PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     1
KAPITOLU 55
ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U 
ARKIVJI NUTARILI
Biex iħassar u joħroġ mill-ġdid b'emendi l-liġi dwar in-Nutara u l-Arkivji Nutarili.
12 ta’ Mejju, 1927
L-ATT XI ta' l-1927, kif emendat bin-Notifikazzjonijiet tal-Gvern Nru. 204 ta' l-1927 u Nru.
90 ta' l-1928; bl-Atti: XVII ta' l-1929, XIII u XXXVII ta' l-1933; bl-Ordinanzi: XXIV ta' l-1935
u XXIV ta' l-1936; bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 352 ta' l-1936; bl-Ordinanzi: XI ta' l-
1937, XXVIII ta' l-1938 u V ta' l-1939; bin-Notifikazzjonijiet tal-Gvern: Nri. 140 u 434 ta' l-
1940; bl-Ordinanzi: XI ta' l-1940, X ta' l-1941 u XXXI ta' l-1946; bin-Notifikazzjoni tal-Gvern
Nru. 313 ta' l-1949; bl-Att: XXVI ta' l-1949; bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 205 ta' l-1954;
bl-Att XII ta' l-1955; bl-Ordinanza ta' Emerġenza VIII ta' l-1958; bl-Ordinanzi: XVII ta' l-
1960, XII u XXV ta' l-1962; bl-Avviż Legali 4 ta' l-1963; bl-Att XXIX ta' l-1963; bl-Avviż
Legali 46 ta' l-1965; bl-Atti: XL ta' l-1965 u XXXI ta' l-1966; bl-Avviż Legali 56 ta' l-1970; bl-
Atti: XXX u XLVI ta' l-1973 u LVIII ta' l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta' l-1975; bl-Atti: XI ta' l-
1977, II ta' l-1978 u XXXIV ta' l-1979; bl-Avviż Legali 77 ta' l-1980; bl-Atti: II u XIII ta' l-
1983, u XIV ta' l-1985; bl-Avviż Legali 70 ta' l-1987; bl-Att XIX ta' l-1988; bl-Avviż Legali 74
ta' l-1988; bl-Att VIII ta' l-1990; bl-Avviż Legali 227 ta’ l-1997; bl-Att IX ta’ l-2000, bl-Avviż
Legali 186 ta’ l-2000, bl-Att VI ta’ l-2001; u bl-Avviżi Legali 173 ta’ l-2001 u 429 ta’ l-2003.
Ġiet inkorporata wkoll l-Ordinanza VIII ta' l-1859.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
Titolu fil-qosor 1
TAQSIMA I. Disposizzjonijiet Ġenerali 2-4
TAQSIMA II. Dwar in-Nutara 5-24
Titolu I. Dwar il-Ħatra tan-Nutara 5-9
Titolu II. Dwar l-Eżerċizzju tal-Professjoni ta’ Nutar 10-13
Titolu III. Meta n-Nutar jispiċċa mill-Eżerċizzju tal-
Professjoni, jew jiġi Inabilitat jew Sospiż 14-16
Titolu IV. Dwar il-Konservaturi ta' l-Atti Nutarili, Nutara 
delegati u Nutara tal-Gvern 17-24
TAQSIMA III. Dwar l-Atti Nutarili 25-84
Titolu I. Dwar il-Formalitajiet ta' l-Atti Nutarili 25-54
Titolu II.  Dwar il-Kustodja ta' l-Atti u tar-Reġistri Nutarili 55-73
Titolu III.  Kopji u Estratti 74-78
Titolu lV. Atti li jingħataw lill-Partijiet fl-Oriġinal, 
Awtentikazzjoni u Legalizzazzjoni ta' Firem 
jew Marki-Salib 79-80
Titolu V. Drittijiet, Ħlasijiet u Spejjeż oħra li jmissu lin-Nutar 81-84
TAQSIMA IV. Il-Korp Nutarili u l-Kunsill Nutarili 85-94
  2      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Artikoli
TAQSIMA V. L-Arkivji Nutarili 95-109
TAQSIMA VI. Dwar is-Sorveljanza fuq in-Nutara, l-Arkivji u 
Reġistru Pubbliku, dwar il-Qorti ta' Reviżjoni ta' 
l-Atti Nutarili u dwar il-Pieni Dixxiplinari 110-145
Titolu I. Dwar is-sorveljanza fuq in-Nutara, l-Arkivji u 
r-Reġstru Pubbliku u dwar il-Qorti ta' Reviżjoni ta' 
l-Atti Nutarili  110-127
Titolu II. Dwar il-Pieni Dixxiplinari 128-145
TAQSIMA VII. Disposizzjonijiet Supplementarji u Transitorji 146-152
SKEDA
Tariffa dwar il-professjoni nutarili u l-Arkivji nutarili
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     3
Titolu fil-qosor.
Nutarili u l-Arkivji Nutarili.
TAQSIMA I
Tifsir ta' 
professjoni ta’ 
nutar.
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
2. (1) In-nutara huma uffiċjali pubbliċi. Huma awtorizzati li
jirċievu atti fost il-ħajjin u testmenti, li jagħtuhom fidi pubblika, li
jwieġbu għall-kustodja tagħhom u li jagħtu kopji u estratti ta’ dawn
l-atti jew testmenti.
Setgħa u 
funzjonijiet tan-
nutar.
(2) In-nutara għandhom ukoll is-setgħa -
(a) li jiffirmaw rikorsi jew atti oħra dwar affarijiet ta’
kompetenza tal-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja; 
(b) li jirċievu taħt ġurament atti ta’ notorietà  fi ħwejjeġ
ċivili u kummerċjali u dikjarazzjonijiet in articulo
mortis;
(ċ) li jirċievu l-ġurament ta’ espert jew perit jew ta’
traduttur jew ta’ persuna oħra dwar rapporti jew perizji
extra-ġudizzjarji jew dwar it-traduzzjoni ta’ att jew
dokument jew dwar dikjarazzjonijiet fuq kapitali, titoli
ta’ fondi u azzjonijiet kummerċjali u l-kupuni
tagħhom, meta l-partijiet ikunu jridu r-rapport, il-
perizja, it-traduzzjoni jew dikjarazzjoni mwettqin bil-
ġurament;
(d) li jawtentikaw firem fi skritturi privati, jew sinjali ta’
persuni li ma jistgħux jew ma jafux jiffirmaw,
magħmulin fuq dawk l-iskritturi bħala approvazzjoni
ta’ dak li jkun fihom, quddiem żewg xhieda tajbin
skond il-liġi, wara li n-nutar ikun fisser lill-partijiet
dak li l-iskrittura jkun fiha;
(e) li jagħtu ċertifikati ta’ ħajja jew ta’ eżistenza fuq talba
tal-parti nfisha;
(f) li jagħmlu protesti, minħabba nuqqas ta’ aċċettazzjoni
jew ta’ ħlas, ta’ kambjali jew ta’ promissory notes,
dwar flus jew merkanzija;
(g) li jagħtu ċertifikati li jwettqu li jaqblu sewwa ma’ l-
oriġinal il-kopji meħudin minn kotba jew dokumenti
miġjubin mill-partijiet;
(h) li jagħtu ċertifikati li jwettqu l-fedeltà  tat-traduzzjoni
ta’ atti jew dokumenti minn ilsien għall-ieħor, meta ż-
żewġ ilsna huma magħrufin min-nutar; u
(i) in ġenerali, li jeżerċitaw dawk is-setgħat l-oħra
mogħtija lilhom mil-liġi.
  4      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
ll-professjoni ta’ 
nutar hija 
inkompatibbli mal-
professjoni ta' 
avukat, eċċ. 
Emendat: 
XXXVII.1933.1; 
XI.1937.2; 
X.1941.2; 
XII.1962.2; 
A.L. 46 ta' l-1965; 
XXX.1973.2; 
LVIII. 1974.68;
IX. 2000.3.
3. (1) Kull min għandu warrant ta’ avukat jew ta’ prokuratur
legali jew huwa manager ta’ bank, kummerċjant, sensal bil-liċenza
jew aġent tal-kambju, ma jistax jeżerċita l-professjoni ta’ nutar:
Iżda l-President ta’ Malta jista’ jawtorizza lil dawn il-
persuni biex jeżerċitaw il-professjoni ta’ nutar, meta jagħtu lura l-
warrant jew liċenza hawn fuq imsemmija jew meta ma jibqgħux
bħala managers ta’ bank, kummerċjanti, sensala bil-liċenza, jew
aġenti tal-kambju, skond ma jkun il-każ.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 14 u 22 sa
fejn jirreferixxu għall-karigi ta’ Nutar Prinċipali tal-Gvern, Nutar
tal-Gvern, Nutar Pubbliku fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet u Nutar
Pubbliku ma’ l-Uffiċċju Konġunt, ebda persuna li jkollha kariga bi
ħlas taħt il-Gvern, minbarra l-kariga ta’ Direttur jew ta’ Assistent
Direttur tar-Reġistru Pubbliku jew ta’ Direttur jew ta’ Assistent
Direttur tar-Reġistru ta’ l-Artijiet, ma tista’ tiġi maħtura bħala
nutar:
Iżda d-Direttur jew l-Assistent Direttur tar-Reġistru Pubbliku u
d-Direttur jew l-Assistent Direttur tar-Reġistru ta’ l-Artijiet ma
jistax jeżerċita ta’ nutar ħlief bħala Nutar Prinċipali tal-Gvern jew
Nutar tal-Gvern.
Ħruġ ta' lista kull 
sena fil-Gazzetta 
tal-Gvern bl-
ismijiet tan-nutara 
li jeżerċitaw, tal-
konservaturi ta' atti 
u ta' depożitarji. 
Emendat: 
XXXI. 1946.2; 
XXXIV.1979.2.
4. Fl-ewwel ħmistax-il ġurnata ta’ Jannar ta’ kull sena
għandha tiġi maħruġa b’Notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern lista
iċċertifikata li jkun fiha -
(a) l-ismijiet tan-nutara li jeżerċitaw il-professjoni
tagħhom f’Malta u Għawdex;
(b) l-ismijiet tan-nutara konservaturi ta’ l-atti ta’ nutara
mejta jew ta’ nutara li ma baqgħux jeżerċitaw il-
professjoni tagħhom, flimkien ma’ l-ismijiet tan-
nutara li l-atti tagħhom ikunu hekk ikkonservati; u
(ċ) l-ismijiet tal-Viżitaturi maħtura taħt l-artikolu 110 li
jkunu fil-kariga fid-data tan-notifikazzjoni.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     5
TAQSIMA II
DWAR IN-NUTARA
Titolu I
DWAR IL-ĦATRA TAN-NUTARA
Ħatra tan-nutara. 
Emendat: 
XXV. 1962.3; 
A.L. 4 ta' l-1963; 
A.L. 46 ta' l-1965; 
XXXl. 1966.2; 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta' l-1975;
IX. 2000.3.
5. (1) In-nutara jiġu maħturin għal għomorhom mill-
President ta’ Malta b’notifikazzjoni maħruġa fil-Gazzetta tal-
Gvern, u jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’kull parti ta’
Malta. 
Numru tagħhom. 
Ara l-art. 4 ta' l-
Ord. XIX ta' l-
1936, kif' emendat 
bl-art. 12 ta' l-Ord. 
XL ta' l-1940 
imħollija barra 
taħt l-Ord. ta' l-
1936 u l-Att ta' l-
1980 dwar ir-Rev. 
tal-Liġ. Statutarji.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili jista’, minn
żmien għal żmien, b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, jirregola
n-numru tan-nutara. Din in-notifikazzjoni m’għandhiex tiġi
maħruġa kemm-il darba ma tkunx ġiet approvata b’riżoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati u ma tkunx tolqot lil dawk il-persuni li fiż-
żmien tal-ħruġ tagħha jkunu ġa bdew fl-Università  ta’ Malta l-kors
ta’ l-istudji meħtieġa għall-professjoni ta’ nutar.
Kwalifiki għall-
ħatra. 
Emendat. 
XXX.1973.3; 
A.L. 148 ta' l- 
1975;
II. 1978.2; 
XIV. 1985.2.
6. Biex wieħed jiġi maħtur nutar jinħtieġ -
(a) li jkun ċittadin ta’ Malta;
(b) li jkun ta’ kondotta u drawwiet tajba;
(ċ) li jkun għamel, kif stabbilit mill-istatut u mir-
regolamenti ta’ l-Università  ta’ Malta, il-kors għad-
diploma ta’ nutar u li jkun għadda mill-eżamijiet
meħtieġa;
(d) li jkun attenda regolarment fl-uffiċċju ta’ nutar fil-
prattika għal żmien ta’ mhux inqas minn sena wara li
tispiċċa l-aħħar sena akkademika tal-kors;
(e) li jkun għamel u għadda minn eżami ta’ kompetenza
wara li jkun issodisfa l-ħtiġiet tal-paragrafu (d).
Bord ta' 
eżaminaturi. 
Emendat: 
A.L. 4 ta' l-1963; 
XXXI.1966.2; 
XXX. 1973.4; 
A.L. 148 ta' l-1975; 
XXXIV.1979.3;
IX. 2000.3.
7. (1) Meta ssir talba għal dan l-eżami ta’ kompetenza, il-
Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili jaħtar Bord ta’
Eżaminaturi magħmul mill-President tal-Qorti ta’ l-Appell jew
wieħed mill-imħallfin, minn wieħed mill-Viżitaturi ta’ l-Atti
Nutarili, mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jew min-Nutar
Prinċipali tal-Gvern jew mill-Arkivist jew mid-Direttur tar-
Reġistru ta’ l-Artijiet, u minn żewġ nutara eżerċenti.
(2) In-nutar li fl-uffiċċju tiegħu il-kandidat ikun issodisfa l-
ħtiġiet ta’ l-artikolu 6(d), u l-qraba, mid-demm jew bi żwieġ, ta’
kandidat fil-linja dritta f’kull grad jew fil-linja kollaterali sat-tielet
grad inklużivament, ma jistgħux joqogħdu fil-Bord.
  6      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Materji ta' l-eżami. 
Emendat: 
XXXI. 1946.2A.
8. (1) L-eżami hu skritt u orali.
(2) L-eżami skritt jikkonsisti fil-kompilazzjoni ta’ att wieħed
jew iżjed minn wieħed fost il-ħajjin, ta’ testment u att ta’
ġurisdizzjoni volontarja, fuq suġġetti mogħtijin mill-Bord, kif ukoll
fil-kompilazzjoni tan-noti u ta’ l-iskrizzjonijiet ta’ dawk l-atti u fl-
applikazzjoni tal-liġi dwar it-taxxa fuq dokumenti.
(3) Il-kandidat ikun jista’ jara liberament it-test tad-diversi
liġijiet li jkollhom x’jaqsmu mas-suġġett.
(4) L-eżami orali jsir fuq is-suġġetti li ġejin, jiġifieri:
(a) dritt ċivil u dritt kummerċjal, speċjalment fuq kuntratti
u testmenti u atti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, kif ukoll
fuq il-forma essenzjali tagħhom:
(b) liġijiet dwar il-professjoni ta’ nutar, ir-Reġistru
Pubbliku u l-Arkivju Nutarili;
(ċ) liġijiet dwar it-taxxi fuq l-operazzionijiet.
(5) Għall-approvazzjoni tal-kandidat hija meħtieġa l-
maġġoranza tal-voti ta’ l-eżaminaturi.
(6) Fil-każ li l-kandidat jeħel mill-eżami, hu ma jistax jagħmel
eżami ieħor qabel ma jgħaddu sitt xhur minn dak inhar li jkun
weħel.
L-ismijiet tal-
kandidati li 
jgħaddu jiġu 
mressqa għall-
ħatra. 
Emendat: 
A.L. 46 ta' l-1965; 
LVIII. 1974.68.
9. Fil-każ li l-kandidat igħaddi mill-eżami, il-Bord ta’ l-
Eżaminaturi jressaq ismu quddiem il-President ta’ Malta sabiex jiġi
maħtur nutar pubbliku.
Titolu II
DWAR L-EŻERĊIZZJU TAL-PROFESSJONI TA’ NUTAR
Ġurament ta’ 
fedeltà  u ta' kariga. 
Emendat: 
XI.1937. 3,4,12; 
A.L. 46 ta' l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
XXXIV.1979.4. 
Kap. 12.
10. In-nutar, qabel ma jibda jeżerċita l-professioni tiegħu,
għandu -
(a) jieħu quddiem il-Qorti ta’ l-Appell il-ġurament ta’
fedeltà  kif miġjub fl-artikolu 10 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, u l-ġurament ta’
kariga bħalma ġej:
" Jien .........................................inwiegħed u naħlef
li nagħmel fedelment u bl-onestà  u r-reqqa kollha d-
dmirijiet ta' nutar mill-aħjar li naf u li nista'. Hekk
Alla jgħini."
(b) jikteb f’reġistru miżmum għaldaqshekk fl-uffiċċju ta’
l-Avukat Ġenerali l-firma tiegħu kif iktar ’il quddiem
ikun se jużaha biex jiffirma l-atti;
(ċ) jirreġistra fl-uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali l-att tal-
ħatra tiegħu u d-data ta’ meta jkun ħa l-ġuramenti
msemmijin fil-paragrafu (a). 
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     7
In-nutar hu 
obbligat jagħti s-
servizz tiegħu. 
Emendat: 
II.1978.3.
11. (1) In-nutar hu obbligat jagħti s-servizz tiegħu kull meta
jiġi hekk mitlub.
Eċċezzjonijiet.
(a) il-partijiet jonqsu milli jiddepożitaw għandu l-ammont
tat-taxxi, drittijiet u spejjeż dwar l-att, jew 
(b) jekk is-servizzi tiegħu jkunu meħtieġa fi btala
pubblika jew bejn id-9.00 p.m. ta’ jum u d-9.00 a.m.
tal-jum ta’ wara.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ma japplikawx fil-
każ ta’ testment u d-disposizzjoni tal-paragrafu (b) ta’ l-istess
subartikolu ma tapplikax fil-każ ta’ testimonjal (protest marittimu)
jew meta s-servizzi tan-nutar ikunu meħtieġa urġentement u ma
jkunux jistgħu jistennew.
Atti li n-nutar ma 
jistax jirċievi. 
Emendat: 
XXIX. 1963.2.
12. In-nutar ma jistax jirċievi atti -
(a) jekk huma ipprojbiti espressament mil-liġi jew huma
bid-dieher kontra l-morali jew l-ordni pubbliku; 
(b) jekk waħda mill-partijiet fl-att hija mart jew żewġ in-
nutar jew hija mħallta man-nutar mid-demm jew bi
żwieġ fil-linja dritta f’kull grad jew fil-linja kollaterali
sat-tielet grad inklużivament;
(ċ) jekk ikun fihom disposizzjonijiet li jinteressaw lin-
nutar riċevitur, lil mart jew żewġ in-nutar jew lil xi
persuna mħallta man-nutar mid-demm jew bi żwieġ
fil-gradi fuq imsemmija ħlief jekk dawk id-
disposizzjonijiet ikunu jinsabu f’testment sigriet mhux
miktub min-nutar jew minn waħda mill-persuni
msemmijin f’dan il-paragrafu, u ikkunsinnat lilu
issiġillat mit-testatur;
Kap. 12.
(d) jekk tidher fih bħala parti persuna li tkun ġiet mill-
awtorità  kompetenti inibita li tikkuntratta u li
tiddisponi minn ħwejjiġha, kemm-il darba dan l-att
ikun jaqa’ taħt l-inibizzjoni nnotifikata lin-nutar skond
l-artikolu 527 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Nutar li jiġi nġurjat 
jew isib reżistenza 
fl-eżerċizzju tad-
dmirijiet tiegħu 
jista' jitlob il-
għajnuna tal-
Pulizija. 
Emendat: 
XI.1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
13. (1) In-nutar li fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu jiġi
inġurjat jew isib reżistenza, għandu jagħmel proċess verbal ta’ dan
il-fatt, isejjaħ għall-anqas tnejn min-nies preżenti biex jiffirmawh,
u jibagħtu bla dewmien lill-Avukat Ġenerali:
Iżda f’każ ta’ urġenza n-nutar jista’ jitlob direttament u fuq
ir-responsabbiltà  tiegħu nnifsu l-protezzjoni tal-Pulizija.
(2) In-nutar jista’ jitlob ukoll il-għajnuna tal-Pulizija kull meta
jiġi msejjaħ biex jagħti s-servizz tiegħu bil-lejl jew f’postijiet jew
għand persuni li biex jersaq lejhom in-nutar ikun jidhirlu li aħjar
ikollu dik il-għajnuna.
  8      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Titolu III
META N-NUTAR JISPIĊĊA MILL-EŻERĊIZZJU 
TAL-PROFESSJONI JEW JIĠI INABILITAT JEW SOSPIŻ
Meta nutar jispiċċa 
mill-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu. 
Emendat: 
XXXVII.1933.2; 
X. 1941.3; 
XII.1962.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXX.1973.5; 
LVIII. 1974.68;
II. 1978.4; 
XIX. 1988.2;
IX. 2000.3. 
14. (1) In-nutar jispiċċa mill-eżerċizzju tal-professjoni -
(a) jekk jaċċetta impieg mal-Gvern, jew jeżerċita
professjoni jew jieħu kariga inkompatibbli ma’ l-
eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar:
Iżda nutar li jaċċetta impieg biex jagħmilha ta’
Nutar Prinċipali tal-Gvern jew Nutar tal-Gvern jew
Nutar Pubbliku fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet jew Nutar
Pubbliku ma’ l-Awtorità  tad-Djar jew Nutar Pubbliku
ma’ l-Uffiċċju Konġunt taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 22 (5) għal żmien mhux maqtugħ ta’ mhux
iżjed minn tliet xhur jista’ jissokta jaħdem ix-xogħol
tiegħu bħala nutar pubbliku;
(b) jekk idum nieqes minn Malta għal żmien kontinwu ta’
mhux anqas minn għaxar snin;
Kap. 9. (ċ) jekk jiġi interdett taħt id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali;
(d) jekk jagħmel rinunzja bil-miktub tal-professjoni tiegħu
lill-President ta’ Malta;
(e) jekk jiġi mneħħi mill-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu
taħt l-artikoli 138 u 139;
(f) jekk jiġi mneħħi mill-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu
mill-President ta’ Malta wara kundanna, b’sentenza ta’
tribunal kompetenti, fuq serq, frodi jew delitt ieħor
kontra l-fiduċja pubblika;
(g) jekk jiġi inabilitat mill-President ta’ Malta bil-parir
tal-Bord maħtur taħt l-artikolu 7, minħabba li jkun
marid, għama, trux jew minħabba xi kawża oħra
permanenti li tagħmlu inkapaċi biex jaqdi d-dmirijiet
tiegħu:
Iżda, meta l-kawża ma tkunx tali li tagħmlu wkoll
inkapaċi li jikkonserva dawn l-atti u jagħti kopji
tagħhom, in-nutar jista’ jiġi inabilitat biss li jirċievi
atti.
Rijabilitazzjoni. (2) Meta r-raġuni li minħabba fiha n-nutar ikun spiċċa mill-
eżerċizzju tal-professjoni tkun temporanja biss, hu jista’, meta r-
raġuni ma tibqax, jiġi rijabilitat mill-President ta’ Malta bil-parir
tal-Bord imsemmi fl-artikolu 7.
In-Nutar Prinċipali 
tal-Gvern, Nutar 
tal-Gvern. eċċ., 
jistgħu jeżerċitaw 
il-professjoni 
tagħhom fl-atti biss 
li fihom il-Gvern 
hu parti.
(3) In-nutar li jaċċetta l-kariga ta’ Nutar Prinċipali tal-Gvern
jew ta’ Nutar tal-Gvern jew ta’ Nutar Pubbliku fid-Dipartiment ta’
l-Artijiet jew ta’ Nutar Pubbliku ma’ l-Awtorità  tad-Djar jew Nutar
Pubbliku ma’ l-Uffiċċju Konġunt ma jispiċċax, fiż-żmien li jdum
f’dik il-kariga, mill-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar, iżda dan
biss għal dak li jirrigwarda r-riċezzjoni u l-konservazzjoni ta’ atti li
fihom ikun parti l-Gvern jew xi enti morali imwaqqaf b’liġi u l-
ħruġ ta’ kopji u estratti ta’ dawn l-atti. 
