INKURAĠĠIMENTTA’INDUSTRJIĠODDA   ġ K AP. 53.
KAPITOLU 53
ATT DWAR L-INKURAĠĠIMENT TA’ 
INDUSTRJI ĠODDA
Biex iħassar u jagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar l-
inkuraġġiment ta’ industrji ġodda.
(17 ta’ Lulju, 1925)*
Sar liġi bl-ATT X ta’ l-1925, kif emendat bl-Atti: VI ta’ l-1947, VIII ta’
l-1950; bl-Ordinanzi ta’ Emerġenza: XV ta’ l-1958, XXI ta’ l-1959; bl-
Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; bl-Atti: X ta’ l-
1963, XXVII ta’ l-1967; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti XI ta’ l-
1977 u XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor.
Industrji Ġodda.
Tifsir. 
Emendat: 
VI.1947.2; 
XV.1958.2; 
XXI.1959.33; 
XXV.1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Sostitwit: 
XXVII.1967.20.
Kap. 202.
2.# F’dan l-Att-
"il-Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’
Malta mwaqqfa bl-artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni għal
Żvilupp ta’ Malta;
"industrja ġdida" tfisser kull intrapriża jew proċess ta’
produzzjoni, manifattura jew titjib ta’ ogġett, prodott jew xogħol,
mibdijin għall-ewwel darba f’Malta.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħti jeddijiet 
esklussivi għall-
eżerċizzju ta’ 
industrji ġodda. 
Emendat: 
VIII.1950.2; 
XV.1958.2; 
XXI.1959.33; 
XXV.1962.2,4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXVII.1967.20; 
XI.1977.2.
3. (1) Il-Ministru responsabbli għall-iżvilupp, wara
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, jista’ jagħti jedd esklussiv
sabiex tinbeda u tiġi eżerċitata f’Malta industrja ġdida għal numru
speċifikat ta’ snin u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu sewwa li
jistabbilixxi.
(2) Qabel ma jagħti dak il-jedd kif dispost fis-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, il-Ministru responsabbli għall-iżvilupp, wara
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, jista’ jġiegħel lill-applikant li
jġib garanzija tajba u biżżejjed, li tkun togħġbu b’ammont li f’kull
każ ikun iffissat mill-Ministru responsabbli għall-iżvilupp, għat-
tħaris sħiħ u xieraq mill-applikant u minn dawk li kisbu jew wirtu l-
jedd mingħandu tal-kondizzjonijiet ta’ l-għoti tal-jedd. F’każ ta’
nuqqas f’xi jew ksur ta’ xi kondizzjoni bħal dik, l-ammont tal-
garanzija jew dak is-sehem minnha illi l-Ministru responsabbli
għall-iżvilupp jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jaqta’, jirbħu l-Gvern.
Setgħa tal-Ministru 
li jiddeċidi jekk 
industrja hix 
industrja ġdida.
(3) Imiss biss lill-Ministru responsabbli għall-iżvilupp li
jiddeċidi, wara konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, jekk industrja
għandhiex titqies industrja ġdida għall-finijiet ta’ dan l-Att, u fl-
eżerċizzju tas-setgħat tiegħu hu jista’ jqis bħala ġdida industrja, li
kienet ġa’ teżisti, iżda li hija jew li kienet immexxija fiċ-ċokon, jew
b’intervalli, jew li tkun ilha ma ġiet eżerċitata għal iżjed minn sitt
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 187 tas-17 ta’ Lulju. 1925.
#Meħudin rispettivament mill-art. 15(l) u mill-art. 2(3) ta’ l-Edizzjoni Riveduta
tal-Liġjiet ta’ Malta ta’ l-1942 kif sussegwentement emendata.
 2      KAP. 53.ħ     INKURAĠĠIMENTTA’INDUSTRJIĠODDA  
xhur:
Iżda f’kull każ bħal dan il-konċessjonarju tal-jedd esklussiv
għandu jintrabat li jmexxi l-industrja b’mezzi ta’ produzzjoni
ġodda jew iżjed vantaġġjużi.
Lil min tista’ ssir 
il-konċessjoni. 
Emendat: 
VI.1947.2; 
XV. 1958.2; 
XXV.1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Sostitwit: 
XXVII.1967.20.
