﻿PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 1 
KAPITOLU 58 
ATT DWAR IL-PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
Biex jipprovdi għal pensjonijiet ta’ Nisa Romol u Tfal Iltiema ta’ Uffiċjali Pubbliċi. 
(1 ta’ Lulju, 1927)* 
Sar liġi bl-ATT XIX ta’ l-1927, kif emendat bl-Att XXVIII ta’ l-1929; 
bl-Ordinanzi: XLIV ta’ l-1935, XVIII ta’ l-1937#, I u VIII ta’ l-1943, XV ta’ l-1948; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI ta’ l-1958; bl-Ordinanzi: VI u IX ta’ l-1959, XVIII, XXI u XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l- 1963, 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: LVIII ta’ l-1974, XXII ta’ l-1976, XI ta’ l- 1977 u XIII ta’ l-1983. 
Titolu fil-qosor. 1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema. 
Tifsir. Emendat: XXVIII.1929.3; XV.1948.2; VI.1958.2; XXI.1962.20; XXV.1962. 2, 5. 
2. F’dan l-Att, meta mill-kuntest ma jkunx jidher xort’oħra, il-kelmiet hawn taħt miġjuba għandhom is-sens mogħti lil kull waħda minnhom kif sejjer jingħad, jiġifieri: 
il-kelma " benefiċjarju" tfisser u fiha jidħlu - 
(a) l-armla tal-kontribwent; 
(b) it-tfal tal-kontribwent miż-żwieġ tiegħu ma’ mara li tmut f’ħajtu u t-tfal tiegħu leġittimati bi żwieġ li jsir wara ma’ dik il-mara, li jkunu għadhom ħajja u ta’ età pensjonabbli fil-mewt ta’ missierhom; 
"ta’ età pensjonabbli", meta dawn il-kelmiet jingħadu għal-tfal, ifissru, fil-każ ta’ subien, dawk li huma ta’ età anqas minn tmintax- il sena, u, fil-każ ta’ bniet, dawk li huma ta’ età anqas minn wieħed u għoxrin sena u mhux miżżewġin. 
Tifel jitqies li m’għadux ta’ età pensjonabbli fis-sens ta’ dan l- Att meta jagħlaq l-età ta’ tmintax-il sena jew imut qabel ma jagħlaq dik l-età, u, tifla meta tagħlaq l-età ta’ wieħed u għoxrin sena jew tiżżewweġ jew tmut qabel ma tagħlaq dik l-età; 
"Gvern" ifisser il-Gvern ta’ Malta; 
"kontribwent" ifisser kontribwent taħt dan l-Att u jfisser ukoll persuna li ma baqgħetx tikkontribwixxi f’dawk iċ-ċirkostanzi li hija tibqa’ tingħadd bħala persuna li qiegħda tgawdi l-vantaġġi taħt dan l-Att; 
"maħtur" ifisser ukoll "maħtur bi prova"; 
"il-proġett" ifisser il-proġett ikkontemplat f’dan l-Att għall-għoli ta’ pensjonijiet lil nisa romol u tfal iltiema ta’ uffiċjali pubbliċi; 
*Ara l-artikolu oriġinali 36 illi ġie mħolli barra taħt l-Ordinanza ta’ l-1936 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji u n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 232 ta’ l-1 ta’ Lulju, 1927. #L-artikolu oriġinali 32 ta’ l-Att ġie mħassar b’din l-Ordinanza b’effett mill-1 ta’ April, 1937.

2 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
"proġett appruvat" ifisser proġett għall-għoti ta’ pensjoni lil nisa romol u tfal ta’ uffiċjali tal-Gvern, li jkun ġie mill-Ministru responsabbli għall-finanzi iddikjarat bħala proġett appruvat għall- finijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att* ; 
"servizz pubbliku ieħor" ifisser servizz pubbliku mhux taħt il- Gvern ta’ Malta; 
Kap. 93. 
"uffiċjal pubbliku" jew "uffiċjal" ifisser persuna mpjegata fil-fiss fis-servizz tal-Gvern u li għandha kariga pensjonabbli, jew kariga li għaliha titħallas allowance wara l-irtir mis-servizz bis-saħħa tar- Regolament 16 ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet jew taħt ir- Regolament korrispondenti 24 ta’ l-Att ta’ l-1926 dwar il- Pensjonijiet (issa mħassar) jew taħt ir-Regolament 22 ta’ l- Ordinanza ta’ l-1905 dwar il-Pensjonijiet (issa mħassra) fil-każ ta’ uffiċjali li għalihom igħodd l-artikolu 20 ta’ l-imsemmija Ordinanza dwar il-Pensjonijiet jew l-artikolu 12 ta’ l-Att ta’ l-1926 dwar il-Pensjonijiet (issa mħassar); 
"ta’ kull xahar" u "xahar" jirreferixxu għax-xhur skond il- kalendarju. 
Meta l-mara tal- kontribwent tkun kaġun tal-firda. 
Kap. 16. 
(2) Meta l-mara tal-kontribwent hija ħtija tal-firda iddikjarata b’sentenza jew awtorizzata b’digriet tal-Qorti Ċivili kompetenti għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmijin fl-artikoli 38, 40 u 41 tal- Kodiċi Ċivili, din il-mara, għall-finijiet kollha ta’ dan l-Att, titqies li mietet u l-kontribwent jitqies li sar armel fid-data ta’ dik is- sentenza jew digriet. 
Iżda xejn f’dan is-subartikolu m’għandu jitteħed bħala li jtellef il-jeddijiet ta’ din il-mara taħt dan l-Att, jekk il-konsegwenzi tal-firda jkunu spiċċaw fil-ħajja tal-kontribwent. 
(3) Tifel adottat minn kontribwent waqt li jkun miżżewweġ ma’ mara għandu, għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqies li jkun it-tifel tal-kontribwent minn dak iż-żwieġ jekk - 
(a) il-kontribwent ikun adotta lit-tifel qabel ma daħal fis- servizz pubbliku jew waqt li jkun fis-servizz pubbliku; 
(b) il-kontribwent kien taħt l-età ta’ sittin sena fiż-żmien ta’ l-adozzjoni; u 
(ċ) l-adozzjoni kienet skond il-liġi tal-post fejn il- kontribwent kien residenti fiż-żmien ta’ l-adozzjoni. 
(4) It-tifel ta’ kontribwent li jkun adottat minn xi persuna oħra - 
(a) matul il-ħajja tal-kontribwent, jew waqt li tkun qed titħallas pensjoni skond dan l-Att lil omm dak it-tifel, għandu jitqies, għall-finijiet ta’ dan l-Att, li jkun miet fid-data ta’ l-adozzjoni; 
(b) wara l-mewt tal-kontribwent għandu, jekk ikun qed jitħallas pensjoni jew sehem ta’ pensjoni skond dan l- 
*Għal dik li hi lista ta’ "proġetti appruvati" ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 659 tat-3 ta’ Diċembru, 1942, Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 209 ta’ l-4 ta’ Mejju, 1945, Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 58 tas-6 ta’ Frar, 1948, u Notifikazzjoni tal- Gvern Nru. 81 tas-17 ta’ Frar, 1948.

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 3 
Att, ikompli jitħallas dik il-pensjoni jew dak is-sehem. 
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tagħti dritt lil tifel adottat li jitħallas pensjoni jew sehem ta’ pensjoni meta l-ħlas lilu ta’ dik il- pensjoni jew dak is-sehem inaqqas il-pensjoni jew is-sehem ta’ pensjoni li titħallas minnufih jew tkun qed titħallas fis-16 ta’ Frar, 1962, lill-armla jew lit-tifel jew tfal bi żwieġ tal-kontribwent. 
Il-pensjonijiet u l- gratifikazzjonijiet jiġu addebitati lill- Fond Konsolidat. Emendat: XXVIII. 1929.2; A.L. 46 ta’ l-1965. 
3. Għandhom jiġu addebitati lill-Fond Konsolidat u mħallsin minnu, dawk is-somom kollha ta’ flus li, minn żmien għal żmien, għandhom jiġu mogħtija bħala pensjoni jew gratifikazzjoni lill- persuni li għandhom jedd għal dik il-pensjoni jew gratifikazzjoni skond dan l-Att u skond ir-regolamenti magħmulin bis-saħħa tiegħu. 
Meta uffiċjal ġdid isir kontribwent. Emendat: XXVIII.1929.4; VI.1959.3. 
4. (1) Minn barra l-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-artikolu 5, kull uffiċjal ġdid, wara li dan l-Att jibda jseħħ, isir kontribwent taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att mill-ġurnata li huwa jibda jieħu s- salarju tal-kariga tiegħu. 
(2) Minn barra dawk l-eċċezzjonijiet, kull uffiċjal wara li jibda jseħħ dan l-Att jista’, fi żmien tnax-il xahar milli hekk jibda jseħħ, b’avviż bil-miktub lill-Accountant General, jagħżel li jsir kontribwent, u, meta huwa hekk jagħżel, għandu jibda jikkontribwixxi mill-ewwel ġurnata ta’ l-ewwel xahar li jiġi wara dak li fih l-Accountant General jirċievi dak l-avviż. 
(3) L-uffiċjal li jagħżel li jsir kontribwent taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jista’, jekk irid, meta hekk jagħżel, iħallas lill- Accountant General, bħala kontribuzzjoni f’kolp wieħed, ammont li ma jiskorrix it-total, mingħajr imgħaxijiet, li kieku kien iħallas f’kontribuzzjonijiet ta’ kull sena u addizzjonali qabel id-data li fiha jkun hekk għażel, mill-ewwel ta’ Lulju ta’ l-elf disa’ mija u sebgħa u għoxrin. 
Tiġdid taż-żmien ta’ l-avviż li għandu jagħti l- uffiċjal biex isir kontribwent. 
(4) L-uffiċjal li ma jkunx għażel li jsir kontribwent qabel it- tletin ta’ Ġunju ta’ l-elf disa’ mija u tmienja u għoxrin, jista’, b’avviż bil-miktub lill-Accountant General, jagħżel li jsir kontribwent, fi żmien tliet xhur minn data li tiġi iffissata b’Notifikazzjoni tal-Gvern*. 
Iżda, dan l-uffiċjal għandu, minnufih li jagħti dan l-avviż, iħallas lill-Accountant General, bħala kontribuzzjoni f’kolp wieħed, ammont daqs it-total li kien iħallas b’kontribuzzjonijiet ta’ kull sena u addizzjonali li kieku eżerċita l-jedd li jsir kontribwent fid-data msemmija fis-subartikolu (2), bl-imgħaxijiet tas-sitta fil- mija fis-sena, mill-ewwel ta’ Lulju ta’ l-elf disa’ mija u tmienja u għoxrin, sa l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih ikun ta dak l-avviż; b’dan ukoll, li l-uffiċjal fuq imsemmi ma jkunx impedut milli jinqeda bid-disposizzjoni tas-subartikolu (3). 
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 306 tad-29 ta’ Awissu, 1929.

4 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
Persuni li m’għandhomx jedd ikunu kontribwenti. Emendat: XXVIII .1929. 5, 6, 7; XLIV. 1935.2; VIII.1943.2; VI.1959.3; A.L. 4 ta’ l-1963; A.L. 46 ta’ l-1965; LVIII. 1974.68. 
5. (1) Dawn il-persuni li sejrin jissemmew m’għandhomx jedd li jkunu kontribwenti: 
(a) il-Presidenti ta’ Malta u l-Aides-de-Camp tagħhom, jekk ma jkunux kontribwenti qabel ma jidhlu f’dik il- kariga; 
(b) in-nisa, minbarra dawk li, fiż-żmien tal-ħatra tagħhom fis-servizz, kienu romol bi tfal; 
(ċ) il-membri tal-kleru ta’ kull denominazzjoni. 
Persuni li jilħqu l- età ta’ sittin sena. (2) Il-persuni li jkunu laħqu l-età ta’ sittin sena m’għandhomx jedd li jkunu kontribwenti, ħlief dawk li fil-fatt ikunu għadhom fis- servizz fiż-żmien li dan l-Att jibda jseħħ. Il-persuni li jagħżlu li jsiru kontribwenti wara li jagħlqu l-età ta’ sittin sena jibqgħu jikkontribwixxu sa ma jirtiraw meta jagħlqu l-età ta’ ħamsa u sittin sena, jew, jekk jirtiraw qabel, skond l-artikolu 23. 
Kontribuzzjoni għal proġett approvat. 
(3) Ebda uffiċjal m’huwa obbligat isir kontribwent taħt dan l- Att jekk u sakemm huwa jkun qiegħed jikkontribwixxi għal proġett appruvat jew jekk ikun ġie ittrasferit minn servizz pubbliku ieħor: 
Iżda ebda impjegat trasferit minn servizz ieħor pubbliku ma jkun jista’ jaħtar li jsir kontribwent taħt dan l-Att kemm-il darba huwa ma jibgħatx bil-miktub lill-Accountant General tagħrifa ta’ dik il-ħatra fi żmien tliet xhur minn dak inhar meta huwa ġie trasferit minn servizz ieħor pubbliku għas-servizz tal-Gvern ta’ Malta. 
Kontribwenti għall-Fond tal- Pulizija. 
(4) Il-kontribwenti għaz-żewġ Fondi tal-Pulizija, jiġifieri, għall-Fond ta’ Premjijiet u Għajnuna u għall-Fond ta’ Pensjonijiet tar-Romol u Tfal Iltiema ma jistgħux ikunu kontribwenti taħt dan l- Att jekk ma jaqtgħux milli jkunu kontribwenti f’dawk il-Fondi. 
Rati ta’ kontribuzzjoni. Emendat: XXVIII .1929.8, 9, 10; VI.1959.3; IX.1959.2; XVIII.1962.2; A.L. 4 ta’ l-1963; XIII.1983.4. 
6. (1) Ir-rati ta’ kontribuzzjoni huma dawn - 
(a) uffiċjal illi l-maximum ta’ l-iskala tas-salarju tiegħu (jew is-salarju tiegħu effettiv kemm-il darba dan ma jkunx fuq skala li tiżdied) jiskorri l-ammont miġjub fl- ewwel kolonna iżda ma jiskorrix dak tat-tieni kolonna, għandu jħallas skond ir-rata fis-sena miġjuba fit-tielet kolonna korrispondenti - 
L-Ewwel It-Tieni It-Tielet 
Kolonna Kolonna Kolonna 
Lm 25 Lm 75 Lm 1.25,0 
Lm 75 Lm 125 Lm 2.50,0 
Lm 125 Lm 175 Lm 3.75,0 
Lm 175 Lm 225 Lm 5.00,0 
Lm 225 Lm 275 Lm 6.25,0 
Lm 275 Lm 325 Lm 7.50,0 ’il fuq minn Lm 325 - Lm 8.75,0 
Kontribuzzjoni doppja minn kontribwent li jiżżewweġ qabel ma jagħmel l- ewwel ħlas. 
(b) kontribwent illi - 
(i) ikun uffiċjal fis-servizz fid-data li dan l-Att jibda jseħħ, u ta’ età ta’ erbgħin sena jew iżjed; jew