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     9
Sospensjoni u 
inabilitazzjoni 
temporanja.
15. In-nutar jista’ jiġi sospiż jew inabilitat temporanjament
mill-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu, f’kull wieħed mill-każijiet
imsemmijin fl-artikoli 132, 133 u 135.
Il-fatt li nutar 
jispiċċa mill-
eżerċizzju jew jiġi 
inabilitat jew 
sospiż għandu jiġi 
mxandar fil-
Gazzetta tal-
Gvern. 
Emendat: 
XI.1937.5.
16. Il-fatt li nutar jispiċċa mill-eżerċizzju tal-professjoni
tiegħu jew jiġi inabilitat jew sospiż fil-każijiet imsemmijin mil-liġi,
u r-rijabilitazzjoni fl-eżerċizzju ta’ dik il-professjoni, għandhom
jiġu mxandrin mingħajr dewmien fil-Gazzetta tal-Gvern
b’notifikazzjoni għaldaqshekk.
Titolu IV
DWAR IL-KONSERVAZZJONI TA’ L-ATTI NUTARILI, NUTARA 
DELEGATI U NUTARA TAL-GVERN
Konservaturi ta’ 
atti nutarili.
17. In-nutara li f’idejhom il-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti
Nutarili tafda l-kustodja ta’ l-atti u reġistri ta’ nutara mejta jew ta’
nutara li jkunu ma baqgħux jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fil-
każijiet imsemmija f’dan l-Att, sabiex jieħdu ħsiebhom kif imiss,
iħallu ssir l-ispezzjon u l-qari tagħhom, u sabiex jagħtu kopji u
estratti tagħhom kif jingħad f’dan l-Att, huma l-konservaturi ta’ l-
atti nutarili.
Atti nutarili li 
tagħhom hu 
konservatur ex 
officio l-Arkivist. 
Emendat: 
XII. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI. 1966.2; 
II.1983.2; 
XIX. 1988.3;
IX.2000.3.
18. Il-konservatur ta’ l-Arkivju ta’ Malta u l-konservatur ta’ l-
Arkivju ta’ Għawdex huma, kull wieħed għall-Arkivju tiegħu, il-
konservaturi ex officio ta’ l-atti u reġistri nutarili ta’ dawk in-nutara
li kienu nutara tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex, u ta’ l-atti u reġistri
nutarili li huma ta’ proprjetà  tal-Gvern, b’kull xorta ta’ titolu, kif
ukoll ta’ kull att ieħor li ma jkollux konservatur u li jkun jinsab
iddepożitat fl-Arkivji fuq imsemmija ta’ Malta u ta’ Għawdex:
Iżda -
(a) il-konservatur ex officio ta’ l-atti u reġistri ta’ dawk li
kienu nutara fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikun in-
Nutar Pubbiku fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet jew
wieħed min-Nutara Pubbliċi fid-Dipartiment ta’ l-
Artijiet nominat mill-Ministru responsabbli għall-
affarijiet nutarili, u meta l-kariga ta’ Nutar Pubbliku
fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet tkun vakanti, il-
konservatur ta’ l-Arkivju ta’ Malta jkun ex officio il-
konservatur ta’ l-atti u reġistri ta’ dawk li kienu nutara
fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet; u
(b) il-konservatur ex officio ta’ l-atti u reġistri ta’ dawk li
kienu nutara ma’ l-Awtorità  tad-Djar ikun in-Nutar
Pubbliku ma’ l-Awtorità  tad-Djar, u meta l-kariga ta’
Nutar Pubbliku ma’ l-Awtorità  tad-Djar tkun vakanti,
il-konservatur ta’ l-Arkivji ta’ Malta jkun ex officio il-
konservatur ta’ l-atti u reġistri ta’ dawk li kienu nutara
ma’ l-Awtorità  tad-Djar; u 
(ċ) il-konservatur ex officio ta’ l-atti u reġistri ta’ dawk 1i
kienu nutara ma’ l-Uffiċċju Konġunt ikun in-Nutar
Pubbliku ma’ 1-Uffiċċju Konġunt, u meta l-kariga ta’
Nutar Pubbliku ma’ l-Uffiċċju Konġunt tkun vakanti,
  10      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
il-konservatur ta’ l-Arkivji ta’ Malta jkun ex officio l-
konservatur ta’ l-atti u r-reġistri ta’ dawk li kienu
nutara ma’ 1-Uffiċċju Konġunt.
Konservaturi ta’ 
atti maħturin mill-
Qorti ta’ Reviżjoni. 
Emendat: 
XXXIV. 1979.5.
19. Għal dawk li huma atti u reġistri nutarili oħra ta’ proprjetà
privata, il-Qorti ta’ Reviżjoni taħtar, bħala konservaturi, fuq rikors
tal-pussessuri leġittimi jew ta’ l-Avukat Ġenerali ex officio, dak in-
nutar li jiġi msemmi minn dawk il-pussessuri jew mill-Avukat
Ġenerali u li jkun iddikjara li jaċċetta dik il-ħatra.
Nutara delegati. 20. (1) In-nutara delegati huma dawk li l-qorti fuq imsemmija
taħtar għall-kustodja temporanja ta’ l-atti u reġistri ta’ nutar għaż-
żmien li dan idum nieqes minn Malta, jew ta’ nutar li ma jkunx
jista’ jeżerċita l-professjoni tiegħu minħabba mard, suspensjoni,
inabilitazzjoni jew interdizzjoni temporanja, jew minħabba
impediment temporanju ieħor, u biex jagħtu kopji jew estratti ta’
dawk l-atti jew biss biex jagħtu kopji jew estratti ta’ atti u reġistri
ta’ nutar, fil-każijiet li fihom in-nutar, bla raġuni tajba, ikun
irrifjuta li jagħti dawk il-kopji jew estratti.
(2) Il-qorti tista’, kemm-il darba jkun jidhrilha spedjenti, f’każ
ta’ sospensjoni, inabilitazzjoni jew interdizzjoni temporanja ta’
nutar, tħallilu l-kustodja ta’ l-atti u tar-reġistri u taħtar delegat biex
jagħti kopji u estratti tagħhom.
Il-konservatur jew 
delegat għandu 
jiffirma bħala tali.
21. In-nutar konservatur jew delegat għandu, meta jagħti kopji
jew estratti, jiddikjara l-kwalità  tiegħu bħala tali, billi mal-firma
tiegħu jżid il-kwalifika ta’ nutar konservatur jew delegat, skond il-
każ.
Ħatra u dmirijiet 
tan-Nutara tal-
Gvern, Assistenti 
Nutara tal-Gvern u 
Nutara Pubbliċi 
fid-Dipartiment ta’ 
l-Artijiet. 
Emendat: 
XXXVII.1933.3; 
XI.1937.12; 
X. 1941.4; 
XXXI. 1946.3; 
XXVI. 1949.2. 
Sostitwit: 
XII.1962.5. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI. 1966.2; 
XXX. 1973.6; 
LVIII. 1974.68; 
II.1978.5; 
XIX. 1988.4;
IX.2000.3.
22. (1) Għandu jkun hemm Nutar Prinċipali tal-Gvern u Nutar
tal-Gvern jew tnejn għall-Gżira ta’ Malta u Nutar tal-Gvern għall-
Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna u għandu jkun hemm ukoll Nutar
Pubbliku jew tnejn fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, Nutar Pubbliku
ma’ l-Awtorità  tad-Djar u Nutal Pubbliku ma’ l-Uffiċċju Konġunt.
(2) In-Nutar Prinċipali tal-Gvern, in-Nutara tal-Gvern, in-
Nutara Pubbliċi fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, in-Nutar Pubbliku
ma’ l-Awtorità  tad-Djar u n-Nutar Pubbliku ma’ l-Uffiċċju
Konġunt ikunu maħtura minn fost nutara maħtura mill-President ta’
Malta skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu I tat-Taqsima II ta’ dan
l-Att.
(3) Il-funzjonijiet tan-Nutar Prinċipali tal-Gvern, tan-Nutar tal-
Gvern għall-Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna, ta’ Nutar Pubbliku
fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, in-Nutar Pubbliku ma’ l-Awtorità
tad-Djar u n-Nutar Pubbliku ma’ l-Uffiċċju Konġunt ikunu li
jirċievu dawk l-atti biss li fihom ikun parti l-Gvern jew xi enti
morali imwaqqaf b’liġi, li jkollhom il-kustodja ta’ l-atti
rispettivament riċevuti minnhom u li joħorġu kopji u estratti ta’ jew
minn dawk l-atti matul iż-żmien li jibqgħu fil-kariga tagħhom.
(4) Nutar tal-Gvern għall-Gżira ta’ Malta għandu jeżerċita
dawk id-dmirijiet, setgħat u funzjonijiet li jistgħu jiġu delegati jew
mogħtija lilu minn Nutar Prinċipali tal-Gvern.
(5) Fil-każ ta’ assenza jew impediment ieħor leġittimu tan-
Nutar Prinċipali tal-Gvern jew tan-Nutar tal-Gvern għall-Gżejjer
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     11
ta’ Għawdex u Kemmuna, il-Prim Ministru jista’ jiddelega lin-
Nutar tal-Gvern għall-Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna jew lin-
Nutar Prinċipali tal-Gvern, skond il-każ, jew lil wieħed min-Nutara
tal-Gvern għall-Gżira ta’ Malta, jew jinnomina nutar ieħor, biex
jaqdi d-dmirijiet tan-Nutar Prinċipali tal-Gvern jew tan-Nutar tal-
Gvern għall-Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna, skond kif jeħtieġ il-
każ; u fil-każ ta’ assenza jew impediment ieħor leġittimu ta’ Nutar
Pubbliku fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet jew ta’ Nutar Pubbliku ma’
l-Awtorità  tad-Djar jew Nutar Pubbliku ma’ l-Uffiċċju Konġunt, il-
Prim Ministru jista’ jiddelega wieħed min-Nutara tal-Gvern, jew
jinnomina nutar ieħor, biex jaqdi d-dmirijiet tan-Nutar Pubbliku
fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet jew tan-Nutar Pubbliku ma’ l-
Awtorità  tad-Djar jew tan-Nutar Pubbliku ma’ l-Uffiċċju Konġunt,
skond kif ikun jeħtieġ il-każ.
(6) Il-kariga ta’ Nutar Prinċipali tal-Gvern jew ta’ Nutar tal-
Gvern mhix inkompatibbli mal-kariga ta’ Arkivista u Direttur jew
Assistent Direttur tar-Reġistru Pubbliku jew Direttur jew Assistent
Direttur tar-Reġistru ta’ l-Artijiet.
Salarju tan-Nutar 
Prinċipali tal-
Gvern, eċċ. 
Emendat: 
XXVI.1949.3; 
XII. 1962.6; 
XXX.1973.7; 
II. 1978.6; 
XIX. 1988.5;
IX.2000.3.
23. (1) In-Nutar Prinċipali tal-Gvern, in-Nutara tal-Gvern, n-
Nutara Pubbliċi fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet u n-Nutar Pubbliku
ma’ l-Uffiċċju Konġunt, jirċievu mingħand il-Gvern salarju fiss.
Drittijiet li 
għandhom jitħallsu 
lill-Gvern.
(2) In-Nutar Prinċipali tal-Gvern, in-Nutar tal-Gvern għall-
Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna, n-Nutara Pubbliċi fid-
Dipartiment ta’ l-Artijiet u n-Nutar Pubbliku ma’ l-Uffiċċju
Konġunt idaħħlu għall-Gvern id-drittijiet li għandhom jitħallsu
skond l-artikolu 81.
(3) In-Nutar Pubbliku ma’ l-Awtorità  tad-Djar għandu jirċievi
minn dik l-Awtorità  salarju fiss u għandu jiġbor għan-nom ta’ dik l-
Awtorità  id-drittijiet dovuti skond l-artikolu 81.
Il-paragrafu (b) ta’ 
l-artikolu 12 ma 
jgħoddx għan-
Nutar Prinċipali 
tal-Gvern, eċċ. 
Emendat: 
X. 1941.5; 
XXVI.1949.4; 
XII.1962.7; 
XXX.1973.8; 
XIX.1988.6;
IX.2000.3.
24. Id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 12(b) ma jgħoddux għan-
Nutar Prinċipali tal-Gvern jew għal Nutar tal-Gvern jew Nutar
Pubbliku fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet jew għan-Nutar Pubbliku
ma’ l-Awtorità  tad-Djar jew għan-Nutar Pubbliku ma’ l-Uffiċċju
Konġunt.
  12      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
TAQSIMA III
DWAR L-ATTI NUTARILI
Titolu I
DWAR IL-FORMALITAJIET TA’ L-ATTI NUTARILI
Riċezzjoni u 
kompilazzjoni ta’ 
atti. 
Emendat: 
XXVIII. 1938.2; 
XXXIV. 1979.6.
25. (1) In-nutar ma jista’ jirċievi ebda att nutarili jekk mhux
quddiem il-partijiet.
(2) Il-presenza ta’ żewġ xhieda ma tkunx meħtieġa ħlief fil-
każijiet li ġejjin:
(a) kull meta l-partijiet hekk jitolbu;
(b) kull meta xi waħda mill-partijiet ma tkunx taf jew ma
tkunx tista’ tiffirma isimha;
(ċ) fil-każ ta’ testmenti pubbliċi.
(3) Hu dmir tan-nutar li jiddiriġi l-kompilazzjoni ta’ l-att mill-
bidu sat-tmiem, ukoll fil-każ li jagħtih biex tiktbu persuna ta’
fiduċja tiegħu.
(4) Lin-nutar waħdu jmiss li jara x’inhija l-volontà  tal-partijiet
u li jistaqsi, wara li jkun qralhom u fissrilhom l-att, jekk dan hux
skond il-volontà  tagħhom.
In-nutar għandu 
jiżgura ruħu mill-
identità  tal-
partijiet. 
Sostitwit: 
XXXIV. 1979.7.
26. In-nutar għandu jiżgura ruħu personalment mill-identità
tal-partijiet, jew meta dawk il-partijiet ma jidhrux personalment,
mill-identità  tal-mandatarju tagħhom. Din l-identità  għandha tiġi
żgurata bil-produzzjoni tal-karta ta’ identità  uffiċjali, tal-passaport
jew ta’ xi dokument uffiċjali ieħor, jew meta dokument bħal dan
ma jistax jiġi prodott, bix-xhieda ta’ żewġ fidem facientes
magħrufa personalment min-nutar, u dawn jistgħu wkoll ikunu x-
xhieda ta’ l-att.
Kwalifiki tax-
xhieda u fidem 
facientes. 
Emendat: 
XXIX.1963.3.
Kap. 16.
27. (1) Biex wieħed ikun tajjeb għal xhud jiħtieġ, li għalaq
tmintax-il sena, imwieled jew joqgħod f’Malta u li ma jkollux
interess fl-att.
(2) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 670 tal-Kodiċi
Ċivili, dwar it-testmenti pubbliċi, dawn il-persuni ta’ hawn taħt
mhumiex tajbin bħala xhieda:
(a) il-għomja, it-torox jew il-muti;
(b) il-qraba mid-demm jew bi żwieġ tan-nutar jew tal-
partijiet fil-gradi msemmijin fl-artikolu 12(b);
(ċ) mart jew żewġ in-nutar jew żewg jew mart il-partijiet;
(d) il-persuni li ma jafux jew ma jistgħux jiffirmaw.
(3) Il-fidem facientes għandhom ikollhom l-istess kwalifiki li
jinħtieġu għax-xhieda, iżda mhix skwalifika għalihom il-parentela
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     13
mid-demm jew bi żwieġ imsemmija fis-subartikolu (2) jew li ma
jkunux jafu jew li ma jkunux jistgħu jiffirmaw. 
Forma ta’ l-atti. 
Emendat: 
XI. 1937.6; 
XI.1940.2; 
XII.1955.2; 
XXXlV.1979.8.
28. (1) Kull att nutarili għandu jkun fih -
(a) il-ġurnata, ix-xahar u s-sena, u fil-każ ta’ testment,
ukoll il-ħin, li fihom l-att jiġi iffirmat, miktubin bi
kliem sħiħ min-nutar innifsu;
(b) isem u kunjom in-nutar;
(ċ) (i) l-isem u l-kunjom, l-isem tal-missier, il-post fejn
joqogħdu u l-kondizzjoni jew sengħa ta’ kull
waħda mill-partijiet, tax-xhieda u tal-fidem
facientes, u rigward il-partijiet u l-fidem
facientes, il-post tat-twelid ukoll, u fil-każ ta’ att
li jagħti lok għal inskrizzjoni ta’ privileġġ jew
ipoteka jew li għandu jiġi insinwat, l-isem u l-
kunjom ta’ xbubit l-omm il-persuna jew persuni
li kontra tagħhom jew dwarhom għandha ssir l-
inskrizzjoni jew l-insinwa:
Iżda, meta waħda mill-partijiet fl-att hija
mara, għandu jingħad ukoll jekk hix xebba,
miżżewġa jew armla,
(ii) jekk il-post tat-twelid ta’ xi waħda mill-partijiet
mhux magħruf min-nutar jew jekk xi waħda
mill-partijiet hija mwielda minn missier mhux
magħruf, jew jekk il-kunjom ta’ xbubit l-omm
mhux magħruf min-nutar u dan ma jistax isir
jafu bi stħarriġ xieraq, ikun biżżejjed li fl-att
jingħad dan il-fatt,
(iii) jekk il-partijiet fl-att jew xi waħda jew x’uħud
minnhom ma jidhrux personalment, imma jidhru
bil-mezz ta’ rappreżentant, il-partikolaritajiet
hawn fuq imsemmija għandhom jiġu osservati
mhux biss dwar il-partijiet infishom iżda wkoll
dwar ir-rappreżentanti tagħhom;
(d) in-numru (li jista’ jinkiteb bil-figuri biss) tad-
dokument uffiċjali prodott sabiex tiġi żgurata l-
identità  tal-partijiet jew dikjarazzjoni li n-nutar żgura
ruħu minn dik l-identità  bil-mezz ta’ fidem facientes;
(e) miktubin, għall-anqas għall-ewwel darba, bi kliem
sħiħ, id-dati, is-somom u l-kwantità  tal-ħwejjeġ li
dwarhorn isir l-att;
(f) (i) id-deskrizzjoni preċiża tal-ħaġa li dwarha jsir l-
att b’mod li ma tistax tittieħed b’oħra,
(ii) fil-każ ta’ atti fost il-ħajjin dwar immobbli,
dawn għandhom jiġu mfissrin, jekk bini, bit-
tismija tal-belt jew raħal u tat-triq fejn qegħdin u
tan-numru tagħhom, u, jekk ma jkollhomx
numru, bit-tismija ta’ tlieta, għall-anqas, mill-
irjieħ tagħhom; jekk raba’, bit-tismija tal-post li
fil-limiti tiegħu jkunu qegħdin, bl-isem
  14      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
tagħhom, jekk ikollhom (u jekk jista’ l-isem tad-
distrett), il-kejl tagħhom, u tlieta, għall-anqas,
mill-irjieħ tagħhom, kif ukoll pjanta dettaljata
tal-proprjetà  flimkien ma’ survey sheet uffiċjali
li turi l-qagħda ta’ l-imsemmija proprjetà  b’mod
li tkun stabbilita l-identità  tagħha:
Iżda meta l-istess pjanta li tkun meħtieġa li
tiġi annessa tkun diġa’ annessa ma’ att pubbliku
ieħor, riferenza għalihom tkun biżżejjed;
(g) l-isem tat-titoli u tad-dokumenti li jiġu mdaħħla fl-att.
Kull dokument li ma jkunx imsemmi fl-att jew li ma
jkunx iffirmat, ma jitqiesx bħala biċċa mill-att ħlief sa
fejn il-verità  ta’ dak li jkun miġjub fih tkun tidher
mill-att innifsu:
Kap. 294.
Iżda, kull meta skond l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq Dokumenti* it-taxxa li hija dovuta dwar
att nutarili għandha titħallas fl-Uffiċċju tal-
Kummissarju tat-Taxxi Interni fiż-żmien preskritt bl-
imsemmi artikolu 4, l-irċevuta tat-taxxa imħallsa kif
jistħoqq tkun tista’ titwaħħal mal-kuntratt nutarili
wara li jkun ingħalaq, u l-irċevuta hekk imwaħħla
għandha titqies li tagħmel sehem mill-att għalkemm
tkun iffirmata min-nutar biss u mhux ukoll mill-
partijiet u mix-xhieda fil-kuntratt u mill-fidem
facientes u interpreti, jekk ikun hemm għal dak il-
kuntratt, u għalkemm ma tkunx imsemmija fl-att;
(h) id-dikjarazzjoni li n-nutar fisser regolarment l-att lill-
partijiet qabel il-pubblikazzjoni tiegħu;
(i) id-dikjarazzjoni li l-pubblikazzjoni ta’ l-att saret
quddiem ix-xhieda, meta l-preżenza tax-xhieda hija
meħtieġa mil-liġi. Meta n-nutar ma jkunx jaf jekk ix-
xhieda humiex qraba mid-demm jew bi żwieġ ta’ xi
waħda mill-partijiet fil-gradi ipprojbiti, hu jista’
jiżgura ruħu fuq dan mingħand ix-xhieda infishom, u,
f’dan il-każ, hu għandu jiddikjara li x-xhieda skond ma
jgħidu huma, mhumiex qraba kif jingħad hawn fuq;
(j) l-isem tal-gżira, tal-belt jew raħal u d-dar jew post
ieħor fejn l-att jiġi ippubblikat;
(k) (i) il-firma, fl-aħħar ta’ l-att, fid-dokumenti
mdaħħla ma’ l-att u fil-lista tan-nutar, tal-
partijiet, u, jekk ikun hemm fidem facientes, jew
interpretu jew xhieda, il-firma ta’ dawn il-fidem
facientes, interpreti u xhieda, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu (g),
(ii) in-nutar għandu, minnufih wara l-firma tiegħu,
fl-aħħar ta’ l-att, jiddikjara l-kwalità  tiegħu ta’
nutar pubbliku ta’ Malta bl-Ingliż jew bil-Malti,
sew bil-miktub jew b’timbru b’siġill, u n-nutara
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1993. Ara l-artikolu 69 ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kapitolu 364).
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     15
fis-servizz tal-Gvern għandhom ukoll
jiddikjaraw dik il-kariga,
(iii) meta n-numru tad-dokumenti mdaħħlin fl-att
ikun iżjed minn ħamsa, bla ma titqies għal dan
il-għan xi riċevuta tal-taxxa fuq dokumenti
imħallsa fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi
Interni wara li jkun ingħalaq l-att, in-nutar
għandu jagħmel lista tagħhom separata mill-att li
jgħaqqadha ma’ l-att, u fl-att jagħmel riferenza
espressa għal din il-lista: f’dan il-każ il-lista
għandha tiġi iffirmata fl-istess mod bħall-att, u l-
firma fuq id-dokumenti mdaħħlin fl-att ma tkunx
meħtieġa, 
(iv) il-firma fuq dokumenti li jwettqu kontijiet
imdaħħlin fl-att u li għalihom dawn il-kontijiet
jagħmlu riferenza, lanqas m’hija meħtieġa,
(v) jekk xi waħda mill-partijiet jew xi wieħed mill-
fidem facientes ma jkunux jafu jew ma jkunux
jistgħu jiffirmaw, huma għandhom jiddikjaraw
x’inhu li jkun iżommhom milli jiffirmaw, u n-
nutar għandu jsemmi din id-dikjarazzjoni qabel
ma l-att jiġi iffirmat;
(l) fit-testmenti pubbliċi miktubin f’żewg folji jew iżjed,
il-firma tat-testatur, ta’ l-interpretu, tax-xhieda u tan-
nutar fil-ġenb ta’ kull folja tan-nofs.
"Folja tan-nofs" tfisser kull folja li tagħmel parti mill-
att minbarra dik li jkun fiha l-firem ta’ l-aħħar.
(2) Il-firma tax-xhieda, fil-folji tan-nofs u fid-dokumenti
mdaħħlin fl-att, imsemmija f’dan l-artikolu, mhix meħtieġa jekk il-
partijiet kollha jkunu jistgħu jiffirmaw.
