REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    1
KAPITOLU 56
ATT DWAR IR-REĠISTRU PUBBLIKU
biex iħassar u biex jagħmel iseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar ir-
Reġistru Pubbliku.
12 ta’ Mejju, 1927
L-ATT XII ta’ l-1927, kif emendat bl-Att IV ta’ l-1928; bl-Ordinanzi;
XXV ta’ l-1938, XL ta’ l-1939 u XXIV ta’ l-1940; bl-Atti: XXIX ta’ l-1948 u
VI ta’ l-1951; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Atti: XXV ta’ l-1963, III u
XXIII ta’ l-1967, III ta’ l-1969, V ta’ l-1972, XI ta’ l-1973, VI ta’ l-1974,
XXXV ta’ l-1979, XIII ta’ l-1983, XVII ta’ l-1984, XII u XXXI ta’ l-1986;
bl-Avviż Legali 71 ta’ l-1987; bl-Att XXXVII ta’ l-1988; bl-Avviż Legali
121 ta’ l-1993; bl-Att III ta’ l-1994; bl-Avviż Legali 211 ta’ l-1997, bl-Att
IX ta’ l-2000; u bl-Avviżi Legali 262 ta’ l-2000, 290 ta’ l-2001, u 7 u 390
ta’ l-2002. Dan l-Att jinkorpora wkoll l-Artikolu 7(2), 8, 11 u 12 ta’ l-
Ordinanza XIII ta’ l-1895 u l-Formula li hemm magħha.
Titolu.
Ufiċċju ta’ 
Reġistru Pubbliku 
fil-Belt Valletta 
(Malta) u ieħor 
f’Victoria 
(Għawdex).
2. Għandu jkun hemm Uffiċċju ta’ Reġistru Pubbliku fil-Belt
Valletta (Malta) u ieħor f’Victoria (Għawdex) għall-iskrizzjonijiet
tal-kawżi ta’ preferenza bejn il-kredituri, għall-insinwa ta’ l-atti li
biex ikunu jiswew quddiem it-terzi għandhom ikunu iskritti, u għal
kull iskrizzjoni oħra li trid il-liġi.
Direttur tar-
Reġistru Pubbliku. 
Emendat: 
III.1967.2; 
XXIII.1967.2; 
XXXV. 1979.2; 
XXXI.1986.2. 
Sostitwit. 
III.1994.12.
3. (1) Kull wieħed mill-uffiċċji hawn fuq imsemmija hu
mqiegħed taħt it-triġija ta’ uffiċjal imsejjaħ Direttur tar-Reġistru
Pubbliku, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ id-Direttur, illi, huwa
wkoll it-Teżorier tar-Reġistru Pubbliku, u jirċievi għall-Gvern il-
ħlasijiet ta’ drittijiet skond it-Tariffa fl-Ewwel Skeda li hawn ma’
dan l-Att.
Uffiċjali fir-
Reġistru Pubbliku 
u Assistenti 
Diretturi tar-
Reġistru Pubbliku.
Kap. 16.
(2) Fl-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku tal-Belt Valletta (Malta)
għandu jkun hemm wkoll Assistenti Diretturi magħżula bħala hekk
mid-Direttur minn fost l-uffiċjali msemmija fis-subartikolu (1) ta’
l-artikolu 306 tal-Kodiċi Ċivili.
Kap. 16.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 306 tal-Kodiċi
Ċivili, kull riferenza għad-Direttur fl-artikoli 35 u 37 m’għandhiex
tiftiehem li tinkludi riferenza għal xi uffiċjal ieħor imsemmi f’dan
l-artikolu.
Ġuramenti.
msemmija f’dan l-artikolu għandhom jieħdu quddiem il-Qorti ta’ l-
Appell il-ġurament ta’ fedeltà  muri fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, u l-
ġurament ta’ kariga kif ġej:
"Jien .... inwiegħed u naħlef li nosserva fedelment il-liġijiet
kollha ta’ MaIta dwar il-kariga tiegħi u li nagħmel fedelment u bl-
onestà  u r-reqqa kollha d-dmirijiet ta’ Direttur/Assistent Direttur/
Uffiċjal ta'/fir-Reġistru Pubbliku mill-aħjar li naf u li nista’. Hekk
Alla jgħinni. ".
  2      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
Iskrizzjonijiet li 
għandhom isiru fl-
uffiċċju ta’ Malta u 
f’dak ta’ Għawdex. 
Emendat: 
XXV.1938.2.
4. (1) Fl-Uffiċċju tal-Belt Valletta (Malta) isiru l-
iskrizzjonijiet kollha ta’ kawżi ta’ preferenza dwar debituri li, fin-
noti rispettivi, huma miġjuba bħala li soltu joqogħdu fil-Gżira ta’
Malta, jew bħala li joqogħdu f’xi pajjiż ieħor barra minn Malta, kif
ukoll l-iskrizzjonijiet kollha mingħajr distinzjoni, dwar kuntratti ta’
kambju marittimu, u l-iskrizzjonijiet kollha għall-insinwa ta’ atti
irċevuti minn nutara li joqogħdu fil-Gżira ta’ Malta jew ta’ sentenzi
jew digrieti mogħtija mill-qrati tal-ġustizzja fil-Gżira ta’ Malta.
(2) Isiru wkoll fl-Uffiċċju tal-Belt Valletta (Malta) l-
iskrizzjonijiet kollha għall-insinwa ta’ atti rċevuti minn nutara li
joqogħdu fil-Gżira ta’ Għawdex jew Kemmuna jew ta’ sentenzi jew
digrieti mogħtija mill-qrati tal-ġustizzja f’dik il-Gżira ta’
Għawdex, meta dawn l-atti, sentenzi jew digrieti jkunu
jirrigwardaw immobbli li qegħdin fil-Gżira ta’ Malta.
(3) Fl-Uffiċċju ta’ Victoria (Għawdex) isiru biss l-
iskrizzjonijiet ta’ kawżi ta’ preferenza dwar debituri li, fin-noti
rispettivi, huma miġjuba bħala li soltu joqogħdu fil-Gżira ta’
Għawdex jew Kemmuna, u l-iskrizzjonijiet kollha għall-insinwa ta’
atti irċevuti min-nutara li joqogħdu fil-Gżira ta’ Għawdex jew
Kemmuna, jew ta’ sentenzi jew digrieti mogħtijin mill-qrati ta’
ġustizzja fil-Gżira ta’ Għawdex.