4. Il-konċessjoni taħt l-aħħar artikolu qabel dan ma tistax
issir lil min ma jkunx ċittadin ta’ Malta jew lil xi ditta jew soċjetà li
ma tkunx kollha kemm hi jew prinċipalment ta’ ċittadini ta’ Malta
jew kontrollata minnhom:
Iżda din il-konċessjoni tista’ ssir lil kull persuna, ditta jew
soċjetà oħra -
(a) jekk ma tkunx saret talba identika minn ċittadin ta’
Malta jew minn ditta jew minn soċjetà li tkun kollha
kemm hi jew prinċipalment ta’ ċittadini ta’ Malta jew
kontrollata minnhom, f’dak iż-żmien u b’dawk il-
kondizzjonijiet kif il-Ministru responsabbli għall-
iżvilupp jidhirlu xieraq li għandu jistabbilixxi; jew
(b) jekk dik il-persuna, ditta jew soċjetà oħra jintrabtu li
jimpjegaw numru raġonevoli ta’ ħaddiema Maltin jew
juru illi, mill-anqas, in-nofs tal-kapital meħtieġ għat-
twaqqif ta’ l-industrja l-ġdida jkun ta’ ċittadini ta’
Malta.
Talba għall-
konċessjoni ta’ 
jedd esklussiv. 
Emendat: 
VI.1947.2; 
XV.1958.2;
XXI. 1959.33; 
XXVII.1967.20.
5. It-talba għall-konċessjoni ta’ jedd esklussiv taħt l-artikolu
3 għandha tintbagħat lill-Korporazzjoni flimkien ma’ prospett li
juri x-xorta u l-iskop ta’ l-industrja ġdida li sejra ssir, u dawk id-
dettalji l-oħra li jkunu meħtieġa biex ifissru kif tinħadem.
Pubblikazzjoni tat-
talba. 
Emendat: 
XV.1958.2; 
XXV.1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXVII. 1967.20; 
XI.1977.2.
6. (1)  It-talba hawn fuq imsemmija għandha tiġi maħruġa fil-
Gazzetta tal-Gvern u kull persuna interessata tista’ tagħmel
oppożizzjoni għaliha.
(2) Meta t-talba ssir minn persuna li ma tkunx ċittadin ta’
Malta jew minn ditta jew soċjetà li ma tkunx kollha kemm hi jew
prinċipalment ta’ ċittadini ta’ Malta jew kontrollata minnhom,
għandha tiġi msemmija wkoll din iċ-ċirkostanza.
(3) Ebda deċiżjoni ma tiġi meħuda mill-Ministru responsabbli
għall-iżvilupp dwar din it-talba qabel l-egħluq ta’ mill-anqas sitt
ġimgħat mid-data tal-pubblikazzjoni hawn fuq imsemmija. 
Setgħa tal-Ministru 
li jilqa’ jew jiċħad 
talbiet. Emendat:
XV.1958.2; 
XXI. 1959.33; 
XXV. 1962.2,4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXVII. 1967.20; 
XI.1977.2.
7. Il-Ministru responsabbli għall-iżvilupp, wara li jisma’ l-
Korporazzjoni, jista’ jikkunsidra kull opposizzjoni li ssir għat-talba
jew talbiet ta’ jedd esklussiv, u jilqa’ waħda minn dawk it-talbiet
jew jiċħadhom kollha.
INKURAĠĠIMENTTA’INDUSTRJIĠODDA   ġ K AP. 53.
Il-konċessjoni 
għandha tinħareġ 
fil-Gazzetta tal-
Gvern. 
Emendat: 
VI.1947.2; 
XV. 1958.2; 
XXV.1962.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
X.1963.2; 
XI.1977.2.
8. Il-konċessjoni ta’ jedd esklussiv skond l-artikolu 3 jew it-
tiġdid tagħha kif jingħad iżjed ‘il quddiem, jiġu ffirmati mill-
Ministru responsabbli għall-iżvilupp u maħruġa fil-Gazzetta tal-
Gvern u f’gazzetta oħra.
Għal kemm żmien 
tinġħata l-
konċessjoni. 
Emendat: 
XV.1958.2; 
XXV.1962.2,4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
9. Iż-żmien ta’ kull konċessjoni jiġi stabbilit jew imġedded
mill-Ministru responsabbli għall-iżvilupp għal żmien li kollu
flimkien m’għandux jiskorri ħamsin sena.