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 5 
(ii) ikun uffiċjal ġdid ta’ età ta’ erbgħin sena jew iżjed fid-data ta’ l-ewwel ħatra tiegħu, 
jista’ jagħżel li jħallas kontribuzzjoni ta’ kull sena mhux iżjed mid- doppju ta’ dik speċifikata fit-Tielet Kolonna ta’ hawn fuq b’avviż bil-miktub lill-Accountant General, li għandu jsir fi żmien tliet xhur mill-ewwel ħlas tiegħu tal-kontribuzzjoni skond dan l-Att jew miż-żwieġ tiegħu jew, bil-permess bil-miktub mill-Ministru responsabbli għall-finanzi wara li tiġi murija raġuni tajba għad- dewmien, f’kull żmien waqt il-perijodu tiegħu ta’ kontribuzzjoni: 
Iżda kull persuna, li ssir kontribwenti qabel l-ewwel ta’ Lulju ta’ l-1928, tista’ tagħżel li tħallas mid-data li tibda l- kontribuzzjoni tagħha, il-kontribuzzjoni extra ta’ hawn fuq b’avviż bil-miktub lill-Accountant General fi żmien tliet xhur mid-data li tiġi stabbilita b’Notifikazzjoni tal-Gvern*; u kemm-il darba huwa jagħżel li jħallas kontribuzzjoni fis-sena addizzjonali, huwa għandu hekk iħallasha mid-data li fiha l-ewwel darba sar kontribwenti jew mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara dak li fih l-Accountant General ikun irċieva l-avviż tiegħu, skond ma jkun il-każ: 
Il-kontribuzzjoni fis-sena ma tistax tkun iżjed minn Lm17.50,0. 
Iżda wkoll ebda uffiċjal ma jista’ jikkontribwixxi rata fis- sena li b’kollox tilħaq iżjed minn sbatax-il lira u ħamsin ċenteżmu. 
Il-pensjoni tiġi ikkalkolata skond it-Tabelli u r- Regolamenti li hawn ma’ dan l- Att. 
(2) Il-pensjoni mħallsa skond il-kontribuzzjoni kif jingħad f’dan l-artikolu għandha tiġi ikkalkulata skond it-Tabelli u r- Regolamenti li hawn ma’ dan l-Att. 
Kif jiġu stabbiliti r- rati ta’ kontribuzzjoni. 
7. Ir-rati ta’ kontribuzzjoni jiġu stabbiliti fuq is-salarju fiż- żmien tal-ħatra fil-fiss tal-kontribwent mingħajr ma jittieħed qies ta’ ebda żieda li tkun ġiet mogħtija lilu għal xi żmien minħabba li jkun qiegħed jaġixxi flok ħaddieħor f’kariga oħra ta’ salarju li huwa jista’ jkollu u mingħajr ma jittieħed qies ta’ allowances persunali jew xort’oħra, minbarra l-allowances pensjonabbli li jitqiesu bħala parti mis-salarju tal-kontribwent għall-finijiet tal- kalkolu tar-rata tal-kontribuzzjonijiet tiegħu. 
Meta l-ħlas uffiċjali tal- kontribwent jiġi mnaqqas. Emendat: VI. 1959.3. 
8. Jekk il-ħlas uffiċjali li jirċievi l-kontribwent jiġi mnaqqas, jew minħabba li jitnaqqaslu s-salarju jew minħabba li jirtira b’pensjoni, b’mod li jaqa’ taħt skala ta’ kontribuzzjoni anqas skond l-artikolu 6, hu jista’, b’avviż bil-miktub mogħti lill-Accountant General fis-sens illi jrid hekk, jissokta jikkontribwixxi bir-rata li kien iħallas qabel sakemm jagħlaq l-età ta’ sittin sena, u f’dan il- każ l-armla jew it-tfal ikollhom jedd għal pensjoni ikkalkulata fuq ir-rata akbar; iżda, jekk ir-rata ta’ kontribuzzjoni tiegħu tiġi mnaqqsa, il-pensjoni lill-armla jew lit-tfal tiġi mnaqqsa fl-istess proporzjon li kienet tiġi miżjuda kieku r-rata tiegħu ta’ kontribuzzjoni ġiet miżjuda minflok ma ġiet imnaqqsa. 
Effetti taż-żieda fil- kontribuzzjonijiet. 
9. Kull żieda fil-kontribuzzjoni titqies bħallikieku kienet ammissjoni ġdida fl-età rispettiva tar-raġel u tal-mara fiż-żmien li ssir iż-żieda. 
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 306 tad-29 ta’ Awissu, 1929.

6 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
Il- kontribuzzjonijiet ta’ kull sena jitħallsu bit-tant fix-xahar. Emendat: XXVIII.1929.11. 
10. (1) ll-kontribuzzjonijiet kollha ta’ kull sena jitħallsu bit- tant fix-xahar u, barra minn kif jingħad iżjed ’il quddiem, jibqgħu jitħallsu sakemm il-kontribwent imut jew jagħlaq l-età ta’ sittin sena: 
Iżda kontribwent li jkun iħallas kontribuzzjoni addizzjonali fis-sena jista’ jagħżel, f’kull żmien, li jaqta’ l-ħlas ta’ din il- kontribuzzjoni. 
Ir-rati huma ikkalkulati fuq salarju sħiħ ta’ xahar. 
(2) Dawn ir-rati huma ikkalkulati fuq is-salarju sħiħ ta’ xahar bir-rata tas-salarju li jitħallas lill-kontribwent fl-aħħar ġurnata tax- xahar u li għalih issir il-kontribuzzjoni. 
Il-kontribuzzjoni titnaqqas mis- salarju jew mill- pensjoni. 
(3) ll-kontribuzzjoni titnaqqas mill-Gvern mis-salarju pensjoni tal-kontribwent, skond il-każ. Jekk kontribwent ikun bil-leave b’nofs salarju jew interdett jew bil-leave mingħajr salarju, huwa b’dan kollu jibqa’ suġġett għal kontribuzzjoni bir-rata ordinarja. F’dan l-aħħar każ, jekk il-kontribwent innifsu ma jħallasx il- kontribuzzjonijiet tiegħu lill-Gvern fiż-żmien li kien bil-leave mingħajr salarju, il-kontribuzzjonijiet li jkun baqa’ lura fihom jiġu mnaqqsa mill-ewwel salarju li jitħallas wara dak il-leave. 
Il- kontribuzzjonijiet jitħallsu fit-Teżor. 
11. Il-kontribuzzjonijiet kollha jitħallsu fit-Teżor. 
Partikolaritajiet li għandhom jitniżżlu fir-Reġistri. Emendat: XXI.1962.20. 
12. Il-Gvern għandu jżomm reġistri li fihom jitniżżlu: id-data tat-twelid ta’ kull kontribwent u, jekk miżżewweġ, id-data tat- twelid ta’ martu u tat-tfal tiegħu (jekk ikollu) u, fil-każ ta’ tifel adottat, id-data tad-digriet ta’ adozzjoni dwaru minbarra d-data tat- twelid tiegħu, il-partikolaritajiet tal-kontribuzzjonijiet tiegħu u dawk id-dati u partikolaritajiet oħra dwar il-kontribwenti u l-familji tagħhom li għandhom jitniżżlu għall-finijiet ta’ dan l-Att. 
Avviż bil-miktub lill-Accountant General minn kontribwent ġdid. Emendat: XXVIII. 1929.12,13; VI. 1959.3; XXI. 1962.20. 
13. (1) Kull uffiċjal, kif jagħti avviż li jagħżel li jsir kontribwent taħt dan l-Att, għandu jagħti bil-miktub lill- Accountant General: 
(a) id-data tat-twelid tiegħu; u 
(b) jekk miżżewweġ, jew armel, jew armel li għadda għal żwieġ ieħor, id-data taż-żwieġ jew żwiġijiet tiegħu, id- data tat-twelid tal-mara jew tan-nisa tiegħu mejta, id- data tat-twelid tal-mara l-ħajja u d-data tat-twelid tat- tfal ta’ età pensjonabbli, jekk ikollu, u, fil-każ ta’ tifel adottat, id-data tad-digriet ta’ adozzjoni dwaru minbarra d-data tat-twelid tiegħu. 
Żwieġ ta’ kontribwent meta hu tali. 
(2) Kull kontribwent illi jiżżewweġ fiż-żmien li jkun kontribwent għandu fi żmien tliet xhur miż-żwieġ tiegħu jgħarraf bil-miktub lill-Accountant General b’dan iż-żwieġ u jagħtih id-data tat-twelid tal-mara tiegħu. 
Avviż tat-twelid jew taż-żwieġ tat- tfal jew tal-mewt tal-mara jew tat- tfal. 
(3) Kull kontribwent għandu jgħarraf bil-miktub lill- Accountant General fi żmien tliet xhur mid-data tal-fatt - 
(a) bit-twelid ta’ tarbija tiegħu jew bl-adozzjoni tiegħu ta’ xi tifel; 
(b) biż-żwieġ ta’ kull tifla tiegħu taħt l-età ta’ wieħed u għoxrin sena;

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 7 
(ċ) bil-mewt ta’ martu u bil-mewt jew adozzjoni ta’ xi wieħed jew waħda mit-tfal tiegħu ta’ età pensjonabbli. 
Dmir ta’ l-armla wara l-mewt tal- kontribwent. 
(4) Wara l-mewt ta’ kontribwent miżżewweġ, l-armla ta’ dak il-kontribwent għandha tgħarraf bil-miktub lill-Accountant General fi żmien tliet xhur mid-data tal-fatt - 
(a) bid-data tal-mewt tal-kontribwent; 
(b) bit-twelid ta’ tarbija tal-kontribwent li titwieled wara mewtu; 
(ċ) biż-żwieġ ta’ kull tifla ta’ dak il-kontribwent li tkun taħt l-età ta’ wieħed u għoxrin sena; 
(d) bil-mewt jew bl-adozzjoni tat-tfal ta’ dak il- kontribwent fiż-żmien li jkunu ta’ età pensjonabbli. 
Dokumenti li għandhom jinġiebu. 
(5) Kull dikjarazzjoni jew avviż bħal dawn għandhom jiġu ippruvati b’ċertifikat tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-mewt, jew b’affidavit jew xort’oħra għas-sodisfazzjon tal-Accountant General. Iċ-ċertifikati tat-twelid tat-tfal għandhom jinġiebu meta mitluba mill-Accountant General. 
Penali għal nuqqas jew traskuraġni. Emendat: A.L. 4 ta’ l-1963. 
14. (1) Il-kontribwent jew l-armla illi jonqsu jew jittraskuraw li jesegwixxu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu ta’ qabel dan, jeħlu, għal kull nuqqas jew traskuraġni, penali ta’ mhux iżjed minn żewġ liri, illi, jekk ma tiġix imħallsa, tiġi mnaqqsa mis-salarju jew pensjoni, tiegħu jew tagħha, skond il-każ. 
Effett ta’ dikjarazzjoni falza. (2) Il-kontribwent jew l-armla illi dolożament jagħmlu dikjarazzjoni falza dwar xi waħda mill-partikolaritajiet li għandha tiġi mogħtija taħt dan l-Att, huma suġġetti, fid-diskrezzjoni tal- Ministru responsabbli għall-finanzi għat-telf tal-jeddijiet kollha tagħhom stabbiliti fil-proġett, jew ta’ biċċa minnhom. 
Pensjoni reġistrata għall-kontribwent miżżewweġ jew armel bi tfal ta’ età pensjonabbli. Emendat: XXVIII.1929.14. 
15. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att - 
(a) kull uffiċjal pubbliku li jkun fis-servizz fid-data tal- promulgazzjoni ta’ dan l-Att, u li jkun, f’dik id-data, miżżewweġ jew armel bi tfal ta’ età pensjonabbli, jew, jekk ikun għażeb, jiżżewweġ fi żmien tliet xhur middata 
li tiġi stabbilita b’Notifikazzjoni tal-Gvern*, u li jagħżel li jsir kontribwent, jiġi akkreditat, b’żieda mal- vantaġġi li jmissu skond it-Tabella u r-Regolamenti li hawn ma’ dan l-Att, b’pensjoni reġistrata f’ammont ta’ sebgħa minn erbgħin tas-salarju tiegħu fid-data tal- promulgazzjoni ta’ dan l-Att: 
Iżda, din il-pensjoni reġistrata m’għandha fl-ebda każ tiskorri s-somma ta’ sittin lira fis-sena; 
Maximum ta’ pensjoni. (b) f’ebda każ pensjoni li ġejja bis-saħħa tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 6 u tal-paragrafu (a) ta’ dan l-artikolu ma tista’ tiskorri s-somma ta’ mija u għoxrin lira fis- sena; 
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 306 tad-29 ta’ Awissu, 1929.

8 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
Kontribwent li jmut u jħalli benefiċjarji. 
(ċ) wara l-mewt ta’ kontribwent li jħalli benefiċjarju wieħed jew iżjed, dan il-benefiċjarju jew kull wieħed minn dawn il-benefiċjarji għandu jirċievi pensjoni ikkalkulata skond it-Tabelli u r-Regolamenti li hawn ma’ dan l-Att; 
Pensjoni li għandha titħallas lil aktar minn benefiċjarju wieħed. 
(d) meta jkollhom jitħallsu pensjonijiet lil aktar minn benefiċjarju wieħed, kull benefiċjarju għandu jirċievi mill-pensjoni li kien jieħu kieku kien waħdu sehem fl- istess proporzjon tan-numru wieħed man-numru kollu tal-benefiċjarji; 
Xi jsir mis-sehem ta’ wieħed mill- benefiċjarji li ma jibqax jeżisti. 
(e) meta jkun hemm aktar minn benefiċjarju wieħed qegħdin jirċievu pensjonijiet rigward l-istess kontribwent, u xi wieħed minn dawn il-benefiċjarji ma jibqax jeżisti fis-sens ta’ dan l-Att, il-benefiċjarju jew benefiċjarji, jekk ikunu iżjed minn wieħed, li jibqa’ jeżisti jew li jibqgħu jeżistu, għandu jirċievi, jew kull wieħed minnhom għandu jirċievi, mid-data li ma jkunx baqa’ jeżisti dak il-benefiċjarju, il-pensjoni li kien jirċievi li kieku huwa u l-benefiċjarju l-ieħor jew il- benefiċjarji l-oħra, jekk ikun hemm, li baqgħu jeżistu, kien jew kienu l-benefiċjarju waħdu jew il-benefiċjarji waħidhom li kien jeżisti jew li kienu jeżistu fil-mewt tal-kontribwent. 
Meta l-benefiċjarja hija l-armla tal- kontribwent. 
16. (1) Meta l-benefiċjarju jikkonsisti fl-armla tal- kontribwent, il-pensjoni li titħallas lil dan il-benefiċjarju għandha, minbarra t-tnaqqis fil-każ li tkun tilfet biċċa mill-jeddijiet tagħha taħt is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 14, tiġi mħallsa lilha u tispiċċa jekk hi tmut, tfalli jew terġa tiżżewweġ, jew, inkella jekk titlef il- pensjoni kollha skond id-disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu. 
Il-pensjoni tispiċċa jekk ma jkunx hemm tfal ħajjin u ta’ età pensjonabbli. 
(2) Jekk meta tispiċċa l-pensjoni kif jingħad hawn fuq, ma jkunx hemm tfal, ħajjin u ta’ età pensjonabbli, miż-żwieġ ta’ l- armla mal-kontribwent, dan il-benefiċjarju jitqies li ma baqax jeżisti u l-pensjoni li jmiss titħallas tispiċċa. 
Ħlas ta’ pensjoni lil tfal ħajja u ta’ età pensjonabbli. 
(3) Jekk meta tispiċċa l-pensjoni kif jingħad hawn fuq, ikun hemm tfal ħajja u ta’ età pensjonabbli, din il-pensjoni tissokta u tiġi mħallsa lil dawn it-tfal kif jingħad iżjed ’il quddiem u dawn it-tfal jitqiesu li jikkostitwixxu benefiċjarju fis-sens ta’ dan l-Att. 
Sehem ta’ pensjoni li jitħallas lit-tfal. 17. Meta l-benefiċjarju jikkonsisti fit-tfal tal-kontribwent, il- pensjoni li titħallas lil dan il-benefiċjarju hija bl-istess rata tal- pensjoni li misset lil ommhom jew li kienet tmiss lilha li kieku kienet ħajja u kellha jedd għal pensjoni, u tiġi mħallsa lil dawn it- tfal f’ishma ndaqs sakemm huma jibqgħu ta’ età pensjonabbli. Meta wieħed minn dawn it-tfal jispiċċa li jkun ta’ età pensjonabbli, is- sehem tiegħu jitħallas lit-tfal ħajja ta’ età pensjonabbli f’ishma ndaqs, u meta dak li mit-tfal ta’ età pensjonabbli jibqa’ ħaj l-aħħar jispiċċa li jkun ta’ età pensjonabbli, dan il-benefiċċjarju jitqies li ma baqax jeżisti u l-pensjoni li titħallas lilu tispiċċa.