(4) Isiru wkoll fl-Uffiċċju ta’ Victoria (Għawdex) hawn fuq
imsemmi l-iskrizzjonijiet kollha għall-insinwa ta’ atti rċevuti minn
nutara li joqogħdu fil-Gżira ta’ Malta jew ta’ sentenzi jew digrieti
mogħtija mill-qrati tal-ġustizzja fil-Gżira ta’ Malta, meta dawn l-
atti, sentenzi jew digrieti jirrigwardaw immobbli li qegħdin fil-
Gżira ta’ Għawdex jew Kemmuna.
Id-Direttur 
m’għandux jirċievi 
noti mhux 
magħmula skond 
il-liġi. 
Emendat: 
XXXV.1979.3; 
XVII. 1984.2.
5. (1) Id-Direttur ma jista’ jirċievi ebda nota ta’ iskrizzjoni
ta’ kawżi ta’ preferenza bejn kredituri, jew nota ta’ riferenza, jew
nota ta’ insinwa ta’ att jekk din in-nota ma tkunx magħmula skond
il-liġi.
 (2) Kull nota ta’ iskrizzjoni ta’ kawżi ta’ preferenza bejn il-
kredituri għandha ssir skond il-Formula A tat-Tieni Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att u kull nota ta’ riferenza għalihom għandha ssir skond
il-Formula B ta’ l-istess Skeda.
(3) Nota ta’ insinwa ta’ att jew ta’ iskrizzjoni ta’ kawżi ta’
preferenza u kull nota ta’ riferenza għalihom għandha tkun
dattilografata jew stampata b’karattri skuri, li jidhru sewwa, li
jinqraw faċilment u li ma jitħassrux, fuq karta awtorizzata mid-
Direttur; u għandha tiġi depożitata fir-Reġistru Pubbliku, flimkien
man-nota, kopja ċara tagħha.
(4) Ebda nota, sew jekk ta’ iskrizzjoni jew ta’ insinwa, ma
għandu jkun fiha xi figuri jew numri li ma jkunux, għall-anqas
qabel, ġew miktuba fi kliem, u ebda korrezzjoni ma għandha ssir
f’xi nota bħal dik.
(5) Il-persuna li tiffirma xi nota jew kopja msemmija f’dan l-
artikolu għandha, ħdejn il-firma tagħha, tistampa, tittimbra jew
tikteb b’ittri li jinqraw b’mod ċar, u fil-każ ta’ kitba bl-idejn f’ittri
blokk, isimha u kunjomha, u l-kariga professjonali tagħha jew, jekk
ikun il-każ il-kwalità  tagħha bħala kreditur jew debitur.
REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    3
Meta l-
partikolaritajiet ma 
jkunux magħrufa. 
Emendat: 
XXIV.1940.2.
Kap. 16.
6. Meta l-partikolaritajiet li, skond l-artikolu 2042 tal-Kodiċi
Ċivili, għandhom jitniżżlu fin-nota, ma jkunux dwar isem il-
missier, jew isem l-omm, jew il-lok tat-twelid jew ta’ fejn ikun
joqgħod il-kreditur jew id-debitur, magħrufa mill-persuna li titlob
l-iskrizzjoni, għandu jingħad fin-nota li dawn il-partikularitajiet
mhumiex magħrufa minn din il-persuna: bla ħsara, rigward id-
debitur, tad-disposizzjoni ta’ l-artikolu hawn fuq imsemmi dwar l-
inserzjoni fin-nota ta’ partikularitajiet oħra individwali li jistgħu
jiswew biex jistabbilixxu l-identità  tiegħu.
Regoli. 
Indikazzjoni ta’ 
immobbli. 
Emendat: 
XXV. 1938.3.
7. Fl-indikazzjoni ta’ immobbli għandhom jitħarsu dawn ir-
regoli:
(a) fil-każ ta’ bini, hu biżżejjed li tkun imsemmija l-belt,
rabat jew raħal, u t-triq fejn ikun qiegħed, u n-numru li
bih hu immarkat: jekk il-bini ma jkollux numru u jkun
qiegħed fi triq li ma jkollhiex isem, fin-nota għandu
jkun hemm imsemmija din iċ-ċirkostanza u għandu
jkun hemm indikazzjoni ta’ mill-anqas tlieta mill-
irjieħ tiegħu;
(b) fil-każ ta’ raba’, hu biżżejjed li jkun imsemmi r-rabat
jew ir-raħal li ġewwa l-limiti tiegħu jkun qiegħed, il-
laqam tiegħu, jekk ikollu, mill-anqas tlieta mill-irjieħ
tiegħu, u kemm fih kejl, bejn wieħed u ieħor.
X’għandu jkun fiha 
n-nota ta’ insinwa. 
Emendat: 
XXV.1938.4.
8. (1) In-nota ta’ l-insinwa għandu jkun fiha l-isem tal-
partijiet kif hu meħtieġ għall-indikazzjoni tad-debitur fl-
iskrizzjonijiet ipotekarji, id-data u x-xorta ta’ l-att, indikazzjoni
tal-ħaġa li għaliha jirriferixxi l-att skond id-disposizzjoni ta’ l-
artikolu ta’ qabel dan, flimkien ma’ indikazzjoni tal-valur fil-każ
ta’ atti li fihom il-valur jista’ jkun determinat.
(2) Fil-każ ta’ testment, in-nota għandu jkun fiha biss id-data u
x-xorta ta l-att u l-partikularitajiet tat-testatur.
Kap. 88.
(3) Fil-każ ta’ trasferiment taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, in-
nota ta’ l-insinwa ta’ l-att titqies magħmula skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għad illi s-sid jew xi wħud mis-
sidien ta’ l-immobbli hekk ittrasferit ikunu miġjuba fiha bħala li
mhumiex magħrufa jew li mhumiex żguri.
X’għandu jkun fiha 
n-nota ta’ 
iskrizzjoni ta’ 
kambju marittimu. 
Emendat: 
XI.1973.377.
9.  Imħassar bl-artikolu 46 ta’ l-Att XXXVII ta’ l-1988. 
Meta huma 
meħtieġa xiehda ta 
l-identità  tal-
persuna li titlob l-
iskrizzjoni. 
Sostitwit: 
XXXV.1979.4.