Il-klawsoli bl-
eċċetra huma 
ipprojbiti.
L-Ord. VIII ta’ l-
1859 barra mit-
tieni biċċa ta’ l-
artikolu 2, 
ikkonsolidata. 
Kap. 16.
29. (1) In-nutara ma jistgħux jagħmlu użu minn klawsoli
mqassra magħrufa bħala klawsoli bl-eċċetra, f’ebda kuntratt ta’
bejgħ, tpartit, enfitewsi jew kiri jew f’kuntratti oħra ta’
kostituzzjoni ta’ rahan, privileġġ jew ipoteka ġenerali jew speċjali.
(2) In-nutara lanqas ma jistgħu, f’ebda xorta ta’ kuntratti,
jinqdew bi klawsoli bl-eċċetra bil-ħsieb li jneħħu l-effett ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Taqsima II tat-Tieni
Ktieb tal-Kodiċi Ċivili.
(3) Meta l-partijiet, bil-ħsieb li jbiddlu l-effett tal-liġijiet dwar
il-kuntratti in ġenerali jew dwar il-kuntratti ta’ bejgħ, tpartit,
enfitewsi jew kiri, ikunu jridu jagħmlu pattijiet li dari kienu
jingħaddu li saru bl-użu ta’ klawsola bl-eċċetra, in-nutar jista’
jfisser dawn il-pattijiet jew billi jiktibhom bi kliem sħiħ u mingħajr
taqsir jew billi jikteb kliem ieħor li juri l-intenzjoni tal-partijiet.
(4) Kull klawsola mdaħħla f’kuntratt bi ksur tas-subartikoli (1)
u (2) hija nulla u bla ebda effett.
Kap. 16.
jgħoddux għall-klawsoli li l-użu tagħhom huwa ipprojbit b’din il-
liġi.
  16      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Kif għandhom 
jinkitbu l-atti. 
Emendat: 
XXXIV. 1979.9.
30. (1) L-oriġinali ta’ l-atti nutarili għandhom jinkitbu, jiġu
dattilografati jew stampati b’karattri skuri, li jidhru sewwa, li
jinqraw faċilment u li ma jmorrux, mingħajr ma jitħalla vojt jew
spazji bla ma tinġibed linja fuqhom, mingħajr taqsir ta’ kliem,
korrezzjonijiet, tibdil jew żieda fil-korp ta’ l-att u mingħajr brix.
Kull att oriġinali għandu jkollu żewġ marġini, wieħed fuq
in-naħa tal-lemin u l-ieħor fuq in-naħa tax-xellug. L-
annotazzjonijiet u l-firem kollha rikjesti mil-liġi li jkunu magħmula
fil-marġini għandhom jiġu magħmula fuq dik in-naħa li taħbat in-
naħa ta’ barra.
Kif għandu jsir 
tibdil fl-Att.
(2) Jekk ikun meħtieġ li jitneħħew, jinbidlu jew jiżdiedu kliem
qabel ma’ l-att jiġi ffirmat mill-partijiet, mill-fidem facientes, mill-
interpretu u mix-xhieda, in-nutar għandu jagħmel dik it-tneħħija,
dak it-tibdil jew dik iż-żieda billi jagħmel marka bin-numru fil-post
fejn dik it-tneħħija, dak it-tibdil jew dik iż-żieda tkun se ssir u nota
fl-aħħar ta’ l-att, iżda qabel il-firem ta’ l-aħħar, hekk enumerata li
tkun tikkorrispondi għall-marka relativa; u f’kull każ bħal dan, in-
nutar għandu jħassar il-kliem li għandhom jitneħħew jew jinbidlu,
b’mod li jkunu jistgħu dejjem jinqraw, u n-nota fit-tarf ta’ l-att
għandha ssemmi n-numru tal-kliem hekk imħassra jew, skond il-
każ, li kliem oħra ġew mibdula minflok dawk imħassra, u jniżżel,
sewwa sew wara, il-kliem hekk mibdula.
(3) Fil-każ ta’ żieda biss ta’ kliem, in-nutar għandu jagħmel
marka bin-numru fil-post fejn iż-żieda għandha ssir u nota fl-aħħar
ta’ l-att, iżda qabel il-firem ta’ l-aħħar, enumerata hekk li
jikkorrispondi għall-marka relattiva, u li jkun fiha l-kelmiet "kliem
miżjuda", u jniżżel, sewwa sew wara, il-kliem li għandhom
jiżdiedu.
(4) It-tħassir, iż-żieda jew it-tibdil magħmulin xort’oħra minn
kif jingħad hawn fuq, jitqiesu bħallikieku ma sarux.
Atti ta’ kunsinna 
ta’ testmenti 
sigrieti.
31. (1) L-atti ta’ kunsinna ta’ testmenti sigrieti għandhom
jinkitbu fuq l-istess karta li fuqha jkun miktub it-testment jew fuq
dik li jkun ġewwa fiha.
(2) In-nutar qabel jippreżenta testment sigriet fis-Sekond’Awla
tal-Qorti Ċivili, għandu jagħmel kopja ta’ l-att tal-kunsinna u jerfa’
din il-kopja fil-minutarju ta’ l-atti bħallikieku kienet l-att oriġinali. 
Ftuħ u 
pubblikazzjoni ta’ 
testmenti sigrieti. 
Emendat: 
XI. 1940.3. 
Kap. 12.
32. (1) It-testmenti sigrieti jinfetħu u jiġu ippubblikati bil-
mod li jingħad fl-artikolu 534 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili. In-nutar li jippubblika testment sigriet għandu
jżomm proċess verbal ta’ din il-pubblikazzjoni u għandu jerfa’ u
jirreġistra dan il-proċess verbal bħal fil-każ ta’ att pubbliku.
(2) Il-proċess verbal għandu jkun fih -
(a) l-isem u l-kunjom ta’ l-imħallef jew maġistrat u tar-
reġistratur li quddiemhom it-testment jinfetaħ u jiġi
ippubblikat;
(b) isem u kunjom in-nutar;
(ċ) indikazzjoni tad-digriet tal-qorti li jordna l-
pubblikazzjoni;
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     17
(d) dikjarazzjoni li t-testment ġie miftuħ, moqri u
ippubblikat min-nutar quddiem l-imħallef jew
maġistrat, ir-reġistratur u żewġ xhieda;
(e) l-isem, il-kunjom, l-isem tal-missier, il-kondizzjoni
jew sengħa u l-post tat-twelid u tal-mewt tat-testatur;
(f) dikjarazzjoni tal-fatt li sew l-oriġinal tat-testment
kemm ukoll in-notament tal-preżentata tiegħu fil-qorti,
kif ukoll, jekk ikun hemm, l-att nutarili tal-kunsinna,
ġew imdaħħla fil-proċess verbal.
Protest kambjarju.
att pubbliku u għandu jirriżulta minn att uniku wkoll jekk il-persuni
li kontra tagħhom għandu jsir, flimkien jew waħda wara l-oħra,
ikunu tnejn jew iżjed.
Ilsien li bih 
għandhom jinkitbu 
l-atti. 
Emendat: 
XVII.1929.1; 
XIII. 1933.1; 
XXIV.1935.2; 
XXIV.1936.2; 
XI.1937.7; 
XL. 1965.2.
34. (1) L-atti nutarili (fosthom ukoll l-atti li n-nutara
għandhom is-setgħa li jirċievu, jagħmlu jew joħorgu taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 2(2)(b), (ċ), (d), (e), (f), (g) u (h)
għandhom jinkitbu bil-Malti jew bl-Ingliż kif jitolbu l-partijiet:
Iżda meta l-partijiet kollha jiddikjaraw li mhumiex persuni
li jitkellmu bil-Malti jew persuni li jitkellmu bl-Ingliż, huma
jistgħu jitolbu li jsir użu minn ilsien ieħor li mhux il-Malti jew l-
Ingliż u li jkun magħruf min-nutar u mix-xhieda; f’dawn il-każijiet
in-nutar għandu jagħmel ma’ ġenb l-oriġinali ta’ l-att jew fl-aħħar
tiegħu, traduzzjoni ta’ l-att bil-Malti jew bl-Ingliż, u din it-
traduzzjoni għandha tiġi iffirmata kif jingħad fl-artikolu 28.
(2) In-nutar għandu jwissi l-partijiet bl-importanza tal-verità
tad-dikjarazzjoni hawn fuq imsemmija u għandu jwettaq fl-att illi
huwa għamel dik it-twissija u li sa fejn huwa jaf u jista’ jaħseb dik
id-dikjarazzjoni hija vera.
(3) Kull waħda mill-partijiet f’att li tagħmel dikjarazzjoni
falza, u kull nutar li jirċievi att f’ilsien li mhux il-Malti jew l-
Ingliż, meta jaf jew ikollu raġun jaħseb li waħda mill-partijiet hi
persuna li titkellem bil-Malti jew bl-Ingliż, jeħlu multa ta’ mhux
iżjed minn ħamsin lira, li tiġi mogħtija mill-Qorti ta’ Reviżjoni ta’
l-Atti Nutarili.
(4) Kull nutar li jirċievi att mingħajr ma jsemmi fih dik id-
dikjarazzjoni tal-partijiet jew mingħajr ma jwettaq il-fatt li hu
wissa l-partijiet bl-importanza tal-verità  ta’ dik id-dikjarazzjoni,
isir ħati ta’ reat u jkun suġġett għal multa ta’ mhux iżjed minn
ħames liri li tiġi mogħtija mill-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti
Nutarili.
(5) Meta att nutarili jiġi ordnat b’sentenza jew digriet ta’ qorti,
il-qorti għandha, f’dik is-sentenza jew digriet, issemmi l-ilsien,
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, li bih l-att għandu
jinkiteb min-nutar.
Kap. 189.
(6) F’dan l-artikolu l-kliem "persuna li tilkellem bil-Malti" u
"persuna li tilkellem bl-Ingliż" għandhom l-istess tifsira mogħtija
lilhom bl-artikolu 7 ta’ l-Att dwar Proċeduri Ġudizzjarji (Użu ta’ l-
ilsien Ingliż).
  18      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Ilsien li bih 
għandhom jinkitbu 
ċertifikati, eċċ. 
Miżjud: 
XI. 1937.8.
35. Kull dikjarazzjoni, awtentikazzjoni, ċertifikat, riferenza
jew nota magħmulin min-nutara taħt dan l-Att għandhom ikunu bl-
ilsien Malti, minbarra meta l-att li għalih huma jirreferixxu jkun sar
bl-ilsien Ingliż; f’dan il-każ għandhom isiru bl-ilsien Ingliż. 
Tifsir ta’ att 
nutarili f’ilsien 
ieħor. 
Emendat: 
XVII.1929.2; 
XIII.1933.2; 
XXIV.1935.2.
36. (1) It-tifsir ta’ att f’xi lsien, meta dan it-tifsir hu meħtieġ
biex l-att jifhmuh il-partijiet kollha, għandu jsir min-nutar, jew,
jekk in-nutar ma jkunx jaf l-ilsien li bih jifhmu l-partijiet, minn
interpretu magħżul mill-partijiet.
(2) L-interpretu għandu jkollu l-kwalifiki kollha li huma
meħtieġa għal xhud, iżda ma jistax ikun wieħed mill-fidem
facientes.
(3) L-interpretu għandu jaħlef quddiem in-nutar li jagħmel id-
dmirijiet tiegħu bil-fedeltà  u ta’ dan il-ġurament għandha titniżżel
tifkira fl-att.
Proċedura meta xi 
waħda mill-
partijiet hija truxa. 
Kap. 16.
37. (1) Jekk xi waħda mill-partijiet tkun truxa għal kollox,
hija għandha taqra l-att, u ta’ dan għandha titniżżel tifkira fl-istess
att.
(2) Jekk din il-parti ma tkunx taf taqra, għandu jsir użu minn
interpretu li jiġi maħtur mis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili, jekk
jista’ jkun minn fost il-persuni mdorrijin jikkomunikaw magħha, u
li jkun jaf jiftiehem b’sinjali u b’ġesti. L-interpretu għandu jkun
preżenti fil-pubblikazzjoni ta’ l-att, bla ħsara dwar it-testmenti,
tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 669 tal-Kodiċi Ċivili.
(3) Dan l-interpretu għandu jkollu l-kwalifiki meħtieġa għal
xhud u għandu jaħlef bħal ma jingħad fl-artikolu 36(3).
(4) Dan l-interpretu jista’ jiġi magħżul minn fost il-qraba mid-
demm jew bi żwieġ tat-trux, iżda ma jistax fl-istess ħin jagħmilha
ta’ xhud jew ta’ wieħed mill-fidem facientes.
(5) L-interpretu għandu jiffirma l-att bħal ma jingħad fl-
artikolu 28(1)(k) u (l).
Proċedura meta 
waħda mill-
partijiet hija muta 
jew truxa-u-muta. 
Kap. 16.
38. Bla ħsara ta’ dak li jingħad dwar it-testmenti fl-artikoli 597
u 668 tal-Kodiċi Ċivili, jekk waħda mill-partijiet hija muta jew
truxa-u-muta, barra mir-regola miġjuba fl-aħħar artikolu qabel dan
dwar il-preżenza ta’ l-interpretu, għandhom jitħarsu wkoll ir-regoli
li ġejjin:
(a) il-mutu jew it-trux-u-mutu li jkun jaf jaqra u jikteb
għandu huwa nnifsu jaqra l-att u jikteb fl-aħħar tiegħu,
qabel il-firem, li hu qrah u sabu kif riedu hu skond il-
volontà  tiegħu;
(b) jekk ma jkunx jaf jew ma jkunx jista’ jaqra u jikteb,
ikun jiħtieġ li l-kliem tiegħu bis-sinjali jkun jiftiehem
ukoll minn wieħed mix-xhieda, diversament, li fuq l-
att jidher interpretu ieħor skond ir-regoli miġjubin fl-
artikolu 37(2), (3), (4) u (5).
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     19
L-interpretu 
għandu jkun 
imsemmi fl-att taħt 
piena ta’ l-
annullament ta’ l-
att.
39. (1) Meta fil-pubblikazzjoni jew fil-kompilazzjoni ta’ att
ikun ġie mqabbad interpretu, in-nutar, qabel ma l-att jiġi iffirmat,
għandu jiddikjara li dak l-interpretu ġie magħżul bil-kunsens tal-
partijiet jew, skond il-każ, mis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili, u li
ħalef li jagħmel dmiru fedelment.
(2) Jekk id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (l) ma jiġux
imħarsa, l-att jista’ jiġi annullat fuq talba tal-parti li għaliha kien
meħtieġ l-interpretu.
(3) It-talba hawn fuq imsemmija ma tistax issir iżjed wara
xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-att, jew jekk il-parti fuq
imsemmija tkun tat esekuzzjoni lill-att.
Meta l-att nutarili 
hu null. 
Emendat: 
XXXIV.1979.10.
40. L-att nutarili hu null -
(a) jekk isir min-nutar qabel ma dan ikun għamel dak li hu
meħtieġ skond l-artikolu 10;
(b) jekk jirċevih nutar li ma kienx seta jibqa’ jeżerċita l-
professjoni tiegħu għal xi waħda mir-raġunijiet
imsemmijin fil-liġi u wara li l-fatt ta’ dan l-
impediment ikun ġie mxandar fil-Gazzetta tal-Gvern;
(ċ) jekk jiġi magħmul bi ksur ta’ l-artikolu 12(a), (b), (ċ) u
(d):
Iżda, il-kontravvenzjoni għall-paragrafu (ċ) iġġib
in-nullità  tad-disposizzjonijiet biss imsemmijin f’dak
il-paragrafu;
(d) jekk ma jitħarsux id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 25,
27, 34, 36, 37 u 38 u ta’ l-artikolu 28(1)(k):
Iżda, in-nuqqas tal-firem fid-dokumenti mdaħħlin
fl-att jew fil-lista kif meħtieġ fl-artikolu 28(1)(k), ma
jannullax l-att, iżda dawk id-dokumenti mdaħħla fl-att
li ma jkunux iffirmati ma jitqisux bħala biċċa mill-att
ħlief sa fejn il-verità  ta’ dak li jkun fihom tkun
tirriżulta mill-att innifsu jew mill-lista msemmija fil-
paragrafu (k) fuq imsemmi;
(e) jekk ma jġibx id-data;
(f) jekk l-att ma jkunx inqara lill-partijiet quddiem ix-
xhieda, meta dawn huma meħtieġa mil-liġi;
(g) jekk in-nutar ma jfissirx lill-partijiet dak li jkun fih l-
att.
Pieni lin-nutar għal 
kontravvenzjonijiet
oħra.
41. F’kull każ ieħor mhux imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan
l-att nutarili ma jkunx null, iżda n-nutar li jikser id-
disposizzjonijiet tal-liġi jeħel il-pieni minnha stabbiliti.
Notament fil-ġenb 
ta’ l-oriġinal u tar-
reġistru meta att 
jiġi iddikjarat null.
42. Meta att jiġi iddikjarat null b’sentenza ta’ l-awtorità
ġudizzjarja kompetenti, li għaddiet f’ġudikat, in-nutar li jkun
irċieva l-att għandu, wara li tiġi ikkomunikata lilu mir-Reġistratur
tal-Qorti l-parti dispożittiva tas-sentenza, jagħmel minnufih
notament tagħha fil-ġenb ta’ l-oriġinal ta’ l-att u tar-reġistru
relattiv.
  20      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Meta riċeviment 
ta’ att jitqies li hu 
perfett.
43. Ir-riċeviment ta’ att ma jitqiesx li hu komplut sakemm l-att
ma jiġix ippubblikat u mbagħad iffirmat; f’ħin wieħed, mill-
partijiet, mill-fidem facientes, mill-interpreti, mix-xhieda u min-
nutar, skond il-każ, kif jingħad fl-artikolu 28(1)(k) u (l).
Ma jistax isir tibdil 
f’att wara li jkun 
ġie ippubblikat u 
iffirmat.
44. Ebda tibdil ma jista’ jsir f’att wara li jkun ġie ippubblikat u
iffirmat, kif jingħad fl-aħħar artikolu qabel dan.
Ir-rexxissjoni, it-
tibdil jew it-tħassir 
ta’ att għandu jsir 
b’att ieħor għalih.
45. Ir-rexxissjoni, it-tibdil jew it-tħassir ta’ att isir b’att ieħor
għalih.
Annotazzjonijiet li 
jistgħu jsiru. 
Emendat: 
XXXIV.1979.11.
46. (1) In-nutar ma jista’ fl-ebda żmien jagħmel ebda
annotazzjoni f’att ħlief f’dawk il-każijiet li ssemmi l-liġi.
(2) In-nutar għandu jagħme1 annotazzjonijiet dwar l-
iskrizzjonijiet fir-Reġistru Pubbliku, id-dikjarazzjonijiet ta’
rexxissjoni jew ta’ tħassir ta’ l-att b’att ieħor għalih, id-
dikjarazzjoni ta’ nullità  ta’ att b’sentenza ta’ l-awtorità  ġudizzjarja
kompetenti u kull dikjarazzjoni oħra dwar l-att innifsu u li n-nutar
għandu jagħmel skond il-liġi.
Riferenzi għal atti 
oħra u kif isiru.
47. (1) Jekk in-nutar li jirċievi l-att ta’ rexxissjoni, ta’ tħassir
jew ta’ tibdil ikun dak stess li kien irċieva l-att oriġinarju, hu
għandu fi żmien ħmistax-il ġurnata jagħmel fil-ġenb jew fl-aħħar
ta’ l-att oriġinarju u fir-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru, riferenza
għall-att ta’ rexxissjoni, ta’ tħassir jew ta’ tibdil.
(2) Jekk in-nutar li jirċievi l-att ta’ rexxissjoni, ta’ tħassir jew
ta’ tibdil ma jkunx dak li kien irċieva l-att hekk rexxiss, imbiddel
jew imħassar, hu għandu fi żmien ħmistax-il ġurnata jikkunsinna
lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku nota fil-qosor ta’ l-att ta’
rexxissjoni, ta’ tħassir, jew ta’ tibdil, u d-Direttur għandu, fi żmien
ħmistax-il ġurnata minn dak inhar li jirċievi dik in-nota
jikkunsinnaha lin-nutar li kien irċieva l-att rexxiss, imħassar jew
imbiddel, jew lill-konservatur ta’ dak l-att.
(3) F’kull każ bħal dan in-nutar li kien irċieva l-att originarju
jew, skond il-każ, il-konservatur ta’ dak l-att għandu, fi żmien
ħmistax-il ġurnata jagħmel riferenza għall-att ta’ rexxissjoni, ta’
tħassir jew ta’ tibdil fil-ġenb jew fl-aħħar ta’ l-att oriġinarju u tar-
reġistrazzjoni tiegħu tar-reġistru, wara li jirċievi mingħand id-
Direttur hawn fuq imsemmi l-ħlas tad-dritt biex jagħamel dik ir-
riferenza.
(4) In-nutar li jippreżenta n-nota li jkun fiha fil-qosor l-att ta’
rexxissjoni, ta’ tħassir jew ta’ tibdil għandu flimkien ma’ dik in-
nota jagħti lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku d-dritt li jmiss
jitħallas lin-nutar li għandu jagħmel ir-riferenza hawn fuq
imsemmija, u kopja tan-nota fi ktieb miżmum għaldaqshekk, u fuq
il-kopja hawn fuq imsemmija d-Direttur għandu jagħmel id-data u
l-firma tiegħu bħala prova tal-preżentata.
Irċevuta li għandha 
tingħata lill-
uffiċċju tar-
Reġistru Pubbliku.
48. In-nutar li jirċievi mingħand id-Direttur tar-Reġistru
Pubbliku n-nota fil-qosor u l-ħlas tad-dritt hawn fuq imsemmijin,
għandu jiffirma irċevuta tagħhom fi ktieb li jinżamm għaldaqshekk
fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     21
Riferenza li nutara 
għandhom jagħtu 
jew jinnutaw fuq 
talba tal-partijiet.
49. In-nutara għandhom ukoll, fuq talba tal-partijiet, jagħtu
jew jinnutaw, skond ma jkun il-każ, kull riferenza oħra għal atti li
jkollhom x’jaqsmu ma’ atti li jkunu irċevew qabel.
Atti li tagħhom in-
nutara għandhom 
jagħtu nota lid-
Direttur tar-
Reġistru Pubbliku. 
Emendat: 
XXXIV.1979.12.
50. (1) In-nutara għandhom, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-
data ta’ l-att, jagħtu lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku nota -
(a) ta’ l-atti fost il-ħajjin li jittrasferixxu l-proprjetà  ta’
immobbli jew jeddijiet irjali fuq dik il-proprjetà ;
(b) ta’ l-atti fost il-ħajjin li jikkostitwixxu jew ibiddlu
servitù  predjali jew jedd ta’ użufrutt, ta’ użu jew ta’
abitazzjoni fuq immobbli, jew li fihom rinunzji għal
dawk is-servitujiet jew jeddijiet;
(ċ) ta’ l-atti ta’ enfitewsi jew ta’ sub-enfitewsi jew ta’
tnaqqis jew tal-fidwa taċ-ċnus tagħhom, jew ta’
rinunzja jew rexxissjoni dwar dawk iċ-ċnus;
(d) tat-testmenti pubbliċi u tal-pubblikazzjoni ta’
testmenti sigrieti;
(e) ta’ kitbiet ta’ żwieġ, ta’ kostituzzjoni ta’ dota, tibdil
jew kontro-dikjarazzjoni dwar kitbiet ta’ firda ta’ beni
bejn miżżewġin u ta’ tmiem tal-komuni ta’ l-akkwisti;
(f) ta’ l-atti ta’ kostituzzjoni ta’ renta perpetwa jew
temporanja, bħala piż irjali fuq immobbli;
(g) ta’ l-atti ta’ fundazzjoni ta’ piżijiet, perpetwi jew
temporanji, fuq immobbli;
(h) ta’ l-atti ta’ transazzjoni dwar immobbli jew jeddijiet
irjali fuq immobbli;
(i) ta’ l-atti ta’ qasma ta’ immobbli jew ta’ dikjarazzjoni
dwar il-proprjetà  ta’ immobbli jew jeddijiet fuq
immobbli;
(j) ta’ l-atti ta’ ċessjoni ta’ jeddijiet ereditarji;
(k) ta’ l-atti ta’ rinunzja fil-każ ta’ persuna li tieħu l-voti
reliġjużi.