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 9 
Armla li tiżżewweġ kontribwent wara li jagħlaq sittin sena. Emendat: A.L. 4 ta’ l-1963. 
18. (1) Ebda armla ta’ kontribwent li ż-żwieġ tagħha miegħu jkun sar wara li hu jkun għalaq l-età ta’ sittin sena, mingħajr ma jkun hemm tfal minn dak iż-żwieġ, ma tista’ tikkostitwixxi benefiċjarju jew ikollha jedd għall-pensjoni taħt dan l-Att. 
Il-miżżewweġ li jmut fi żmien tnax- il xahar miż-żwieġ mingħajr ma jħalli tfal. 
(2) Ebda armla ta’ kontribwent illi żewġha jkun miet fi żmien tnax-il xahar miż-żwieġ mingħajr tfal minn dak iż-żwieġ imwielda f’ħajtu (fiż-żwieġ jew leġittimati bi żwieġ li jsir wara) jew fi żmien li jmiss wara mewtu, ma tista’ tikkostitwixxi benefiċjarju jew ikollha jedd għall-pensjoni taħt dan l-Att: 
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jawtorizza li tiġi mogħtija lil din l-armla l-pensjoni kollha jew biċċa minnha li kien ikollha jedd għaliha li kieku ma kinux iseħħu d- disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu. 
Meta l-missier imut egħluq tnax-il xahar mill- adozzjoni ta’ tifel. Miżjud: XXI.1962.20. Emendat: A.L. 4 ta’ l-1963. 
19. Ebda tifel adottat ta’ kontribwent li jmut egħluq tnax-il xahar mill-adozzjoni ma jkun jista’ jikkostitwixxi benefiċjarju jew ikollu dritt għal xi pensjoni skond dan l-Att: 
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jawtorizza l-għoti lil dak it-tifel tal-pensjoni sħiħa jew ta’ biċċa minnha li kien ikollu dritt għaliha li ma kienx minħabba d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu. 
Il-pensjoni tispiċċa minħabba l- falliment ta’ l- armla. Emendat: XXl.1962.20; A.L. 4 ta’ l-1963. 
20. Jekk il-pensjoni ta’ armla tispiċċa f’ħajjitha minħabba l- falliment tagħha u ma jkunx hemm tfal li favur tagħhom din il- pensjoni għandha tibqa’ tissokta skond is-subartikolu (3) ta’ l- artikolu 16, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jawtorizza l-ħlas lil din l-armla, minn żmien għal ieħor, sakemm tibqa’ ħajja, jew għal żmien jew żminijiet aqsar, sew kontinwi jew li jaqtgħu, kif jidhirlu xieraq, ta’ allowance b’rata mhux aktar mir-rata ta’ dik il- pensjoni jew jista’ jawtorizza l-applikazzjoni tagħha għall- manteniment u għajnuna personali jew għall-vantaġg ta’ dik l- armla, bil-mod li huwa, minn żmien għal żmien, jidhirlu sewwa. 
Kontribwent li jħalli mis-servizz jew jiġi ittrasferit għal impieg ieħor jew imut għażeb jew armel mingħajr tfal ta’ età pensjonabbli. Emendat: XXVIII.1929.l5; XXII.1976.4. 
21. Jekk kontribwent li jkun - 
(a) għażeb; jew 
(b) armel mingħajr tfal ta’ età pensjonabbli, 
iħalli mis-servizz tal-Gvern, jew imut waqt li jkun fis-servizz ta’ dan il-Gvern, għandhom jitħallsu lilu jew lir-rappreżentant leġittimu tiegħu, fl-ewwel każ, nofs il-kontribuzzjonijiet kollha tiegħu mingħajr imgħaxijiet, u, fit-tieni każ, nofs mingħajr imgħax tal-kontribuzzjonijiet li jkun ħallas mill-mewt ta’ l-aħħar mara tiegħu jew minn dak inhar li l-aħħar tifel jew tifla tiegħu ma jkunux baqgħu ta’ età pensjonabbli, skond liema minn dawn il-każijiet jiġri l-aħħar, u meta jsir dan il-ħlas lura, jispiċċaw il-jeddijiet tal- kontribwent taħt dan l-Att. 
Kontribwent li jirtira mis-servizz għażeb jew armel mingħajr tfal ta’ età pensjonabbli. 
22. Jekk kontribwent illi jkun - 
(a) għażeb; jew 
(b) armel mingħajr tfal ta’ età pensjonabbli, 
jirtira meta jew wara li jagħlaq l-età ta’ sittin sena, għandu jirċievi meta jirtira, nofs il-kontribuzzjonijiet tiegħu, mingħajr imgħaxijiet,

10 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
ikkalkulat dan in-nofs kif jingħad fl-artikolu 21, u wara dan il-ħlas lura, jispiċċaw il-jeddijiet tal-kontribwent taħt dan l-Att. 
Meta kontribwent li lilu tingħata pensjoni jirtira mis-servizz qabel ma jagħlaq ż- żmien tal- kontribuzzjonijiet. Emendat: XXVIII. 1929.16; I. 1943.2; XV. 1948.3. 
23. Jekk kontribwent miżżewweġ jew armel bi tfal ta’ età pensjonabbli jirtira mis-servizz qabel ma jagħlaq iż-żmien tal- kontribuzzjonijiet tiegħu u tingħata pensjoni lilu, hu jista’ jissokta jikkontribwixxi bir-rata li kien jikkontribwixxi sewwa sew qabel ma ħalla s-servizz jew b’rata anqas ikkalkulata fuq il-pensjoni tiegħu, u, il-kontribuzzjonijiet tiegħu jitnaqqsu mill-pensjoni, fix- xahar bil-quddiem. Jew jista’, sew meta jħalli s-servizz jew f’kull żmien wara, ma jibqax jikkontribwixxi. Jekk ma jibqax hekk jikkontribwixxi, il-pensjoni li jmiss titħallas wara mewtu għandha tiġi mnaqqsa b’mod li tkun tikkorrispondi mal-ħlasijiet li jkun għamel; jew jekk waqt dak iż-żmien (a) fil-każ ta’ kontribwent miżżewweġ, martu tkun mietet u t-tfal tiegħu, jekk ikollu, ma jkunux baqgħu ta’ età pensjonabbli jew (b) fil-każ ta’ armel, it-tfal tiegħu ma jkunux baqgħu ta’ età pensjonabbli, hu ma jibqax igawdi l-vantaġġi taħt dan l-Att sew b’pensjoni jew bir-radd tal- kontribuzzjonijiet. 
Meta kontribwent jirtira mis-servizz qabel ma jagħlaq iż-żmien tal- kontribuzzjonijiet tal-kontribwent li lilu ma tingħatax pensjoni. Miżjud: XV.1948.4. Emendat: XI.1977.2. 
24. Kontribwent li jkun miżżewweġ jew li jkun armel bit-tfal ta’ età pensjonabbli, li lilu ma tingħatax pensjoni u li jitlaq mis- servizz tal-Gvern qabel ma jagħlaq iż-żmien tal-kontribuzzjonijiet tiegħu, ma jkunx intitolat li jibqa’ jikkontribwixxi wara dak iż- żmien, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23 għandhom igħoddu għalih bħallikieku huwa ma baqax jikkontribwixxi wara li jkun telaq mis-servizz. 
Tkeċċija tal- kontribwent mis- servizz minħabba kondotta ħażina. Sostitwit. I. 1943.3; XV.1948.5. Emendat: VI.1959.3. 
25.* B’dak kollu li jingħad f’dan l-Att, ebda uffiċjal li jiġi mkeċċi mis-servizz tal-Gvern minħabba kondotta ħażina jew li, wara li awtorità superjuri minħabba l-kondotta ħażina tkun offrietlu li jagħżel li jew jiddimetti jew jiġi mkeċċi, jagħżel li jiddimetti jew li, minħabba l-kondotta ħażina, ikun tnaqqas mill-grad tiegħu b’mod li għall-finijiet ta’ dan l-Att ma jibqax jitqies bħala uffiċjal, ma jkunx jista’ jkompli jikkontribwixxi mid-data tat-tkeċċija tiegħu jew tad-dismissjoni forzata tiegħu jew tat-tnaqqis ta’ grad tiegħu, u f’kull każ minn dawn għandhom igħoddu dawn id-disposizzjonijiet: 
(i) jekk il-kontribwent imkeċċi jew iffurzat li jiddimetti jew imnaqqas mill-grad ikun għażeb, lilu jitħallas in-nofs tal-kontribuzzjonijiet tiegħu kollha, bla ebda imgħax u bin-nuqqas ta’ dak id- dejn li jkun iddikjarat mill-Accountant General li għandu jingħata lill-Gvern mill-kontribwent, u wara dan ir-radd ta’ ħlas jew tpaċija, id-drittijiet tiegħu taħt dan l-Att jispiċċaw; 
(ii) jekk il-kontribwent imkeċċi jew iffurzat li jiddimetti jew imnaqqas mill-grad huwa armel mingħajr tfal ta’ età pensjonabbli, lilu jitħallas in-nofs, bla ebda imgħax u bin-nuqqas ta’ dak id-dejn li jkun iddikjarat mill-Accountant General li għandu jingħata lill-Gvern minn dak 
*Ara l-art. 6(2) ta’ l-Att Nru. XV ta’ l-1948.

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 11 
il-kontribwent, tal-kontribuzzjonijiet li dana jkun ħallas mill-mewt ta’ l-aħħar mara tiegħu jew minn mindu l-aħħar tifel jew tifla tiegħu ma baqax jew ma baqgħetx ta’ età pensjonabbli, liema jista’ jkun ġara l-aħħar minn dawn iż- żewg każijiet, u wara dan ir-radd ta’ ħlas jew tpaċija, id-drittijiet tiegħu taħt dan l-Att, jispiċċaw; 
(iii) jekk il-kontribwent imkeċċi jew iffurzat li jiddimetti jew imnaqqas mill-grad huwa miżżewweġ jew huwa armel bi tfal ta’ età pensjonabbli, huwa jitqies li jkun irtira mis- servizz fil-ġurnata tat-tkeċċija jew tad- dismissjoni furzata jew tnaqqis ta’ grad u li huwa ma baqax jikkontribwixxi minn dik il- ġurnata, u għandhom igħoddu għalih dawk id- disposizzjonijiet xierqa ta’ l-artikolu 23 bħalli kieku huwa jkun għażel li ma jibqax jikkontribwixxi minn dik il-ġurnata. 
Kalkolu u ħlas tal- kontribuzzjonijiet. Emendat: VI. 1959.3. 
26. Il-pensjonijiet u r-radd ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu taħt dan l-Att għandhom jiġu ikkalkulati mill-Accountant General u mħallsin kif jagħlqu. 
Bidu tal-ħlas tal- pensjonijiet. 27. Il-pensjonijiet kollha li għandhom jitħallsu taħt dan l-Att, għandhom jibdew mill-mewt tal-kontribwent li rigward tiegħu għandhom jitħallsu, jiżdiedu kuljum, u jitħallsu kull xahar, iżda pensjoni tista’ titħallas kull tliet xhur minflok kull xahar jekk il- pensjonant hekk jitlob. 
Ċessjoni jew trasferiment ta’ pensjonijiet. 
28. Ebda pensjoni li titħallas taħt dan l-Att u ebda jedd ta’ kontribwent akkwistat bis-saħħa ta’ dan l-istess Att, ma jistgħu jiġu ċeduti jew ittrasferuti, lanqas ma jistgħu jiġu maqbuda, issekwestrati jew issir esekuzzjoni fuqhom għal jew minħabba dejn jew pretensjoni, tkun li tkun. 
Abbandun ta’ tifel minn armla. Emendat: A.L. 4 ta’ l-1963. 
29. Jekk l-armla tal-kontribwent fiż-żmien li tkun qiegħda tirċievi pensjoni ma tibqax tgħin, titlaq jew tabbanduna tifel tagħha miż-żwieġ mal-kontribwent, illi hija b’liġi obbligata tmantni u li jkun ta’ età pensjonabbli, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jordna li xi biċċa mill-pensjoni tiġi mħallsa lil persuna kapaċi u ta’ fiduċja fl-interess ta’ dak it-tifel, u l-armla ma jkollhiex jeddijiet aktar fuq dik il-biċċa. 
Pensjoni li titħallas lill-minuri. Emendat: A.L. 4 ta’ l-1963. 
30. Fil-każijiet kollha li fihom taħt dan l-Att il-persuni li għandhom jedd għal pensjoni jkunu minuri, din il-pensjoni tista’ titħallas sew lit-tutur leġittimu, jew tuturi, ta’ dawn il-minuri, jew lil dawn il-minuri, jew lil dik il-persuna jew persuni, li l-Ministru responsabbli għall-finanzi, fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu, jidhirlu li huma persuni kapaċi u ta’ fiduċja, biex japplikaw il-pensjoni għall-ġid ta’ dawn il-minuri, u meta jagħmel dan il-ħlas il-Gvern jiġi meħlus minn kull responsabbiltà għal dan il-ħlas. 
Setgħat tal-Gvern li jitlob provi. 31. Il-Gvern jista’ jitlob dawk il-provi li jidhirlu meħtieġa li persuna illi tippretendi li għandha jeddijiet għal pensjoni jew li fl- interess tagħha ssir dik il-pretensjoni, hija ħajja u għandha jedd għal pensjoni, u l-ħlas ta’ kull pensjoni jista’ jinċaħad sakemm ma