10. Id-Direttur ma għandu jirċievi ebda nota iffirmata biss
mill-persuna li titlob l-iskrizzjoni jew l-insinwa jekk hu ma jkunx
jaf sewwa lil dik il-persuna u l-firma tagħha jew jekk ma jkunx
żgura l-identità  ta’ dik il-persuna bil-produzzjoni tal-karta ta’ l-
identità  uffiċjali, jew tal-passaport jew ta’ xi dokument uffiċjali
ieħor u l-firma ta’ dik il-persuna ma ssirx quddiem id-Direttur.
  4      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
Il-Qorti ta’ 
Reviżjoni ta’ l-Atti 
Nutarili tiddeċidi 
kull kwistjoni dwar 
ir-regolarità  ta’ 
nota.
11. (1) Kull kwistjoni dwar ir-regolarità  ta’ nota għandha, fuq
talba tal-persuna li titlob l-iskrizzjoni, tiġi maqtugħa mill-Qorti ta’
Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili, illi tiddeċidi jekk dik in-nota hix
magħmula skond il-liġi, jew, xort’oħra, tordna kif għandha tiġi
magħmula.
(2) Id-Direttur għandu jirċievi u jirreġistra kull nota li l-Qorti
hawn fuq imsemmija, skond ix-xorta tal-każ u d-disposizzjonijiet
tal-liġi, tkun iddikjarat li fiha l-partikolaritajiet meħtieġa, għad illi
qabel huwa jkun irrifjuta li jirċeviha għaliex difettuża.
(3) Meta n-nota hija kontro-iffirmata minn wieħed mill-
Viżitaturi ta’ l-Atti Nutarili, il-firma tiegħu tiswa daqs dik id-
dikjarazzjoni.
Ħinijiet ta’ l-
uffiċċju għall-
preżentata tan-noti. 
Sostitwit: 
VI.1974.2.
Emendat:
IX.2000.4.
12. L-Uffiċju tar-Reġistru Pubbliku f’Malta u dak f’Għawdex
ikunu miftuħa għall-preżentata ta’ noti ta’ reġistrazzjoni u
iskrizzjoni mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa matul dawk il-
ħinijiet li l-Ministru responsabbli għar-Reġistru Pubbliku jista’
jistabbilixxi b’avviż pubblikat fil-Gazzetta:
Iżda, meta xi jum minn dawk jaħbat f’xi festa pubblika kif
ukoll nhar l-Erbgħa u l-Ħamis tal-Ġimgħa l-Kbira, l-imsemmija
Uffiċċji jinżammu magħluqa.
Id-Direttur għandu 
jikteb fuq in-nota 
d-data tar-
riċeviment u n-
numru progressiv. 
Emendat: 
XXV. 1963.2.
13. (1) Fuq kull nota li jirċievi għall-iskrizzjoni, id-Direttur,
meta hu sodisfatt li n-nota hija regolari, għandu jikteb numru
progressiv u d-data ta’ meta tiġi riċevuta, u għandu jiffirma ismu
fuqha.
(2) In-numerazzjoni tan-noti tibda mill-ewwel nota u tispiċċa
bl-aħħar waħda ippreżentata f’kull sena.
Ordni tar-
reġistrazzjoni. 
Emendat: 
III.1967.3.
14. (1) In-noti magħmulin regolari jiġu irreġistrati fl-ordni li
jiġu ippreżentati.
(2) Iżda, jekk nota tiġi irrifjutata mid-Direttur bħala irregolari
u din in-nota tiġi lilu ippreżentata mill-ġdid bil-forma stabbilita
fid-digriet li jordna l-aċċettazzjoni tagħha, tiġi irreġistrata fl-ordni
li fih tiġi ippreżentata mill-ġdid, mingħajr ma titwaqqaf ir-
reġistrazzjoni ta’ noti oħra irċevuti fiż-żmien bejn ir-rifjut u l-
preżentata mill-ġdid ta’ dawk in-noti.
Żmien għar-
reġistrazzjoni tan-
noti. 
Emendat: 
XXV.1963.3, 
III.1969.2.
15. Kull nota regolari għandha tiġi irreġistrata fi żmien tmien
xhur minn dak in-nhar li tiġi irċevuta: iżda għall-finijiet kollha tal-
liġi, jitqies li ġiet irreġistrata dak in-nhar stess li ġiet irċevuta. 
Kif issir ir-
reġistrazzjoni. 
Sostitwit: 
XXV.1963.4. 
Emendat: 
III.1969.3; 
XXXV.1979.5.
16. (1) L-iskrizzjoni jew l-insinwa ssir billi tidħol kopja ċara
tagħha fir-reġistru. Il-kopja għandu jkollha n-numru progressiv tan-
nota u d-data meta tiġi riċevuta u għandha tkun iffirmata mid-
Direttur.
(2) Ir-reġistru jista’ jinżamm f’diversi volumi, kull wieħed
minnhom jista’ jkun riżervat għal xorta waħda jew iżjed ta’
reġistrazzjonijiet.
(3) Id-Direttur għandu, fl-aħħar paġna ta’ kull volum tar-
REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    5
reġistru, jagħmel dikjarazzjoni fis-sens illi r-reġistrazzjonijiet li
jkun hemm fihom huma kopji veri tan-noti oriġinali.
(4) Dik id-dikjarazzjoni għandha ssir, tkun datata u iffirmata
mid-Direttur fi żmien tmien xhur minn meta tiġi riċevuta l-aħħar
nota mdaħħla fil-volum.
Ir-reġistri 
għandhom jiġu 
nnumerati u 
ffirmati.
Emendat: 
XXV. 1938.5; 
XXXV.1979.5.6; 
XVII.1984.3.
17. (1) Il-folji ta’ kull reġistru miżmum taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom ikunu nnumerati
konsekuttivament.
(2) L-aħħar folja ta’ kull volum għandu jkun fiha dikjarazzjoni
dwar in-numru totali tal-folji tiegħu; din id-dikjarazzjoni għandha
tkun iffirmata mid-Direttur.
Il-folji tar-reġistri 
għandhom ikunu 
mqassmin 
f’kolonni.
18. (1) Il-folji tar-reġistri miżmumin taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att għandhom ikunu mqassma f’kolonni.
(2) Għandu mill-anqas ikun hemm tant kolonni daqs kemm
għandu jkun fiha l-formula tan-noti ta’ l-iskrizzjonijiet, u kolonna
oħra jew iżjed biex fihom jiġu irreġistrati ċ-ċessjonijiet, it-tnaqqis
jew it-tħassir u r-riferenzi għal iskrizzjonijiet oħra, jew
annotazzjonijiet oħra 1i jistgħu jkunu meħtieġa.