X’għandu jkun fiha 
n-nota.
(2) In-nota fuq imsemmija għandu jkun fiha d-data u x-xorta
ta’ l-att, l-ismijiet tal-partijiet bil-partikolaritajiet kif jingħad fl-
artikolu 28(1)(ċ), u deskrizzjoni bir-reqqa tal-ħwejjeġ li fuqhom
ikun l-att, kif jingħad fil-paragrafu ta’ l-artikolu 28(1)(f), kif ukoll,
fil-każ ta’ att li fih il-valur jista’ jiġi determinat, l-indikazzjoni ta’
dak il-valur.
(3) Fil-każ ta’ testmenti pubbliċi jew ta’ pubblikazzjoni ta’
testmenti sigrieti, in-nota għandu jkun fiha biss id-data u x-xorta
ta’ l-att u l-isem bil-partikolaritajiet tat-testatur kif jingħad fl-
artikolu 28(1)(ċ).
(4) In-nota fuq imsemmija għandha tkun iffirmata min-nutar li
jkun irċieva l-att jew li jkun il-konservatur tiegħu.
(5) Fuq l-istess folja jistgħu jinkitbu żewg noti jew iżjed.
(6) In-nutar, flimkien man-nota fuq imsemmija, għandu
jippreżenta lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku kopja tagħha fi ktieb
miżmum għal dan l-iskop, u fuqha d-Direttur hawn fuq imsemmi
  22      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
għandu jagħmel il-firma tiegħu bid-data tal-ġurnata bħala prova tal-
preżentata.
Kap. 56. (7) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku
jgħoddu għall-formazzjoni tan-noti fuq imsemmija, kif ukoll tan-
noti ta’ ipoteka u ta’ kull nota oħra li tiġi ippreżentata fir-Reġistru
Pubbliku.
In-nutar għandu 
jagħti nota tat-
trasferimenti ta’ 
stabbli favur 
istituzzjonijiet piji. 
Emendat: 
XI. 1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
51. (1) Kull nutar għandu, fi żmien ħmistax-il ġurnata mir-
riċezzjoni ta’ att fost il-ħajjin jew mill-ftuħ ta’ testment sigriet li
jkun fih trasferiment ta’ beni stabbli favur ta’ knisja jew
istituzzjoni oħra, pija jew reliġjuża, jagħti nota ta’ dak it-
trasferiment lill-Avukat Ġenerali.
(2) L-istess obbligu għandu n-nutar konservatur ta’ kull att
bħal dak fuq imsemmi.
Ipoteki legali li 
għandhom jiġu 
iskritti min-nutara. 
Emendat: 
XVII.1960.2; 
XLVI. 1973.108.
52. (1) Allavolja jkun hemm ftehim kuntrarju, kull nutar
għandu jiskrivi fir-Reġistru Pubbliku, fi żmien xahar mid-data ta’ l-
att kemm-il darba ma jkunux ġa ġew iskritti fuq talba ta’ persuna
oħra -
(a) l-ipoteka legali dwar att ta’ kostituzzjoni ta’ dota;
(b) kull ċessjoni, tnaqqis jew tħassir ta’ ipoteka jew
privileġġ, iżda fil-każ ta’ dejn privileġġjat li ma jkunx
għadu inskritt iż-żmien speċifikat f’dan is-subartikolu
għandu jibda mid-data ta’ l-iskrizzjoni ta’ dan id-dejn;
(2) L-istess obbligu għandu n-nutar konservatur ta’ att bħal
dawk fuq imsemmijin.
(3) In-nutar għandu, flimkien man-nota li permezz tagħha tkun
iskritta ipoteka legali msemmija f’dan l-artikolu jew ċessjoni,
tnaqqis jew tħassir ta’ xi ipoteka jew privileġġ, jippreżenta lid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku estratt tagħha fi ktieb miżmum għal
dan l-iskop, u fuq dan l-estratt, li għandu jkollu d-data ta’ l-att
relattiv, it-titolu ta’ l-iskrizzjoni u l-ammont tad-dejn, jekk ikun
hemm, id-Direttur hawn fuq imsemmi għandu jagħmel il-firma
tiegħu bid-data tal-ġurnata bħala prova tal-preżentata.
Dmirijiet ta’ nutara 
li joqgħodu f’Malta 
li jirċievu ċerti atti 
dwar immobbli 
sitwati f’Għawdex 
jew Kemmuna. 
Miżjud:
II.1983.3. 
Emendat: 
XIX.1988.7.
53. (1) Kull nutar li joqgħod fil-Gżira ta’ Malta li jirċievi xi
att imsemmi fl-artikolu 50 (1)(a), (b), (ċ), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u
(k) dwar immobbli sitwati fil-Gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna
għandu, fi żmien xahar mid-data ta’ l-att, jibgħat kopja awtentika
ta’ dak l-att u tad-dokumenti mehmuża miegħu lill-konservatur ta’
l-Arkivji f’Għawdex.
(2) Il-konservatur ta’ l-Arkivji f’Għawdex għandu jagħti
riċevuta għal dik il-kopja u n-nutar għandu jehmeż dik ir-riċevuta
ma’ l-att oriġinali.
(3) Il-konservatur ta’ l-Arkivji f’Għawdex għandu jżomm il-
kopji riċevuti matul kull sena skond dan l-artikolu f’volum jew
f’volumi illegati, u għandu jinkludi fihom indiċi tal-kopji li juri l-
isem tan-nutar li jirċievi l-att, id-data ta’ l-att u l-partijiet fih.
(4) Il-konservatur ta’ l-Arkivji f’Għawdex għandu jkollu, dwar
il-kopji riċevuti skond dan l-artikolu, id-dmirijiet mogħtija lilu
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     23
dwar l-atti oriġinali.
Dmirijiet ta’ nutara 
li joqgħodu 
f’Għawdex jew 
Kemmuna li 
jirċievu atti dwar 
immobbli sitwati 
f’Malta. 
Miżjud:
II.1983.3. 
Emendat: 
XIX.1988.8.
54. (1) Kull nutar ii joqgħod f’waħda mill-Gżejjer ta’
Għawdex u Kemmuna, li jirċievi xi att imsemmi fl-artikolu
50(1)(a), (b), (ċ), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u (k) dwar immobbli
sitwati fil-Gżira ta’ Malta, għandu, fiż-żmien speċifikat fl-artikolu
53(1) jibgħat lill-konservatur ta’ l-Arkivji f’Malta kopja awtentika
ta’ dak l-att.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 53(2), (3) u (4) għandhom
japplikaw mutatis mutandis għall-kopji msemmija fis-subartikolu
(1). 
Titolu II
DWAR IL-KUSTODJA TA’ L-ATTI U 
TAR-REĠISTRI NUTARILI
Kustodja u 
konservazzjoni ta’ 
atti. 
Emendat: 
XII. 1955.3; 
XXIV. 1979.13.
55. (1) In-nutar għandu bl-akbar kura u diliġenza jerfa’ f’post
fiż-żgur l-atti li jirċievi bid-dokumenti mdaħħlin magħhom
sakemm iqegħdhom fl-Arkivju kif jingħad f’dan l-Att.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), in-nutar għandu jillega
f’volumi, wieħed wara l-ieħor skond id-data tagħhom, l-atti kollha
li jirċievi matul sena, u jqiegħed fil-ġenb ta’ kull att numru
progressiv; kull dokument imdaħħal ma’ l-att għandu jkollu ittra ta’
l-alfabett li biha jingħaraf.
(3) Kull paġna miktuba ta’ l-atti irċevuti matul sena u tad-
dokumenti mdaħħlin magħhom għandha ġġib numru progressiv.
(4) Iżda, it-testmenti pubbliċi u l-atti ta’ kunsinna ta’ testmenti
sigrieti għandhom jiġu illegati f’volumi għalihom, u dawk irċevuti
matul sena għandhom ikollhom ukoll fil-ġenb ta’ kull wieħed
numru progressiv u kull paġna miktuba għandha ġġib ukoll numru
progressiv.
(5) Il-volumi tat-testmenti pubbliċi u l-atti ta’ kunsinna ta’
testmenti sigrieti għandhom jinżammu mifrudin mill-volumi l-oħra
u magħluqa b’muftieħ.
(6) Sew fil-minutarju kemm fir-reġistru għandha titħalla, bejn
it-tmiem ta’ testment jew att ta’ kunsinna u l-bidu ta’ ieħor, folja
vojta mħassra fiż-żewġ faċċati b’żewġ linji msallbin.
(7) Fiż-żewġ każijiet, in-numerazzjoni sew ta’ l-atti kemm tal-
paġni miktuba għandha ssir fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mir-
riċeviment ta’ kull att:
Kap. 294.*
fuq Dokumenti* it-taxxa li hija dovuta dwar att nutarili għandha
titħallas fl-uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni fiż-żmien
preskritt bl-imsemmi artikolu 4, in-numerazzjoni tal-paġni ta’ l-atti
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1993. Ara l-artikolu 69 ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kapitolu 364).
  24      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
kollha li ngħalqu minn dak in-nutar f’dak l-istess jum jew warajh sa
ma tkun tħallset it-taxxa hawn qabel imsemmija, għandha ssir fi
żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta tħallset it-taxxa.
It-titolu ta’ l-att. 56. In-nutar għandu, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mir-
riċeviment ta’ kull att, jikteb fil-ġenb ta’ l-istess att, it-titolu tiegħu.
ll-paġni vojta 
għandhom jiġu 
ingassati.
57. (1) Ma jistgħux jitqattgħu paġni jew bċejjeċ ta’ paġni
mhux miktuba ta’ atti jew ta’ dokumenti mdaħħlin magħhom.
(2) Fuq dawk il-paġni jew bċejjeċ ta’ paġni mhux miktuba li
jkunu jinsabu bejn att u ieħor, in-nutar għandu, fi żmien erbgħa u
għoxrin siegħa mir-riċeviment ta’ l-att, jiġbed żewġ linji msallbin
mat-tul kollu ta’ l-ispazju mhux miktub.
Reġistrazzjoni ta’ 
l-atti. 
Emendat: 
XI.1937.9; 
XXXI.1946.4.
58. In-nutar għandu jirreġistra kull att fi żmien tliet xhur minn
dak inhar li jkun ġie ippublikat: huwa għandu wkoll jirreġistra d-
dokumenti mdaħħlin fl-att saħansitra meta f’dan l-att ma jiġix
iddikjarat li huma mdaħħlin miegħu għall-konservazzjoni biss.
Kif issir ir- 
reġistrazzjoni. 
Emendat: 
XXX.1973.9; 
II.1978.7; 
XXXIV.1979.14; II. 
1983.4.
59. (1) Ir-reġistrazzjoni ssir bit-traskrizzjoni ta’ l-att u tad-
dokumenti mdaħħlin miegħu fuq folji oħra, bin-numru u t-titolu ta’
l-att, u bir-referenzi msemmijin mil-liġi, billi jitqiegħed fejn imissu
l-kliem kollu ta’ l-att mingħajr ma jinkitbu għalihom kull tibdil
magħmul fih u mingħajr ma jinkiteb il-kliem imħassar.
(2) In-nutar għandu jagħmel dikjarazzjoni iffirmata minnu fit-
tarf ta’ kull volum, li jkun qabbel ir-reġistru ma’ l-atti oriġinali
relattivi.
(3) Fir-reġistru ma jista’ jsir ebda brix jew tħassir jew żieda ta’
aktar minn għoxrin kelma f’kull att:
Iżda meta xi kliem jitħassru u jkunu sostitwiti b’xi kelma
waħda jew iktar, għandu jingħad biss in-numru tal-kliem imħassra
jew tal-kliem miżjuda minflokhom, skond liema jkun l-ikbar.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30 dwar kif għandhom
jinkitbu l-atti oriġinali u kif għandu jsir it-tibdil, it-tiżjid jew it-
tħassir, igħoddu wkoll għar-reġistrazzjoni ta’ l-atti: iżda t-tibdil
jew tiżjid magħmulin fl-oriġinal kif jingħad fl-artikolu fuq
imsemmi fir-reġistrazzjoni ta’ l-att għandhom jiġu ikkupjati fejn
imisshom fil-korp ta’ l-att:
Iżda ebda volum wieħed ma għandu jkun parti miktub bl-
idejn u parti dattilografat jew stampat, ħlief li meta xi parti mill-
oriġinal, jew xi dokumenti mdaħħlin fih, ikunu stampati, facsimile
tagħhom jistgħu jintużaw għar-reġistrazzjoni tagħhom:
Iżda wkoll it-tħassir u ż-żidiet imsemmija fis-subartikolu
(3) jistgħu jkunu miktubin bl-idejn minkejja li r-reġistru jkun
dattilografat jew stampat.
It-testmenti 
għandhom jiġu 
irreġistrati 
għalihom.
60. Ir-reġistri tat-testmenti pubbliċi u ta’ l-atti ta’ kunsinna ta’
testmenti sigrieti li n-nutar jirċievi matul sena għandhom jinżammu
mifrudin mir-reġistri ta’ l-atti fost il-ħajjin li jirċievi matul l-istess
sena, u għandhom jiġu illegati f’volumi għalihom.
Numerazzjoni tar-
reġistri.
61. (1) Ir-reġistri fuq imsemmija għandhom jiġu innumerati fi
żmien xahar mill-aħħar ġurnata taż-żmien stabbilit għar-
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     25
reġistrazzjoni.
(2) Din in-numerazzjoni għandha tibda, sew fir-reġistri tat-
testmenti kemm fir-reġistri ta’ l-atti fost il-ħajjin, mill-ewwel
paġna ta’ l-ewwel att rispettiv u tibqa’ tissokta sa l-aħħar paġna ta’
l-aħħar att irċevut matul is-sena.
Kull volum 
m’għandux ikun 
fih iktar minn 750 
paġna. 
Sostitwit: 
II. 1983.5.
62. Ebda volum ta’ l-atti oriġinali jew tar-reġistri ma jista’
jkun fih iktar minn seba’ mija u ħamsin paġna.
Ir-reġstri ta’ 
sentejn jew iżjed 
jistgħu jiġu illegati 
f’volum wieħed.
63. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel
dan, ir-reġistri ta’ sentejn jew iżjed jistgħu jiġu illegati f’volum
wieħed.
Indiċijiet.
wieħed ta’ l-atti fost il-ħajjin u l-ieħor tat-testmenti u ta’ l-atti ta’
kunsinna ta’ testmenti sigrieti.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) tgħodd għall-atti
oriġinali irċevuti matul is-sena kemm ukoll għar-reġistri ta’ dawk l-
atti.
(3) L-indiċijiet hawn fuq imsemmija għandhom isiru fl-ordni
alfabetiku tal-kunjomijiet tal-partijiet, u kull att għandu jitniżżel
taħt il-kunjom ta’ kull waħda mill-partijiet fl-att. Dawn l-indiċijiet
għandu jkun fihom l-isem, u l-kunjom ta’ kull waħda mill-partijiet,
ix-xorta ta’ l-att, in-numru progressiv tiegħu u n-numru ta’ l-ewwel
paġna ta’ l-att innifsu.
(4) Iż-żmien biex isiru dawk l-indiċijiet hu dak stess stabbilit
għar-reġistrazzjoni ta’ l-atti taħt l-artikolu 58.
Konservazzjoni 
tar-reġistri u 
indiċijiet.
65. In-nutar għandu jikkonserva u jżomm fil-kustodja tiegħu r-
reġistri u l-indiċijiet fuq imsemmija, f’ħajtu, bl-istess diliġenza
bħal fil-każ ta’ l-atti oriġinali.
Responsabbiltà  
tan-nutar għat-telf, 
eċċ., ta’ atti, eċċ.
66. In-nutar hu responsabbli għal kull telfien, tħassir, brix jew
ħsara oħra li tiġri bi ħtija tiegħu fl-atti oriġinali, fid-dokumenti
mdaħħlin magħhom, fir-reġistri jew fl-indiċijiet sakemm ikunu taħt
idejh.
Vizjoni ta’ atti fost 
il-ħajjin.
67. L-oriġinali u r-reġistri ta’ l-atti fost il-ħajjin jista’ jarahom
kulħadd.
It-testmenti, eċċ., 
mhumiex 
aċċessibbli. 
Emendat: 
V. 1939.2, 3; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XXXIV.1979.15; II. 
1983.6.
68. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 81(4), it-
testmenti pubbliċi, l-atti ta’ kunsinna ta’ tesmenti sigrieti, u r-
reġistri tagħhom, mhumiex aċċessibbli, f’għomor it-testatur, ħlief
għat-testatur innifsu, jew xi persuna oħra li jkollha mandat speċjali
mingħand it-testatur, liema mandat speċjali għandu jkun
debitament awtentikat, u għandu jinżamm min-nutar f’reġistru għal
dan l-iskop, fejn il-mandat jiġi numerat. Riferenza għan-numru tal-
mandat għandha titniżżel fuq it-testment, l-att jew ir-reġistru.
Regoli għall-
viżjoni ta’ 
testmenti 
unika charta.
(2) (a) Fil-każ ta’ testment pubbliku unica charta, is-
Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili tista’, wara l-mewt ta’
wieħed mit-testaturi, fuq rikors ta’ persuna li skond il-
liġi jkollha xi jedd għall-wirt tat-testatur mejjet, tordna
  26      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
lin-nutar li jippreżenta fil-qorti dikjarazzjoni issiġillata
li jkun fiha d-disposizzjonijiet tat-testatur mejjet.
(b) Ir-rikorrent għandu, wara li d-dikjarazzjoni hawn fuq
imsemmija tiġi ippreżentata, iħallas lin-nutar, għal dik
id-dikjarazzjoni, dak id-dritt li l-qorti tiffissa.
(ċ) Il-qorti tista’, fuq talba tan-nutar, tordna illi r-rikorrent
jagħmel depożitu f’idejn ir-Reġistratur ta’ somma
biżżejjed biex tagħmel tajjeb għall-ħlas tad-dritt tan-
nutar.
(d) Il-qorti tista’ teżamina t-testment unica charta u tagħti
lin-nutar dawk l-ordnijiet li jidhrilha meħtieġa dwar
kif għandha ssir id-dikjarazzjoni.
(e) Il-qorti tiftaħ id-dikjarazzjoni u għandha taċċerta
ruħha li ma jkun fiha ebda riferenza għal xi
disposizzjoni tat-testatur li jkun għadu ħaj, u illi d-
dikjarazzjoni fiha disposizzjonijiet li fihom ir-
rikorrent għandu interess, u wara dan tordna li d-
dikjarazzjoni tiġi ikkunsinnata lir-rikorrent.
(f) Jekk il-qorti ta’ fehma illi r-rikorrent m’għandu ebda
interess fit-testment, hija tordna li d-dikjarazzjoni
hawn fuq imsemmija tiġi mogħtija lura lin-nutar jew li
tiġi distrutta mir-reġistratur.
Kap. 239.
(g) Il-Kummissarju tal-Taxxi Interni għall-finijiet tal-
likwidazzjoni tal-taxxa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni,* jew xi
liġi oħra li tissostitwiha, jista’ jagħmel ir-rikors
imsemmi fil-paragrafu (a) u d-disposizzjonijiet ta’ dan
is-subartikolu jgħoddu, sa fejn jistgħu jgħoddu, għal
dan ir-rikors.
L-oriġinali ma 
jistgħu jingħataw 
lil ebda persuna.
69. (1) In-nutar ma jista’ jagħti lil ebda persuna l-oriġinali ta’
l-atti u lanqas jista’ jiġi mġiegħel jippreżentahom jew
jiddepożitahom, ħlief fil-każijiet u bil-mod li jingħad f’dan l-Att
jew bis-saħħa ta’ digriet ta’ qorti.
Eċċezzjoni. (2) Ebda dokument imdaħħal ma’ att ma jista’ jingħata lura lil
ebda waħda mill-partijiet jew lil interessati oħra ħlief b’ordni
mogħti għaldaqshekk mill-qorti kompetenti; f’dan il-każ, in-nutar
għandu jżomm fost l-atti irċevuta flimkien ma’ kopja awtentika
tad-dokument hekk mogħti lura u kopja ta’ l-ordni li bis-saħħa
tiegħu jiġi mogħti lura dak id-dokument.
X’għandu jsir meta 
nutar imut, jispiċċa 
mill-eżerċizzju tal-
professjoni jew jiġi 
sospiż jew 
jitbiegħed minn 
Malta. 
Emendat: 
XI. 1937.10; 
II.1978.8.
70. (1) Meta nutar imut jew jispiċċa mill-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu jew jiġi sospiż taħt l-artikoli 14 u 15, jew ikun
sejjer jitbiegħed minn Malta, l-atti irċevuti minnu bir-reġistri u l-
indiċijiet tagħhom, għandhom jitqiegħdu fl-Arkivju, kemm-il darba
l-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili ma taħtarx nutar konservatur
jew kustodju ta’ dawk l-atti jew reġistri, fuq talba tal-werrieta tan-
nutar mejjet, jew tal-pussessuri leġittimi tar-reġistri tiegħu jew,
*Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993. Ara l-Att ta’ l-1993 dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti (Kapitolu 364).
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     27
skond il-każ, tan-nutar innifsu li jkun spiċċa mill-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu jew li jkun ġie sospiż jew inabilitat minn dak l-
eżerċizzju jew li jkun sejjer jitbiegħed minn Malta.
(2) Fil-każ li n-nutar jiġi rijabilitat kif jingħad fis-subartikolu
(2) ta’ l-artikolu 14, jew tispiċċa s-sospensjoni li jkun weħel taħt l-
artikolu 15, jew jerġa’ lura f’Malta, in-nutar jista’ jitlob lill-qorti
fuq imsemmija r-radd tar-reġistri u l-indiċijiet hawn fuq
imsemmija.
In-nutar hu s-sid 
ta’ l-atti irċevuti 
minnu. 
Emendat: 
II. 1978.9.
71. (1) Kull nutar hu s-sid tar-reġistri ta’ l-atti li jirċievi u ta’
l-indiċijiet rispettivi tagħhom. Hu jkun responsabbli għall-ħarsien
ta’ l-atti oriġinali riċevuti minnu sakemm dawn jiġu depożitati
skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att.
(2) Hu jista’ jiddisponi mill-imsemmija reġistri u l-indiċijiet
rispettivi tagħhom kollha f’salt favur kull min ikun, b’att pubbliku
jew b’testment.
(3) Dawn l-atti, reġistri u indiċijiet mhumiex suġġetti għall-atti
kawtelatorji jew eżekuttivi, u ma jistgħux jinbiegħu b’irkant bil-
qorti.
Proċedura f’każ ta’ 
trasferiment ta’ atti 
u reġistri. 
Emendat: 
II. 1978.10.
72. (1) In-nutar li jittrassferixxi ir-reġistri tiegħu u l-indiċijiet
rispettivi tagħhom għandu, fi żmien għaxart ijiem, jagħti avviż ta’
dan it-trasferiment lir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Reviżjoni.
(2) F’kull każ bħal dan, in-nutar jibqa’ responsabbli tal-
konservazzjoni ta’ l-atti u tar-reġistri sa dak iż-żmien li, fuq talba
tiegħu jew ta’ l-akkwirent, il-qorti fuq imsemmija taħtar bħala
konservatur lill-akkwirent stess, jekk huwa nutar, jew diversament,
lil nutar ieħor propost mill-akkwirent u aċċettat mill-qorti hawn fuq
imsemmija.
Dmirijiet tal-
konservatur jew 
kustodju.
73. In-nutar maħtur konservatur jew kustodju fil-każijiet
imsemmijin f’dan l-Att, għandu, dwar l-atti jew reġistri mħollijin
taħt il-kustodja tiegħu, l-istess dmirijiet li għandu għall-atti jew
reġistri tiegħu nnifsu.
Titolu III
KOPJI U ESTRATTI
In-nutar biss jista’ 
jħalli l-ispezzjon u 
l-qari ta’ atti u 
jagħti kopji 
tagħhom. 
Emendat: 
XXXVII.1933.4; 
II.1978.11; 
II.1983.7; 
XIX.1988.10.
74. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Taqsima V ta’ dan
l-Att, in-nutar, matul ħajtu u sakemm jibqa’ fl-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu, għandu huwa biss il-jedd li jippermetti l-
ispezzjon u l-qari ta’ l-atti irċevuti minnu jew ta’ l-atti irċevuti
minn nutar ieħor u li tagħhom hu jkun il-konservatur, u li jagħti
kopji u estratti ta’ dawn l-atti.
Dmir tan-nutar li 
jagħti kopji. 
Eċċezzjoni.
(2) In-nutar għandu jagħti kopji jew estratti lil kull min
jitlobhom:
Iżda hu jista’ jirrifjuta li jagħti dawn il-kopji jew estratti,
  28      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
kemm-il darba dak li jitlobhom ma jiddepożitax f’idejh l-ammont
tad-drittijiet u spejjeż tagħhom, jew sakemm ma jkunx sar għal
kollox il-ħlas tad-dritt tiegħu u tad-drittijiet aċċessorji u ta’ l-
ispejjeż.
(3) In-nutar ma jistax jippermetti l-ispezzjon jew il-qari jew
jagħti kopji jew estratti ta’ testmenti, f’għomor il-testatur, ħlief lit-
testatur innifsu jew lil persuna li jkollha mandat speċjali
mingħandu awtentikat regolarment jew lil persuni oħra fil-preżenza
tat-testatur, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 68(2) u ta’
l-artikolu 81(4).
Kap. 16.
(4) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 205 u 207 tal-
Kodiċi Ċivili, in-nutar ma jistax, fuq sempliċi allegazzjoni tal-
mewt tat-testatur, jagħti kopja ta’ testment, jew jikxef dak li jkun
fih jew igħid bl-eżistenza tiegħu lil ebda persuna kemm-il darba din
il-persuna ma ġġibx estratt ta’ l-att tal-mewt tat-testatur liema
estratt għandu jinżamm min-nutar.
(5) Meta joħroġ kopja ta’ testment sew jekk tkun awtentikata
sew jekk le -
(a) in-nutar għandu jiddikjara bil-miktub fit-tarf tagħha:
(i) lil min ikun ħareġ il-kopja; u
(ii) meta l-kopja ma jkunx ħariġha lit-testatur
innifsu, li hu jkun aċċerta ruħu jew li t-testatur
ikun mejjet jew li l-persuna li lilha tingħata l-
kopja tkun awtorizzata kif imiss li tirċeviha;
(b) meta t-testatur ikun għadu ħaj il-persuna li lilha
tingħata l-kopja għandha meta tirċieviha tiffirma dik
il-kopja quddiem in-nutar.
(6) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) u tas-subartikolu
(5)(a) u (b)(ii) ma jgħoddux meta jkunu laħqu għaddew mitt sena
minn meta jkun sar it-testment.
Kif għandhom 
jinkitbu l-kopji u l-
estratti.
75. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30 dwar kif għandu
jinkiteb l-att oriġinali u kif għandu jsir it-tibdil, it-tiżjid jew it-
tħassir, igħoddu wkoll għall-kopji u għall-estratti li jingħataw mill-
atti jew mir-reġistri:
Iżda t-tibdil jew it-tiżjid magħmul fl-att oriġinali jew fir-
reġistru kif jingħad f’dak l-artikolu u fl-artikolu 59 għandu jiġi
kkupjat fejn imissu fil-korp ta’ l-att u mhux b’postilla fil-ġenb.
(2) Il-kopji jistgħu jsiru wkoll bl-istampa jew b’mezzi
mekkaniċi oħra, basta li l-ittri jiġu impressi b’linka li ma titħassarx.
(3) Iżda n-nutar ma jistax joħrog barra mill-uffiċċju tiegħu l-
atti oriġinali jew ir-reġistri lanqas biex isiru kopji tagħhom bil-
mezzi msemmija fis-subartikolu (2).
X’għandu jkun 
fihom il-kopji u l-
estratti.
76. (1) Il-kopja għandu jkun fiha t-traskrizzjoni eżatta ta’ att
bħal ma hu fl-oriġinal.
(2) L-estratt għandu jkun fih it-traskrizzjoni eżatta ta’ parti
waħda jew iżjed ta’ att bħal ma huma fl-oriġinal; għandu dejjem
ikun fih il-bidu u l-tmiem ta’ l-att.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     29
Ħruġ u 
awtentikazzjoni ta’ 
kopji.
77. (1) Il-kopji u l-estratti għandhom fl-aħħar ikollhom id-
data ta’ meta jingħataw u għandhom ikunu awtentikati min-nutar
billi jagħmel il-firma tiegħu u l-kelmiet "jaqbel ma’ l-oriġinal" jew
dikjarazzjoni oħra bħal din.
(2) Jekk il-kopja jew l-estratt ikunu f’iżjed minn folja waħda,
kull folja għandha tkun iffirmata fil-ġenb min-nutar jew l-Arkivist.
(3) Fl-aħħar ta’ kull kopja n-nutar għandu jittraskrivi d-
dokumenti kollha miġjubin ma’ l-att oriġinali, minbarra minn meta
l-persuna li titlob dik il-kopja tirrinunzja għal dik it-traskrizzjoni;
iżda f’dan il-każ in-nutar għandu, fil-kopja, isemmi l-fatt tar-
rinunzja.
(4) In-nutar għandu jittraskrivi fl-aħħar ta’ kull kopja r-
riferenzi għal atti oħra innutati fl-att oriġinali.
Dikjarazzjoni meta 
jsir użu minn 
paleografu, 
fotografu jew perit 
speċjali.
78. Meta, sabiex jiġi interpretat jew ikkupjat att, minħabba l-
qdumija jew in-natura speċjali tiegħu jew l-ilsien li bih ikun
miktub, jew sabiex jiġu ikkupjati impressjonijiet jew disinji, ikun
meħtieġ paleografu, folografu jew espert ieħor, in-nutar jew l-
Arkivist ma jistax jiċċertifika li l-interpretazzjoni jew il-kopja
taqbel ma’ l-oriġinal, iżda biss li ttieħdet minn fuq l-oriġinal li
qiegħed taħt il-kustodja tiegħu jew li jinsab fl-Arkivju.
Titolu IV
ATTI LI JINGĦATAW LILL-PARTIJIET FL-ORIĠINAL, 
AWTENTIKAZZJONI U LEGALIZZAZZJONI TA’ FIREM 
JEW MARKI-SALIB
Atti li jistgħu 
jingħataw fl-
oriġinal.
79. In-nutar jista’ jagħti lill-partijiet fl-oriġinal, minbarra mir-
rikorsi u atti oħra ta’ ġurisdizzjoni volonlarja li jkunu ġew
ippreparati minnu, dawn l-atti li ġejjin biss -
(a) il-verbali,
(b) l-awtentikazzjoni ta’ firem jew marki-salib, u
(ċ) l-atti u ċ-ċertifikati msemmijin fl-artikolu 2(2)(ċ), (d),
(e), (g) u (h).
Awtentikazzjoni 
ta’ firem jew 
marki-salib.
80. (1) L-awtentikazzjoni tal-firem jew marki-salib
magħmulin fl-aħħar ta’ skritturi privati u fil-ġenb tal-folji tagħhom
tan-nofs, għandha tinkiteb taħt dawk il-firem jew marki-salib, u
għandu jkun fiha dikjarazzjoni li dawn ġew magħmulin quddiem
in-nutar u quddiem ix-xhieda u l-fidem facientes, jekk ikun hemm,
bid-data u l-indikazzjoni tal-post:
Iżda, għal dawk li huma firem jew marki-salib fil-ġnub u
fil-folji tan-nofs, il-firma tan-nutar biss, taħthom, hija biżżejjed.
(2) In-nutar ma jweġibx għal dak li jkun fiha null jew irregulari
l-iskrittura li jawtentika, ħlief fil-każ li dik l-iskrittura jkun fiha
disposizzjonijiet kontra l-morali.
  30      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Titolu V
DRITTIJIET, ĦLASIJIET U SPEJJEŻ OĦRA LI JMISSU LIN-NUTAR
Drittijiet li 
għandhom jitħallsu 
lin-nutar.
81. (1) In-nutar għandu jirċievi mingħand il-partijiet għal kull
att, kopja jew estratt, kif ukoll għal kull xogħol ieħor professjonali
skond l-artikolu 2, dritt, b’żieda mal-ħlas ta’ l-ispejjeż u ma’
drittijiet oħra aċċessorji.
(2) Mela l-att hu null bi ħtija tan-nutar, dan ma jkollu jedd għal
ebda dritt u lanqas għal ħlas lura ta’ spejjeż jew għal ħlasijiet oħra.
(3) Id-drittijiet u l-ħlasijiet aċċessorji li għandhom jingħataw
lin-nutar, huma dawk stabbiliti fit-Tariffa dwar il-Professjoni
Nutarili u l-Arkivji Nutarili li hemm fl-Iskeda ma’ dan l-Att.
(4) Dawn id-drittijiet u l-ħlasijiet aċċessorji jiġu intaxxati mill-
qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, li, għat-taxxa ta’ drittijiet ta’
testment, f’għomor it-testatur, tista’ tordna li l-kontenut tat-
testment jiġi eżaminat mid-deputat reġistratur tagħha, wara li
tagħtih il-ġurament li jżomm is-sigriet dwar id-disposizzjonijiet
tat-testment.
Meta f’att ikun 
hemm aktar minn 
konvenzjoni 
waħda.
82. Jekk l-att ikun fih diversi konvenzjonijiet distinti, jitħallas
dritt għal kull konvenzjoni.
L-ispejjeż u 
drittijiet għandhom 
jiġu innotati fuq il-
kopji.
83. In-nutar għandu jagħmel fl-aħħar jew fil-ġenb tal-kopji jew
ta’ l-estratti, nota, iffirmata minnu, ta’ l-ispejjeż, drittijiet u
ħlasijiet oħra tagħhom.
Il-partijiet huma 
obbligati in 
solidum lejn in-
nutar.
84. Il-partijiet huma obbligati in solidum lejn in-nutar sew
għall-ħlas tad-drittijiet u tal-ħlasijiet aċċessorji kemm għar-rimborż
ta’ l-ispejjeż, minbarra meta x-xogħol magħmul min-nutar ikun
biss fl-interess ta’ xi waħda jew xi wħud biss mill-partijiet.
TAQSIMA IV
IL-KORP NUTARILI U L-KUNSILL NUTARILI
Il-Korp Nutarili. 85. Il-Korp Nutarili li għandu bħala skop li jfittex il-ġid u l-
progress tal-professjoni nutarili, huwa magħmul min-nutara kollha
li huma fl-eżerċizzju attwali tal-professjoni tagħhom f’Malta u
Għawdex.
Kunsill Nutarili. 86. (1) Id-direzzjoni u l-amministrazzjoni tal-Korp Nutarili
huma mħollijin f’idejn kumitat imsejjaħ il-Kunsill Nutarili,
magħżul kull sena minn fost il-membri tal-Korp.
(2) L-ismijiet tal-membri li jiffurmaw il-Kunsill Nutarili jiġu
maħruġin fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-Kunsill Nutarili 
jikkomunika mal-
Gvern, u vice-
versa.
87. Il-Kunsill Nutarili jikkomunika mal-Gvern, u l-Gvern mal-
Kunsill, fuq il-ħwejjeġ kollha li jirrigwardaw il-professjoni jew li
għandhom x’jaqsmu magħha.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     31
Dmirijiet tal-
Kunsill Nutarili.
88. Il-Kunsill Nutarili għandu, minrajh jew fuq l-ilment ta’ xi
ħadd, jinvestiga l-kondotta professjonali ta’ nutar li tkun magħduda
mhux xierqa għall-ġieħ tal-professjoni tiegħu, inkella akkużi ta’
nuqqas jew ta’ abbuż magħmulin kontra nutar fl-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu jew fi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-
professjoni, kemm-il darba l-konjizzjoni u l-kundanna ta’ dik il-
kondotta, abbuż jew nuqqas ma jmissux lil xi awtorità  oħra taħt dan
l-Att jew taħt liġi oħra li tkun isseħħ f’dak iż-żmien.
Setgħat tal-Kunsill 
li jwiddeb nutar. 
Emendat: 
XI.1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
89. Jekk wara din l-investigazzjoni, il-Kunsill Nutarili jkun
sodisfatt li nutar sar ħati ta’ kondotta, abbuż jew nuqqas kif
imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan, il-Kunsill jista’ jwiddeb lil
dan in-nutar u jirrapporta l-każ lill-Avukat Ġenerali u lill-Qorti ta’
Reviżjoni.
X’jinħtieġ biex id-
deċiżjoni tal-
Kunsill tkun tiswa. 
Emendat: 
XI.1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
90. Ma tistax issir it-twiddiba u lanqas ma jista’ jiġi irrappurtat
il-każ lill-Avukat Ġenerali u lill-Qorti ta’ Reviżjoni, kif jingħad fl-
aħħar artikolu qabel dan, kemm-il darba ma tiġix mogħtija lin-nutar
interessat l-opportunità  kollha li jiddefendi ruħu, u ebda deċiżjoni
tal-Kunsill Nutarili ma tkun tiswa jekk ma tgħaddix bil-vot ta’ mill-
anqas żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill.
Jedd ta’ appell 
quddiem il-Qorti 
ta’ Reviżjoni.
91. Kull nutar li jiġi ikkundannat taħt l-artikoli 88 u 89 jista’
jappella quddiem il-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili, b’rikors
li għandu jiġi ippreżentat fi żmien ħmistax-il ġurnata min-notifika
tal-piena lilu mogħtija, u din il-qorti tista’ tħassar jew tbiddel il-
piena mogħtija mill-Kunsill Nutarili.
Il-Kunsill Nutarili 
jista’ jagħmel 
regolamenti.
92. Il-Kunsill Nutarili għandu s-setgħa li jagħmel regolamenti
dwar is-setgħat u d-dmirijiet tal-Korp Nutarili u tal-Kunsill Nutarili
dwar is-seduti tal-Korp u tal-Kunsill, dwar il-proċeduri li
għandhom jitħarsu f’dawn is-seduti, u l-ħlas ta’ dritt mill-membri
tal-Korp, kif ukoll kull regolament ieħor li jitqies meħtieġ jew
spedjenti għall-eżistenza tal-Korp u għall-avvanz ta’ l-iskop tiegħu.
Dawn ir-
regolamenti 
għandhom jiġu 
appruvati mill-
Ministru 
responsabbli għall-
affarijiet nutarili. 
Emendat: 
XXV. 1962.4; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI.1966.2;
IX.2000.3.
93. Ir-regolamenti msemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan,
għandhom, qabel ma jibdew iseħħu, jitressqu quddiem il-Ministru
responsabbli għall-affarijiet nutarili u jiġu appruvati minnu.
Il-Ministru 
responsabbli għall-
affarijiet nutarili 
jista’ jħoll il-
Kunsill Nutarili.
Emendat:
IX.2000.3.
94. Kemm-il darba l-Kunsill Nutarili jonqos li jħares l-obbligi
msemmija fl-artikolu 88, il-Ministru responsabbli għall-affarijiet
nutarili għandu l-jedd iħollu u jordna l-elezzjoni ta’ Kunsill ieħor. 
TAQSIMA V
L-ARKIVJI NUTARILI
Arkivji u uffiċjali 
tagħhom.
95. (1) Għandu jkun hemm żewg Arkivji, wieħed f’Malta
għall-konservazzjoni ta’ l-atti li n-nutara jirċievu fiż-żmien li jkunu
  32      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
joqogħdu fil-Gżira ta’ Malta, u Arkivju ieħor f’Għawdex, għall-
konservazzjoni ta’ l-atti li n-nutara jirċievu fiż-żmien li jkunu
joqogħdu fil-Gżira ta’ Għawdex jew Kemmuna.
(2) Kull wieħed minn dawn l-Arkivji għandu konservatur jew
arkivist, li hu wkoll it-teżorier ta’ l-Arkivju, barra dawk l-impjegati
l-oħra li huma meħtieġa għall-bżonnijiet tas-servizz.
Kap. 12.
(3) Qabel ma jidħol fl-eżerċizzju tal-kariga tiegħu, l-arkivist
għandu jieħu quddiem il-Qorti ta’ l-Appell il-ġurament ta’ fedeltà
kif miġjub fl-artikolu 10 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, u l-ġurament ta’ kariga li ġej -
"Jien, ......................................, inwiegħed u naħlef, li nħares
fedelment il-liġijiet kollha ta’ Malta u li nagħmel bil-ħaqq u bl-
onestà  u r-reqqa kollha d-dmirijiet ta’ Konservatur ta’ l-Arkivju
mill-aħjar li naf u li nista’. Hekk Alla jgħini"
Ħatra ta’ l-arkivist. 
Emendat: 
XXXI. 1946.5; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXX. 1973.10; 
II. 1978.12;
IX.2000.3.
96. (1) Il-konservatur jew arkivist jiġi magħżul u maħtur mill-
Prim Ministru.
Fin-nuqqas jew impediment leġittimu ieħor tal-konservatur
jew ta’ l-arkivist, id-dmirijiet tiegħu jiġu moqdija minn dak l-
uffiċjal li jista’ jiġi msemmi mill-Ministru responsabbli għall-
affarijiet nutarili jew skond arranġamenti li jsiru mill-imsemmi
Ministru.
Il-kariga ta’ 
arkivist mhix 
kompatibbli ma 
kariga pubblika 
oħra.
(2) Bla ħsara, għal dak li jirrigwarda l-kariga ta’ Nutar
Prinċipali tal-Gvern, jew ta’ Nutar tal-Gvern, tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 22(3), il-kariga ta’ arkivist u l-impjegati ta’ l-Arkivju
mhumiex kompatibbli ma’ l-eżerċizzju tal-professjoni nutarili jew
ta’ professjoni oħra jew ta’ impieg pubbliku ieħor.
Atti iddepożitati 
għall-
konservazzjoni fl-
Arkivju ta’ Malta. 
Emendat: 
XI. 1937.11; 
II. 1983.8.
97. Fl-Arkivju ta’ Malta jiġu iddepożitati għall-
konservazzjoni-
(a) l-oriġinali kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti minn nutara
mejta li kienu joqogħdu f’Malta, bl-indiċijiet tagħhom;
(b) l-oriġinali kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti minn nutara
li joqogħdu f’Malta u li, għal xi raġuni jew oħra,
m’għadhomx jeżerċitaw il-professjoni ta’ nutar, bl-
indiċijiet tagħhom;
(ċ) l-oriġinali kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti minn nutara
li joqogħdu f’Malta, bl-indiċijiet tagħhom, meta hu
meħtieġ li dawn l-atti u indiċijiet jiġu mqiegħda fl-
Arkivju jew jiġu maqbudin taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att; 
(d) ir-reġistri kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti min-nutara li
joqogħdu f’Malta meta dawn ir-reġistri huma ta’
proprjetà  tal-Gvern, jew huma ta’ privati imma, għal xi
raġuni jew oħra, ma jkollhomx nutar konservatur jew
delegat, jew meta dawn ir-reġistri jiġu maqbudin minn
taħt idejn dawn in-nutara għal raġuni tajba
ikkontemplata f’dan l-Att;
(e) il-kopji depożitati skond l-artikolu 54.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     33
Atti iddepożitati 
għall-
konservazzjoni fl-
Arkivju ta’ 
Għawdex. 
Emendat: 
II.1983.9.
98. Fl-Arkivju ta’ Għawdex jiġu iddepożitati għall-
konservazzjoni -
(a) l-oriġinali kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti minn nutara
mejta li kienu joqogħdu fil-Gżira ta’ Għawdex jew
Kemmuna, bl-indiċijiet tagħhom;
(b) l-oriġinali kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti minn nutara
li joqogħdu f’Għawdex jew Kemmuna u li, għal xi
raġuni jew oħra, m’għadhomx jeżerċitaw il-professjoni
ta’ nutar, bl-indiċijiet tagħhom;
(ċ) l-oriġinali kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti minn nutara
li joqogħdu f’Għawdex jew Kemmuna bl-indiċijiet
tagħhom, meta hu meħtieġ li dawn l-atti u indiċijiet
jiġu mqiegħda fl-Arkivju jew jiġu maqbuda taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(d) ir-reġistri kollha ta’ l-atti nutarili irċevuti minn nutara
li joqogħdu fil-Gżira ta’ Għawdex jew Kemmuna meta
dawn ir-reġistri huma ta’ proprjetà  tal-Gvern, jew
huma ta’ privati imma, għal xi raġuni jew oħra, ma
jkollhomx nutar konservatur jew delegat, jew meta
dawn ir-reġistri jiġu maqbudin minn taħt idejn dawn
in-nutara għal raġuni tajba ikkuntemptata f’dan l-Att;
(e) il-kopji depożitati skond l-artikolu 53.
L-artikoli 68 u 69 
igħoddu għall-atti 
merfugħin fl-
Arkivju.
99. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 68 u 69 igħoddu għall-atti,
reġistri u indiċijiet merfugħin fl-Arkivju.
Dmirijiet u 
responsabbiltà  ta’ 
l-arkivist. 
Emendat: 
XI. 1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
100. L-arkivist huwa r-rappreżentant leġittimu ta’ l-Arkivju;
huwa responsabbli għall-kustodja u konservazzjoni tad-dokumenti
kollha mqegħdin hemm, kif ukoll għad-direzzjoni regulari ta’ l-
Arkivju, u għandu jirrapporta lill-Avukat Ġenerali kull
kontravvenzjoni magħmula minn nutara jew minn persuni oħra bi
ksur tad-disposizzjonijiet dwar l-Arkivju.
L-arkivist għandu 
jiġbor il-ħlasijiet 
tad-drittijiet. 
Emendat: 
XXXI. 1946.6.
101. (1) L-arkivist, bħala teżorier ta’ l-Arkivju, għandu jiġbor
il-ħlasijiet tad-drittijiet u tat-taxxi li jmissu lill-Arkivju skond it-
Tariffa dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili li hemm fl-
lskeda ma’ dan l-Att, imdaħħla f’dan l-Att, u jagħti irċevuta
tagħhom.
(2) Kull nutar jista’, f’għomru, bla ħlas ta’ ebda taxxa, jara l-
atti oriġinali irċevuti minnu u mqegħdin fl-Arkivju, u jagħti kopji u
estratti tagħhom.
(3) L-istess jedd għandhom in-nutara delegati u konservaturi.
L-arkivist għandu 
jippermetti li ssir l-
ispezzjon ta’ l-atti 
merfugħin għandu 
u jagħti kopji 
tagħhom. 
Emendat: 
XXXIV. 1979.16.
102. (1) L-arkivist għandu jippermetti l-ispezzjon u l-qari ta’
l-atti imqegħdin fl-Arkivju, u għandu jagħti l-kopji u l-estratti ta’
dawk l-atti, billi jħares, sa fejn igħoddu, id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 76.
  34      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Reġistri speċjali li 
l-arkivist għandu 
jżomm.
(2) Fl-Arkivju għandu jinżamm reġistru speċjali li fih l-arkivist
iniżżel, ta’ kuljum, nota tal-kopji u l-estratti kollha mogħtijin bi
ħlas skond il-liġi, bl-isem ta’ min ikun talab dawk il-kopji u
estratti.
Dmirijiet ta’ l-
arkivist dwar il-
għoti ta’ kopji u 
estratti.
(3) Fil-kopja jew fl-estratt għandha ssir tismija espressa ta’ l-
annotazzjoni mdaħħla fir-reġistru, u għandu jiġi indikat ukoll in-
numru progressiv mogħti fir-reġistru lill-att li jiġi hekk maħruġ.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 76, 77 u 78 igħoddu għall-
kopji u estratti li jingħataw lill-Arkivju.
Indiċijiet ta’ l-atti 
imqegħdin fl-
Arkivju. 
Emendat: 
XXXI. 1946.7.
103. (1) Kull arkivist għandu jżomm indiċi ġenerali tan-nutara
li l-atti jew reġistri tagħhom ikunu mqegħdin fl-Arkivju.
(2) Dan l-indiċi għandu jinżamm f’ordni alfabetiku tal-
kunjomijiet tan-nutara u għandu jġib rigward kull nutar, ismu u
kunjomu, in-numru tal-volumi ta’ l-atti u tar-reġistri, in-numru tal-
paġni ta’ kull volum, id-data ta’ l-ewwel u ta’ l-aħħar att irċevut
minnu, u sezzjoni u xkaffa fejn ikunu merfugħin l-atti tiegħu.