Tħassir tal-
konċessjoni. 
Emendat: 
XV.1958.2; 
XXV. 1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XI.1977.2.
10. (1) Matul iż-żmien li għalih ikun ġie mogħti jew
imġedded jedd esklussiv għat-tmexxija ta’ industrja ġdida, il-
Ministru responsabbli għall-iżvilupp jista’ jordna t-tħassir tal-
konċessjoni, minħabba li l-ħtiġiet raġonevoli tal-pubbliku li
għalihom il-jedd esklussiv ikun ġie mogħti ma jkunux ġew
moqdija, jew meta jinsab li ġew miksura l-kondizzjonijiet tal-
konċessjoni, jew għal xi raġuni oħra tajba.
(2) Kull persuna tista’ titlob it-tħassir tal-konċessjoni għal
waħda mir-raġunijiet hawn fuq imsemmija, basta li turi li għandha
raġuni tajba għal dik it-talba u ġġib il-provi meħtieġa.
(3) It-tħassir jiġi, f’kull każ, maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern u
f’gazzetta oħra.
Danni għall-
vjolazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIV.1995.362.
11. Kull min bil-qerq jikser konċessjoni magħmula bis-saħħa
ta’ l-artikolu 3, jista’, fuq talba tal-konċessjonarju, jiġi kkundannat
mill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, għall-ħlas tad-danni u l-imgħaxijiet,
jew għall-ħlas ta’ penali ta’ mhux anqas minn għaxar liri u mhux
iżjed minn ħames mitt lira, jew għar-radd tal-qligħ kollu li jkun
għamel bil-ksur tal-konċessjoni.
Konfiska tal-
makkinarju wżat 
fil-ksur tal-
konċessjoni.
12. Fil-każ imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, il-qorti tista’,
fuq talba ta’ l-attur, tordna li l-makni jew mezzi oħra industrjali
wżati fil-ksur tal-konċessjoni jiġu ikkonfiskati, kollha jew biċċa
minnhom, jew mogħtija bi proprjetà lill-konċessjonarju, bla ħsara
ta’ kull kumpens ieħor kif stabbilit f’dak l-artikolu.
Setgħa tal-qorti li 
tordna li tingħata 
garanzija meta 
jintalab il-ħruġ ta’ 
mandat ta’ 
deskrizzjoni, eċċ.
13. Jekk, sabiex tiġi ikkawtelata l-pretensjoni tal-konfiska
imsemmija fl-aħħar artikolu qabel dan, issir talba għall-ħruġ ta’
mandat ta’ deskrizzjoni jew ta’ sekwestru jew ta’ qbid jew ta’
inibizzjoni, il-qorti tista’, qabel ma toħroġ dan il-mandat, tordna
lir-rikorrent li jagħti garanzija.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni ċivili.
14. L-azzjonijiet ċivili li jitnisslu minn dan l-Att jiġu preskritti
bl-egħluq taż-żmien ta’ ħames snin.
 4      KAP. 53.ħ     INKURAĠĠIMENTTA’INDUSTRJIĠODDA  
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel, ibiddel 
jew iħassar 
regolamenti. 
Emendat: 
XV.1958.2; 
XXV.1962.2, 4; 
A.L. 4 ta’ l-l963; 
XI.1977.2. 
Kap. 9.
15. Il-Ministru responsabbli għall-iżvilupp jista’ jagħmel, u
wara li jkun għamel, ibiddel jew iħassar regolamenti fuq ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu mal-konċessjoni ta’ jeddijiet esklusivi għat-
tmexxija ta’ industrji ġodda, u jista’ jordna li kull min jikser dawn
ir-regolamenti jeħel, meta jinsab ħati, il-pieni stabbiliti għall-
kontravvenzjonijiet fil-Kodiċi Kriminali.
Funzjonijiet oħra 
tal-Korporazzjoni. 
Emendat: 
VI.1947.2; 
XV.1958.2; 
XXI.1958.33; 
XXV. 1962.2,4; 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Sostitwit: 
XXVII.1967.20.
16. Kull kwistjoni ta’ natura teknika li tinqala’ taħt dan l-Att
għandha tinġieb għall-eżami quddiem il-Korporazzjoni.