Ma jistgħux isiru 
korrezzjonijiet 
mingħajr l-
awtorizazzjoni tal-
Qorti. 
Emendat: 
XXV.1963.6.
19. Imħassar bl-artikolu 4 ta’ l-Att XVII ta’ l-1984.
Il-korrezzjoni tista’ 
ssir bit-
traskrizzjoni ta’ l-
iskrizzjoni. 
Emendat: 
XXV.1963.7; 
XVII.1984.5.
20. (1) ll-korrezzjoni ta’ iskrizzjoni tista’ ssir bit-traskrizzjoni
ta’ l-iskrizzjoni, bl-istess numru u data tagħha, f’parti oħra tar-
reġistru; f’dan il-każ, fl-ewwel iskrizzjoni għandha ssir riferenza
għat-tieni, u f’din ta’ l-aħħar, annotazzjoni fis-sens li din l-
iskrizzjoni mhix ħlief korrezzjoni ta’ l-ewwel iskrizzjoni.
(2) L-annotazzjoni għandha tkun datata u iffirmata mid-
Direttur.
Korrezzjoni ta’ 
żbalji fit-
traskrizzjoni. 
Miżjud:
XXV. 1938.6. 
Emendat: 
XXV.1963.8; 
XVIII.1984.6.
21. (1) Meta jinsab li jkun meħtieġ li jissewwa xi żball fit-
traskrizzjoni ta’ xi reġistrazzjoni, id-Direttur għandu jagħmel il-
korrezzjoni permezz ta’ nota fil-marġini ta’ dik ir-reġistrazzjoni u
kull tħassir għandu jsir hekk illi jħalli l-kliem imħassra jidhru ċar.
(2) Dik il-korrezzjoni għandha tkun datata u ffirmata mid-
Direttur.
(3) Ma jistax isir taħsir bi brix.
Applikabbiltà  ta’ l-
artikoli 20 u 21. 
Miżjud: 
XXXV. 1979.7. 
Sostitwit: 
XVII.1984.7.
22. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 20 u 21 m’għandhomx
japplikaw għal noti ppreżentati wara l-1 ta’ Jannar, 1980.
Ir-reġistri u n-noti 
jista’ jarahom 
kulħadd.
23. Ir-reġistri u n-noti irċevuti iżda għad mhux irreġistrati
jista’ jarahom kulħadd.
  6      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
Indiċijiet. 
Emendat: 
XXV. 1938.7; 
XVII.1984.8; 
XII.1986.8.
24. (1) Għandu jsir indiċi ġenerali ta’ l-iskrizzjonijiet kollha
tal-kawżi ta’ preferenza bejn il-kredituri, magħmulin mill-ewwel
ta’ Jannar sal-wieħed u tletin ta’ Diċembru, inklużivament, ta’ kull
sena, kif ukoll indiċi ġenerali bħalu ta’ l-iskrizzjonijiet kollha ta’
insinwi magħmula matul dik is-sena.
(2) L-indiċi ġenerali ta’ l-iskrizzjonijiet ta’ l-insinwa għandu
jkun fih lista tan-noti msemmijin fl-artikolu 8(3), u dawn in-noti
għandhom ukoll jidħlu f’dak l-indiċi taħt l-isem tal-belt, rabat jew
raħal li fil-limiti tagħhom l-immobbli sproprjat ikun jinsab.
Kap. 16.
(3) Id-Direttur għandu, b’żieda ma’ l-indiċijiet ġenerali
msemmija fis-subartikoli (1) u (2), iżomm dawk il-kotba, reġistri u
indiċijiet oħra u jagħmel dawk l-iskrizzjonijiet fihom, kif ikun
meħtieġ biex jirreġistra, jindika u jagħmel dak li hu meħtieġ biex
tinstab il-konnessjoni bejn l-isem jew il-kunjom ta’ qabel ta’ xi
persuna, u l-isem jew il-kunjom il-ġdid li dik il-persuna tkun ħadet
bis-saħħa ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 253(2)
jew ta’ l-artikolu 92(4) u (5) tal-Kodiċi Ċivili, jew fejn bis-saħħa
ta’ xi disposizzjoni oħra ta’ l-imsemmi Kodiċi, l-isem jew il-
kunjom ta’ persuna jkun inbidel, barra milli bi żwieġ jew
b’adozzjoni, b’dak il-mod li kull kawża ta’ preferenza jew kull
insinwa relattiva għal dik il-persuna ma tkunx tista’ tinstab
minnufih fl-imsemmija indiċijiet ġenerali.
Lista ta’ 
iskrizzjonijiet li 
għandhom 
jintbagħtu minn 
Għawdex. 
Emendat: 
XVII.1984.9.
25. (1) Id-Direttur ta’ l-Uffiċċju ta’ Victoria (Għawdex)
għandu jibgħat lid-Direttur ta’ l-Uffiċċju tal-Belt Valletta (Malta),
fl-ewwel u fit-tielet gimgħa ta’ kull xahar, lista bl-ismijiet tad-
debituri li kontra tagħhom ikunu saru iskrizzjonijiet fl-Uffiċċju ta’
Victoria (Għawdex) matul il-ħmistax-il jum ta’ qabel u lista oħra
ta’ l-iskrizzjonijiet ta’ l-insinwa li saru fl-istess uffiċċju.
(2) Dawn il-listi jista’ jarahom kulħadd bħar-reġistri.
Għandha 
tintbagħat ukoll 
kopja ta’ l-indiċi.
(3) Id-Direttur ta’ l-Uffiċċju ta’ Victoria (Għawdex) għandu
jibgħat ukoll lid-Direttur ta’ l-Uffiċċju tal-Belt Valletta (Malta)
fix-xahar ta’ Jannar ta’ kull sena, kopja ta’ l-indiċi ta’ l-
iskrizzjonijiet u insinwazzjonijiet li jkunu saru f’dak l-Uffiċċju fis-
sena ta’ qabel, kif jingħad fl-artikolu 24.
Id-Direttur għandu 
jagħti, lil min 
jitlob, ċertifikat 
ġenerali ta’ l-
iskrizzjonijiet. 
Emendat: 
XXV.1938.8.
26. (1) Id-Direttur għandu jagħti lil kull min jitolbu, ċertifikat
ta’ l-iskrizzjonijiet kollha tal-kawżi ta’ preferenza li jkunu jeżistu
fir-reġistru kontra persuna, jew ta’ l-insinwazzjonijiet ta’ atti li
fihom dik il-persuna tidher bħala parti.