(3) Jekk biċċa mill-atti jew reġistri ta’ dawn in-nutara jkunu
jinsabu f’Arkivju ieħor, fl-indiċi fuq imsemmi għandha titniżżel
ukoll tagħrifa ta’ dan il-fatt.
L-indiċi jista’ jarah 
kulħadd bla ħlas ta’ 
dritt.
(4) L-indiċi hawn fuq imsemmi jista’ jarah kull min irid bla
ħlas ta’ dritt.
Ġbir ta’ ħlasijiet 
tad-drittijiet mill-
arkivist. 
Sostitwit: 
XXXI.1946.8(2). 
Emendat: 
II. 1978.13; 
XXXIV.1979.18. 
104. (1) Kull meta xi bniedem jara, jaqra jew jieħu xi estratti
minn xi atti nutarili mqegħdin fl-Arkivju, l-arkivist għandu jiġbor
il-ħlasijiet tad-drittijiet li, fuq it-Tariffa dwar il-Professjoni
Nutarili u l-Arkivji Nutarili li hemm fl-Iskeda ma’ dan l-Att,
jistħoqqu lin-nutar li jkun is-sid jew il-konservatur tar-reġistru
relattiv.
(2) L-arkivist għandu jagħti kont tal-ħlasijiet tad-drittijiet
miġburin kif imsemmi hawn qabel u jħallas dawk id-drittijiet lin-
nutara li lilhom imissu, mill-anqas darba fis-sena.
Ma jistgħux 
jinħarġu atti mill-
Arkivji mingħajr 
ordni ta’ qorti.
105. L-atti, reġistri u indiċijiet li jkunu mqegħdin fl-Arkivju ma
jistgħux jinħarġu barra minn hemm mingħajr ordni ta’ qorti tal-
ġustizzja, u meta jingħata dana l-ordni l-arkivist għandu jieħu ħsieb
li dawn l-atti, reġistri jew indiċijiet jerġgħu jitqiegħdu fl-Arkivju
malli ma jkunux iżjed meħtieġa għall-iskop li għalih ikunu ittieħdu
barra mill-Arkivju.
L-atti oriġinali u r-
reġistri tagħhom 
jintrefgħu 
f’postijiet separati.
106. L-atti oriġinali u l-indiċijiet tagħhom għandhom jinżammu
merfugħin f’post separat minn fejn ikunu merfugħin ir-reġistri
tagħhom u, jekk jista’ jkun, f’kamra oħra jew f’sular ieħor, fl-
uffiċċju ta’ l-Arkivju.
Ħinijiet ta’ l-
uffiċċji.
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI.1966.2; 
II. 1983.10;
IX.2000.3.
107. (1) L-Arkivji jinżammu miftuħa fil-ġranet u fil-ħinijiet
kif jiġi ordnat mill-Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili.
(2) Kemm-il darba l-egħmil ma jikkostitwix reat iktar gravi
taħt xi liġi oħra, kull persuna li tidħol jew li tibqa’ fl-Arkivji barra
dawk il-ġranet u ħinijiet mingħajr il-permess ta’ l-arkivist jew tal-
Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili, tkun ħatja ta’ reat u teħel
meta tinsab ħatja l-piena stabbilita għal kontravvenzjonijiet.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     35
Persuni li jidħlu fl-
Arkivji għandhom 
jobdu l-ordnijiet ta’ 
l-arkivist. 
Sostitwit: 
II. 1983.11.
108. (1) L-arkivist jista’ jagħti direttivi biex jinżamm l-ordni
fil-lokal taħt il-kontroll tiegħu u biex ikun hemm sigurtà  u ħarsien
mill-periklu f’dak il-bini.
(2) Kull persuna li ma tobdix xi direttivi mogħtija skond is-
subartikolu (1) tkun, sakemm l-egħmil ma jikkostitwixxix reat iktar
gravi, ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, il-piena stabbilita
għal kontravvenzjonijiet.
Spejjeż meħtieġa 
għall-
konservazzjoni ta’ 
l-atti. 
Emendat: 
II. 1978.14.
109. L-arkivist għandu jgħarraf lill-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti
Nutarili b’kull spiża li tkun tinħtieġ biex jinżammu u jintrefgħu
tajjeb l-atti u reġistri mqegħdin fl-Arkivju; u, meta s-sid ta’ dawk
ir-reġistri jkun magħruf, il-qorti fuq imsemmija, tista’, fuq talba ta’
l-arkivist, b’ċitazzjoni, tikkundanna lil dan is-sid iħallas is-somma
meħtieġa.
TAQSIMA VI
DWAR IS-SORVELJANZA FUQ IN-NUTARA, L-ARKIVJI U R-
REĠISTRU PUBBLIKU, DWAR IL-QORTI TA’ REVIŻJONI TA’ L-
ATTI NUTARILI U DWAR IL-PIENI DIXXIPLINARI
Titolu I
DWAR IS-SORVELJANZA FUQ IN-NUTARA, L-ARKIVJI U R-
REĠISTRU PUBBLIKU, DWAR IL-QORTI TA’ REVIŻJONI TA’ L-
ATTI NUTARILI
Qorti ta’ Reviżjoni 
ta’ l-Atti Nutarili. 
Sostitwit: 
VIII. 1958.2. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 148 ta’l-1975; 
XXXIV. 1979.19;
IX.2000.3.;
VI. 2001.6.
110. (1) Is-sorveljanza fuq in-Nutara kollha, l-Arkivji Nutarili
u r-Reġistru Pubbliku hi mogħtija f’idejn qorti speċjali msejħa l-
"Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili".
(2) Il-qorti tkun magħmula minn dawk il-membri, msejħa
Viżitaturi, li l-Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili jista’
jaħtar, għal dak il-perijodu li jiġi speċifikat fil-ħatra tagħhom. Il-
Viżitaturi jkunu maħtura minn fost l-imħallfin irtirati tal-qrati
superjuri, maġistrati rtirati, u minn fost avukati u nutara pubbliċi li
jkunu eżerċitaw il-professjoni tagħhom għal mhux anqas minn
seba’ snin:
Iżda nutar pubbliku ma jistax jiġi maħtur Viżitatur sakemm
dana ma jkunx għamel rinunzja tal-professjoni tiegħu kif provdut
fl-artikolu 14 (d).
(3) Il-qorti għandha f’kull żmien tkun kostitwita kif imiss meta
tliet Viżitaturi jew iżjed, li mill-anqas wieħed minnhom ikun
imħallef irtirat jew maġistrat irtirat u li għandu jippresjedi, ikunu
qed jiltaqgħu flimkien.
(4) Il-Viżitaturi jistgħu jipproċedu separatament għall-
ispezzjonijiet u għall-applikazzjonijiet tal-piena dixxiplinarja tat-
twiddiba u ċanfira jew ta’ l-ammenda.
  36      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
(5) Nutara għandhom iħallsu għal dik is-sorveljanza u dawk l-
ispezzjonijiet, dawk id-drittijiet li jistgħu jkunu fl-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Att. Dawk id-drittijiet għandhom jilħallsu lir-Reġistratur
tal-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili.
Id-deċizjonijiet 
għandhom jiġu 
innotifikati lill-
Avukat Ġenerali u 
lill-arkivist jew 
nutar ieħor li jkollu 
interess. 
Emendat: 
XI. 1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
111. Ir-Reġistratur għandu, fi żmien xahar mid-data ta’ kull
deċiżjoni, digriet jew ordni mogħtijin mill-qorti hawn fuq
imsemmija u ta’ kull applikazzjoni ta’ pieni dixxiplinari, jieħu
ħsieb jinnotifika b’kopja ta’ dik id-deċiżjoni, digriet jew ordni jew
b’avviż ta’ dik l-applikazzjoni lill-Avukat Ġenerali u lill-arkivist
jew nutar ieħor li jkollu interess, ukoll jekk dik id-deċiżjoni,
digriet, ordni jew piena jkunu ġew mogħtija fil-preżenza tagħhom.
Jedd ta’ appell. 
Emendat:
XI. 1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68;
VI. 2001.6.
112. F’kull każ, l-Avukat Ġenerali jista’, fi żmien tletin ġurnata
min-notifika tal-kopja jew avviż imsemmijin fl-aħħar artikolu
qabel dan, b’rikors quddiem il-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza
Inferjuri), jappella minn deċiżjonijiet, digrieti jew ordnijiet kif
ukoll minn kundanni għal pieni dixxiplinari, mogħtijin mill-qorti
kolleġjali hawn fuq imsemmija jew minn wieħed mill-Viżitaturi
waħdu. L-istess jedd ta’ appell għandu n-nutar jew l-arkivist li
għalih tkun tirriferixxi dik id-deċiżjoni jew dak id-digriet jew
ordni.
Proċeduri u 
drittijiet.
Miżjud:
VI. 2001.6.
Kap.12. 
112A.(1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
jitħallsu fir-reġistru tal-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri)
għall-preżentata ta’ atti bil-miktub taħt l-artikolu 11:
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk stabbiliti mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli li
jirregolaw rikorsi taħt l-artikolu 112.
Proċedura. 
Emendat: 
VIII.1990.3.
113. (1) Il-proċediment mill-qorti hawn fuq imsemmija jsir
bil-magħluq.
(2) Din il-qorti, għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, għall-
esekuzzjoni ta’ l-ordnijiet tagħha taħt dan l-Att, u għall-
manteniment tal-qima li lilha tmiss u tal-bon-ordni fis-seduti,
għandha l-istess setgħat mogħtijin mil-liġi lill-Qorti tal-Maġistrati,
u, barra dan, id-disposizzjonijiet tal-liġi dwar in-notifiki tat-
taħrikiet u dwar it-tmexxija tal-proċedimenti l-oħra kollha fil-Qorti
tal-Maġistrati, igħoddu għan-notifiki ta’ ċitazzjonjiet u ta’ kull
proċediment ieħor tal-Qorti ta’ Reviżjoni hawn fuq imsemmija.
(3) Iżda, fil-każijiet ta’ sospensjoni jew ta’ interdizzjoni, il-
qorti hawn fuq imsemmija tista’ tordna li l-proċediment isir bil-
miftuħ. 
Reġistratur tal-
qorti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
VIII. 1990.3.
114. Sew f’Malta kemm f’Għawdex ir-Reġistratur tal-Qorti tal-
Maġistrati, jew uffiċjal ieħor maħtur mill-Prim Ministru,
jiffunzjona ta’ Reġistratur tal-Qorti ta’ Reviżjoni fuq imsemmija u
joqgħod fis-seduti tagħha.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     37
Spezzjonijiet bla 
ma jingħata avviż 
qabel. 
Sostitwit: 
XXXI. 1946.9. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
XI.1977.2.
115. (1) Il-qorti, kull meta jidhrilha meħtieġ, tista’, u, fuq
talba ta’ l-Avukat Ġenerali, għandha bla ma tagħti ebda avviż minn
qabel, iżżur u tispezzjona l-Arkivji, ir-Reġistru Pubbliku, u l-
uffiċċji tan-nutara.
(2) Meta jagħmel it-talba msemmija fis-subartikolu (1), l-
Avukat Ġenerali jista’ -
(a) isemmi l-jum u l-ħin jew it-tul ta’ żmien li fihom jew
meta jew minn x’ħin jew minn meta ż-żjajjar u l-
ispezzjonijiet għandhom isiru;
(b) isemmi l-atti, reġistri w indiċijiet partikolari li
għandhom ikunu spezzjonati.
Kap. 294.
(3) Fil-każ ta’ żjajjar u spezzjonijiet imsemmijin f’dan l-
artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 111, 112, 116, 118, 119,
124 u ta’ l-artikolu 117(2) u disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19 ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti* jkunu jgħoddu.
Spezzjonijiet fl-
Arkivju Nutarili. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXI.1966.2; 
XI. 1977.2;
IX.2000.3.
116. (1) L-ispezzjonijiet fl-Arkivju Nutarili għandhom isiru
mill-qorti hawn fuq imsemmija b’mod li kull sena tkun saret
spezzjon ġenerali ta’ l-Arkivju.
(2) Matul dawn l-ispezzjonijiet il-qorti fuq imsemmija għandha
tara sewwa jekk is-servizz hux miexi skond il-liġi, jekk kull wieħed
mill-impjegati għandux il-kwalitajiet meħtieġa għall-kariga tiegħu,
jekk dawn l-impjegati jattendux għad-dmirijiet tagħhom bir-
regolarità  u diliġenza li jmiss, u speċjalment -
(a) jekk is-servizz tal-viżjoni ta’ l-atti u tal-ħruġ tal-kopji
u estratti hux isir kif għandu jkun skond ir-
regolamenti;
(b) jekk ir-reġistri u l-indiċijiet humiex miżmuma
regolarment skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
102 u 103;
(ċ) jekk il-lokal hux tajjeb għall-iskop li għalih hu maħsub
u jekk hux miżmum bil-kawtieli li jmiss.
(3) Il-qorti, meta meħtieġ, għandha tissottometti lill-Ministru
responsabbli għall-affarijiet nutarili il-provvedimenti li jidhrilha li
għandhom jittieħdu sabiex jiġu mneħħija u evitati d-difetti.
L-ispezzjon 
ġenerali ta’ l-atti 
għandha ssir 
darbtejn kull sena.
117. (1) L-ispezzjon ġenerali ta’ l-atti, reġistri u indiċijiet ta’
kull nutar għandha ssir darbtejn kull sena: l-ewwel spezzjon tibda
fl-ewwel ta’ Mejju u t-tieni fl-ewwel ta’ Novembru ta’ kull sena.
(2) F’din 1-ispezzjon għandu jiġi b’mod speċjali aċċertat jekk
ikunux ġew imħarsa d-disposizzjonijiet tal-liġi fil-formazzjoni u
fil-konservazzjoni ta’ l-atti, tar-reġistri u ta’ l-indiċijiet u fil-ħlas
tat-taxxa fuq dokumenti.
(3) L-atti oriġinali, flimkien ma’ l-indiċijiet tagħhom,
għandhom, meta tispiċċa din l-ispezzjon, jitqiegħdu fl-Arkivju bil-
mezz tar-Reġistratur.
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1993. Ara l-artikolu 69 ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kapitolu 364).
  38      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
Verbal ta’ kull 
spezzjon. 
Emendat: 
XI.1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
118. (1) Il-qorti fuq imsemmija għandha tagħmel f’żewġ kopji
proċess verbal speċjali ta’ kull spezzjon, kopja waħda għandha
tinżamm fost l-atti ta’ l-istess qorti u l-oħra għandha tiġi mibgħuta
lill-Avukat Ġenerali.
(2) Dan il-proċess verbal għandu jiġi iffirmat ukoll mill-
arkivist jew min-nutar, skond il-każ.
(3) Jekk l-arkivist jew in-nutar jirrifjuta li jiffirma, dan ir-rifjut
u r-raġuni tiegħu għandhom jiġu msemmija fil-proċess verbal. 
Il-Viżitatur għandu 
jiffirma kull volum 
spezzjonat minnu.
119. Kull volum ta’ atti oriġinali, reġistri u indiċijiet u kull
ktieb u reġistru li n-nutara u l-arkivist huma obbligati jżommu,
għandu jiġi iffirmat mill-Viżitatur li jispezzjonah skond dan l-Att.
Proċeduri biex in-
nutara jiġu msejħa 
għall-ispezzjon ta’ 
l-atti.
120. (1) In-nutara jiġu msejħin għal din l-ispezzjon b’taħrika
formali maħruġa mir-reġistratur fl-isem tal-qorti fuq imsemmija, li
għandha tiġi innotifikata mill-anqas ħmistax-il ġurnata qabel il-
ġurnata stabbilita għall-ispezzjon u fiha għandu jkun hemm
imsemmija l-atti, ir-reġistri u l-indiċijiet li n-nutar għandu jesibixxi
u l-ġurnata u l-ħin li fihom għandu jidher.
(2) Ebda avviż ma jingħata minn qabel għall-ispezzjonijiet ta’
l-Arkivju u tar-Reġistru Pubbliku.
In-nutar għandu 
jidher u jesebixxi l-
atti. 
Sostitwit: 
II. 1983.12.
121. (1) In-nutar imħarrek kif jingħad hawn fuq għandu jidher
jew personalment jew bil-mezz ta’ mandatarju speċjali, u
jipproduċi lir-Reġistratur tal-Qorti l-atti, ir-reġistri u l-indiċijiet
speċifikati fit-taħrika; u kif issir dik il-produzzjoni l-qorti tgħaddi
għall-verifika tagħhom.
(2) Flimkien ma’ l-atti, reġistri u indiċijiet, in-nutar jew il-
mandatarju tiegħu għandu jipproduċi t-taħrika relativa lir-
Reġistratur tal-Qorti li għandu jirreġistra fuqha l-volumi prodotti
skond dik it-taħrika. Dik it-taħrika għandha tinżamm min-nutar jew
mill-mandatarju tiegħu.
Il-qorti tista’ 
tordna li jinġiebu l-
atti ta’ kull epoka.
122. Il-qorti tista’, għal raġuni tajba, tordna lin-nutar jew lill-
arkivist biex iġib l-atti, reġistri, kotba u indiċijiet ta’ kull epoka li
tkun.
Il-qorti tista’ 
toħroġ mandat ta’ 
akkumpanjament 
jew ta’ qbid.
123. Jekk persuna mħarrka, kif jingħad fl-aħħar żewġ artikoli
qabel dan, tonqos li tidher, il-qorti tista’ toħroġ mandat ta’
akkumpanjament kontra dik il-persuna u tordna l-qbid ta’ l-atti,
reġistri, kotba u indiċijiet imsemmijin fit-tahrika.
Dmirijiet tal-qorti. 124. (1) Il-qorti teżamina jekk in-nutar, l-arkivist u d-Direttur
tar-Reġistru Pubbliku għamlux id-dmirijiet li għandhom taħt dan l-
Att u taħt liġijiet oħra, u, f’każ ta’ kontravvenzjoni, tista’ tagħti l-
piena u kull provvediment ieħor li jidhrilha meħtieġ skond il-liġi.
(2) Meta l-kontravvenzjoni tikkonsisti f’xi nuqqas mill-parti
tan-nutar jew ta’ l-arkivist, il-qorti tordna lil dan in-nutar jew lill-
arkivist jagħmel dak li jkun naqas li jagħmel, fiż-żmien li jidhrilha
xieraq, u tinkariga lir-reġistratur li jivverifika jekk dak l-ordni ġiex
esegwit sewwa. Fin-nuqqas ta’ l-esekuzzjoni ta’ dan l-ordni n-nutar
jew l-arkivist jista’ jeħel il-piena tas-suspensjoni mill-kariga tiegħu
għaż-żmien li fih l-ordni ma jiġix esegwit.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     39
Il-kwerela għal 
kull 
kontravvenzjoni 
tista’ ssir minn kull 
persuna. 
Proċedura. 
Emendat: 
XI.1937.12; 
A.L. 46 ta’l-1965; 
LVIII. 1974.68.
125. (1) Il-kwerela dwar kontravvenzjonijiet li n-nutara jew l-
arkivist jagħmlu kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew dwar
il-ksur tad-dmirijiet tagħhom, jew dwar abbużi, nuqqas jew
irregularitajiet oħra, tista’, f’kull żmien, tinġieb quddiem il-qorti
fuq imsemmija mill-Avukat Ġenerali jew minn kull persuna oħra,
b’rikors.
(2) Il-qorti, wara li bi proċedura fil-qosor u b’dawk il-provi li
jidhrilha meħtieġa, taċċerta l-fatti miġjubin fil-kwerela, tordna li r-
rikors jiġi innotifikat lill-Avukat Ġenerali.
(3) Jekk il-kontravvenzjonijiet, l-abbużi jew in-nuqqas
imputati lin-nutar jew lill-arkivist jistgħu jaqgħu taħt pieni akbar
minn dawk tat-twiddiba u ċ-ċanfira, il-qorti tiddeċidi jekk hemmx
raġunijiet biżżejjed jew le biex tgħaddi ’l quddiem. Fl-ewwel każ,
il-qorti, wara li bi proċedura fil-qosor u b’dawk il-provi li jidhrilha
meħtieġa, taċċerta l-fatti miġjubin fil-kwerela, tordna n-notifika ta’
dak ir-rikors lill-persuna interessata, u tagħtiha ħmistax-il ġurnata
żmien sabiex tippreżenta r-raġunijiet tagħha b’nota, u jekk din il-
persuna ma tippreżentax din in-nota, jew jekk il-qorti jidhrilha li
mhumiex biżżejjed ir-raġunijiet miġjubin fiha, il-qorti tħarrek lill-
persuna interessata biex tidher quddiemha fil-lok, fil-jum u fil-ħin
imsemmijin fit-taħrika u tagħti avviż ta’ dan lill-Avukat Ġenerali.
L-imħarrek jista’ jidher personalment jew bil-mezz ta’ mandatarju
speċjali u jista’ jkun assistit minn avukat u jippreżenta noti b’difiża
tiegħu.
(4) Il-qorti wara li tisma’ l-imħarrek kif jingħad hawn fuq jew
il-mandatarju tiegħu u lill-Avukat Ġenerali, kemm-il darba jidhru,
tiddeċidi fuq il-każ.
Qbid ta’ atti u 
tqegħid tagħhom 
fl-Arkivju f’każ ta’ 
mewt, eċċ., ta’ 
nutar.
126. (1) Fil-każ ta’ mewt ta’ nutar, jew, ta’ nuqqas ta’ ħatra ta’
konservatur meta nutar jitbiegħed minn Malta jew jispiċċa, jiġi
sospiż jew inabilitat mill-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu f’xi
wieħed mill-każijiet imsemmijin f’dan l-Att, il-Qorti ta’ Reviżjoni
tordna li l-atti, ir-reġistri u l-indiċijiet 1i jkunu jinsabu fl-assi tan-
nutar li jkun miet jew fil-pussess tan-nutar li jkun siefer, jew li jkun
spiċċa jew li jkun ġie sospiż jew inabililat li jeżerċita l-professjoni
tiegħu kif jingħad hawn fuq, ukoll jekk dawn l-atti, reġistri u
indiċijiet kienu jew ikunu jinsabu għandu bħala konservatur
tagħhom, jiġu maqbuda u mqegħdin fl-Arkivju kif jingħad fl-
artikolu 70.
(2) Għall-esekuzzjoni ta’ dan il-qbid, il-qorti tista’ tordna l-
perkwiżizzjoni f’kull lok fejn ikollha raġun taħseb li jinsabu l-atti,
reġistri u indiċijiet hawn fuq imsemmija.
(3) Din il-qorti għandha wkoll is-setgħat imsemmijin fis-
subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu kull meta jkollha raġun
biżżejjed li taħseb illi nutar, minħabba mard tal-moħħ jew mard
ieħor, mhux tajjeb biex jeżerċita l-professjoni tiegħu, għalkemm
dak in-nutar ikun għad ma ġiex inabilitat skond l-artikolu 14(1)(g).
(4) Fil-każijiet ikkontemplati f’dan l-artikolu, il-qorti
tipproċiedi ex officio, fuq informazzjonijiet li jiġu mogħtija lilha
minn kull persuna li tkun, wara li, bi proċedura fil-qosor u bla
dewmien, taċċerta l-verità  tal-fatti li ġew miġjuba quddiemha, u
  40      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
tista’ għaldaqshekk issejjaħ u tisma’ xhieda taħt ġurament.
Kull min ikollu 
f’idejh atti ta’ nutar 
mejjet, eċċ., 
għandu jagħti 
avviż ta’ dan lir-
reġistratur. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
127. Kull min ikollu f’idejh atti jew reġistri ta’ nutara mejta,
imsifrin, jew li jkunu spiċċaw li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom,
inkella jkun jaf li atti jew reġistri minn dawk jinsabu għand
ħaddieħor, għandu minnufih jagħti avviż ta’ dan lir-Reġistratur tal-
Qorti fuq imsemmija taħt piena ta’ ammenda ta’ mhux iżjed minn
ħames liri li tiġi mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’
ġudikatura kriminali, fuq talba tal-Pulizija Esekuttiva jew ta’ kull
persuna oħra.
