KONTROLL FIL-PUBBLIKAZZJONI TA’
PROĊEDIMENTI ĠUDIZZJARJI ġKAP. 60.  1
KAPITOLU 60
ATT DWAR IL-KONTROLL 
FIL-PUBBLIKAZZJONI TA’ PROĊEDIMENTI 
ĠUDIZZJARJI
Biex jirregola l-pubblikazzjoni ta’ rapporti dwar proċedimenti
ġudizzjarji b’mod li tiġi mħarsa l-morali pubblika.
(17 ta’ Lulju, l927)*
Sar liġi bl-ATT XXIX ta’ l-1927, kif emendat bl-Att XIII ta’ l-1948; bl-
Avviż Legali 46 ta’ l-1965; u bl-Atti: LVIII ta’ l-1974 u XXII ta’ l-1976.
Titolu fil-qosor.
Pubblikazzjoni ta’ Proċedimenti Ġudizzjarji.
Limitazzjoni ta’ 
pubblikazzjoni ta’ 
rapporti ta’ 
proċedimenti 
ġudizzjarji.
2. Ħadd ma jista’ jistampa jew jippubblika, jew iġiegħel jew
ifittex li jiġu stampati jew pubblikati -
(a) fil-każ ta’ proċedimenti ġudizzjarji, ħwejjeġ mhux
xierqa, jew dettalji mhux xierqa ta’ xorta medika,
kirurġika jew fisjoloġika, meta dawn ikunu ħwejjeġ
jew dettalji li l-pubblikazzjoni tagħhom tista’ tkun ta’
ħsara għall-morali pubblika;
(b) fil-każ ta’ proċediment ġudizzjarju dwar nullità ta’
żwieġ, dwar firda bil-qorti, jew dwar l-effetti ta’ dik
in-nullità  jew ta’ dik il-firda, ebda partikularità barra
minn dawn il-partikularitajiet li ġejjin:
(i) l-ismijiet, l-indirizzi u l-okkupazzjoni tal-
partijiet u tax-xhieda;
(ii) tifsira fil-qosor ta’ l-akkuża jew ta’ l-akkużi, tat-
talba, tad-difiża jew ta’ l-eċċezzjonijiet jew tal-
kontr’akkużi jew tal-kontro-talba li għalihom
ikunu nġiebu xiehda biex isaħħuhom;
(iii) osservazzjonijiet fuq punt ta’ liġi li jinqala’ fil-
kors tal-proċedimenti, sew kriminali kemm
ċivili, u d-deċiżjoni tal-qorti fuqu;
(iv) l-indirizz ta’ l-imħallef u l-verdett tal-ġuri (jekk
ikun hemm), id-deċiżjoni tal-qorti, u r-raġunijiet
li jkun hemm miġjuba fid-deċiżjoni:
Iżda xejn illi jingħad f’din il-parti ta’ dan l-artikolu
m’għandu jitqies bħala li jippermetti l-pubblikazzjoni ta’ ħwejjeġ
kuntrarji għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’ dan l-artikolu.
Pieni.
kull reat, meta jinsab ħati, il-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira, jew il-
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 230 ta’ l-1 ta’ Lulju, 1927, u l-Att Nru. V ta’
l-1927 imħolli barra taħt l-Ordinanza ta’ l-1936 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji ta’ Malta, u l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġjiet Statutarji.
       KONTROLL FIL-PUBBLIKAZZJONI TA’
2  KAP. 60.ħ    PROĊEDIMENTI ĠUDIZZJARJI
priġunerija u l-multa flimkien:
Iżda ebda persuna oħra, barra minn sid il-ġurnal jew sid l-
istamperija, il-protu jew l-editur, ma hija suġġetta għal piena taħt
dan l-Att.
Prosekuzzjoni għal 
reati taħt dan l-Att. 
Emendat: 
XIII. 1948.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII.1974.68.
4. Ebda prosekuzzjoni għal reat taħt dan l-Att ma tista’
tinbeda f’Malta mill-Pulizija mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat
Ġenerali.
Eżenzjonijiet. 5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel dan ma jgħoddux
għall-istampa ta’ osservazzjonijiet, noti, rikorsi, traskrizzjoni ta’
xiehda jew dokumenti oħra sabiex iservu għal proċedimenti
ġudizzjarji, jew biex jiġu ikkomunikati lil persuni li jkollhom
x’jaqsmu fil-proċedimenti jew lill-avukati jew prokuraturi legali
tagħhom rispettivi, inkella għall-istampa jew pubblikazzjoni ta’
avviżi jew rapporti b’ordni tal-qorti; inkella għall-istampa jew
pubblikazzjoni ta’ ħwejjeġ li jkunu miġjuba f’volum għalih jew
f’faxxikoli ta’ kollezzjoni ġenwina ta’ rapporti ġudizzjarji, jew
għall-pubblikazzjoni ta’ xorta teknika magħmula sabiex tiġi
mqassma bona fidi fost il-membri tal-professjoni legali jew
medika.
Riserva ta’ liġijiet 
oħra. 
Emendat: 
XXII. 1976.4.
Kap. 248.
6. Xejn f’dan l-Att ma jitqies bħala li jimpedixxi li tiġi
applikata, skond iċ-ċirkostanzi, l-Att dwar l-Istampa meta l-fatt
ikun jikkostitwixxi reat iżjed gravi taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak
l-Att.