12 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
tinġiebx dik il-prova b’sodisfazzjon tal-Gvern. 
Reviżjoni tat- Tabelli tal- Pensjonijiet. 
32. (1) It-Tabelli tal-Pensjonijiet jistgħu jiġu riveduti, minn żmien għal żmien, wara investigazzjoni minn attwarju maħtur mill- Gvern. Din l-investigazzjoni ssir f’dak iż-żmien, li l-Gvern, minn żmien għal żmien, jista’ jiffissa, mhux anqas minn għaxar snin mill-jum li fih il-proġett ikun beda jseħħ jew minn dak inhar li tkun saret l-aħħar investigazzjoni. 
(2) Jekk wara dik l-investigazzjoni l-Gvern jiddeċidi li t- Tabelli tal-Pensjonijiet riveduti għandhom jiġu applikati, it-Tabelli tal-Pensjonijiet il-ġodda kif approvati mill-attwarju jidħlu flok dawk li jkunu jseħħu qabel u jibdew iseħħu f’dak il-jum li minn qabel jiġi avżat fil-Gazzetta tal-Gvern u jgħoddu għal kull pensjoni rigward kontribwent li jkun miet f’dik id-data, jew wara, iżda mhux għal pensjoni li għandha titħallas rigward kontribwent li jkun miet qabel dik id-data: 
Iżda, meta ssir din ir-reviżjoni, f’ebda każ uffiċjal ma jkun suġġett għal żieda fir-rata tal-kontribuzzjoni fis-sena u lanqas il- benefiċjarju ma jbati tnaqqis fil-pensjoni. 
Deċiżjoni ta’ kwistjonijiet u kontroversji. Emendat: VI. 1958.2; XXV.1962.2,4; A.L. 4 ta’ l-1963. 
33. Il-kwistjonijiet u kontroversji kollha dwar min għandu l- jedd li jitqies kontribwent, jew dwar il-jedd ta’ armla jew ta’ tifel għal pensjoni, jew dwar kemm għandha tkun din il-pensjoni, dwar il-jeddijiet jew l-obbligi ta’ persuna taħt dan l-Att, għandhom jiġu deċiżi mill-Ministru responsabbli għall-finanzi, u d-deċiżjoni tiegħu tobbliga lill-partijiet kollha, u, għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi, hija finali u mhux suġġetta għal appell jew li tiġi diskussa jew riveduta minn qorti tal-ġustizzja. 
Setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti. Emendat: A.L. 4 ta’ l-1963. 
34. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn żmien għal żmien, jagħmel regolamenti li ma jkunux inkompatibbli ma’ dan l-Att, dwar l-esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u jista’ jħassar, jemenda jew ibiddel dawn ir-regolamenti. 
Uffiċjal ma jistax jerġa’ lura mill- avviż li jagħti. 
35. Fejn ma jingħadx xort’oħra, l-uffiċjal li jagħti avviż ta’ għażla taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jistax iżjed jerġa’ lura minnu. 
Pensjoni li titħallas lir-romol jew tfal iltiema ta’ impjegati ċivili li mietu qabel ma beda jseħħ dan l- Att. Emendat: XXVIII.1929.19; A.L. 46 ta’ l-1965; LVIII. 1974.68. 
36. (1) Lin-nisa romol u lit-tfal iltiema ta’ impjegati ċivili li mietu qabel ma beda jseħħ dan l-Att, meta huma kapaċi li jkunu benefiċjarji, tista’ fid-diskrezzjoni tal-President ta’ Malta, tiġi mogħtija pensjoni fis-sena ta’ sebgħa minn erbgħin ta’ l-aħħar salarju li kellu r-raġel jew missier rispettiv. 
(2) Din il-pensjoni, f’dawn il-każijiet ma tista’ qatt tkun iżjed minn sittin lira fis-sena. 
(3) Din il-konċessjoni tista’ ssir ukoll lil nisa romol u tfal iltiema ta’ impjegati ċivili li mietu wara l-ewwel ta’ Lulju ta’ l- 1927, iżda mhux wara d-data tal-ħruġ tan-Notifikazzjoni tal-Gvern imsemmija fis-subartikolu (4) ta’ l-artikolu 4.

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 13 
Allowance ta’ grazzja li titħallas lil nisa romol u lil tfal iltiema ta’ impjegati ċivili li irtiraw mis-servizz qabel ma beda jseħħ dan l-Att. Miżjud: XXVIII.1929.20; A.L. 46 ta’ l-1965; LVIII. 1974.68. 
37. (1) Lin-nisa romol u lit-tfal iltiema ta’ impjegati ċivili li irtiraw mis-servizz qabel ma beda jseħħ dan l-Att, meta huma kapaċi li jkunu benefiċjarji, tista’, fid-diskrezzjoni tal-President ta’ Malta, tiġi mogħtija allowance ta’ grazzja, ta’ kull sena, u mill- ewwel ta’ April, 1929, ta’ sebgħa minn erbgħin ta’ l-aħħar salarju li kellu r-raġel jew missier rispettiv, imnaqqsa b’wieħed minn kull għoxrin għal kull sena sħiħa li fiha ġiet imħallsa lir-raġel jew missier pensjoni jew allowance fl-irtir mis-servizz. L-allowance ta’ grazzja m’għandhiex tkun anqas minn sebgħa minn tmenin tas- salarju hawn fuq imsemmi. 
(2) Iżda, f’ebda każ, l-allowance ta’ grazzja mogħtija taħt dan l-artikolu m’għandha tkun iżjed minn erbgħin lira fis-sena, jew mill-pensjoni jew l-allowance ta’ l-irtir, liema minnhom tkun l- anqas, li kienet titħallas fis-sena lir-raġel jew missier *. 
*Dwar il-pensjoni speċjali li titħallas f’xi każijiet lill-armla u lit-tfal ta’ tabib eżerċenti, sew jekk ikun fl-impieg tal-Gvern jew le, jew ta’ Spettur Sanitarju, ara l-artikoli 46, 47 u 48 ta’ l-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard (Kapitolu 36).

14 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
TABELLA A 
15 .669 .712 .766 .837 .928 1.043 1.198 1.429 1.799 2.294 2.976 
16 .643 .689 .743 .812 .896 1.010 1.161 1.383 1.721 2.193 2.898 
17 .619 .666 .721 .786 .865 .978 1.127 1.339 1.650 2.101 2.817 
18 .596 .645 .700 .762 .836 .948 1.094 1.295 1.585 2.016 2.732 
19 .575 .624 .678 .732 .809 .918 1.062 1.255 1.524 1.938 2.645 
20 .554 .603 .658 .715 .784 .890 1.030 1.215 1.468 1.866 2.557 
21 .535 .584 .637 .693 .759 .862 .999 1.176 1.416 1.799 2.475 
22 .516 .564 .616 .671 .736 .835 .969 1.139 1.368 1.733 2.392 
23 .498 .545 .596 .650 .713 .809 .939 1.102 1.323 1.672 2.309 
24 .482 .526 .576 .629 .691 .784 .909 1.067 1.279 1.615 2.227 
25 .465 .508 .556 .608 .670 .759 .880 1.033 1.238 1.562 2.146 
26 .449 .491 537 .588 .649 .734 .852 1.000 1.198 1.511 2.062 
27 .434 .473 .517 .568 .629 .710 .824 .968 1.159 1.460 1.972 
28 .419 .457 .499 .548 .609 .687 .796 .937 1.121 1.410 1.876 
29 .405 .441 .481 .529 .590 .664 .769 .907 1.085 1.362 1.786 
30 .391 .425 .464 .510 .571 .643 .743 .878 1.049 1.316 1.704 
31 .377 .410 .446 .493 .552 .623 .718 .849 1.015 1.271 1.629 
32 .365 .395 .429 .475 .535 .604 .695 .820 .982 1.227 1.560 
33 .352 .380 .413 .459 .519 .585 .673 .792 .950 1.185 1.497 
34 .341 .366 .397 .443 .502 .567 .651 .765 .919 1.144 1.439 
35 .329 .352 .381 .428 .487 .550 .629 .739 .888 1.104 1.385 
36 .318 .338 .366 .414 .472 .532 .608 .715 .858 1.066 1.335 
37 .308 .326 .352 .399 .456 .514 .587 .691 .828 1.031 1.289 
38 .297 .313 .338 .384 .438 .495 .566 .667 .801 .998 1.245 
39 .286 .302 .324 .369 .420 .475 .545 .644 .776 .967 1.205 
40 .276 .290 .312 .353 .402 .455 .524 .622 .752 .938 1.167 
41 .266 .279 .299 .338 .383 .435 .504 .601 .729 .911 1.131 
42 .256 .269 .288 .323 .365 .415 .484 .580 .708 .885 1.098 
43 .247 .259 .277 .308 .347 .395 .464 .560 .687 .860 1.066 
44 .238 .250 .266 .294 .329 .376 .445 .541 .667 .836 1.034 
45 .229 .240 .256 .280 .312 .357 .427 .521 .648 .812 1.004 
46 .220 .232 .247 .267 .296 .339 .409 .502 .630 .787 .974 
47 .213 .223 .237 .255 .282 .322 .391 .482 .610 .762 .942 
48 .205 .215 .229 .244 .269 .307 .373 .461 .590 .734 .907 
49 .197 .207 .220 .234 .257 .292 .356 .440 .566 .704 .873 
50 .190 .200 .212 .224 .245 .278 .338 .418 .542 .674 .837 
51 .183 .193 .204 .216 .235 .265 .321 .396 .516 .643 .802 
52 .177 .186 .197 .208 .225 .253 .305 .375 .490 .611 .767 
53 .170 .179 .189 .200 .216 .242 .289 .355 .465 .580 .733 
54 .164 .173 .183 .194 .208 .231 .274 .335 .439 .548 .698 
55 .158 .166 .176 .187 .200 .222 .259 .316 .415 .518 .664 
56 .152 .161 .170 .181 .193 .212 .246 .298 .391 .489 .635 
57 .147 .155 .164 .175 .186 .204 .234 .282 .369 .462 .609 
58 .142 .149 .158 .169 .179 .196 .223 .268 .349 .438 .585 
59 .138 .144 .152 .163 .172 .188 .214 .255 .330 .416 .565 
60 .133 .140 .147 .157 .166 .181 .204 .243 .313 .396 .546 
61 .129 .135 .142 .151 .160 .174 .196 .232 .296 .378 .530 
62 .126 .130 .137 .146 .154 .168 .188 .222 .282 .362 .515 
63 .122 .126 .132 .140 .148 .161 .181 .212 .268 .347 .500 
64 .118 .122 .127 .134 .143 .155 .174 .204 .255 .333 .487 
Età 
tar-raġel 
Età tal-Mara 
15 20 25 30 35 40 45 50 55 60 65 

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 15 
TABELLA B Emendata: 
XXVIII. 1929.22. 
15 9.863 10.495 11.283 12.341 13.682 15.366 17.649 21.053 26.504 33.795 43.859 
16 9.425 10.086 10.889 11.887 13.123 14.795 17.012 20.259 25.207 32.123 42.462 
17 9.012 9.696 10.500 11.441 12.589 14.240 16.409 19.485 24.015 30.576 41.000 
18 8.622 9.323 10.119 11.013 12.090 13.706 15.820 18.730 22.914 29.154 39.510 
19 8.253 8.958 9.742 10.598 11.619 13.187 15.246 18.018 21.891 27.831 37.993 
20 7.902 8.603 9.372 10.197 11.173 12.683 14.682 17.322 20.938 26.595 36.462 
21 7.570 8.259 9.011 9.804 10.742 12.196 14.134 16.664 20.040 25.445 35.020 
22 7.250 7.921 8.653 9.420 10.328 11.726 13.601 15.987 19.201 24.324 33.579 
23 6.942 7.590 8.300 9.044 9.928 11.262 13.070 15.346 18.412 23.277 32.148 
24 6.646 7.266 7.953 8.678 9.542 10.814 12.543 14.727 17.646 22.291 30.731 
25 6.363 6.952 7.609 8.318 9.165 10.375 12.038 14.126 16.926 21.367 29.342 
26 6.087 6.645 7.270 7.962 8.795 9.944 11.536 13.544 16.220 20.458 27.925 
27 5.818 6.346 6.938 7.612 8.430 9.520 11.041 12.976 15.532 19.569 26.440 
28 5.556 6.056 6.615 7.268 8.074 9.105 10.555 12.425 14.863 18.698 24.875 
29 5.303 5.775 6.302 6.933 7.726 8.700 10.079 11.890 14.212 17.850 23.397 
30 5.056 5.499 5.998 6.605 7.385 8.316 9.613 11.361 13.577 17.027 22.045 
31 4.819 5.230 5.699 6.289 7.054 7.949 9.172 10.838 12.961 16.223 20.795 
32 4.591 4.966 5.406 5.985 6.737 7.600 8.752 10.325 12.364 15.444 19.634 
33 4.370 4.709 5.120 5.691 6.429 7.257 8.341 9.822 11.784 14.688 18.556 
34 4.156 4.458 4.840 5.407 6.127 6.920 7.939 9.330 11.208 13.952 17.546 
35 3.948 4.214 4.569 5.133 5.839 6.591 7.540 8.862 10.641 13.225 16.597 
36 3.745 3.979 4.307 4.865 5.552 6.262 7.148 8.406 10.084 12.537 15.701 
37 3.544 3.752 4.053 4.598 5.252 5.928 6.763 7.958 9.548 11.880 14.852 
38 3.349 3.535 3.809 4.332 4.945 5.587 6.384 7.525 9.039 11.258 14.048 
39 3.157 3.325 3.575 4.064 4.633 5.241 6.006 7.102 8.551 10.659 13.280 
40 2.971 3.124 3.352 3.801 4.324 4.899 5.641 6.694 8.089 10.092 12.553 
41 2.787 2.928 3.136 3.540 4.014 4.557 5.275 6.294 7.639 9.538 11.848 
42 2.609 2.739 2.929 3.285 3.711 4.222 4.924 5.904 7.199 9.002 11.166 
43 2.435 2.555 2.729 3.038 3.417 3.897 4.578 5.522 6.774 8.482 10.508 
44 2.266 2.377 2.538 2.799 3.134 3.581 4.241 5.150 6.356 7.962 9.847 
45 2.102 2.205 2.351 2.568 2.862 3.274 3.915 4.783 5.946 7.442 9.206 
46 1.942 2.037 2.171 2.347 2.608 2.983 3.597 4.417 5.538 6.925 8.563 
47 1.787 1.875 1.996 2.140 2.369 2.707 3.285 4.049 5.127 6.396 7.907 
48 1.635 1.716 1.825 1.945 2.145 2.446 2.980 3.679 4.703 5.852 7.239 
49 1.488 1.561 1.659 1.760 1.932 2.198 2.680 3.311 4.266 5.303 6.571 
50 1.343 1.409 1.496 1.583 1.730 1.963 2.387 2.949 3.823 4.754 5.908 
51 1.201 1.261 1.337 1.413 1.536 1.737 2.103 2.596 3.381 4.207 5.254 
52 1.062 1.115 1.181 1.248 1.351 1.521 1.830 2.254 2.946 3.671 4.609 
53 .925 .971 1.028 1.088 1.172 1.313 1.567 1.925 2.522 3.145 3.975 
54 .789 .830 .878 .930 .998 1.113 1.315 1.611 2.113 2.637 3.357 
55 .655 .690 .729 .775 .828 .919 1.073 1.310 1.719 2.147 2.755 
56 .523 .551 .582 .621 .661 .729 .844 1.023 1.343 1.677 2.180 
57 .392 .413 .436 .466 .495 .544 .624 .753 .985 1.232 1.624 
58 .263 .276 .291 .312 .330 .361 .412 .494 .644 .808 1.080 
59 .132 .139 .146 .157 .165 .181 .205 .244 .317 .399 .542 
60 .071 .075 .079 .084 .089 .097 .109 .130 .168 .212 .293 
Età 
tar-raġel 
Età tal-Mara 
15 20 25 30 35 40 45 50 55 60 65 

16 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
Miżjuda: TABELLA Ċ 
XXVIII. 1929.23 
61 .5738 .5974 .6298 .6705 .7200 .7979 .9192 1.1278 1.4542 2.0229 2.9787 
62 .4550 .4718 .4961 .5279 .5658 .6251 .7162 .8711 1.1198 1.5512 2.2873 
63 .3388 .3508 .3673 .3901 .4182 .4600 .5251 .6325 .8095 1.1159 1.6488 
64 .2248 .2327 .2425 .2569 .2760 .3021 .3432 .4099 .5210 .7139 1.0584 
65 .1122 .1161 .1204 .1271 .1371 .1492 .1685 .1990 .2516 .3422 .5097 
Età 
tar-raġel 
Età tal-Mara 
15 20 25 30 35 40 45 50 55 60 65 