(2) It-talba għal dan iċ-ċertifikat għandha ssir bil-miktub u
għandu jkun fiha l-isem, il-kunjom, l-isem tal-missier u l-lok tat-
twelid tal-persuna fuq imsemmija, u, fil-każ ta’ mara miżżewġa, l-
isem u l-kunjom ta’ żewġha u d-data taż-żwieġ tagħha.
(3) Din it-talba għandha tkun iffirmata minn min jagħmilha jew
minn avukat, nutar jew prokuratur legali.
(4) Meta l-missier mhux magħruf, fit-talba għandha tiġi
msemmija din iċ-ċirkostanza.
REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    7
X’għandu jkun fih 
iċ-ċertifikat. 
Emendat: 
XXV.1938.9.
27. (1) Iċ-ċertifikat imsemmi fl-artikolu ta’ qabel dan għandu
jkun fih -
(a) esposizzjoni tat-talba bil-partikularitajiet tal-persuna li
għaliha t-talba tirriferixxi;
(b) kopja ta’ kull iskrizzjoni dwar kull persuna li l-
partikularitajiet tagħha għal dak li hu l-isem, il-
kunjom, l-isem tal-missier, il-lok tat-twelid, u l-isem
tar-raġel, (jekk ikun il-każ) jaqblu ma’ dawk tal-
persuna deskritta fit-talba; u
(ċ) jekk espressament mitluba fit-talba, kopja tan-noti
msemmijin fl-artikolu 8(3) dwar il-beni immobbli
mniżżlin fit-talba u fiha identifikati bil-
partikularitajiet imsemmijin fl-artikolu 7.
(2) Jekk ma jkun hemm ebda iskrizzjoni dwar il-persuna jew l-
immobbli deskritti fit-talba, iċ-ċertifikat għandu jkun fih
dikjarazzjoni għal dan l-effett.
Meta tintalab 
riċerka tal-
passività  jew tat-
trasferimenti fir-
Reġistru Pubbliku. 
Emendat: 
IV.1928.2; 
XXV.1938.10; 
XL.1939.2; 
XVII. 1984.10.
28. (1) Kull meta tintalab li ssir riċerka fir-Reġistru Pubbliku
tal-passività  jew tat-trasferimenti tal-beni ta’ persuna, l-uffiċjal
inkarigat għandu, fuq talba ta’ min ikun irid ir-riċerka, jagħtih lista,
iffirmata mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jew minn uffiċjal li
jkun jagħmel floku, u iffirmata wkoll mill-uffiċjal li jkun għamel
dik il-lista, u għandu jkun fiha n-numru progressiv ta’ kull
iskrizzjoni dwar il-persuna li fuqha ssir riċerka, imniżżlin fir-
Reġistru Pubbliku matul iż-żmien li għalih tintalab ir-riċerka.
(2) Il-lista hawn fuq imsemmija għandu jkun fiha wkoll, jekk
jiġi hekk espressament mitlub fit-talba għar-riċerka, in-numru
progressiv tan-noti msemmijin fl-artikolu 8(3), dwar wieħed jew
ieħor mill-immobbli speċifikati fit-talba u hemm identifikati bil-
partikolaritajiet imsemmijin fl-artikolu 7.
Riferenza għall-
iskrizzjonijiet fl-
Uffiċċju ta’ 
Victoria 
(Għawdex).
29. (1) Id-Direttur ta’ l-Uffiċċju tal-Belt Valletta (Malta)
għandu jsemmi għalihom, fiċ-ċertifikati mogħtijin minnu taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu ta’ qabel dan, l-iskrizzjonijiet
magħmulin fl-Uffiċċju ta’ Victoria (Għawdex), sa fejn jidhru mill-
indiċi jew mil-listi mibgħutin lilu bħal ma jingħad hawn fuq, u
għandu jsemmi wkoll id-data ta’ l-aħħar lista li hu jkun irċieva.
(2) Id-Direttur ta’ l-Uffiċċju ta’ Victoria (Għawdex) għandu
dejjem, fiċ-ċertifikati tiegħu, jagħmel twissija li jista’ jkun illi
hemm iskrizzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Belt Valletta (Malta) kontra l-
persuna msemmija fit-talba.
Ċertifikat speċjali. 
Emendat: 
XVII.1984.11.
30. Id-Direttur għandu jagħti wkoll lil kull min jitolbu
ċertifikat speċjali ta’ iskrizzjoni, li jkun fih kopja ta’ l-iskrizzjoni
nfisha. Ebda ċertifikat minn dawn m’għandu jkun fih iżjed minn
iskrizzjoni waħda.
Iċ-ċertifikat 
m’għandux iġib 
iskrizzjonijiet li ma 
ġewx imġedda. 
Art. 12 ta’ l-Ord. 
XIII ta’ l-1895 
ikkonsolidat.
31. Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku, meta hu mitlub li jagħti
ċertifikat ġenerali jew speċjali ta’ iskrizzjonijiet kontra persuna,
m’għandux jieħu qies ta’ dawk l-iskrizzjonijiet, suġġetti għat-
tiġdid, li ma jkunux ġew imġedda, u li mid-data tagħhom ikunu
għaddew tletin sena.
  8      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
Formula għat-
tiġdid ta’ l-
iskrizzjoni. 
Art. 7(2) ta’ l-Ord. 
XIII ta’ l-1895, 
ikkonsolidat. 
Sostitwit: 
XXXV.1979.8.
32. Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ma għandu jirċievi ebda
nota ta’ tiġdid jekk ma tkunx magħmula skond il-Formula A fit-
Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att flimkien mad-dikjarazzjoni li
ġejja fit-tarf tan-nota ta’ tiġdid:
"Jien niddikjara li bi ħsiebni nġedded in-nota ta’ iskrizzjoni
numru .................. li daħlet fir-Reġistru Pubbliku fi ................ " . 
Reġistri ta’ l-
iskrizzjonijiet 
imġedda u ta’ l-
ipoteka legali. 
Art. 8 ta’ l-Ord. 
XIII ta’ 1-1895, 
ikkonsolidat.
33. Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku għandu jżomm reġistru
għall-iskrizzjonijiet imġeddin u reġistru ieħor għall-iskrizzjonijiet
ta’ l-ipoteki legali favur il-mara miżżewġa u l-persuni taħt tutela
jew kurazija.
