, iżda, f’kull każ, is-sentenza għandha tiġi mogħtija
fil-pubbliku.
L-art. 3 ta’ l-
Ordinanza IX ta’ 
l-1934, inkorporat.
(2) Meta tingħata sentenza kontra persuna akkużata ta’ reat taħt
dan l-Att, li ma jkunx reat taħt is-subartikoli (1), (4) jew (5) ta’ l-
artikolu 13, il-qorti għandha tagħti separatament bil-miktub ir-
raġunijiet li fuqhom ġiet ibbażata s-sentenza tagħha:
Il-pubbliku jiġi 
eskluż waqt li 
jkunu jinqraw ir-
raġunijiet li 
fuqhom ġiet 
ibbażata s-
sentenza.
Iżda dejjem, fuq talba tal-prosekuzzjoni, minħabba li l-
pubbliċità tar-raġunijiet hawn fuq imsemmija tkun jew tista’ tkun
ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali, il-pubbliku jiġi b’ordni tal-qorti
eskluż waqt il-qari ta’ dawk ir-raġunijiet, imma l-qari tas-sentenza
jsir fil-pubbliku:
Iżda wkoll, jekk ir-raġunijiet hawn fuq imsemmija ma
jkunux ġew moqrija fil-pubbliku, huma ma jiġux imdaħħla fl-atti
tal-proċess, imma għandhom jiġu merfugħa issiġillati mir-
Reġistratur, u ma jista’ jarahom ħadd mingħajr il-permess bil-
miktub ta’ l-Avukat Ġenerali.
Reati li jiġu 
ipproċessati mill-
Qorti Kriminali 
magħmula minn 
tlett imħallfin, li 
joqogħdu mingħajr 
ġuri. 
L-art. 2 ta’ l-
Ordinanza IX ta’
l-1934, inkorporat. 
Kap. 9.
(3) Għad illi jkun hemm disposizzjonijiet kuntrarji f’liġijiet
oħra, kull persuna akkużata ta’ reat taħt dan l-Att, li ma jkunx reat
taħt is-subartikoli (1), (4) jew (5) ta’ l-artikolu 13, quddiem il-Qorti
Kriminali, tiġi pproċessata minn din il-qorti li toqgħod mingħajr
ġuri. F’kull każ bħal dan il-qorti hawn fuq imsemmija tkun
magħmula minn tlett imħallfin li jiġu maħtura mill-President ta’
Malta, u jgħoddu d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, sa fejn
dawn id-disposizzjonijiet jistgħu jgħoddu.
Proċedimenti 
kontra soċjetajiet.
Emendat:
XVIII.1996.2.
25. Meta l-persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-Att hija soċjetà jew
korporazzjoni, kull wieħed mid-diretturi jew mill-uffiċjali tas-
soċjetà jew tal-korporazzjoni hu ħati ta’ l-istess reat kemm-il darba
ma jippruvax li l-att jew in-nuqqas li jikkostitwixxi r-reat sar
mingħajr ma kien jaf hu.
Ordnijiet.
Miżjud:
XVIII.1996.11.
26. (1) Il-Prim Ministru jista’ b’ordni jippreskrivi kull ħaġa li
skond dan l-Att tista’ tiġi preskritta.
(2) Kull setgħa li għandu l-Prim Ministru jew il-Ministru bis-
saħħa ta’ dan l-Att li jagħmel ordnijiet tiġi eżerċitata bil-mezz ta’
avviż legali.
 20      KAP. 50.ħ     IUFFIĊJALI
Atti mwettqin 
barra minn Malta.
Miżjud:
XVIII.1996.11.
27. Att li jsir minn ċittadin ta’ Malta jew minn funzjonarju
pubbliku għandu, li dan kieku jkun reat għar-rigward ta’ dik il-
persuna taħt kull disposizzjoni ta’ dan l-Att jekk dan isir minnha
f’Malta, jkun reat taħt dik id-disposizzjoni ikun fejn ikun il-post
fejn dak ir-reat ikun sar fih.