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 17 
TABELLA D 
15 1.494 1.404 1.306 1.194 1.077 .959 .835 .700 .556 .436 .336 
16 1.554 1.452 1.345 1.232 1.116 .990 .861 .723 .581 .456 .345 
17 1.615 1.501 1.386 1.272 1.156 1.022 .887 .747 .606 .476 .355 
18 1.677 1.551 1.429 1.313 1.196 1.055 .914 .772 .631 .496 .366 
19 1.740 1.603 1.474 1.355 1.236 1.089 .942 .797 .656 .516 .378 
20 1.804 1.657 1.521 1.398 1.276 1.124 .971 .823 .681 .536 .391 
21 1.869 1.713 1.570 1.443 1.317 1.160 1.001 .850 .706 .556 .404 
22 1.936 1.772 1.622 1.490 1.359 1.197 1.032 .878 .731 .577 .418 
23 2.005 1.834 1.677 1.539 1.402 1.236 1.065 .907 .756 .598 .433 
24 2.076 1.899 1.735 1.590 1.446 1.276 1.100 .937 .782 .619 .449 
25 2.149 1.967 1.797 1.644 1.492 1.318 1.136 .968 .808 .640 .466 
26 2.225 2.038 1.863 1.701 1.540 1.362 1.174 1.000 .835 .662 .485 
27 2.304 2.112 1.932 1.761 1.590 1.408 1.214 1.033 .863 .685 .507 
28 2.386 2.189 2.004 1.824 1.642 1.456 1.256 1.067 .892 .709 .533 
29 2.471 2.269 2.079 1.890 1.696 1.506 1.300 1.102 .922 .734 .560 
30 2.559 2.353 2.157 1.959 1.752 1.556 1.346 1.139 .953 .760 .587 
31 2.649 2.441 2.240 2.030 1.810 1.606 1.392 1.178 .985 .787 .614 
32 2.741 2.534 2.328 2.103 1.868 1.656 1.438 1.219 1.018 .815 .641 
33 2.836 2.632 2.421 2.178 1.928 1.708 1.486 1.262 1.052 .844 .668 
34 2.934 2.735 2.519 2.255 1.990 1.762 1.536 1.307 1.088 .874 .695 
35 3.035 2.843 2.622 2.334 2.052 1.818 1.589 1.352 1.126 .906 .722 
36 3.140 2.955 2.730 2.417 2.118 1.878 1.645 1.399 1.166 .938 .749 
37 3.251 3.071 2.843 2.506 2.194 1.944 1.704 1.448 1.207 .970 .776 
38 3.368 3.191 2.961 2.604 2.281 2.019 1.767 1.499 1.248 1.002 .803 
39 3.491 3.315 3.083 2.712 2.379 2.103 1.835 1.552 1.289 1.034 .830 
40 3.621 3.443 3.209 2.830 2.488 2.196 1.907 1.607 1.330 1.066 .857 
41 3.757 3.576 3.339 2.958 2.609 2.298 1.984 1.664 1.371 1.098 .884 
42 3.899 3.714 3.473 3.096 2.741 2.409 2.066 1.723 1.413 1.130 .911 
43 4.047 3.857 3.611 3.244 2.884 2.529 2.153 1.785 1.455 1.162 .938 
44 4.201 4.005 3.752 3.402 3.038 2.659 2.245 1.849 1.498 1.196 .967 
45 4.361 4.158 3.899 3.570 3.203 2.800 2.342 1.917 1.542 1.232 .996 
46 4.527 4.316 4.050 3.747 3.372 2.948 2.445 1.991 1.588 1.270 1.027 
47 4.699 4.479 4.207 3.924 3.544 3.102 2.556 2.074 1.638 1.313 1.062 
48 4.877 4.648 4.370 4.101 3.719 3.261 2.677 2.168 1.696 1.363 1.102 
49 5.061 4.823 4.539 4.278 3.897 3.425 2.810 2.274 1.765 1.420 1.146 
50 5.251 5.004 4.714 4.455 4.078 3.594 2.955 2.392 1.845 1.484 1.194 
51 5.448 5.191 4.895 4.632 4.261 3.768 3.112 2.522 1.936 1.556 1.246 
52 5.652 5.384 5.082 4.809 4.445 3.947 3.281 2.664 2.038 1.636 1.303 
53 5.866 5.584 5.275 4.986 4.630 4.131 3.462 2.818 2.151 1.725 1.365 
54 6.090 5.791 5.474 5.165 4.816 4.318 3.654 2.984 2.275 1.823 1.432 
55 6.323 6.005 5.679 5.344 5.002 4.509 3.860 3.162 2.410 1.930 1.504 
56 6.556 6.225 5.891 5.527 5.188 4.704 4.065 3.352 2.555 2.046 1.574 
57 6.789 6.451 6.110 5.717 5.383 4.903 4.270 3.542 2.706 2.165 1.642 
58 7.022 6.683 6.336 5.916 5.587 5.106 4.475 3.733 2.863 2.284 1.708 
59 7.256 6.920 6.569 6.128 5.800 5.313 4.681 3.925 3.026 2.403 1.771 
60 7.491 7.162 6.809 6.355 6.022 5.524 4.889 4.118 3.195 2.522 1.831 
61 7.727 7.409 7.057 6.599 6.253 5.740 5.099 4.302 3.370 2.641 1.888 
62 7.959 7.661 7.313 6.860 6.493 5.962 5.311 4.507 3.550 2.760 1.943 
63 8.199 7.918 7.577 7.138 6.741 6.191 5.525 4.703 3.735 2.879 1.998 
64 8.441 8.180 7.848 7.433 6.997 6.427 5.742 4.900 3.925 2.998 2.052 
Età 
tar-raġel 
Età tal-Mara 
15 20 25 30 35 40 45 50 55 60 65 

18 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
SKEDA 
Emendata: XXVIII.1929.24; XIII.1983.4. 
Sunt tar-Regoli 
A. UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI META JKUN GĦAŻEB. 
I. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-EWWEL MARA. 
(A) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsa fiż-żmien li jkun għażeb. 
(B) Pensjoni għall-kontribuzzjoni ta’ kull sena li tkun qiegħda titħallas fid-data taż-żwieġ. 
(Ċ) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda jew tnaqqis tal- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l- kontribwent ikun miżżewweġ ma’ l-ewwel mara. 
II. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA 
(D) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda jew tnaqqis tal- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l- kontribwent ikun armel. 
(E) Tibdil fil-pensjoni minħabba li l-kontribwent jerġa’ jiżżewweġ. 
(F) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda jew tnaqqis tal- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l- kontribwent ikun miżżewweġ mat-tieni mara jew ma’ mara ta’ żwieġ ieħor wara. 
Kalkolu tal- Pensjonijiet Reġistrati. 
B. UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI FIŻ-ŻMIEN LI JKUN MIŻŻEWWEĠ 
III. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-EWWEL MARA. 
(Ġ) Pensjoni għall-kontribuzzjoni kurrenti, ta’ kull sena fid-data li tibda ssir il-kontribuzzjoni. 
(Ħ) Pensjoni skond l-artikolu 15 (a) ta’ dan l-Att. 
(I) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda jew tnaqqis tal- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l- kontribwent ikun miżżewweġ ma’ l-ewwel mara. 
IV. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA. 
(J) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l- kontribwent ikun armel. 
(K) Tibdil fil-pensjoni minħabba li l-kontribwent jerga’ jiżżewweġ. 
(L) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l- kontribwent ikun miżżewweġ mat-tieni mara jew ma’ mara ta’ żwieġ ieħor wara.

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 19 
Ċ. UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI FIŻ-ŻMIEN LI JKUN ARMEL. 
V. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA. 
D. PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA 
VI. PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA WARA L-MEWT TAL- KONTRIBWENT ARMEL. 
(M) Meta l-iltiema huma tfal ta’ mara waħda. 
(N) Meta l-iltiema mhumiex tfal minn mara waħda. 
VII.PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA META L-ARMLA TMUT JEW TERĠA’ TIŻŻEWWEĠ. 
VIII.PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA WARA L-MEWT TAL- KONTRIBWENT MIŻŻEWWEĠ. 
Kalkolu tal- Pensjonijiet Reġistrati 
E. UFFIĊJAL PUBBLIKU LI BEDA JIKKONTRIBWIXXI FL- ETÀ TA’ 60 SENA JEW WARA, TAĦT L-ARTIKOLU 5(2). 
F. UFFIĊJAL PUBBLIKU MIŻŻEWWEĠ JEW ARMEL BI TFAL TA’ ETÀ PENSJONABBLI ITTRASFERIT FIS- SERVIZZ TA’ KOLONJA INGLIŻA OĦRA. 
IX. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-BENEFIĊJARJA. 
(O) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fi żmien is- servizz fil-Gvern. 
(P) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin wara t- trasferiment f’Kolonja Ingliża oħra. 
A saċ-Ċ u E. - KALKOLU TAl-PENSJONIJIET REĠISTRATI. 
Għandu jinżamm reġistru li fih għandhom jitniżżlu l-partikularitajiet kollha dwar kull kontribwent. Fil-każ ta’ kontribwent miżżewweġ jew armel il-pensjoni reġistrata għandha tiġi ikkalkulata u mniżżla hekk kif huwa jsir kontribwent u kull meta jkun hemm tibdil fir-rata tal-kontribuzzjoni. 
Il-kalkolu tal-pensjoni reġistrata jsir skond ir-Regoli li ġejjin - 
DIREZZJONIJIET U REGOLI LI GĦANDHOM JITĦARSU FIL-KALKOLU TAL-PENSJONIJIET REĠISTRATI. 
A. UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI META JKUN GĦAŻEB. 
NOTA 1. Ebda pensjoni reġistrata m’għandha titniżżel sakemm il-kontribwent jibqa’ għażeb.

20 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
I. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-EWWEL MARA. 
NOTA 2. L-ammont ta’ l-ewwel pensjoni reġistrata li għandu jitniżżel wara ż- żwieġ jinsab billi jingħaddu flimkien: (A) il-pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien li l-kontribwent ikun għażeb; u (B) il-pensjoni għall- kontribuzzjonijiet kurrenti ta’ kull sena fid-data taż-żwieġ. 
(A) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin mill-kontribwent fiż-żmien li jkun għażeb. 
REGOLA 1. Iġbor flimkien il-kontribuzzjonijiet bl-imgħax kompost tas-6% sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena u immoltiplika r-riżultat bil-kwantità li toħroġ mit- Tabella A korrispondenti għall-età li jkollhom ir-raġel u l-mara meta, wara li jiżżewġu, jagħlqu sninhom l-ewwel darba. 
Id-doppju ta’ dak li joħroġ minn din il-moltiplikazzjoni, jagħti l-pensjoni reġistrata għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien li l-kontribwent ikun għażeb. Ara (A) Eż. I. 
REGOLA 2. Fil-każ ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni b’rata doppja, taħt l-art. 6 (1) (b), iġbor flimkien dawn il-kontribuzzjonijiet bl-imgħax kompost tas-6 fil-mija sal-3l ta’ Diċembru ta’ kull sena, u immoltiplika r-riżultat bil-kwantità li toħroġ mit-Tabella A, korrispondenti għall-età li jkollhom ir-raġel u l-mara, meta, wara li jiżżewġu, jagħlqu sninhom l-ewwel darba. 
Ir-riżultat ta’ din il-moltiplikazzjoni, immoltiplikat bi 3/2 jagħti l-pensjoni reġistrata għall-kontribuzzjonijiet b’rata doppja mħallsin fiż-żmien li l-kontribwent ikun għażeb. Ara (A) Eż. II u Nota 5. 
(B) Pensjoni għall-kontribuzzjoni ta' kull sena li tkun titħallas fid-data taż- żwieġ. 
REGOLA 3. Ara Tabella B, u immoltiplika l-ammont tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena bil-kwantità li toħroġ minn dik it-Tabella, korrispondenti għall-età li jkollhom ir-raġel u l-mara meta, wara li jiżżewġu, jagħlqu sninhom l-ewwel darba. 
Id-doppju ta’ dan ir-riżultat jagħti l-pensjoni reġistrata għall-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fid-data taż-żwieġ. Ara (B) Eż. I. 
REGOLA 4. Fil-każ ta’ kontribuzzjoni b’rata doppja taħt l-artikolu 6 (1) (b), ara t- Tabella B, u immoltiplika l-ammont tat-total tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena bil-kwantità li toħroġ minn dik it-Tabella, korrispondenti għall-età li jkollhom ir- raġel u l-mara meta, wara li jiżżewġu, jagħlqu sninhom l-ewwel darba. 
Ir-riżultat ta’ din il-moltiplikazzjoni, immoltiplikat bi 3/2, jagħti l-pensjoni reġistrata għall-kontribuzzjoni totali kurrenti ta’ kull sena fid-data taż-żwieġ. Ara (B) Eż. II u Nota 5. 
NOTA 3. L-ammont tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena jinsab billi wieħed jimmoltiplika bi 12 l-ammont ta’ l-aħħar kontribuzzjoni li titħallas fix-xahar. 
(Ċ) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta' kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ ma' l-ewwel mara. 
REGOLA 5. Ara t-Tabella B, u immoltiplika l-ammont taż-żieda jew tat-tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena bil-kwantità li toħroġ mit-Tabella, korrispondenti għall-età li jkollhom ir-raġel u l-mara meta, wara t-tibdil tal- kontribuzzjoni, jagħlqu sninhom l-ewwel darba. 
Id-doppju ta’ dan ir-riżultat jagħti l-ammont li għandu jiżdied mal-pensjoni reġistrata jew li għandu jitnaqqas minnha, skond il-każ, minħabba ż-żieda jew it

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 21 
tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. Ara (i) u (ii) Eż. III. 
REGOLA 6. Fil-każ ta’ kontribuzzjoni b’rata doppja taħt l-artikolu 6 (1) (b), minflok ma tirdoppja r-riżultat li joħroġ mill-applikazzjoni ta’ l-ewwel paragrafu tar-Regola 5, immoltiplika dak ir-riżultat bi 3/2, u r-riżultat jagħti l-ammont totali li għandu jiżdied mal-pensjoni reġistrata jew li għandu jitnaqqas minnha, minħabba ż- żieda jew it-tnaqqis tal-kontribuzzjoni sħiħa kurrenti ta’ kull sena. Ara (i) u (ii) Eż. IV u Nota 5. 
NOTA 4. Il-waqfien mill-ħlas tal-kontribuzzjoni, tkun liema tkun ir-raġuni, qabel it-tmiem taż-żmien kollu li fih għandha ssir il-kontribuzzjoni, għandu jitqies bħala tnaqqis mill-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena, daqs l-ammont ta’ dik il- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. Ara (iii) Eż. III u IV. 
NOTA 5. (1)Fil-każ ta’ kontribuzzjoni extra taħt l-art. 6 (1) (b), il-kontribuzzjoni sħiħa hija d-doppju ta’ dik taħt l-art. (6) (1) (a), basta li l-pensjoni li toħroġ mill- kontribuzzjoni sħiħa ma tkunx iżjed minn Lm120 fis-sena. Jekk il-pensjoni tkun tiskorri Lm120 fis-sena, il-kontribuzzjoni extra għandha tinġieb li tkun tikkorrispondi mad-differenza meħtieġa sabiex il-pensjoni tilħaq il-maximum ta’ Lm120 fis-sena stabbilit fl-artikolu 15 (b). Ara Eż. V. 
(2) Iżda, kemm-il-darba l-istess maximum ta’ Lm120 fis-sena jinqabeż fil- każijiet ta’ kontribuzzjoni bir-rata ordinarja, il-pensjoni reġistrata għandha tiġi mnaqqsa sa Lm120 fis-sena, iżda m’għandu jsir ebda tnaqqis fil-kontribuzzjoni. Ara Eż. VIII. 
(3) L-ammont li għandu jitnaqqas mill-kontribuzzjoni extra jinsab kif miġjub fl- Eż. V. 
II. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA. 
(D) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda jew tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta' kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun armel. 
REGOLA 7. Issoponi li l-kontribwent iżżewweġ mara ta’ età daqs dik li kienet tilħaq il-mara tiegħu ta’ qabel li kieku għexet sad-data tat-tibdil tal-kontribuzzjoni, u imxi bħal fir-Regola 5, jew bħal fir-Regola 6, skond il-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. Ara (D) Eż. VI. 
(E) Tibdil fil-pensjoni minħabba li l-kontribwent jerga' jiżżewweġ. 
NOTA 6. Ebda tibdil fil-pensjoni reġistrata m’għandu jitniżżel jekk il-mara tat- tieni żwieġ, jew ta’ żwiġijiet oħra wara, tkun, fid-data li tagħlaq sninha, l-ewwel darba wara ż-żwieġ, ta’ l-istess età li l-mara ta’ qabel kienet tilħaq li kieku għexet sa dik id-data. 
REGOLA 8. Fil-każ li l-mara tat-tieni żwieġ, jew ta’ żwiġijiet oħra wara, tkun ta’ età iżgħar jew akbar meta, wara li tiżżewweġ, tagħlaq sninha l-ewwel darba, milli l- mara ta’ qabel kienet tilħaq kieku għexet sa dik id-data, immoltiplika l-ammont tal- pensjoni reġistrata bil-kwantità li toħroġ mit-Tabella D korrispondenti għall-età li jkollu r-raġel meta, wara ż-żwieġ, jagħlaq sninu l-ewwel darba, u l-età li l-mara ta’ qabel kien ikollha fl-ewwel egħluq ta’ sninha f’dak iż-żmien li kieku għexet sa dik id-data; immoltiplika dan ir-riżultat bil-kwantità li toħroġ mit-Tabella A korrispondenti għall-età li jkollhom ir-raġel u l-mara tat-tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet oħra wara, meta, wara li jiżżewġu, jagħlqu sninhom l-ewwel darba. 
Dan ir-riżultat jagħti l-pensjoni reġistrata li għandha tiġi mniżzla fid-data ta’ dak inhar il-kontribwent jerġa’ jiżżewweġ. Ara (E) Eż. VI. 
(F) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’