Disposizzjonijiet 
dwar l-
iskrizzjonijiet 
oriġinali jgħoddu 
għat-tiġdid ta’ l-
iskrizzjonijiet. 
Art. 11 ta’ l-Ord. 
XIII ta’ l-1895, 
ikkonsolidat.
34. Id-disposizzjonijiet dwar l-iskrizzjonijiet oriġinali u r-
reġistri tagħhom, igħoddu, sa fejn jistgħu, għat-tiġdid ta’
iskrizzjonijiet u għar-reġistri msemmijin fl-aħħar artikolu qabel
dan. 
Responsabbiltà 
tad-Direttur.
35. Id-Direttur iwieġeb għad-danni u mgħaxijiet li jiġru
minħabba-
(a) li jonqos li jirreġistra nota illi jkun irċieva jew li
jniżżel id-data tagħha qabel jew wara li tmiss;
(b) li jħalli barra jew ma jirreġistrax sewwa xi waħda mill-
partikolarilajiet miġjubin fin-nota dwar il-persuna tad-
debitur, jew taċ-ċessjonarju, jew ta’ l-ammont li jkollu
jingħata jew li ġie ċedut;
(ċ) li jħalli barra fiċ-ċertifikati jew listi msemmijin fl-
artikoli 26 u 28, iskrizzjonijiet li jkunu jeżistu, kemm-
il darba dan in-nuqqas ma jkunx minħabba
indikazzjonijiet mhux suffiċjenti, li għalihom id-
Direttur ma jistax jinżamm responsabbli;
(d) li jonqos li jsemmi fiċ-ċertifikati ta’ l-iskrizzjonijiet
ta’ kawżi ta’ preferenza, iċ-ċessjonijiet imniżżlin
regolarment fir-reġistri.
Spezzjon tar-
Reġistri. 
Emendat:
XXXV.1979.9.
36. (1) Wieħed mill-Viżitaturi għandu jispezzjona ir-reġistri
darbtejn fis-sena.
(2) L-ewwel spezzjon issir fis-sitt xhur li jibdew mill-ewwel ta’
Mejju u t-tieni fis-sitt xhur li jibdew mill-ewwel ta’ Novembru. 
Dmirijiet tal-Qorti 
ta’ Reviżjoni. 
Sostitwit: 
XXIII.1967.3. 
Emendat: 
XXXV.1979.10; 
XXXI.1986.3. 
Sostitwit: 
III.1994.12.
37. Matul l-ispezzjonijiet fuq imsemmija l-Viżitatur għandu
jeżamina jekk l-uffiċjali msemmija fl-artikolu 3 ħarsux id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ xi liġi oħra u jista’, għal kull
kontravvenzjoni, iwaħħal lill-uffiċjal li kien responsabbli,
ammenda ta’ mhux iżjed minn ħames liri:
Iżda, meta l-kontrawenzjoni tikkonsisti fl-ommissjoni ta’ xi
ħaġa li tkun meħtieġa li ssir skond dan l-Att jew xi liġi oħra u ma
jkunx possibbli għall-qorti li tassigura ruħha min kien responsabbli
għal dik l-ommissjoni, il-kontravvenzjoni għandha titqies li tkun
REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    9
saret mid-Direttur u l-piena għandha tiġi mwaħħla lilu.
Riżerva. 
Emendat: 
XI.1973.377.
Kap. 234.
38. (1) Dan l-Att ma jħassarx id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Bastimenti Merkantili dwar ir-reġistrazzjoni ta’ krediti li
jolqtu l-bastimenti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Att.
(2) Kull drawwa kuntrarja jew inkompatibbli mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, hija mħassra.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Miżjud: 
XXXV.1979.11. 
Sostitwit: 
XVII.1984.12.
Emendat:
IX.200.4.
39. (1) Il-Ministru responsabbli għar-Reġistru Pubbliku jista’
jagħmel regolamenti b’mod ġenerali biex jitwettqu d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod partikolari iżda bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jista’ b’dawk ir-regolamenti -
(a) jipprovdi għall-egħmil ta’ noti duplikati ta’ xi noti
oriġinali għar-reġistrazzjoni ta’ xi kawża ta’
preferenza fost il-kredituri, jew ta’ xi nota ta’
referenza jew ta’ xi nota ta’ insinwa meta nota
oriġinali tkun intilfet, ġiet distrutta jew ġiet
danneġġata, u għas-sostituzzjoni b’reġistru ġdid ta’
kull reġistru mitluf, distrutt jew danneġġat;
(b) jippreskrivi l-mod li bih dawk in-noti duplikati, u
reġistri ġodda jistgħu jitħejjew u jkunu awtentikati;
(ċ) jippreskrivi li n-noti għar-reġistrazzjoni ta’ kull kawża
ta’ preferenza fost il-kredituri, noti ta’ referenza, u
noti ta’ insinwa u r-reġistri relattivi tagħhom u
indiċijiet jiġu riprodotti bil-microfilming, u l-mod li
bih dawk ir-riproduzzjonijiet għandhom isiru, jiġu
maħżuna u jkunu aċċessibbli għall-pubbliku;
(d) jippreskrivi l-mod li bih riproduzzjonijiet li jsiru bil-
microfilming u kopji tagħhom jistgħu jiġu awtentikati;
(e) jipprovdi għall-komputerizzazzjoni, inkluż il-ħażna,
ta’ informazzjoni meħuda minn kull records li
jinżammu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
għall-produzzjoni ta’ dokumenti li jkun fihom
dikjarazzjonijiet ta’ dik l-informazzjoni u l-
awtentikazzjoni ta’ dawk id-dokumenti;
(f) jippreskrivi l-forma ta’ kull ċertifikat maħruġ mid-
Direttur skond l-artikoli 26 u 30 u l-forma ta’ l-
applikazzjoni relattiva għall-ħruġ ta’ dawk iċ-
ċertifikati;
(g) jippreskrivi l-forma ta’ l-applikazzjoni għall-ħruġ ta’
listi skond l-artikolu 28 u l-forma ta’ dawk il-listi;
(h) jippreskrivi d-drittijiet u l-ħlasijiet oħra li għandhom
jinġabru u jitħallsu dwar kull ħaġa magħmula taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(i) jemenda, iżid ma’ jew jissostitwixxi l-Iskedi li jinsabu
ma’ dan l-Att; u
(j) jipprovdi għal kull ħaġa inċidentali jew supplementari
għal xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
is-subartikolu.
