ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI
 TA’ TRIBUNALI INGLIŻI   ġ KAP. 52.        1
KAPITOLU 52
ATT DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ 
SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIŻI
Biex jagħmel disposizzonijiet għall-esekuzzjoni f’Malta ta’ sentenzi
mogħtija fir-Renju Unit u fid-dominji Britanniċi.
17 ta’ Marzu, 1924
L-ATT VII ta’ l-1924, kif emendat bl-Att XIX ta’ l-1929; bl-Ordinanza
ta’ Emerġenza XV ta’ l-1958; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviż
Legali 46 ta’ l-1965; bl-Att LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Att II ta’ l-1996.
Titolu.
Reċiproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Ingliżi.
Tifsir.
Emendat:
II.1996.78.
2. F’dan l-Att, jekk mill-kuntest ma jkunx jidher xort’oħra-
"debitur kanonizzat" ifisser il-persuna li kontra tagħha s-
sentenza ġiet mogħtija; u jfisser ukoll kull persuna li kontra tagħha
s-sentenza hija esegwibbli fil-lok fejn ġiet mogħtija;
"kreditur kanonizzat" ifisser il-persuna li ħadet is-sentenza; u
jfisser ukoll dawk li l-jeddijiet tagħhom ġejjin minn dik il-persuna
u ċ-ċessjonarji tagħha;
"qorti oriġinali" b’riferenza għal sentenza tfisser il-qorti li
minnha ġiet mogħtija s-sentenza;
"qorti reġistratriċi" b’riferenza għal sentenza tfisser il-qorti li
minnha ġiet irreġistrata s-sentenza;
"sentenza" tfisser kull sentenza jew ordni mogħtijin minn qorti fi
proċedimenti ċivili jew kummerċjali, sew jekk qabel kemm jekk
wara li jkun għadda dan l-Att, li bihom jiġi ordnat il-ħlas ta’ somma
ta’ flus.
Esekuzzjoni 
f’Malta ta’ 
sentenzi mogħtija 
minn qrati 
superjuri fir-Renju 
Unit. 
Emendat: 
XIX. 1929.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
3. (1) Meta tkun ġiet mogħtija sentenza minn qorti superjuri
fir-Renju Unit, il-kreditur kanonizzat jista’ jagħmel talba lill-Qorti
ta’ l-Appell, f’kull żmien matul tnax-il xahar mid-data tas-
sentenza, jew fi żmien itwal kif jiġi mogħti mill-Qorti ta’ l-Appell,
għar-reġistrazzjoni tas-sentenza f’waħda mill-qrati superjuri ta’
Malta; u, fuq din it-talba, il-qorti tista’ jekk miċ-ċirkostanzi kollha
tal-każ ikun jidhrilha sewwa u konvenjenti illi s-sentenza għandha
tiġi esegwita f’Malta, u bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, tordna li s-sentenza tiġi hekk irreġistrata.
(2) Ebda ordni għar-reġistrazzjoni ta’ sentenza taħt dan l-
artikolu ma jiġi mogħti jekk -
(a) il-qorti oriġinali ma kellhiex ġurisdizzjoni; jew
(b) id-debitur kanonizzat ma kienx persuna li teżerċita l-
kummerċ u lanqas persuna li ordinarjament toqgħod
fil-ġurisdizzjoni tal-qorti oriġinali, u ma deherx minn
rajh jew xort’oħra ma qagħadx, jew ma aċċettax li
joqgħod għall-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti; jew
    ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI 
2 KAP. 52. ħ   TA’ TRIBUNALI INGLIŻI
(ċ) id-debitur kanonizzat, li jkun il-konvenut fil-
proċediment, ma jkunx ġie regolarment innotifikat bl-
atti tal-qorti oriġinali, u ma deherx, għalkemm hu kien
ordinarjament joqgħod jew kien jeżerċita l-kummerċ
fil-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti jew aċċetta li joqgħod
għall-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti; jew
(d) is-sentenza tkun ġiet meħuda b’qerq; jew
(e) id-debitur kanonizzat jissodisfa lill-qorti reġistratriċi
jew li hemm appell miexi, jew li hu għandu jedd
jagħmel, u bi ħsiebu jagħmel, appell kontra s-sentenza;
jew
(f) is-sentenza kienet mogħtija dwar azzjoni li għal
raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew għal raġunijiet oħra
bħal dawn, ma kenitx tista’ tiġi milqugħa mill-qorti
reġistratriċi.
(3) Meta sentenza tiġi irreġistrata taħt dan l-artikolu -
(a) is-sentenza għandha, mid-data tar-reġistrazzjoni, l-
istess saħħa u effett, u tista’ tiġi esegwita bl-istess mod
daqs li kieku kienet sentenza mill-ewwel mogħtija jew
irreġistrata fid-data tar-reġistrazzjoni fil-qorti
reġistratriċi; u l-iskrizzjoni tagħha fl-Uffiċċju tar-
Reġistru Pubbliku tista’ ssir skond il-liġijiet lokali li
jkunu jseħħu fiż-żmien li jkun;
(b) il-qorti reġistratriċi għandha l-istess awtorità  u
ġurisdizzjoni fuq is-sentenza kif għandha fuq sentenzi
bħal dawn mogħtijin minnha nfisha, iżda biss rigward
l-esekuzzjoni skond dan l-artikolu;
(ċ) l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni tas-sentenza u dawk
inċidentali (kompriżi l-ispejjeż sabiex tittieħed kopja
awtentika tas-sentenza mill-qorti oriġinali u sabiex
issir it-talba għar-reġistrazzjoni) jistgħu jinġabru bl-
istess mod bħallikieku kienu somom li għandhom
jitħallsu bis-saħħa tas-sentenza.