Titolu II
DWAR IL-PIENI DIXXIPLINARI
Pieni dixxiplinari. 128. (1) Il-pieni dixxiplinari li taħthom jaqgħu n-nutara li
jonqsu mid-dmirijiet tagħhom, huma:
(a) it-twiddiba u ċ-ċanfira;
(b) l-ammenda;
(ċ) is-sospensjoni;
(d) id-destinazzjoni.
(2) Dawn il-pieni jingħataw barra minn dawk ikkontemplati
f’liġijiet oħra u, f’kull każ, bla ħsara ta’ l-azzjoni għad-danni u l-
imgħaxijiet li għaliha jista’ jkun hemm jedd taħt liġijiet oħra. 
Twiddiba u 
ċanfira.
129. Il-piena tat-twiddiba u ċ-ċanfira tikkonsisti billi n-nutar
jiġi mċanfar talli jkun naqas mid-drittijiet tiegħu, u mwissi li
m’għandux jerġa.
Ksur ta’ l-art. 29. 
It-tieni biċċa ta’ l-
art. 2 ta’ l-Ord. 
VIII ta’ l-1859, 
ikkonsolidata.
130. Jekk nutar, wara li jkun ġie darba mwissi mill-Qorti tar-
Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili, jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
29, hu jeħel meta jinsab ħati minn dik il-qorti ammenda ta’ mhux
iżjed minn ħamsin ċenteżmu għal kull kontravvenzjoni.
Kontravvenzjo-
nijiet li għalihom 
tingħata l-piena ta’ 
l-ammenda. 
Emendat: 
XI.1940.4; 
XXXI.1946.10; 
XI.1977.2; 
II.1983.13; 
XIX. 1988.12.
131. (1) In-nutar jew l-arkivist li jikser id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 11, ta’ l-artikolu 12(d), ta’ l-artikolu 28(1)(a), (i) u (k),
ta’ l-artikoli mill-34 sat-38, ta’ l-artikolu 44, ta’ l-artikolu 52(1)(a),
ta’ l-artikoli 53, 54, 55, 58, 60, 62, 64, 68, 69, 100, 103 u 105 jeħel
għal kull kontravvenzjoni, ammenda ta’ mhux iżjed minn tletin lira.
(2) In-nutar li jikser disposizzjonijiet oħra ta’ dan l-Att jeħel
ammenda ta’ mhux iżjed minn ħamsin ċenteżmu, iżda n-nutar li,
waqt is-sospensjoni jew l-inabilitazzjoni, jagħti kopji jew estratti,
jeħel ammenda minn ħamsa sa għoxrin lira.
Kontravvenzjoni-
jiet li għalihom 
tingħata l-piena 
tas-suspensjoni.
132. Kull nutar li -
(a) ikun reċidiv fil-kontravvenzjoni ta’ l-artikolu 68; jew
(b) bi traskuraġni ma jikkonservax l-atti irċevuti minnu,
kif jingħad f’dan l-Att; jew
(ċ) ma jħallix li ssir l-ispezzjon imsemmija fl-artikoli 115
u 117 jew xort’oħra jagħmilħa impossibbli; jew
(d) jikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(a), (b) u (ċ)
jew ta’ l-artikoli 25 u 26,
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     41
jeħel il-piena tas-sospensjoni minn xahar sa sitt xhur.
Kawżi li jagħtu lok 
għall-
inabilitazzjoni 
temporanja mill-
eżerċizzju tal-
professjoni 
nutarili.
133. Kull nutar li -
(a) kontra tiegħu jkun ġie maħruġ mandat ta’ arrest; jew
(b) ikun ġie ikkundannat għal xi wieħed mir-reati
msemmijin fl-artikolu 14(1)(f) b’sentenza li tkun għad
ma saritx ġudikat, jew ikun ġie ikkundannat għad-
destinazzjoni b’sentenza jew bi provvediment li jkunu
għadhom ma sarux definittivi; jew
(ċ) ikun qiegħed jiskonta piena li tnaqqas il-libertà  tal-
persuna fuq kundanna għal xi reat ieħor,
jiġi inabilitat temporanjament mill-eserċizzju tal-professjoni
tiegħu.
L-inabilitazzjoni 
tan-nutar għandha 
tiġi ddikjarata fis-
sentenza.
134. Fil-każ tas-sentenzi msemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan,
l-inabilitazzjoni tan-nutar mill-eserċizzju tal-professjoni tiegħu
għandha tiġi ordnata fis-sentenza.
Inabilitazzjoni 
matul il-
proċediment.
135. Kull nutar li kontra tiegħu jkun inbeda proċediment fuq
kontravvenzjoni kontra l-liġi nutarili punibbli bid-destinazzjoni
jew fuq xi wieħed mir-reati msemmijin fl-artikolu 14(1)(f), jista’
jiġi inabilitat mill-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu b’ordni tal-
Qorti ta’ Reviżjoni.
L-inabilitazzjoni 
hija esekuttiva 
għad li jkun hemm 
appell.
136. L-ordni ta’ l-inabilitazzjoni fil-każijiet imsemmija fl-
artikolu 133(b) u (ċ) u fil-każ ta’ l-artikolu 135 huwa esekuttiv
għad li jkun hemm appell minnu.
Il-piena tas-
sospensjoni hija 
esekuttiva għad li 
jkun hemm appell.
137. Is-sentenza li tissospendi nutar mill-eżerċizzju tal-
professjoni tiegħu hija esekuttiva għad li jkun hemm appell
minnha, sew fil-każ li s-sospensjoni tkun ġiet mogħtija bħala żieda
ma’ piena oħra kemm fil-każ li tkun ġiet mogħtija bħala piena
prinċipali.
Każijiet li fihom 
tingħata l-piena 
tad-destituzzjoni. 
Emendat:
XXXI.1946.11. 
Kap. 9.
138. In-nutar jeħel il-piena tad-destituzzjoni jekk -
(a) jibqa’ jeżerċita waqt is-sospensjoni jew l-
inabilitazzjoni tiegħu, bla ħsara tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 131(2); jew
(b) dolożament ma jikkonservax l-atti rċevuti minnu jew
ir-reġistri tagħhom jew atti oħra jew reġistri li
tagħhom huwa l-konservatur, bla ħsara ta’ pieni akbar
taħt il-Kodiċi Kriminali; jew
(ċ) ikun, għat-tieni darba, reċidiv fil-kontravvenzjonijiet
imsemmijin fl-artikolu 132(a) u (ċ) u fl-artikolu
28(1)(i).
Każijiet li fihom il-
President ta’ Malta 
jista’ japplika d-
destituzzjoni. 
Emendat: 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
139. In-nutar li jkun ġie kkundannat għal xi wieħed mir-reati
msemmijin fl-artikolu 14(1)(f), jista’ jiġi destitwit mill-President
ta’ Malta kemm-il darba ma jkunx ġie hekk destitwit bis-sentenza
stess.
Ċirkostanzi li 
jnaqqsu.
140. Jekk fil-fatt imputat lin-nutar ikun hemm ċirkostanzi li
jnaqqsu l-ħtija, il-qorti, billi tieħu b’qies iċ-ċirkostanzi partikulari
tal-każ, tista’ tagħti waħda jew oħra mill-pieni iżgħar, u tista’ wkoll
  42      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
teħles lin-nutar minn kull piena.
Reċidiva. 141. Hemm reċidiva kemm-il darba l-kontravvenzjoni l-ġdida
tiġi magħmula fi żmien ħames snin mill-kundanna ta’ qabel.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni 
dixxiplinari.
142. L-azzjoni dixxiplinari kontra n-nutara għall-ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, punibbli bil-piena tat-twiddiba u
ċanfira, ta’ l-ammenda, tas-sospensjoni jew tad-destituzzjoni
tispiċċa wara ħames snin minn dak inhar li tkun saret il-
kontravvenzjoni. 
Piena lin-nutar li l-
imġieba tiegħu 
tkun ta’ ħsara 
għall-ġieh u dinjità  
tal-klassi nutarili.
143. In-nutar li bl-imġieba fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu
jagħmel ħsara, b’kull mod li jkun, lill-ġieh u lid-dinjità  tal-klassi
nutarili, jeħel il-piena tat-twiddiba u ċ-ċanfira u, fil-każ ta’
reċidiva, il-piena tas-sospensjoni għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sena. 
Il-provvedimenti 
meħuda kontra 
nutara fi ħwejjeġ 
kriminali 
għandhom jiġu 
ikkomunikati lill-
Avukat Ġenerali. 
Emendat: 
XI.1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
144. Kull provvediment meħud minn awtorità  ġudizzjarja
kompetenti kontra nutar fi ħwejjeġ kriminali għandu jiġi
ikkomunikat lill-Avukat Ġenerali mir-Reġistratur tal-Qorti
Kriminali. 
Applikazzjoni ta’ 
pieni dixxiplinari 
msemmijin f’din it-
Taqsima. 
Emendat: 
XI. 1977.2.
145. Il-pieni dixxiplinari msemmijin f’din it-Taqsima jingħataw
mill-Qorti ta’ Reviżjoni, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 89.
TAQSIMA VII
DISPOSIZZJONIJIET SUPPLEMENTARJI U TRANSITORJI
Tariffa. 
Emendat: 
XXV. 1962.3; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXXI.1966.2; 
XXXIV.1979.20;
IX.2000.3.
146. (1) Id-drittijiet u ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu taħt
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att huma dawk stabbiliti fit-Tariffa
dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivju Nutarili li hemm fl-Iskeda
ma’ dan l-Att.
Ara l-art. 4 ta’ l-
Ord. XIX ta’ l-
1936, kif emendat 
bl-art. 12 ta’ l-Ord. 
XL ta’ l-1940 
imħollija barra 
taħt l-Ord. ta’ l-
1936 u l-Att ta’ l-
1980 dwar ir-Rev. 
tal-Liġ. Statutarji.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili jista’
jagħmel regolamenti li bihom iżid ma’, jew jagħmel emendi għal, l-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, jew jagħmel Tariffa oħra jew Skeda
oħra ġdida f’lokha.
Riserva. 147. (1) Kull obbligu, responsabbiltà , penali jew piena li
taħthom wieħed ikun waqa’ skond l-Ordinanza Nru. V ta’ l-1855,
illi hija mħassra b’dan l-Att, jew li jirreferixxu għall-
kontravvenzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta’ dik l-Ordinanza, u l-
proċeduri jew rimedji dwar dak l-obbligu, responsabbiltà , penali
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     43
jew piena, mhumiex ippreġudikati b’din ir-revoka.
(2) Kull liġi jew konswetudni oħra kuntrarja jew inkompatibbli
mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att hija wkoll imħassra.
Disposizzjonijiet 
transitorji dwar l-
eżerċizzju tal-
professjoni 
nutarili.
148. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar l-eżerċizzju tal-
professjoni nutarili għandhom jiġu mħarsa, sa fejn jistgħu jgħoddu,
ukoll minn dawk in-nutara li bdew jeżerċitaw taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza Nru. V ta’ l-1855, imħassra b’dan
l-Att.
In-nutara u l-
konservaturi 
attwali jistgħu 
jissoktaw fl-
eżerċizzju tal-
professjoni 
tagħhom.
149. In-nutara li taħt kull liġi mħassra b’dan l-Att kellhom titolu
leġittimu li jeżerċitaw il-professjoni nutarili kif ukoll in-nutara li
issa huma l-konservaturi ta’ atti u reġistri nutarili jistgħu jissoktaw
jeżerċitaw il-professjoni jew kariga tagħhom.
Nutara li 
jeżerċitaw il-
professjoni ta’ 
prokuratur legali. 
Emendat: 
XI.1937.12; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
150. (1) B’dak kollu li jingħad fl-artikolu 3, in-nutara illi fl-
ewwel ta’ Jannar ta’ l-elf disa’ mija u sebgħa u għoxrin kienu
jeżerċitaw il-professjoni ta’ prokuraturi legali jistgħu jissoktaw
jeżerċitaw dik il-professjoni:
Iżda, ebda wieħed minn dawn in-nutara ma jista’ jaġixxi
bħala prokuratur legali f’kawżi li jiddependu sostanzjalment mill-
atti rċevuti minnu jew jirċievi atti dwar kawżi li fihom ikun aġixxa
bħala prokuratur legali; u f’każ ta’ kontravvenzjoni, il-President ta’
Malta jista’, fuq rapport tal-Bord imsemmi fl-artikolu 7, jinabilita
lil dan in-nutar mill-eżerċizzju ta’ nutar jew ta’ prokuratur legali.
(2) Hu dmir tar-Reġistraturi tal-Qrati tal-ġustizzja li jgħarrfu
lill-Avukat Ġenerali b’kull kontravvenzjoni bħal din li jsiru jafu
biha.
Lista ta’ nutara li 
jistgħu jissoktaw 
jeżerċitaw ta’ 
prokuraturi legali.
151. L-ismijiet ta’ nutara li jistgħu jissoktaw jeżerċitaw bħala
prokuratur legali skond id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan, jiġu maħruġa b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern*
wara xahar mid-data li jibda jseħħ dan l-Att.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Miżjud: 
XXXI.1946.12. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXV.1962.4; 
XXXI. 1966.2.
Sostitwit: 
II. 1983.14.
152. (1) Il-Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili jista’
jagħmel regolamenti b’mod ġenerali sabiex jitwettqu d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod partikolari iżda bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jista’ b’dawk ir-regolamenti:
(a) jipprovdi sabiex isiru reġistri duplikati ta’ kull atti
nutarili oriġinali li jkunu mitlufa, distrutti jew
danneġġati, u biex jiġi sostitwit xi reġistru mitluf,
distrutt jew danneġġat;
(b) jippreskrivi l-mod li bih dawn ir-reġistri duplikati jew
ir-reġistri ġodda jkunu preparati u awtentikati; 
(ċ) jippreskrivi li atti jew reġistri depożitati fl-Arkivji jiġu
riprodotti permezz ta’ microfilming, u l-mod li bih
dawn ir-riproduzzjonijiet għandhom isiru, jinħażnu u
jkunu aċċessibbli għall-pubbliku;
(d) jippreskrivi l-mod kif riproduzzjonijiet magħmula
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 348 ta’ l-1927.
  44      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
permezz ta’ microfilming u l-kopji tagħhom jistgħu
jiġu awtentikati;
(e) jippreskrivi d-drittijiet u l-ħlasijiet oħra li għandhom
jinġabru u jitħallsu dwar kull ħaġa magħmula taħt id-
disposizzjonijiet ta’ hawn fuq;
(f) jipprovdi għal kull ħaġa inċidentali jew supplimentari
għal kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq.
(2) Kull reġistru duplikat jew reġistru ġdid li jkun sar skond
regolamenti magħmula taħt is-subartikolu (1) jew taħt ir-
Regolamenti ta’ l-1942 dwar ir-Reġistru Duplikat ta’ l-Atti Nutarili
f’Emerġenza, għandhom għall-għanijiet u finijiet kollha, ikunu flok
l-atti jew ir-reġistri oriġinali.
Emendata: 
N.G. Nru. 204 ta’ 
l-1927; 
N.G. Nru. 90 ta’ l-
1928; 
N.G. Nru. 352 ta’ 
l- 1936; 
N.G. Nru. 140 ta’ 
l-1940; 
N.G. Nru. 434 ta’ 
l-1940; 
XXXI. 1946.13; 
N.G. Nru. 313 ta’ 
l-1949; 
N.G. Nru 205 ta’ l-
1954; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
A.L. 56 ta’ l-1970; 
XXX. 1973.11; 
A.L. 77 ta’ l-1980; 
XIII. 1983.4; 
A.L. 70 ta’ l-1987; 
A.L. 74 ta’ l-1988;
A.L. 227 ta’ l-
1997;
IX.2000.3;
A.L. 186 ta’ l-
2000;
A.L. 173 ta’ l-
2001;
A.L. 429 ta’ l-
2003.
SKEDA
Artikoli 81(3), 101(1), 104(1), u 146(1)
TARIFFA DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U
L-ARKIVJI NUTARILI
TAQSIMA I
DRITTIJIET U ĦLASIJIET AĊĊESSORJI LI JITĦALLSU LIN-NUTARA
1. In-nutar, għall-atti irċevuti jew awtentikati minnu, u għal
servizzi professjonali oħra, ikun intitolat għad-drittijiet u ħlasijiet
aċċessorji u għar-rimborż ta’ spejjeż kif ġej:
(a) dritt fiss għall-atti ta’ valur mhux determinabbli;
(b) dritt proporzjonat għall-valur ta’ l-att;
(ċ) dritt għall-atti preparati fuq it-talba tal-partijiet u li ma
jiġux pubblikati;
(d) dritt għall-kopji, estratti, riċerki, traduzzjonijiet,
viżjonijiet, qari u kollazzjoni ta’ atti;
(e) dritt għal servizzi oħra magħmula min-nutar fuq it-
talba tal-partijiet jew skond ordni ta’ xi awtorità
ġudizzjarja;
(f) ħlasijiet aċċessorji u rimborż ta’ spejjeż.
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     45
I.Drittijiet Fissi Lm c m
2. Testmenti Pubbliċi:
Għad-disposizzjonijiet li jkun fihom l-istituzzjoni ta’ werriet u d-
disposizzjonijiet tas-soltu dwar il-funerali, jitħallew fid-diskrezzjoni
tan-nutar skond iċ-ċirkostanzi tat-testatur ...................................minn
 sa
1.00,0
3.00,0
b’żieda mad-drittijiet li gejjin:
Meta fit-testment ikun hemm iżjed minn istituzzjoni jew
sostituzzjoni waħda, għal kull waħda ................................................... 25,0
Għal kull fondazzjoni ....................................................................... 50,0
Għal kull fondazzjoni marbuta b’ipoteka .......................................... 75,0
Għat-tħassir ta’ disposizzjonijiet ta’ qabel.........................................  25,0
Għal kull legat ta’ valur mhux determinabbli .................................... 30,0
Għal kull legat -
Jekk il-valur ma jkunx iżjed minn Lm20 .............................................. 30,0
Jekk il-valur ikun iżjed minn Lm20 imma mhux iżjed minn Lm50.........  50,0
Jekk il-valur ikun iżjed minn Lm50 - għal kull Lm20 oħra jew parti
minnhom ............................................................................................. 15,0
Meta l-legatarji jkunu tnejn jew iżjed, ikunu dovuti tant drittijiet
daqskemm ikunu l-legatarji.
Għan-nomina ta’ esekutur ................................................................ 25,0
Għan-nomina ta’ tutur jew kuratur .................................................... 25,0
Għal kull dikjarazzjoni ..................................................................... 25,0
Għal kull dikjarazzjoni mwettqa bil-ġurament mit-testatur ................ 25.0
3. Testmenti Sigrieti:
Għall-formazzjoni minn nutar ta’ testment sigriet, id-drittijiet ikunu
l-istess bħal dawk speċifikati fil-paragrafu 2 dwar Testmenti Pubbliċi.
Għall-att ta’ kunsinna ta’ testment sigriet inkluża t-traskrizzjoni li
għandha tiġi mdaħħla fl-atti nutarili. ................................................... 2.00,0
Għall-pubblikazzjoni ta’ testment sigriet (biż-żieda ma’ l-ispejjeż u
drittijiet aċċessorji) .............................................................................. 2.00,0
4. Att ta’ fondazzjoni, meta l-valur mhux determinabbli ................ 1.50,0
5. Att ta’ adozzjoni, emanċipazzjoni jew tagħrif ta’ iben
illeġittimu -Għal kull persuna adottata, emanċipata jew magħrufa ........ 1.50,0
6. Kitba taż-żwieġ li jkun fiha dota ta’ valur mhux determinabbli,
tibdil jew kontra-dikjarazzjoni dwar kitba taż-żwieġ, separazzjoni per-
sonali jew separazzjoni tal-beni bejn ir-raġel u l-mara, tmiem ta’
komunjoni ta’ l-akkwisti ...................................................................... 2.25,0
7. Kitba taż-żwieġ mingħajr kostituzzjoni ta’ dota jew wegħda ta’
dotarju ................................................................................................. 1.50,0
8. Donazzjoni, transazzjoni, komunjoni jew qsim ta’ mobbli jew
immobbli, meta l-valur mhux determinabbli.......................................... 1.50,0
  46      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
9. Depożitu ta’ ħwejjeġ mobbli ta’ valur mhux determinabbli,
teħid lura ta’ l-istess mingħand id-depożitarju ...................................... 1.50,0
10. Nomina għal benefizzju partikolari jew donazzjoni tal-jedd tal-
preżentazzjoni, ikun kemm ikun in-numru tal-patruni li jidhru fl-att...... 1.50,0
11. Rinunzja meta wieħed jieħu l-voti reliġjużi .............................. 2.25,0
12. Att ta’ soċjetà  meta l-valur mhux determinabbli 
minn
  sa
1.50,0
4.50,0
13. Att rikonjitorju ta’ subenfitewta ............................................... 75,0
14. Protest kambjarju:
Għal kull ammont sa Lml00 .....................................................
Għal kull ammont iżjed minn Lm100 iżda mhux iżjed minn
Lm500 .................................................................................................
Għal kull ammont iżjed minn Lm500 ........................................
75,0
1.20,0
1.50,0
15. Nomina ta’ arbitri .................................................................... 90,0
16. Att ta’ rattifika, meta l-valur mhux determinabbli ..................... 1.15.0
17. "Att ta’ notorjetà " ..................................................................... 75,0
18. Transunt ta’ dokumenti (b’żieda mad-drittijiet għad-dokumenti
mdaħħlin ma’ l-att) .............................................................................. 75,0
19. Wegħda ta’ żwieġ ..................................................................... 75,0
20. Ċertifikat bi prova li persuna hija ħajja jew li teżisti .................. 65,0
21. Rinunzja jew posponiment ta’ jeddijiet ipotekarji, meta l-valur
mhux determinabbli ............................................................................. 65,0
22. (a)Kull dikjarazzjoni jew konvenzjoni ......................................
(b)Kull dikjarazzjoni mwettqa bil-ġurament ..............................
75,0
65,0
23. Kull verbal ta’ ġurament ........................................................... 62,5
24. Att ta’ kunsens.......................................................................... 75,0
25. Għall-formulazzjoni ta’ prokura, inkluża kull awtentikazzjoni
ta’ firma jew marka meħtieġa ...................................................... minn 
sa
1.00,0
3.00,0
26. Awtorizazzjoni jew kunsens:
jekk tkun dwar ħaġa waħda biss ........................................................
jekk tkun dwar diversi ħwejjeġ .........................................................
jekk mogħtija fi kliem ġenerali mir-raġel lill-mara jew mill-missier
lill-ibnu kummerċjant ..........................................................................
65,0
90,0
1.50,0
27. Irċevuta, fi kliem ġenerali, meta l-valur mhux determinabbli ..... 1.50,0
28. Għal kull att ieħor, meta l-valur mhux determinabbli ................. 1.50,0
29. Għall-awtentikazzjoni ta’ firem jew marki-salib fuq xi skritturi
li fihom xi att jew xi kuntratt ta’ valur mhux determinabbli ..................
Meta l-iskrittura tkun magħmula f’żewġ oriġinali jew iżjed jew ikun
fiha żewġ awtentikazzjonijiet distinti jew iżjed, id-dritt imsemmi
jiżdied b’ħamsa u għoxrin ċenteżmu għal kull oriġinal ieħor jew
awtentikazzjoni oħra.