  10      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ xi regolamenti magħmula taħt dan l-
artikolu għandhom, safejn japplikaw, japplikaw għal tiġdid ta’
reġistrazzjonijiet u għal ipoteki legali.
(3) Kull nota duplikata jew reġistru ġdid li jsir skond
regolamenti magħmula taħt is-subartikolu (1) ta’dan l-artikolu
għandu għall-finijiet u effetti kollha, jissostitwixxi n-nota jew ir-
reġistru oriġinali.
REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    11
L-EWWEL SKEDA Sostitwita: XL. 1939.3. 
Emendata: 
XXIX.1948.2;
V.1972.3; 
XIII. 1983.4. 
Sostitwita: 
A.L. 71 ta’ l-1987. 
Emendata: 
A.L. 121 ta’ l-993.
Sostitwita:
A.L. 211 ta’ l-1997.
Emendata:
A.L. 262 ta’ l-2000;
A.L. 290 ta’ l-2001;
A.L. 7 ta’ l-2002;
A.L. 390 ta’ l-2002.
TARIFFA
(Artikolu 3)
A. Privileġġi u Ipoteki
Lm c
1. Għal kull nota ta’ iskrizzjoni jew tiġdid ta’ iskrizzjoni meta
l-ammont tal-kreditu -
(a) ma jkunx iżjed minn Lm1,000 .............................................. 1.00
(b) ikun iżjed minn Lm1,000 iżda mhux iżjed minn Lm20,000 . 10.00
(ċ) ikun iżjed minn Lm20,000..................................................... 10.00
u tiħallas żieda ta’ lira (Lm1) dwar kull Lm1,000, jew parti minn
Lm1,000, ’l fuq mill-ewwel Lm20,000.
(d) ma jkunx iddikjarat .............................................................. 1.00
Għal kull nota ta’ iskrizzjoni meta l-kreditu hu għall-ħlas ta’ kull
sena jew ta’ pensjoni, id-drittijiet miġjubin fl-iskala ta’ hawn fuq
għandhom jitħallsu kif sejjer jingħad hawn, jiġifieri:
(a) jekk il-ħlas ta’ kull sena hu ikkostitwit in perpetwu jew għal
għoxrin sena jew iżjed, jew għal żmien indeterminat, id-dritt
jiġi intaxxat fuq l-ammont kollu li għandu jitħallas matul iż-
żmien ta’ għoxrin sena;
(b) jekk il-ħlas ta’ kull sena hu ikkostitwit għal żmien determi-
nat anqas minn għoxrin sena, id-dritt jiġi intaxxat fuq l-
ammont kollu li għandu jitħallas matul dak iż-żmien;
(ċ) jekk il-ħlas ta’ kull sena hu ikkostitwit għal matul il-ħajja ta’
persuna waħda jew iżjed, id-dritt jiġi intaxxat fuq l-ammont
kollu li għandu jitħallas matul iż-żmien ta’ tnax-il sena.
2. Għal kull annotazzjoni ta’ ċessjoni, tnaqqis, jew tħassir
inkluża r-riferenza relattiva li għandha ssir fir-reġistri .................... 1.50
B. INSINWI
8. Għal kull nota ta’ insinwa ta’ testment pubbliku, u għal kull
nota ta’ insinwa tal-ftuħ ta’ testment sigriet, u għal kull nota li jkun
fiha dikjarazzjoni causa mortis ....................................................... 2.50
  12      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
9. Għal kull nota ta’ rinunzja magħmula fl-okkażjoni li
wieħed jagħmel il-voti ta’ reliġjuż, ta’ fondazzjoni, ta’ kitba taż-
żwieġ mingħajr assenjazzjoni ta’ stabbli, ta’ kontro-dikjarazzjoni
f’kitbiet ta’ żwieġ, ta’ firda personali u ta’ tmiem tal-komunjoni ta’
l-akkwisti, u għal kull nota oħra li għandha x’taqsam ma’ prokuri,
atti nutarili, sentenzi u digrieti ta’ qorti, ta’ valur mhux determinat
........ 1.00
10. Għal kull nota oħra li għandha x’taqsam ma att nutarili,
sentenza jew digriet ta’ qorti, meta l-valur hu determinat: 
(a) ma jkunx iżjed minn Lm1,000 .............................................. 1.00
(b) ikun iżjed minn Lml,000 iżda mhux iżjed minn Lm20,000 .... 10.00
(ċ) ikun iżjed minn Lm20,000 .................................................... 10.00
u titħallas żieda ta’ lira (Lm1) dwar kull Lml,000, jew parti minn
Lml,000, ’il fuq mill-ewwel Lm20,000.
Għal kull nota ta’ insinwa li għandha x’taqsam ma’ ħlas ta’ kull
sena jew pensjoni, id-drittijiet miġjubin fl-iskala ta’ hawn fuq
jitħallsu kif sejjer jingħad hawn taħt, jiġifieri:
(a) jekk il-ħlas ta’ kull sena hu ikkostitwit in perpetwu, jew għal
għoxrin sena jew iżjed, jew għal żmien determinat, id-dritt
jiġi ntaxxat fuq l-ammont kollu li għandu jitħallas matul iż-
żmien ta’ għoxrin sena;
(b) jekk il-ħlas ta’ kull sena hu ikkostitwit għal żmien determi-
nat ta’ anqas minn għoxrin sena, id-dritt jiġi intaxxat fuq l-
ammont kollu li għandu jitħallas matul dak iż-żmien;
(ċ) jekk il-ħlas ta’ kull sena hu ikkostitwit għal matul il-ħajja ta’
persuna waħda jew iżjed, id-dritt jiġi intaxxat fuq l-ammont
kollu li għandu jitħallas matul iż-żmien ta’ tnax-il sena.