(4) Il-Qorti ta’ l-Appell tista’ tagħmel regolamenti -
(a) dwar il-mod ta’ reġistrazzjoni u l-konservazzjoni tar-
reġistri;
(b) dwar in-notifika lid-debitur kanonizzat ta’ l-avviż tat-
talba għar-reġistrazzjoni ta’ sentenza taħt dan l-
artikolu;
(ċ) biex tagħti s-setgħa lill-qorti reġistratriċi fuq talba tad-
debitur kanonnizat, li tannulla r-reġistrazzjoni ta’
sentenza bis-saħħa ta’ dan l-artikolu taħt dawk il-
kondizzjonijiet li l-qorti jidhrilha sewwa; u 
(d) biex tissospendi l-esekuzzjoni ta’ sentenza rreġistrata
taħt dan l-artikolu sakemm jagħlaq iż-żmien li fih id-
debitur kanonizzat jista’ jitlob l-annullament tar-
reġistrazzjoni.
(5) F’kull kawża miġjuba quddiem qorti f’Malta fuq sentenza li
tista’ tiġi ordnata r-reġistrazzjoni tagħha taħt dan l-artikolu, l-attur
ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ SENTENZI
 TA’ TRIBUNALI INGLIŻI   ġ KAP. 52.        3
m’għandux jedd jitlob l-ispejjeż tal-kawża jekk qabel ma tkunx ġiet
miċħuda t-talba għar-reġistrazzjoni tas-sentenza taħt dan l-artikolu,
jew jekk il-qorti ma tordnax xort’oħra.
Ħruġ ta’ kopja 
awtentika ta’ 
sentenzi mogħtijin 
f’Malta. 
Emendat: 
XIX.1929.3.
4. Meta sentenza tiġi mogħtija kontra persuna minn qorti
superjuri f’Malta, il-qorti għandha, fuq talba tal-kreditur
kanonizzat u wara li jiġi ippruvat li d-debitur kanonizzat joqgħod
fir-Renju Unit jew f’xi parti tad-dominji Britanniċi ’l barra mir-
Renju Unit, illi għalihom igħodd dan l-Att, tagħti lill-kreditur
kanonizzat kopja vera tas-sentenza.
Applikabbiltà  ta’ 
dan l-Att. 
Emendat: 
XV.1958.2; 
XXV.1962.2, 4; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
5. (1) Rigward l-applikabbiltà  tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att għal sentenzi mogħtijin f’qorti fir-Renju Unit, dan l-Att jibda
jseħħ fil-ġurnata li fiha jiġi maħruġ bi Proklama fil-Gazzetta tal-
Gvern l-Ordni fil-Kunsill li jagħti r-reċiproċità  għall-esekuzzjoni
fir-Renju Unit ta’ sentenzi mogħtijin f’Malta.*
(2) Meta l-President ta’ Malta hu sodisfatt li saru
disposizzjonijiet reċiproċi mil-leġislatura ta’ xi parti tad-dominji
Britanniċi ’l barra mir-Renju Unit għall-esekuzzjoni f’dik il-parti
tad-dominji Britanniċi ta’ sentenzi mogħtijin f’Malta, il-President
ta’ Malta jista’ bi Proklama jiddikjara li dan l-Att igħodd ukoll
għas-sentenzi mogħtijin minn qorti superjuri f’dik il-parti tad-
dominji Britanniċi bl-istess mod li jgħodd għal sentenzi mogħtijin
minn qorti superjuri fir-Renju Unit, u meta tinħareġ din il-
Proklama, dan l-Att ikun hekk igħodd.#
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, fil-kelmiet "parti tad-
dominji Britanniċi ’l barra mir-Renju Unit" jitqies li jidħol kull
territorju li qiegħed taħt il-protezzjoni Britannika, jew li rigward
tiegħu qiegħed jiġi eżerċitat mandat minn Gvern ta’ xi parti tad-
dominji Britanniċi.
(4) Kull Proklama maħruġa bis-saħħa ta’ dan l-artikolu tista’
tiġi mbiddla jew imħassra bi Proklama maħruġa wara.
Id-disposiz-
zjonijiet tal-Kodiċi 
ta’ Organizazzjoni 
u Proċedura Ċivili 
jibqgħu jgħoddu 
għall-esekuzzjoni 
ta’ sentenzi ta’ 
tribunali stranġieri. 
Kap. 12.
6. Xejn f’dan l-Att ma jħassar id-disposizzjonijiet tat-Titolu
V tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
dwar l-esekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtijin minn tribunali f’pajjiżi li
mhumiex dawk imsemmijin f’dan l-Att.
*Ara Proklama Nru. XII ta’ l-14 ta’ April, 1931.
#Ara Proklama Nru. VIII tas-27 ta’ Lulju, 1925 (Ġibiltà );
Proklama Nru. XII tat-23 ta’ Ottubru, 1925 (New South Wales); 
Proklama Nru. XIII tat-23 ta’ Ottubru, 1925 (Bermuda);
Proklama Nru. III tat-23 ta’ April, 1926 (Western Australia);
Proklama Nru. II tas-16 ta’ Frar, 1927 (State of Victoria);
Proklama Nru. I tat-30 ta’ Jannar, 1959 (Tasmania u l-Gżejjer li jagħmlu
magħha).