22 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
kull sena, fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ mal-mara tat-tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet oħra wara. 
REGOLA 9. Imxi bħal fir-Regola 5, jew ir-Regola 6, skond il-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. Ara Eż. III u IV. 
B. UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI FIŻ-ŻMIEN LI JKUN MIŻŻEWWEĠ. 
III. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-EWWEL MARA. 
NOTA 7. Fil-każ ta’ uffiċjal pubbliku li jibda jikkontribwixxi fiż-żmien li jkun miżżewweġ, il-mara, fiż-żmien tal-bidu tal-kontribuzzjoni, titqies bħala l-ewwel mara tiegħu, u ebda partikularità m’għandha titniżżel dwar ebda mara oħra tiegħu ta’ qabel, ħlief jekk ikun hemm tfal ta’ età pensjonabbli minn dik il-mara ta’ qabel. (Ara D. - Pensjoni lit-Tfal Iltiema). 
(Ġ) Pensjoni minħabba l-kontribuzzjoni ta' kull sena, kurrenti fid-data tal-bidu tal-kontribuzzjoni. 
REGOLA 10. Imxi skond ir-Regola 3, jew ir-Regola 4, skond il-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. Ara (Ġ) Eż. VII. 
(Ħ) Pensjoni skond l-art. 15 (a) ta' l-Att. 
REGOLA 11. Fil-każ ta’ dawn l-uffiċjali l-pensjoni reġistrata ta’ l-ewwel hija - 
(Ġ) Pensjoni taħt ir-Regola 10, u ma' din 
(Ħ) sebgħa minn erbgħin tas-salarju fid-data li beda jseħħ dan l-Att, basta li dan l-aħħar ammont f'ebda każ ma jiskorri Lm60 - art. 15(a) - u basta wkoll li f'ebda każ pensjoni reġistrata totali li tinġabar taħt dik ir-Regola ma tiskorri s-somma ta Lm 120 fis-sena - art. 15(b) - Jekk, fil-każ ta' kontribuzzjoni b’rati extra taħt l-artikolu 6(1)(b) jinqabeż dan il-maximum, il-kontribuzzjoni extra jitnaqqas kif jingħad fin- Nota 5. Ara Eż. VIII. 
(I) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ ma' l-ewwel mara. 
REGOLA 12. Imxi bħal fir-Regola 5, jew fir-Regola 6, skond il-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena, iżda kemm-il darba jinqabeż il-maximum ta’ Lm120 fis-sena, il-kontribuzzjoni extra, jekk ikun hemm, titnaqqas kif jingħad fin-Nota 5. 
IV. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA 
(J) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun armel. 
REGOLA 13. Imxi bħal fir-Regola 7. 
(K) Tibdil fil-pensjoni minħabba li l-kontribwent jerġa’ jiżżewweġ. 
REGOLA 14. Imxi bħal fir-Regola 8. 
(L) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ mal-mara tat-tieni żwieġ jew ta' żwiġijiet oħra wara. 
REGOLA 15. Imxi bħal fir-Regola 5, jew fir-Regola 6, skond il-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena.

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 23 
Ċ.UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI FIŻ-ŻMIEN LI JKUN ARMEL. 
V. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA. 
REGOLA 16. Għall-kalkolu tal-pensjoni reġistrata, issoponi li l-mara mejta għexet sad-data tal-bidu tal-kontribuzzjoni u li mietet minnufih wara; imbagħad imxi skond ir-Regoli li jgħoddu għall-każijiet ta’ uffiċjali li bdew jikkontribwixxu fiż- żmien li kienu miżżewġa, jiġifieri, skond ir-Regola 10, jew ir-Regola 11, kif ikun il- każ. 
D.PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA. 
VI. PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA WARA L-MEWT TAL-KONTRIBWENT ARMEL. 
(M) Meta l-iltiema huma tfal minn mara waħda. 
REGOLA 17. Qassam l-ammont tal-pensjoni reġistrata tal-kontribwent armel f’ishma ndaqs bejn it-tfal li jkollhom jedd f’dak iż-żmien. Ara Eż. IX. 
(N) Meta l-iltiema mhumiex tfal minn mara waħda. 
NOTA 8. Ir-Regoli hawn miġjuba jikkuntemplaw il-każ ta’ żewġ nisa biss. 
REGOLA 18. (1)Qassam indaqs bejn it-tfal ta’ l-ewwel mara li f’dak iż-żmien ikollhom jedd, nofs il-pensjoni li kienet tmiss lit-tieni mara kieku baqgħet ħajja wara l-kontribwent. 
(2) Qassam indaqs bejn it-tfal tat-tieni mara li f’dak iż-żmien ikollhom jedd, nofs il-pensjoni li kienet tmiss lit-tieni mara kieku hija baqgħet ħajja wara l- kontribwent, u kieku ma kienx hemm tfal ta’ l-ewwel mara li jkollhom jedd għal pensjoni. 
(3) Hekk kif it-tfal kollha ta’ l-ewwel jew tat-tieni mara jispiċċaw li jkollhom jedd għal pensjoni, qassam indaqs bejn it-tfal tal-mara l-oħra li f’dak iż-żmien ikollhom jedd, il-pensjoni sħiħa li kienet tmiss lil din il-mara l-oħra kieku baqgħet ħajja wara l-kontribwent, u kieku ma kienx hemm tfal, ħlief tagħha, li jkollhom jedd għal pensjoni. 
VII. PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA FIL-KAŻ LI L-ARMLA TMUT JEW TERĠA’ TIŻŻEWWEĠ 
REGOLA 19. Qassam indaqs il-pensjoni ta’ l-armla bejn it-tfal tagħha li jkollhom jedd f’dak iż-żmien. Ara Eż. X. 
VIII. PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA WARA L-MEWT TAL-KONTRIBWENT MIŻŻEWWEĠ 
REGOLA 20. Fil-każ ta’ kontribwent li jmut u jħalli armla, kif ukoll tfal minn żwieġ ta’ qabel, qassam indaqs bejn it-tfal tal-mara l-oħra li jkollhom jedd f’dak iż- żmien nofs il-pensjoni li kien imiss lil dik il-mara l-oħra kieku baqgħet ħajja wara l- kontribwent. Meta l-pensjoni ta’ l-armla tispiċċa, qassam indaqs bejn it-tfal ta’ l- ewwel mara li jkollhom jedd f’dak iż-żmien, il-pensjoni sħiħa li kienet tmiss lill- ewwel mara kieku baqgħet ħajja wara l-kontribwent. 
NOTA 9. F’dan il-każ, sakemm it-tfal ta’ l-ewwel mara jkollhom jedd għal pensjoni, il-pensjoni ta’ l-armla hija nofs dik li kienet tmiss lilha kieku ma kienx hemm dawk it-tfal.

24 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
E.UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI FL-ETÀ TA’ 60 SENA JEW IŻJED, TAĦT L-ART. 5 (2). 
NOTA 10. L-Uffiċjali pubbliċi li jsiru kontribwenti fl-età ta’ 60 sena jew iżjed, taħt l-art. 5 (2), għandhom jikkontribwixxu sa ma jagħlqu 65 sena. 
REGOLA 21. Imxi skond ir-Regoli ta’ qabel u l-Eżempji li hemm dwarhom, iżda uża t-Tabella Ċ flok it-Tabella B. 
F.UFFIĊJAL PUBBLIKU MIŻŻEWWEĠ JEW ARMEL BI TFAL TA’ ETÀ PENSJONABBLI ITTRASFERIT FIS-SERVIZZ TA’ KOLONJA INGLIŻA OĦRA 
IX. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-BENEFIĊJARJI. 
(O) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien tas-servizz taħt il- Gvern. 
(P) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin wara t-trasferiment f'Kolonja Ingliża oħra. 
NOTA 11. Jekk kontribwent miżżewweġ jew armel bi tfal ta’ età pensjonabbli, jiġi ittrasferit mis-servizz tal-Gvern f’impieg ieħor taħt il-Kuruna Ingliża, jew fis-servizz ta’ Protettorat Ingliż, qabel ma jispiċċa ż-żmien li fih għandu jikkontribwixxi, huwa jista’ - 
(i) jibqa’ jikkontribwixxi bir-rata li kien jikkontribwixxi sewwa sew qabel ma ġie hekk ittrasferit, jew, jekk is-salarju tiegħu jkun anqas, b’rata mnaqqsa korrispondenti; jew 
(ii) ma jibqax jikkontribwixxi mid-data tat-trasferiment, jew f’kull żmien wara. 
Fil-każ (i) li l-pensjoni reġistrata tkun tikkonsisti 
(O) f’pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien tas-servizz taħt il- Gvern; u 
(P) f’pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin wara t-trasferiment. 
Iżda, fil-każ (ii), jekk ma jibqax jikkontribwixxi mid-data tat-trasferiment, huwa jkollu jedd biss għall-pensjoni (O) għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fi żmien is- servizz tiegħu taħt il-Gvern. Ara Eż. XI. 
REGOLA 22. Fil-każ ta’ uffiċjali pubbliċi ittrasferuti f’Kolonja Ingliża oħra, il- pensjoni reġistrata għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fi żmien is-servizz taħt il- Gvern, għandha tiġi ikkalkulata fuq ir-Regoli ta’ qabel din; iżda, il-pensjoni, għall- kontribuzzjonijiet imħallsin wara t-trasferiment għandhom jiġu ikkalkulati fuq il- valuri netti li joħorġu mit-Tabelli. Ara Eż. XI. 

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 25 
UŻU TAT-TABELLI 
Tifsir tal-valuri korrispondenti għall-età tal-mara. 
It-Tabelli, kif wieħed jista’ jara, jagħtu l-età tar-raġel minn sena għal sena, u dik tal-mara b’intervalli ta’ kull ħames snin biss. 
REGOLA 23. Ir-riżultati għal kull età tal-mara bejn kull intervall ta’ ħames snin jinsabu billi tittieħed parti proporzjonali tad-differenza. 
Hekk, fit-Tabella A, nissoponu li l-età tar-raġel hija 40, u dik tal-mara 50, il-valur li joħroġ huwa .....................................................................................622 u li l-età tar-raġel hija 40 u tal-mara 45, il-valur li joħroġ huwa ..... .524 Differenza .................................098 
Għalhekk, għal raġel 40 u mara 46, iżżid ma’ l-iżgħar mill-valuri tat-tabella hawn fuq imsemmija (.524) 1/5 ta’ din id-differenza (ingħidu .020), u r-riżultat huwa .544 (jiġifieri: .524 + .020); fil-waqt li għal raġel 40 u mara 47, iżżid 2/5 tad-differenza, u tibqa’ sejjer hekk. 
Oqgħod attent li, fit-Tabella D, dan il-proċess isir billi tnaqqas u mhux iżżid. 
NOTA SPEĊJALI 
Ara sewwa l-art. 15 (a) ta’ l-Att, illi jgħid li uffiċjal għażeb li jkun fis-servizz fid- data tal-promulgazzjoni ta’ dan l-Att u li jiżżewweġ fi żmien tliet xhur mid-data li tiġi iffissata b’Notifikazzjoni tal-Gvern, għandu jiġi akkreditat b’pensjoni reġistrata magħmula mill-vantaġġi li jagħtuh it-Tabelli u r-Regoli li hawn ma’ dan l-Att, u minn sebgħa minn erbgħin tas-salarju tiegħu fid-data tal-promulgazzjoni ta’ dan l- Att. 
EŻEMPJI LI JURU L-METODU TA’ L-APPLIKAZZJONI TAT-TABELLI U TAR- REGOLI. 
A.UFFIĊJAL PUBBLIKU LI JIBDA JIKKONTRIBWIXXI FIŻ-ŻMIEN LI JKUN GĦAŻEB. 
I. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-EWWEL MARA. 
EŻEMPJU I. 
Applikazzjoni tar-Regoli 1 u 3, u tan-Nota 2 
Uffiċjal għażeb li jħallas kontribuzzjoni ordinarja taħt l-art. 6 (1) (a) - 
imwieled ..........................................................................................fil-31 ta’ Lulju, 1887 
beda jikkontribwixxi .......................................................................... fl-1 ta’ April, 1928 
iżżewweġ ........................................................................................fit-30 ta’ Ġunju, 1932 
Kontribuzzjoni fis-sena mill-l ta’ April, 1928 sal-31 ta’ Diċembru, 1930 ................................................................................................Lm2.50,0

26 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
Kontribuzzjoni fis-sena mill-1 ta’ Jannar, 1931 sa dak in-nhar taż-żwieġ ..............................................................................................Lm4.00,0 
Il-mara mwielda ........................................................................... fil-31 ta’ Awissu, 1897 
Età ta’ l-uffiċjal meta jagħlaq sninu l-ewwel darba wara ż-żwieġ ................................45 
Età tal-mara meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara ż-żwieġ .....................................35 
Skond in-Nota 2 - Pensjoni Reġistrata li għandha tiġi irreġistrata meta jiżżewweġ = 
(A) Pensjoni għall-kontribuzzjoni imħallsin fiż-żmien li jkun għażeb, u ma’ din 
(B) Pensjoni għall-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. 
Sabiex issib (A) applika r-Regola 1, kif ġej - 
Kontribuzzjoni mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru, 1928 = 
9/12 ta’ Lm2.50,0 ............................................................................................Lm 1.87,5 
Kontribuzzjoni matul l-1929 ............................................................................Lm 2.50,0 
Sena mgħax bis-6% fuq Lml.87,5 ....................................................................Lm 0.11,3 
Lm 4.48,8 
Kontribuzzjoni matul l-1930 ............................................................................Lm 2.50,0 
Sena mgħax bis-6% fuq Lm4.48,7....................................................................Lm 0.27,0 
Lm 7.25,8 
Kontribuzzjoni matul l-1931 ............................................................................Lm 4.00,0 
Sena mgħax bis-6% fuq Lm7.25,8 ...................................................................Lm 0.43,3 
Lm11.69,1 
Kontribuzzjoni mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju, 
1932 = 6/12 ta’ Lm4.00,0 ................................................................................Lm 2.00,0 
Nofs sena mgħax bis-6% fuq Lm11.69,2 .........................................................Lm 0.35,0 
Ġabra ta’ kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien li kien għażeb, fid-data taż-żwieġ ..............................................................................Lm14.04,1 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella A - 
(A) = Lm14.04,2 x .312 x 2 = Lm8.76,2 = Pensjoni Reġistrata għall- kontribuzzjonijiet fiż-żmien li kien għazeb. 
Sabiex issib (B) applika r-Regola 3, kif ġej: 
Kontribuzzjonijiet kurrenti ta’ kull sena fid-data taż-żwieġ......Lm4.00,0 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
(B) = Lm4 x 2.862 x 2 = Lm22.89,6 = Pensjoni Reġistrata għall-kontribuzzjonijiet kurrenti fid-data taż-żwieġ. 
' Il-Pensjoni Reġistrata sħiħa li għandha titniżżel fid-data taż-żwieġ tal-kontribwent għażeb (ara n-Nota 2) hija 
Ir-raġel 45 Ħ.................... .312 Il-mara 35 
Ir-raġel 45 Ħ............... 2.862 Il-mara 35