11. Għal kull riferenza li għandha ssir fir-reġistri...................... 0.50
Ċ. APPLIKAZZJONIJIET, RIĊERKI U ĊERTIFIKATI
Ċ1. Għal kull applikazzjoni għal riċerka ta’ iskrizzjoni kontra
persuna partikolari jew kumpannija (fejn il-partikolaritajiet ma
jaqblux, għandhom isiru żewġ applikazzjonijiet jew aktar u
għandhom jitqiesu li kienu dejjem meħtieġa), iżda meta l-
applikazzjoni ssir minn dipartiment tal-gvern id-dritt għandu
jonqos bin-nofs .............................................................................. 6.00,0
U b’żieda, għandu jitħallas:
(a) għal kull kopja, irrispettivament mill-għadd ta’ paġni, ta’
nota ta’ preferenza, riferenza, insinwa jew record ieħor li
jkun parti mir-riċerka ........................................................... 1.20,0
   Iżda meta l-applikant,
      (i) jordna kopji minn sit fil-bogħod, ukoll meta l-kopja
ma tkunx tifforma parti mir-riċerka; jew
      (ii) jidħol f’sit mill-bogħod biex jivverifika l-istat ta’ l-
applikazzjonijiet li jkollu għar-riċerki,
  ebda ħlas ieħor ma għandu jiġi impost ħlief dak dovut għall-
kopja jew riċerka skond il-każ;
REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    13
(b) meta, bħala parti mir-riċerka, minflok kopja sħiħa tan-nota,
tingħata biss indikazzjoni tagħha, bħalma hi ''GPP'' li tfisser
garanzija ta’ paċifiku pussess, ''D/M'' li tfisser maternità
differenti, jew xi nota simili minflok il-kopja sħiħa ............... 0.36,0
Ċ2. Meta l-applikazzjoni tkun tirreferi għall-verifika u ċ-
ċertifikazzjoni ta’ riċerki mhux komputerizzati, b’żieda ma’ l-inqas
dritt għall-applikazzjoni msemmi fil-paragrafu Ċ1 ta’ din l-Iskeda,
kif ukoll b’żieda mal-ħlas imsemmi fl-istess paragrafu kulmeta xi
nota partikolari ma tkunx reġistrata fir-riċerki ppreżentati għall-
verifika u ċertifikazzjoni, u bħala riżultat tal-verifika u
ċertifikazzjoni, tiġi pprovduta kopja tan-nota li jonqos mar-riżultat,
inkluż il-kontroll ta’ noti ta’ riferenza dwar xi noti ta’ preferenza
partikolari li ma jagħmlux parti minn applikazzjoni għal riċerka
uffiċjali, ħlas, għal kull tqabbila, kif ġej:
(a) għall-ewwel 99 tqabbila ....................................................... 0.18,0
(b) meta l-għadd ikun ta’ 100 tqabbila iżda ma jeċċedix il-200,
ħlas għal tqabbbil f’dan il-marġni ......................................... 0.06,0
(ċ) meta l-għadd ikun ta’ 200 tqabbila iżda ma jeċċedix il-500,
ħlas għal tqabbbil f’dan il-marġni ......................................... 0.04,8
(d) meta l-għadd ikun ta’ 500 tqabbila iżda ma jeċċedix l-1000,
ħlas għal tqabbbil f’dan il-marġni ......................................... 0.03,6
(e) meta l-għadd ta’ tqabbiliet ikun ta’ 1000 jew fuqhom, ħlas
għal tqabbbil f’dan il-marġni ................................................ 0.02,4
Ċ3 Talba biex tiġi aġġornata riċerka uffiċjali u maħruġa matul
id-disgħin ġurnata minnufih qabel it-talba ...................................... 1.56,0
Ċ4 Għal ċertifikat speċjali (Ċertifikat tar-Reġistru Pubbliku)
ta’ iskrizzjoni maħruġ bħala vera kopja ta’ iskrizzjoni wara talba ad
hoc għalih skond l-artikolu 30 ta’ l-Att, u li ma jkunx jagħmel parti
minnu riċerka uffiċjali .................................................................... 1.50,0
Ċ5 Għal kull ċertifikat dwar testmenti magħmul minn xi
persuna partikolari, ikun xi jkun l-għadd ta’ paġni (inkluż id-dritt
għar-riċerka):
(a) meta applikazzjoni ma tkunx teħtieġ riċerka f’records li
jmorru ’l hinn mill-1972 ....................................................... 3.50,0
(b) f’kull każ ieħor .................................................................... 5.00,0
Ċ6 Applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala aġent .................... 5.00,0
Ċ7 Meta persuna tagħmel xi  arranġament mad-Direttur li
permezz tiegħu d-Direttur ikollu jagħtiha kopji tan-noti ta’
preferenza kollha li dik il-persuna tista’ tkun parti fihom matul is-
sitt xhur li jiġu minnufih wara dak l-arranġament, għal kull kopja
informi irrispettivament mill-għadd ta’ paġni, sakemm l-għadd ta’
kopji ordnati jkunu iżjed minn 50 ................................................... 0.25,0
Ċ8 Għal dħul fl-iskrizzjonijiet minn sit fil-bogħod, il-ħlas għal
kull riċerka li ssir skond il-parametri tat-Taqsimiet A jew B tat-
Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att sa massimu ta’ ħamsin
iskrizzjoni f’xi waqt wieħed ........................................................... 5.00,0
Iżda, irrispettivament mill-għadd ta’ records elettroniċi
aċċessibbli, meta l-applikant jagħżel li jillimita l-aċċess, il-ħlas
għandu jkun, meta dawk ir-records ikopru l-aħħar -
  14      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
(a) 30 jum attwalment aċċessibbli ..................................... 1.00,0
(b) 90 jum attwalment aċċessibbli ..................................... 2.00,0
(ċ) 120 jum attwalment aċċessibbli ................................... 3.00,0
REĠISTRUPUBBLIKU ġ K AP. 56.    15
IT-TIENI SKEDA
FORMULI
Emendata:FORMULA A - NOTA GĦAL ISKRIZZJONI XXIV.1940.3.
Sostitwita: XXXV.1979.12.
ġ Artikoli 5, 32ħ
Nota għal Iskrizzjoni 
ta’ ...........................  Nru. Progressiv .......................................
RIMARKl (għall-użu uffiċjali biss)
KREDITUR 
(Partikolaritajiet tal-Kreditur)
DEBITUR
(Partikolaritajiet tad-Debitur)
KREDITU 
(Partikolartiajiet tal-Kreditu)
KAWŻA TA’ PREFERENZA
(Ipoteka, Privileġġ, Ipoteka legali, eċċ.)
Illumta’ 19
Direttur
Firma tal-persuna li tapplika 
għall-iskrizzjoni 
  16      KAP. 56. ħ           REĠISTRUPUBBLIKU
FORMULA B - NOTA TA’ RIFERENZA
Formula imdaħħla 
fl-Ordinanza XIII ta’ ġ Artikolu 5 (2)ħ
l-1895, inkorparata. 
Sostitwita:XXXV.1979.12.
RIFERENZA Nru. TITOLU
(In-Numru ta’ l-Ipoteka għandu jitniżżel
hawnhekk)
Firma ...............................