25,0
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     47
31. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 30 għandhom jitħallsu wkoll għal-
kull att ta’ tnaqqis jew ta’ fidwa ta’ renta, fuq il-valur ta’ l-ammont imnaqqas jew
mifdi, kapitalizzat bit-3 fil-mija;
kull att ta’ tnaqqis jew ta’ fidwa ta’ ċens, jew ta’ rinunzja ta’ enfitewsi, fuq il-
valur ta’ l-ammont taċ-ċens imnaqqas jew mifdi, kapitalizzat bit-3 fil-mija jew fuq
il-prezz stabbilit għal dik ir-rinunzja;
kull att ta’ soċjetà  jew ta’ komunjoni ta’ beni, fuq il-valur tal-ħwejjeġ imdaħħla
fis-soċjetà  jew imqegħda fil-komunjoni, iżda d-dritt ma għandu jkun qatt anqas minn
Lm1;
kull att ta’ qsim, fuq il-valur tal-massa mingħajr tnaqqis tad-djun;
kull att ta’ transazzjoni, fuq il-valur tal-ħwejjeġ li jkunu l-oġġett tagħha;
kull att ta’ kostituzzjoni ta’ dota, fuq il-valur tad-dota;
kull att ta’ appalt ta’ xogħlijiet jew locatio operis fuq il-prezz tax-xogħol
imnaqqas għal terz, iżda d-dritt ma għandu jkun qatt anqas minn Lm1;
kull att ta’ wegħda ta’ dotarju jew ta’ assigurazzjoni tad-dotarju jew tad-dota, fuq
il-valur tad-dotarju, jew, skond il-każ, fuq il-valur tal-ħwejjeġ assenjati
b’assigurazzjoni tad-dotarju jew tad-dota;
II.Drittijiet skond il-Valur
30. Għal kull kuntratt ta’ trasferiment, taħt kwalunkwe titolu, ta’ proprjetà
immobbli, ta’ kostituzzjoni ta’ renta, użufrutt, użu, abitazzjoni, servitù , ċessjoni,
kostituzzjoni ta’ dota, enfitewsi jew subenfitewsi, id-drittijiet għandhom jitħallsu
skond il-valur kif ġej:
Għall-ewwel ammont ta’ mhux iżjed minn Lm1,000.....................................1½ %
Għal kull ammont addizzjonali iżjed minn Lml,000 iżda mhux iżjed minn
Lm30,000 .........................................................................................................½ % 
Għal kull ammont addizzjonali iżjed minn Lm30,000 - Lm2.10,0 għal kull
Lm1,000 jew parti minnhom.
Żewġ terzi ta’ l-imsemmija drittijiet għandhom jitħallsu għal kuntratt ta’
trasferiment ta’ proprjetà  mobbli, self, kostituzzjoni ta’ dejn, pleġġerija, ipoteka
b’att separat jew sostituzzjoni ta’ dota.
L-imsemmija drittijiet jitħallsu wkoll jekk il-kuntratt ikun suġġett għal
kondizzjoni sospensiva.
Fil-każ ta’ atti ta’ tpartit, l-imsemmija drittijiet għandhom jiġu ntaxxati fuq dik
il-parti ta’ immobbli jew mobbli imparta li jkollha l-aktar valur.
Fil-każ ta’ atti ta’ kostituzzjoni ta’ renta jew ta’ enfitewsi jew sub-enfitewsi, l-
imsemmija drittijiet jiġu ntaxxati fuq il-valur li jirriżulta mill-kapitalizzazzjoni bit-
tlieta fil-mija ta’ l-ammont ta’ kull sena tar-renta jew taċ-ċens rispettivament: iżda
f’każ ta’ enfitewsi jew sub-enfitewsi temporanja, dak id-dritt għandu jitnaqqas nin-
nofs meta l-perijodu li għalih tingħata jew tiġi mtawwla l-enfitewsi jew is-sub-
enfitewsi ma jkunx iżjed minn tletin sena.
Fil-każ ta’ att ta’ pleġġerija jew ta’ ipoteka bħala aċċessorju għal xi
obbligazzjoni li tinħoloq minn att separat, l-imsemmija drittijiet jiġu ntaxxati fuq
il-valur ta’ dik l-obbligazzjoni.
Għal kull att ta’ trasferiment ta’ xi qabar, sit jew spazju f’ċimiterju .......1.00,0
  48      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
kull att ta’ likwidazzjoni jew ta’ inventarju, fuq il-valur tal-massa mingħajr
tnaqqis tad-djun. Iżda, f’kull każ bħal dan, id-dritt jiġi mnaqqas għal nofs, imma d-
dritt ma għandu jkun qatt anqas minn Lml;
kull att ta’ kiri, fuq l-ammont kollu ta’ kera li jkollha titħallas imnaqqas b’nofs,
iżda d-dritt ma għandu jkun qatt anqas minn Lml;
kull att ta’ rahan jew antikresi, fuq l-ammont tal-kreditu ikkawtelat bir-rahan jew
bl-antikresi mnaqqas b’nofs, iżda d-dritt ma għandu jkun qatt anqas minn Lml;
kull att ta’ depożitu jew kunsinna ta’ somom, valuri jew oġġetti oħra, ta’ ħlas, ta’
tiġdid taż-żmien għall-ħlas ta’ irċevuta, ta’ kunsens għal posponiment, ta’ surroga,
ta’ tnaqqis jew tħassir ta’ ipoteka, ta’ ħlas jew imissjoni fil-pussess ta’ legat, ta’
ratifika, ta’ rexxissjoni jew ħall ta’ kull att ieħor, ta’ rikonoxximent ta’ kreditu
ċedut, ta’ wegħda ta’ trasferiment jew ta’ self: f’kull każ bħal dan id-dritt jitnaqqas
għal terz, iżda qatt ma għandu jkun anqas minn ħamsin ċenteżmu, iżda f’każ ta’ atti
ta’ tħassir ta’ ipoteka dwar atti ta’ appalt ta’ xogħlijiet jew locatio operis, dak id-
dritt ma għandu jkun qatt aktar minn Lm1.
32. Meta xi ħaġa msemmija fil-paragrafi 30 u 31 tkun tista’ tifforma l-oġġett ta’
skrittura privata, għall-awtentikazzjoni ta’ firem jew ta’ marki-salib fuq skritturi
bħal dawk għandu jitħallas id-dritt kif imsemmi f’dawk il-paragrafi mnaqqas għal
nofs, iżda ebda dritt addizzjonali ma għandu jitħallas għall-formulazzjoni ta’ l-
iskrittura privata, jekk tkun ġiet formulata min-nutar, u li d-dritt ma għandu jkun qatt
anqas minn ħamsa u għoxrin ċenteżmu.
Iżda wkoll, jekk dik l-iskrittura tkun miktuba f’żewġ oriġinali jew iżjed, jew ikun
fiha żewġ awtentikazzjonijiet distinti jew iżjed, għandu jitħallas b’żieda ma’ l-
imsemmi dritt, dritt ta’ ħamsa u għoxrin ċenteżmu għal kull oriġinal ieħor jew
awtentikazzjoni oħra.
III.Drittijiet għal Atti jew Skritturi Privati preparati fuq talba tal-partijiet li 
ma jiġux pubblikati jew mhux iffirmati
33. Għal kull att jew skrittura privata preparata min-nutar fuq talba tal-partijiet
u li ma tiġix pubblikata jew iffirmata mingħajr ħtija tiegħu, in-nutar ikollu jedd għal
żewġ terzi tad-dritt, li kieku kien imissu għall-pubblikazzjoni ta’ dak l-att jew għall-
firma ta’ dik l-iskrittura privata b’żieda għar-rimborż ta’ kull spiża magħmula
minnu.
IV.Drittijiet għal Kopji, Riċerki, Traduzzonijiet, Viżjonijiet, Qari u 
Kollazzjoni ta’ Atti
34. Għal kopji u estratti awtentikati min-nutar, għandu jitħallas dritt ta’ għaxar
ċenteżmi għal kull paġna li jkun fiha miktuba bejn wieħed u ieħor mitt kelma, barra
mid-dritt tat-traskrizzjoni ta’ ħames ċenteżmi għal kull paġna minn dawn.
Kull paġna li jkun fiha miktuba ħames linji (id-data u l-firem esklużi) titqies bħala
paġna sħiħa.
L-imsemmi dritt ma għandu jkun qatt anqas minn ħamsa u għoxrin ċenteżmu.
Għal kull kopja jew estratt mhux awtentikati min-nutar, ukoll jekk magħmula
mill-partijiet, u għal kull ġabra fil-qosor ta’ att, l-imsemmi dritt għandu jitnaqqas
għal nofs, iżda qatt ma għandu jkun anqas minn ħmistax-il ċenteżmu.
35. Għaċ-ċertifikazzjoni jew twettieq ta’ eżattezza ta’ kopji jew estratti minn
kotba jew dokumenti miġjuba mill-partijiet skond l-artikolu 2(2)(ġ) ta’ l-Att dwar il-
Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili għandu jitħallas dritt ta’ ħamsa u għoxrin
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     49
ċenteżmu b’żieda mad-dritt li jitħallas skond l-aħħar paragrafu qabel dan.
36. Għal kull ċertifikat li jwettaq traduzzjoni skond l-artikolu 2(2)(h) ta’ l-
imsemmi Att, għandu jitħallas dritt ta’ erbgħin ċenteżmu b’żieda mad-dritt ta’
ħamsin ċenteżmu għal kull paġna li jkun fiha bejn wieħed u ieħor mitt kelma li
għandha tiġi tradotta.
37. Għal riċerka ta’ att, li jiġi indikat biss bis-sena li fiha jkun ġie irċevut,
għandu jitħallas lin-nutar dritt ta’ ħames ċenteżmi; jekk ir-riċerka tkun ta’ sentejn
jew iżjed, għandu jitħallas lin-nutar dritt ta’ ħames ċenteżmi għall-ewwel sena, u
dritt ta’ ħames ċenteżmi għal kull sena sussegwenti li għaliha ssir ir-riċerka.
Jekk ir-riċerka tkun għall-atti kollha irċevuti min-nutar, għandu jitħallas dritt ta’
ħames ċenteżmi għal kull sena.
38. Għall-viżjoni u qari ta’ att, jitħallas dritt ta’ ħames ċenteżmi.
Jekk l-att, fuq talba tal-partijiet, jiġi moqri lilhom min-nutar, l-imsemmi dritt jiġi
irduppjat.
Ma jitħallas ebda dritt għall-viżjoni ta’ att, jekk il-parti tordna kopja jew estratt
tiegħu jew minnu.
L-istess drittijiet kif imsemmija qabel jitħallsu għall-kollazzjoni tal-kopja jew ta’
l-estratt ma’ l-att oriġinali meta dik il-kollazzjoni hija mitluba mill-partijiet wara li
l-kopja jew l-estratt ikunu ġew awtentikati min-nutar.
Meta l-kollazzjoni, fuq talba tal-partijiet, għandha ssir ma’ att depożitat fl-
Arkivju, barra l-imsemmi dritt, in-nutar għandu wkoll jedd għad-dritt ieħor ta’
attendenza u għal dritt ieħor kalkolat bir-rata ta’ 10ċ0 kull nofs siegħa li jeħodlu dak
ix-xogħol.
Għall-formazzjoni ta’ att f’lingwa li ma tkunx il-Maltija jew l-Ingliża, inkluża t-
traduzzjoni ta’ dak l-att għall-Malti jew għall-Ingliż kif meħtieġ mil-liġi, in-nutar
ikollu jedd għad-dritt li għandu jitħallas dwar l-att mizjud bi 30%.
V. Drittijiet għal xogħolijiet oħra magħmula min-Nutar fuq talba tal-partijiet 
jew b’ordni ta’ xi Awtorità  ġudizzjarja
39. Għall-formazzjoni u firma ta’ rikorsi fil-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja,
in-nutar ikollu jedd għall-istess drittijiet kif jitħallsu lill-avukati skond it-Tariffa E
ta’ l-Iskeda li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
40. Għall-formazzjoni ta’ nota ta’ denunzja ta’ suċċessjoni jew ta’ trasferiment
ieħor taxxabbli taħt l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni,*in-nutar għandu
jedd għall-istess drittijiet li jmissu lill-Avukat skond it-Tariffa E ta’ l-Iskeda li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
41. Għal kull xogħol jew servizz ieħor magħmul min-nutar fuq it-talba tal-
partijiet jew b’inkarigu ta’ awtorità  ġudizzjarja, id-dritt li jmiss lin-nutar għandu,
f’każ ta’ kwistjoni, jiġi ntaxxat mill-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja, jew, skond il-
każ, mill-qorti li tkun tat dak l-inkarigu, skond ma tkun ix-xorta tax-xogħol jew tas-
servizz magħmul min-nutar.
VI. Ħlasijiet aċċessorji
42. Meta għall-qadi tad-dmirijiet tiegħu n-nutar ikollu jitlaq mill-uffiċċju tiegħu
*Imħassar bl-Att XVI ta l-1993. Ara l-Att ta l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
(Kapitolu 364).
  50      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
jew wieħed mill-uffiċċji tiegħu, barra mir-rimborż ta’ l-ispejjeż kollha tat-traġitt, ta’
l-ikel u ta’ l-alloġġ, ikollu jedd għad-drittijiet li ġejjin:
Jekk il-post li fih għandu jmur hu mhux aktar bogħod minn tmien kilometri mill-
uffiċċju tiegħu jew, skond il-każ, mill-eqreb uffiċċju tiegħu ..............................50, 0
Jekk id-distanza tkun iżjed minn tmien kilometri, iżda ma tinvolvix traġitt bejn
żewġ gżejjer .................................................................................................. 1.00, 0
Jekk in-nutar ikollu jagħmel traġitt bejn żewġ gżejjer................................ 3.00, 0
Jekk l-attendenza tan-nutar tkun meħtieġa fil-ħinijiet ta’ bil-lejl, l-imsemmi dritt
ikun doppju.
"Ħinijiet ta’ bil-lejl" tfisser il-ħinijiet bejn is-7.00 p.m. u t-8.00 am. matul il-
perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu, u bejn it-8.00 p.m. u s-7.00 a.m. matul
il-perijodu bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Settembru.
Ebda dritt ma jilħallas għal attendenza fir-Reġistru Pubbliku jew fil-qrati ta’
ġustizzja biex tiġi preżentata xi nota.
43. Għar-reġistrazzjoni ta’ atti u dokumenti skond l-artikolu 58 ta’ l-Att
imsemmi qabel, in-nutar għandu jedd għal dritt ta’ ħames ċenteżmi għal kull paġna.
44. Għall-formazzjoni ta’ kull nota ta’ insinwa ta’ testment pubbliku, ta’ ftuħ ta’
testment sigriet, ta’ rinunzja magħmula meta wieħed jieħu l-voti reliġjuzi, ta’
fondazzjoni, ta’ kitba taż-żwieġ, mingħajr assenjazzjoni ta’ immobbli, ta’ kontra-
dikjarazzjoni għal kitba ta’ żwieġ, ta’ separazzjoni personali u ta’ tmiem tal-
komunjoni ta’ l-akkwisti, u għal kull nota oħra li għandha x’taqsam ma’ xi att
nutarili ta’ valur mhux determinabbli, in-nutar ikollu jedd għal dritt ta’ 25ċ0.
Għall-formazzjoni ta’ kull nota ta’ riferenza dwar ċessjoni jew tnaqqis, in-nutar
ikollu l-jedd għal dritt ta’ 75ċ0 barra mid-dritt ta’ traskrizzjoni ta’ 5ċ0 għal kull mitt
kelma ikkopjata f’dik in-nota.
Għall-formazzjoni ta’ kull nota ta’ kanċellament, in-nutar ikollu jedd għal dritt ta’
25ċ0 barra mid-dritt tat-traskrizzjoni ta’ 5ċ0 għal kull 100 kelma ikkopjata f’nota
bħal dik.
Għall-formazzjoni ta’ kull nota ta’ insinwa ta’ att, meta l-valur ikun
determinabbli, jew ta’ nota ta’ iskrizzjoni jew tiġdid ta’ iskrizzjoni ta’ xi privileġġ
jew ipoteka, in-nutar ikollu jedd għad-drittijiet li ġejjin fuq il-bażi tal-valur involut
fil-każ ta’ insinwa, jew ta’ l-ammont tad-dejn fil-każ ta’ iskrizzjoni jew tiġdid ta’
iskrizzjoni:
Lm c m
meta l-valur jew l-ammont tad-dejn ma jkunx iktar minn Lm50 .......... 15,0
meta jkun iżjed minn Lm50 iżda mhux iżjed minn Lm100  ...... .......... 20,0
meta jkun iżjed minn Lm100 iżda mhux iżjed minn Lm250 .....  ......... 25,0 
meta jkun iżjed minn Lm250 iżda mhux iżjed minn Lm500 .....  ......... 30,0 
meta jkun iżjed minn Lm500 iżda mhux iżjed minn Lm750 ..... ..........50, 0
meta jkun iżjed minn Lm750 iżda mhux iżjed minn Lm1,000  . ..........60, 0
meta jkun iżjed minn Lm1,000 iżda mhux iżjed minn Lm2,500  ......... 75,0 
meta jkun iżjed minn Lm2,500 iżda mhux iżjed minn Lm5,000  ........1.00,0 
meta jkun iżjed minn Lm5,000 iżda mhux iżjed minn Lm7,500  ........1.65,0
meta jkun iżjed minn Lm7,500 iżda mhux iżjed minn Lm10,000  ..... 1.50, 0
meta jkun iżjed minn Lm10,000 dritt inizjali ta’ ............................... 1.50, 0 
PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI ġ K AP. 55.     51
Barra mid-dritt ta’ ħmistax-il ċenteżmu għal kull Lml,000 jew parti minn Lml,000,
’il fuq mill-ewwel Lml0,000.
Għal kull nota ta’ insinwa li jkollha x’taqsam ma’ renta jew pensjoni jew ta’
iskrizzjoni jew tiġdid ta’ iskrizzjoni ta’ privileġġ jew ipoteka dwar dejn li jkun renta
jew pensjoni, id-drittijiet stabbiliti fl-iskala ta’ hawn fuq, jitħallsu kif ser jingħad
hawn taħt, jiġifieri:
(a) jekk ir-renta tkun kostitwita in perpetwu jew għal għoxrin sena jew
iżjed, jew għal żmien mhux determinat, id-dritt jiġi ntaxxat fuq l-
ammont kollu li għandu jitħallas matul il-perijodu ta’ 20 sena;
(b) jekk ir-renta tkun kostitwita għal perijodu determinat ta’ anqas minn
għoxrin sena, id-dritt jiġi ntaxxat fuq l-ammont kollu li għandu jitħallas
matul dak il-perijodu;
(ċ) jekk ir-renta tkun kostitwita għal matul il-ħajja ta’ persuna waħda jew
iżjed, id-dritt jiġi ntaxxat fuq l-ammont kollu li għandu jitħallas matul
il-perijodu ta’ tnax-il sena.
Għall-formazzjoni ta’ kull nota msemmija fl-artikoli 47 u 49 ta’ l-Att ġa msemmi
jew għal kull nota oħra, dritt ta’ ħmistax-il ċenteżmu jkun dovut lin-nutar.
Għal kull annotazzjoni fil-ġenb ta’ att mitluba jew ordnata skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att, in-nutar jista’ jitlob dritt ta’ għaxar ċenteżmi.
VII.Disposizzjonijiet ġenerali
45. F’kull każ mhux imsemmi espressament fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
din it-Tariffa, id-dritt li għandu jitħallas jiġi ntaxxat b’analoġija għall-każijiet
imsemmija espressament f’dawk id-disposizzjonijiet.
Id-drittijiet li għandhom jitħallsu skond din it-Tariffa ma jiġux imnaqqsa
minħabba li l-atti ma jkunux ġew ifformulati min-nutar li jkun irċevihom jew
minħabba li jkunu ifformulati fuq formoli stampati.
TAQSIMA II
DRITTIJIET LI JITĦALLSU FL-ARKIVJI NUTARILI
46. (i) Għal kull kopja informi ta’ atti nutarili jew parti minnhom li jkunu
depożitati fl-Arkivji, jitħallas dritt ta’ tletin ċenteżmu għal kull paġna;
b’dan illi għal fotokopji informi ta’ atti bħal dawk li jkunu meħtieġa
minn min ikun qiegħed jagħmel riċerka għal skop għal kollox storiku,
letterarju, jew xjentifiku u minn min ikun awtorizzat għaldaqshekk bis-
saħħa tal-partita 49 ta’ din l-Iskeda, għandu jitħallas dritt bir-rata
mnaqqsa ta’ ħames ċenteżmi għal kull paġna, sa massimu ta’ tlett mitt
paġna kopji għal kull sena li tkun.
(ii)  Għal kull kopja informi, li tiġi esegwita f’għamla miktuba bl-id jew bit-
typewriter meta dan jitqies li jkun possibbli mill-arkivist, ta’ atti nutarili
jew parti minnhom li jkunu depożitati fl-Arkivji, jitħallas dritt ta’
ħamsin ċenteżmu għal kull paġna ta’ madwar mitt kelma.
(iii) Meta dawk il-fotokopji jew kopji ikollhom jiġu awtentikati mill-
arkivist, id-dritt li jitħallas jiżdied b’għoxrin ċenteżmu għal kull paġna
  52      KAP. 55. ħ       PROFESSJONINUTARILI UARKIVJINUTARILI
fil-każijiet kollha; iżda meta dawk il-kopji li jkollhom jiġu awtentikati
jiġu mħejjija minn terzi, id-dritt li jitħallas għall-awtentikazzjoni
tagħhom ikun ta’ ħamsin ċenteżmu għal kull paġna ta’ madwar mitt
kelma.
(iv) Meta fit-tħejjija ta’ kopji miktuba bl-id jew bit-typewriter, ikunu
jenħtieġu esperti sabiex id-dokument oriġinali jiġi traskritt u/jew
deċifrat, id-drittijiet li jitħallsu lil dawk l-esperti jitħallsu b’żieda mad-
drittijiet imsemmija qabel.
47. Għall-viżjoni jew qari ta’ att nutarili miżmum fl-Arkivju, jitħallas dritt ta’
ħamsa u għoxrin ċenteżmu, li minnhom għoxrin ċenteżmu jinżammu mill-Arkivju u
ħames ċenteżmi jitħallsu lill-konservatur jew arkivist ta’ dawk l-atti skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 104(1).
Ebda dritt ma jitħallas għall-viżjoni ta’ att jekk il-parti tordna kopja jew estratt
tiegħu. Iżda meta fuq talba ta’ persuna, att nutarili jinqara lil dik il-persuna minn
wieħed mill-impjegati fl-Arkivju, jitħallas dritt ta’ tletin ċenteżmu għall kull nofs
siegħa jew parti minnha li fiha jsir dan l-eżerċizzju.
Ebda dritt ma jinġabar min-nutar għall-viżjoni jew qari ta’ atti riċevuti minnu jew
min-nutar li huwa konservatur ta’ l-atti tiegħu, iżda dak in-nutar iħallas id-dritt
dovut għall-kopji jekk huwa jordna li jsiru kopji tagħhom.
48. Għar-riċerka ta’ att li tiegħu hu konservatur l-arkivist, dritt ta’ għaxar
ċenteżmi jitħallas lill-arkivist għal kull sena tar-riċerka.
49. Ebda dritt ma jitħallas għall-viżjoni jew qari ta’ att jew għal riċerki
magħmula biss għal skop storiku, letterarju jew xjentifiku, minn persuni awtorizzati
speċjalment għaldaqshekk mill-Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili jew mis-
Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-affarijiet nutarili kif delegat
mill-imsemmi Ministru għal dan il-għan, bil-parir tal-Kunsill Nutarili u ta’ l-
arkivist:
Iżda dawk il-persuni awtorizzati għandhom jippreżentaw lill-Arkivji kopja jew
rapport tar-riżultati tar-riċerki li jkunu għamlu ta’ kull sena u kopja jew rapport
oħrajn lill-Kunsill Nutarili, u fin-nuqqas il-faċilitajiet tar-riċerka jistgħu jiġu irtirati.
50. Għall-attendenza ta’ l-arkivist fil-każ ta’ att li jkollu jittieħed barra mill-
Arkivju, jitħallas dritt ta’ ħames liri lill-Arkivju mill-persuna li fl-interess tagħha l-
att ikun hekk ittieħed barra.
TAQSIMA III
DRITTIJIET LI JITĦALLSU LIL PERITI U INTERPRETI
51. Id-drittijiet li jitħallsu lil paleografi, fotografi jew periti oħra speċjali għas-
servizz li jagħmlu taħt l-artikolu 77 ta’ l-Att, u drittijiet li jitħallsu lil interpreti jiġu
intaxxati min-nutar jew mill-arkivist, skond il-każ, bi ftehim mal-partijiet, qabel ma
s-servizz tal-paleografu, fotografu jew perit jiġi moqdi jew l-interpretu jiġi
mqabbad.
F’każ ta’ kwistjoni id-drittijiet jiġu intaxxati mill-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja
skond ma jkunu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ.