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 27 
(A) = Lm 8.76,2, u magħhom 
(B) = Lm22.89,6 
Total Lm3l.65,8 ..................(i). 
EŻEMPJU II. 
Applikazzjoni tar-Regoli 2 u 4, u tan-Nota 2. 
Nieħdu l-partikulari ta’ l-Eżempju I, imma nissoponu li l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-uffiċjal huma d-doppju ta’ dawk hemm imsemmija rispettivament, taħt l-art. 6 (1) (b), jiġifieri: Lm5 u Lm8. 
Pensjoni Reġistrata li għandha titniżżel fid-data taż-żwieġ = 
(A) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien li kien għażeb, u ma’ din
(B) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet kurrenti ta’ kull sena. 
Sabiex issib (A) applika r-Regola 2, kif ġej: 
Kontribuzzjoni mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru, 1928 = 9/12 ta’ Lm5 ................................................................................................. Lm 3.75,0 
Kontribuzzjoni matul l-1929 ............................................................................Lm 5.00,0 
Sena imgħax bis-6% fuq Lm3.75,0 ..................................................................Lm 0.22,5 
Lm 8.97,5 
Kontribuzzjoni matul l-1930 ............................................................................Lm 5.00,0 
Sena mgħax bis-6% fuq Lm8.97,0 ...................................................................Lm 0.54,2 
Lm14.51,7 
Kontribuzzjoni matul l-1931 ...........................................................................Lm 8.00,0 
Sena mgħax bis-6% fuq Lm14.51,7 ................................................................Lm 0.86,7 
Lm23.38,4 
Kontribuzzjoni mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju, 1932 = 6/12 ta’ Lm8 .................................................................................................Lm 4.00,0 
Nofs sena imgħax bis-6% fuq Lm23.38,4 ........................................................Lm 0.70,0 
Ġabra tal-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien li kien għażeb, fid-data taż-żwieġ ............................................................................................Lm28.08,4 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella A: 
(A) = Lm28.08,3 x .312 x 3/2 = Lm 13.14,2 = Pensjoni Reġistrata għall- kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien li kien għażeb. 
Sabiex issib (B) applika r-Regola 4, kif ġej:- 
Kontribuzzjoni fis-sena fid-data taż-żwieġ ...............................Lm8. 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: - 
Ir-raġel 45 Ħ............. .312 Il-mara 35

28 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
(B) = Lm8 x 2.862 x 3/2 = Lm34.34,4 = Pensjoni Reġistrata għall- kontribuzzjonijiet kurrenti ta’ kull sena fid-data taż-żwieġ. 
' Il-Pensjoni Reġistrata sħiħa li għandha titniżżel fid-data taż-żwieġ tal- kontribwent għażeb (ara Nota 2) hija 
(A) = Lm13.14,2 u magħhom 
(B) = Lm34.34,4 
Total Lm47.48,6 ............... (i).
EŻEMPJU III. 
Applikazzjoni tar-Regola 5 u tan-Nota 4. 
(Ċ)Tibdil tal-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ ma’ l-ewwel mara 
(kontribuzzjoni ordinarja). 
Nieħdu l-partikulari ta’ l-Eżempju I, u li 
(i)............................... Il-kontribuzzjoni fis-sena tiżdied fil-31 ta’ Mejju, 1937minn Lm4 sa Lm6, jiġifieri: żieda ta’ Lm2, 
(ii)...........................Il-kontribuzzjoni fis-sena titnaqqas, fit-30 ta’ April, 1942minn Lm6 sa Lm5, jiġifieri: tnaqqis ta’ Lm1, 
(iii)............................Il-kontribuzzjoni fis-sena tispiċċa fil-31 ta’ Marzu,1945minn Lm5 sa xejn, jiġifieri: tnaqqis ta’ Lm5, 
(i)............1937, 31 ta’ Mejju - Żieda tal-kontribuzzjonijiet kurrenti ta’ kull sena .........................................................................Lm2 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
Lm2 x 1.963 x 2 = Lm7.85,2 = ammont li għandu jiżdied mal-Pensjoni Reġistrata minħabba ż-żieda tal-kontribuzzjoni fis-sena. 
' Il-Pensjoni Reġistrata fid-data taż-żwieġ ġEż. 1(i)ħ ....................................Lm31.65,8 
iżjed l-ammont ta’ hawn fuq............................................................................Lm 7.85,2 
' (ċ) (i) = Pensjoni Reġistrata fil-31 ta’ Mejju, 1937 = ............................. Lm39.51,0 
(ii)...........1942, 30 ta’ April - Tnaqqis mill-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena.............................................................................. Lm1. 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
Ir-raġel 45 Ħ............. 2.862 Il-mara 35 
Ir-raġel 50 Ħ............ 1.963 Il-mara 40 
Ir-raġel 55 Ħ............ 1.073 Il-mara 45

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 29 
Lm1 x 1.073 x 2 = Lm2.14,6 = ammont li għandu jiġi mnaqqas mill-Pensjoni Reġistrata (Ċ) (i), minħabba t-tnaqqis hawn fuq imsemmi mill-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. 
' Pensjoni Reġistrata (Ċ) (i) .........................................................................Lm39.51,0 
imnaqqas l-ammont ta’ hawn fuq ..................................................................Lm 2.14,6 
' (Ċ) (ii) = Pensjoni Reġistrata fit-30 ta’ April, 1942 = ............................. Lm37.36,4 
(iii) 1945, 31 ta’ Marzu - Tmiem tal-kontribuzzjoni, jitqies bħala tnaqqis mill- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena, (Nota 4) .......................Lm5. 
Kwantità ikkalkulata mit-Tabella B: 
Lm5 x .461 x 2 = Lm4.61,0 = ammont li għandu jiġi mnaqqas mill-Pensjoni Reġistrata ta’ qabel (Ċ) (ii), minħabba t-tmiem tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. 
' Pensjoni Reġistrata (Ċ) (ii), kif jingħad hawn fuq......................................Lm37.36,4 
imnaqqas l-ammont ta’ hawn fuq ..................................................................Lm 4.61,0 
' (Ċ) (iii) = Pensjoni Reġistrata fil-31 ta’ Marzu, 1945 = ......................... Lm32.75,4 
EZEMPJU IV. 
Applikazzjoni tar-Regola 6 u tan-Nota 4. 
(Ċ) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta' kull sena fiż-żmien li fih il-kontribwent ikun miżżewweġ ma' l-ewwel mara 
(Kontribuzzjoni doppja). 
Nieħdu l-partikolari ta’ l-Eż. II, u li 
(i) Il-kontribuzzjoni fis-sena tiżdied fil-31 ta’ Mejju, 1937 ............................minn Lm8 sa Lm12, jiġifieri: żieda ta’ Lm4 
(ii) Il-kontribuzzjoni fis-sena titnaqqas fit-30 ta’ April, 1942....................minn Lm12 sa Lm10, jiġifieri: tnaqqis ta’ Lm2 
(iii) Il-kontribuzzjoni fis-sena tispiċċa fil-31 ta’ Marzu, 1945........................ minn Lml0 sa xejn, jiġifieri tnaqqis ta’ Lm10 
(i) 1937, 31 ta’ Mejju - żieda tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena .............................................................................................................. Lm4. 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
Lm4 x 1.963 x 3/2 = Lm11.77,8 = ammont li għandu jiżdied mal-Pensjoni Reġistrata, minħabba ż-żieda tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. 
' Il-Pensjoni Reġistrata fid-data taż-żwieġ ġEż. II (i)ħ ....................................Lm47.48,3 
iżjed l-ammont hawn fuq imsemmi ................................................................. Lml1.77,8 
' (Ċ) (i) = Pensjoni Reġistrata fil-31 ta’ Mejju, 1937 = .................................Lm59.26,1 
Ir-raġel 58 Ħ.................. .461 Il-mara 48 (Ara Regola 23). 
Ir-raġel 50 Ħ.................. 1.963 Il-mara 40

30 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
(ii) 1942, 30 ta’ April - Tnaqqis mill-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena ..............................................................................Lm2. 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
Lm2 x 1.072 x 3/2 = Lm3.21,6 = ammont li għandu jitnaqqas mill-Pensjoni Reġistrata ta’ qabel (Ċ) (i) minħabba t-tnaqqis mill-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena, hawn fuq imsemmi. 
' Pensjoni Reġistrata (Ċ) (i) kif jingħad hawn fuq .........................................Lm59.26,1 
imnaqqas l-ammont ta’ hawn fuq .....................................................................Lm 3.21,6 
' (Ċ) (ii) = Pensjoni Reġistrata fit-30 ta’ April, 1942 = ...................................Lm56.04,5 
(iii) 1945, 31 ta’ Marzu - Tmiem tal-kontribuzzjoni, jitqies bħala tnaqqis mill-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena (Nota 4) .................................................................................Lm10. 
Kwantità ikkalkulata mit-Tabella B: 
Lm10 x .461 x 3/2 Lm6.91,5 = ammont li għandu jitnaqqas mill-Pensjoni Reġistrata ta’ qabel (Ċ) (ii), minħabba t-tmiem tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. 
' Pensjoni Reġistrata (Ċ) (ii), kif jingħad hawn fuq ......................................Lm56.04,5 
imnaqqas l-ammont kif jingħad hawn fuq .......................................................Lm 6.91,5 
' (Ċ) (iii) = Pensjoni Reġistrata fil-31 ta’ Marzu, 1945= .................................Lm49.13,0 
EŻEMPJU V. 
Applikazzjoni tan-Nota 5. 
Uffiċjal (għażeb) li jħallas rata doppja ta’ kontribuzzjoni skond l-art. 6 (1) (b). 
imwieled ......................................................................................... fil-31 ta’ Lulju, 1887 
beda jikkontribwixxi ...........................................................................fl-1 ta’ April, 1928 
iżżewweġ .......................................................................................fit-30 ta’ Ġunju, 1932 
Kontribuzzjoni fis-sena mill-1 ta’ April, 1928, sal-31 ta’ Diċembru, 1930 ..................................................................Lm7.50 x 2 = Lm15.00,0 
Kontribuzzjoni fis-sena mill-1 ta’ Jannar, 1931 sad-data taż-żwieġ ..................................................................................Lm8.75 x 2= Lm 17.50,0 
Il-mara mwielda ..........................................fil-31 ta’ Awissu, 1892 
L-età ta’ l-uffiċjal meta jagħlaq sninu l-ewwel darba wara ż-żwieġ ...........................45 
L-età tal-mara meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara ż-żwieġ ................................ 40 
Pensjoni Reġistrata li għandha titniżżel fid-data taż-żwieġ = 
(A) Pensjoni għall-kontribuzzjoni mħallsa fiż-żmien li kien għażeb, u iżjed 
Ir-raġel 55 Ħ.................. 1.072 Il-mara 45 
Ir-raġel 58 Ħ.................. .461 Il-mara 48 (Ara Regola 23).

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 31 
(B) Pensjoni għall-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena. 
Billi jiġu applikati r-Regoli 2 u 4 u billi wieħed jimxi bħal fl-Eżempju II, issib li (A) huwa ugwali għal Lm39.79,6 u (B) għal Lm85.94,2. 
' Il-Pensjoni Reġistrata totali li għandha titniżżel hija 
(A) = Lm39.79,6, u iżjed 
(B) = Lm85.94,2 
Total Lm125.73,8 
Dan jaqbeż il-maximum ta’ Lm120 fis-sena b’Lm5.73,7; għalhekk il- kontribuzzjoni extra għandha titnaqqas skond in-Nota 5 mid-data taż-żwieġ. 
Biex issib l-ammont li bih il-kontribuzzjoni extra għandha titnaqqas, iddividi ż- żejjed (Lm5.73,7) bl-aħħar kwantità li toħroġ mit-Tabella B, meta tikkalkula (B), jiġifieri: il-kwantità li tikkorrispondi ma’ l-età rispettiva tar-raġel u tal-mara (meta jagħlqu sninhom l-ewwel darba wara li jiżżewġu. Il-kwozjent jagħti kemm għandu jitnaqqas mill-kontribuzzjoni extra. Il-kalkolu għandu jsir hekk: 
Il-kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
Kontribuzzjoni extra = Lm8.75,0 - Lm 1.75,0 = Lm7.00,0, u 
' Kontribuzzjoni totali = Lm8.75,0 + Lm7 = Lm15.75,0 minflok Lm17.50,0 (id- doppju tal-kontribuzzjoni ordinarja). 
II. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA MIT-TIENI ŻWIEĠ JEW MINN ŻWIĠIJIET OĦRA WARA. 
EŻEMPJU VI. 
Applikazzjoni tar-Regoli 7 u 8. 
F’dan il-każ għandu jittieħed qies tat-tibdil ta’ hawn taħt fil-pensjoni, sew fil-każ ta’ kontribuzzjoni bir-rata ordinarja kemm fil-każ ta’ kontribuzzjoni bir-rata doppja, jiġifieri: 
(D) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l-kontribwent kien armel; u 
(E) Tibdil fl-pensjoni minħabba ż-żwieġ mill-ġdid tal-kontribwent. 
Sabiex issib (D), applika r-Regola 7. 
Sabiex issib (E), applika n-Nota 6, jew ir-Regola 8, skond jekk l-età tal-mara tat- tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet oħra warajh meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara li l-kontribwent ikun reġa’ żżewweġ, hija, jew mhix, l-istess bħal dik li kien ikollha l- mara ta’ qabel li kieku baqgħet ħajja sa dik id-data. 
Ir-raġel fid-data taż-żwieġ 45 Ħ.................. 3.274 Il-mara fid-data taż-żwieġ 40 
Lm5.73,7 = Lm1.75,0 3.274 
' mid-data taż-żwieġ.

32 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
(D) Applikazzjoni tar-Regola 7. 
Jekk nieħdu l-partikularitajiet bħal fl-Eżempju IV barra milli l-ewwel mara mwielda fil-31 ta’ Awissu, 1897, mietet fit-30 ta’ April, 1935, inkunu nissoponu illi l-kontribwent, fid-data ta’ kull waħda mit-tliet tibdiliet ta’ kontribuzzjoni, iżżewweġ mara li twieldet fil-31 ta’ Awissu, 1897. Il-metodu tal-kalkolu hu dak miġjub fl- Eżempju IV. 
(E) Applikazzjoni tar-Regola 8. 
Nieħdu l-partikularitajiet bħal dawk ta’ l-Eż. II, u li 
l-ewwel mara mietet .....................................................................fit-30 ta’ April, 1935 
Il-kontribwent reġa’ żżewweġ ....................................................fil-31 ta’ Marzu, 1937 
Il-mara tat-tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet oħra wara twieldet.....................................................................................fit-30 ta’ Settembru, 1902 
L-età tal-kontribwent meta jagħlaq sninu l-ewwel darba wara li reġa’ żżewweġ ..................................................................................................50 
L-età tal-mara tat-tieni żwieġ, jew ta’ żwiġijiet oħra warajh, meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara li l-kontribwent jerġa’ jiżżewweġ ...............................................................35 
L-età li l-ewwel mara kien ikollha meta tagħlaq sninha l-ewwel darba, kieku baqgħet ħajja sad-data li fiha l-kontribwent reġa’ żżewweġ .......................................................40 
1927, 31 ta’ Marzu - Meta l-età tal-mara tat-tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet warajh meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara li l-kontribwent jerga’ jiżżewweġ hija anqas minn dik li kien ikollha l-ewwel mara kieku baqgħet ħajja, il-Pensjoni Reġistrata 
ġLm47.48,3 - Eż. II (i)ħ għandha tiġi ikkalkulata mill-ġdid billi tapplika r-Regola 8, kif ġej: 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella D: 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella A: 
(E) = Lm17.48,3 x 3.594 x .245= Lm 41.81,0 = Pensjoni Reġistrata fid-data li l- kontribwent jerġa' jiżżewweġ (31 ta' Marzu, 1937). 
N.B. Jekk l-età tal-mara tat-tieni żwieġ, jew ta’ żwiġijiet oħra warajh, meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara li l-kontribwent jerġa’ jiżżewweġ, hija daqs dik li l-mara ta’ qabel kien ikollha kieku baqgħat ħajja sa dik id-data, ma jitniżżel ebda tibdil fil-Pensjoni Reġistrata (Ara Nota 6). 
(F) Barra minn dan, kemm-il darba l-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena tiġi miżjuda jew imnaqqsa fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ mal-mara tat-tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet oħra wara, applika r-Regola 9. 
Ir-raġel fid-data li jerġa’ jiżżewweġ 50 Ħ.................. 3.594 Il-mara fid-data li l-kontribwent jerġa’ jiżżewweġ 40 
Ir-raġel fid-data li jerġa’ jiżżewweġ 50 Ħ.................. .245 Il-mara tat-tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet oħra wara 35 meta l-kontribwent jerġa’ jiżżewweġ

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 33 
B.UFFIĊJAL PUBBLIKU LI BEDA JIKKONTRIBWIXXI FIŻ-ŻMIEN LI KIEN MIŻŻEWWEĠ 
III. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-EWWEL MARA. 
Applikazzjoni tar-Regoli 10 u 11, u tan-Nota 7. 
(a) Fil-każ ta’ uffiċjal ġdid li jidħol fis-servizz wara li jibda iseħħ dan l-Att (Art. 4 (1)) applika n-Nota 7, u niżżel biss il-Pensjoni Reġistrata (Ġ) minħabba l- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fid-data tal-bidu tal-kontribuzzjoni, li tinħareġ skond ir-Regola 10, kif ġej: 
EŻEMPJU VII. 
Applikazzjoni tar-Regola 10. 
Uffiċjal li jidħol fis-servizz wara li jibda dan l-Att, jiġifieri: wara l-1 ta’ Lulju, 1927: 
imwieled .........................................................................................fit-30 ta’ Ġunju, 1903 
miżżewweġ .................................................................................. fil-3l ta’ Ottubru, 1925 
u beda jikkontribwixxi fid-data li daħal fis-servizz ................. fit-30 ta’ Settembru, 1927 
Salarju ..........................................................................................................Lm250.00,0 
Kontribuzzjoni (ordinarja) kurrenti ta’ kull sena fid-data li daħal fis-servizz .........................................................................................................Lm6.25,0 
Il-mara twieldet ............................................................................... fit-30 ta’ April, 1908 
L-età ta’ l-uffiċjal meta jagħlaq sninu l-ewwel darba wara li jidħol fis-servizz ........................................................................................................... 25 
L-età tal-mara meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara li żewġha jidħol fis-servizz ........................................................................................................... 20 
1927, 30 ta’ Settembru, - Kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena ........................Lm6.25,0 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
(Ġ) = Lm6.25,0 x 6.952 x 2 =Lm86.90,0 = Pensjoni Reġistrata għall- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fil-bidu tal-kontribjuzzioni. 
(b) Fil-każ ta’ uffiċjali fis-servizz fid-data tal-promulgazzjoni ta’ dan l-Att, li jkunu f’dik id-data miżżewga jew romol bi tfal ta’ età pensjonabbli ġart.15 (a)ħ, il- Pensjoni Reġistrata tal-bidu li għandha tiġi mniżżla hija 
(Ġ) Pensjoni taħt ir-Regola 10 bħal fil-każ (a) ta' hawn fuq, u iżjed 
(Ħ) Sebgħa minn erbgħin tas-salarju fid-data tal-Promulgazzjoni ta' dan l-Att, iżda, f’ebda każ m'għandu jinqabeż il-maximum ta' Lm60 u Lm120 fis-sena rispettivament, stabbilit fl-art. 15. 
Ir-raġel 25 Ħ.................. 6.952 Il-mara 20

34 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
EŻEMPJU VIII. 
Applikazzjoni tar-Regola 11. 
Uffiċjal fis-servizz fid-data li jibda jseħħ dan l-Att. 
Nieħdu l-partikularitajiet ta’ l-eżempju sew sew ta’ qabel dan, barra milli l-uffiċjal daħal fis-servizz qabel ma beda jseħħ dan l-Att, u li, għalhekk, il-każ tiegħu jaqa’ taħt l-art. 15 (a). 
Il-Pensjoni Reġistrata li għandha titniżżel hija 
(Ġ) = Pensjoni taħt ir-Regola 10 bħal fl-Eż. VII ....................Lm86.90,0, u iżjed 
(Ħ) = 7/40 ta' Lm250, bħal fl-artikolu 15 (a) .........................Lm43.75,0 
' Total tal-pensjoni Reġistrata tal-bidu ................................Lm130.65,0 
Billi din il-Pensjoni Reġistrata taqbeż Lm120 hija għandha titnaqqas sa Lm120 fis-sena; iżda billi f’dan il-każ għandha x’taqsam biss il-kontribuzzjoni ordinarja, il- kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena m’għandhiex titnaqqas. Ara par. 2 tan-Nota 5. 
(I) Tibdil fil-pensjoni minħabba ż-żieda u t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ ma' l-ewwel mara. 
Applika r-Regola 12. 
IV. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA 
(J) Tibdil fil-pensjoni minħabba żieda u tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena meta l-kontribwent huwa armel 
Applika r-Regola 13. 
(K) Tibdil fil-pensjoni minħabba li l-kontribwent jerga' jiżżewweġ 
Applika r-Regola 14. 
(L) Tibdil fil-pensjoni minħabba ż-żieda u t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fiż-żmien li l-kontribwent ikun miżżewweġ mal-mara tat-tieni żwieġ jew ta’ żwiġijiet oħra warajh. 
Applika r-Regola 15. 
Ċ.UFFIĊJAL PUBBLIKU LI BEDA JIKKONTRIBWIXXI FIŻ-ŻMIEN LI KIEN ARMEL. 
V. PENSJONI LI TISTA’ TMISS LILL-MARA TAT-TIENI ŻWIEĠ JEW TA’ ŻWIĠIJIET OĦRA WARA 
Applika r-Regola 16. 
D.PENSJONIJIET LIT-TFAL ILTIEMA 
VI. PENSJONIJIET LIT-TFAL ILTIEMA WARA L-MEWT TAL-KONTRIBWENT ARMEL 
(M) Meta l-iltiema huma t-tfal ta' mara waħda.

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 35 
EŻEMPJU IX. 
Applikazzjoni tar-Regola 17. 
Il-Pensjoni Reġistrata tal-kontribwent armel fil-mewt tiegħu hija ..............................................................................................................Lm45 fis-sena 
It-tfal li għandhom jedd għall-pensjoni fil-mewt tal-kontribwent: 
It-tifla xebba ta’ l-età ta’ .........................................................................................19 
It-tifel ta’ l-età ta’ ....................................................................................................14 
It-tifel ta’ l-età ta’ ....................................................................................................12 
Kull wieħed mit-tliet itfal jirċievi pensjoni ta’ Lm45/3 = Lm15 fis-sena 
Jekk it-tifla xebba tiżżewweġ fl-età ta’ 20, kull wieħed miż-żewġ subien jieħu pensjoni ta’ Lm45/2 = Lm22.50,0 fis-sena. 
Jekk wara wieħed mis-subien imut, fil-waqt li l-ieħor ikun għadu ta’ età pensjonabbli, dan ta’ l-aħħar jieħu l-pensjoni sħiħa ta’ Lm45 fis-sena. 
(N) Meta l-iltiema mhumiex tfal ta’ mara waħda. 
Applika r-Regola 18. 
N.B. Din ir-Regola tikkuntempla l-każ ta’ żewġ nisa biss, iżda l-prinċipju jgħodd ukoll fil-każ ta’ aktar minn żewġ żwiġijiet. 
VII. PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA META L-ARMLA TMUT JEW TERĠA’ TIŻŻEWWEĠ 
Applika r-Regola 19. 
EŻEMPJU X. 
Applikazzjoni tar-Regola 19. 
Ammont tal-pensjoni ta’ l-armla meta tmut jew terga’ tiżżewweġ ...... Lm45 fis-sena 
It-tfal li għandhom jedd għal pensjoni meta l-armla tmut jew terġa’ tiżżewweġ: 
Għandhom jittieħdu l-partikularitajiet ta’ l-Eż. IX u jitmexxa kif jingħad hemm. 
VIII. PENSJONI LIT-TFAL ILTIEMA FIL-MEWT TAL-KONTRIBWENT MIŻŻEWWEĠ 
Applika r-Regola 20 u n-Nota 9. 
E.UFFIĊJAL PUBBLIKU LI BEDA JIKKONTRIBWIXXI FL-ETÀ TA’ SITTIN SENA JEW IŻJED. TAĦT L-ART. 5(2) 
Applika r-Regola 21. 
F.UFFIĊJAL PUBBLIKU MIŻŻEWWEĠ JEW ARMEL BI TFAL TA’ ETÀ PENSJONABBLI ITTRASFERIT FIS-SERVIZZ TA’ KOLONJA INGLIŻA OĦRA. 
Applika r-Regola 22 u n-Nota 11.

36 KAP. 58.ħ PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA 
EŻEMPJU XI. 
Applikazzjoni tar-Regola 22 u tan-Nota 11. 
Uffiċjal li jidħol fis-servizz wara li jibda jseħħ dan l-Att. 
imwieled ........................................................................................fit-30 ta’ Ġunju, 1903 
miżżewweġ ..................................................................................fil-31 ta’ Ottubru, 1925 
u beda jikkontribwixxi fid-data li daħal fis-servizz ...fit-30 ta’ Settembru, 1927 
Salarju ...........................................................................................................Lm250.00,0 
Kontribuzzjoni (ordinarja) kurrenti ta’ kull sena fid-data tad-dħul fis-servizz .........................................................................................................Lm6.25,0 
Il-mara twieldet ................................................................................fit-30 ta’ April, 1908 
l-Uffiċjal ġie ittrasferit .................................................................fil-31 ta’ Ottubru, 1932 
L-età ta’ l-Uffiċjal meta jagħlaq sninu l-ewwel darba wara d-dħul fis-servizz ..........................................................................................................25 
L-età tal-mara meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara d-dħul tar-raġel tagħha fis- servizz ...........................................................................................................................20 
L-età ta’ l-uffiċjal meta jagħlaq sninu l-ewwel darba wara t-trasferiment ................................................................................................................30 
L-età tal-mara meta tagħlaq sninha l-ewwel darba wara t-trasferiment tar-raġel tagħha ... 25 
Kontribuzzjoni fis-sena wara t-trasferiment, l-istess bħal qabel .......................Lm6.25,0 
Kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fid-data li jidħol fis-servizz ....................Lm6.25,0 
Skond in-Nota 11, każ (i) - il-Pensjoni Reġistrata li għandha titniżżel fid-data tat- trasferiment = 
(O) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien tas-servizz taħt il- Gvern, u iżjed. 
(P) Pensjoni għall-kontribuzzjonijiet imħallsin wara t-trasferiment. 
Sabiex issib (O) applika r-Regola 22, kif ġej: 
Kwantità li toħroġ mit-Tabella B: 
' Lm6.25,0 x 6.952 x 2 = Lm86.90,0 = Pensjoni Reġistrata għall-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena fid-data tad-dħul fis-servizz......... (i) 
N.B. Għalkemm il-kontribuzzjoni kurrenti ta’ kull sena qabel u wara t- trasferiment, f’dan il-każ partikulari, hija xorta waħda, iżda, għall-ħeffa tal-kalkolu taż-żewġ pensjonijiet parzjali, għandu jitqies li l-kontribuzzjoni spiċċat fit-tmiem taż-żmien tas-servizz taħt il-Gvern - jiġifieri: - fid-data tat-trasferiment u li bdiet mill-ġdid fl-istess data li titqies bħala l-bidu taż-żmien tal-kontribuzzjoni wara t- trasferiment. 
Għalhekk, inqisu li mill-kontribuzzjoni kurrenti fis-sena li spiċċat li titħallas fid- data tat-trasferiment, ġiet bħala mnaqqsa s-somma ta’ Lm6.25,0. 
Kwantità maħruġa mit-Tabella B: 
Ir-raġel fid-data tad-dħul fis-servizz 25 Ħ.................. 6.952 Il-mara, fid-data tad-dħul tar-raġel fis-servizz 20

PENSJONIJIET LIL NISA ROMOL U TFAL ILTIEMA ġKAP. 58. 37 
' Lm6.25,0 x 5.998 x 2 = Lm74.97,5 = ammont li għandu jiġi mnaqqas mill- Pensjoni Reġistrata ta’ qabel (i) minħabba li l-kontribuzzjoni spiċċat li titħallas........................... (ii) 
' (O) Pensjoni Reġistrata (i), kif jingħad hawn fuq ......................................................................Lm86.90,0 
imnaqqas l-ammont (ii), kif jingħad hawn fuq ......................................................................Lm74.97,5 
Lm 11.92,5 = ....................... Pensjoni Reġistrata għall-kontribuzzjonijiet imħallsin fiż-żmien tas-servizz taħt il-Gvern. ...................... (iii) 
Barra minn dan, inqisu l-istess kontribuzzjoni fis-sena ta’ Lm6.25,0 bħala l-ewwel kontribuzzjoni taż-żmien wara t-trasferiment, u billi l-kwantità maħruġa mit-Tabella B hija kif jidher ċar l-istess bħal ta’ hawn fuq (jiġifieri: 5.998). 
(P) = Lm6.25,0 x 5.998 x l = Lm37.48,7 = Pensjoni Reġistrata għall- kontribuzzjoni wara t-trasferiment ............................ (iv) 
' It-total tal-Pensjoni Reġistrata, li għandu jitniżżel hu 
(iii) = Lm11.92,5, u iżjed 
(iv) = Lm37.48,7 
Total Lm49.41,2 
Fil-każ li l-kontribuzzjoni (Lm6.25,0 fis-sena) tispiċċa għal kollox fid-data tat- trasferiment, il-Pensjoni Reġistrata hija limitata għall-ewwel Pensjoni Reġistrata parzjali (iii), jiġifieri, għal Lm11.92,5 fis-sena. 
Ir-raġel fid-data tat-trasferiment 30 Ħ.................. 5.998 Il-mara, fid-data tat-trasferiment tar-raġel 25

