PASSAPORTI  ġ K AP. 61.
KAPITOLU 61
ORDINANZA DWAR IL-PASSAPORTI
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar il-
passaporti.
(10 ta’ Luliu, 1928)*
Saret liġi bl-ORDINANZA III ta’ l-1928, kif emendata bl-Ordinanza
XLVI ta’ l-1939; bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963; u bl-Atti: XXXIV ta’ l-
1965, XXII ta’ l-1976 u XLIX ta’ l-1981.
Titolu fil-qosor.
Passaporti.
Tifsir. 
Emendat: 
XXXIV. 1965.2.
2. F’din l-Ordinanza -
"Malta" għandha l-istess tifsir mogħti lilha bl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għal dak iż-żmien
għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-passaporti;
"passaport" tinkludi ċertifikat ta’ l-identità, karta ta’ l-identità
jew dokument ieħor uffiċjali maħruġ minn awtorità kompetenti
għal skopijiet ta’ vjaġġar;
il-kelma "titrasferixxi" tfisser il-kunsinna ta’ passaport minn
persuna, li tkun fil-pussess leġittimu jew le ta’ dak il-passaport, lil
persuna oħra li ma jkollhiex jedd għall-użu jew għall-pussess ta’
dak il-passaport, sew jekk il-kunsinna ssir b’titolu gratuwitu jew
għal flus jew b’titolu oneruż.
Trasferimenti ta’ 
passaport. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
3. Kull min -
(a) meta għandu f’idejh passaport maħruġ lilu minn
awtorità kompetenti jew le, jitrasferixxi dak il-
passaport lil persuna oħra; jew
(b) jirċievi passaport li jiġi ittrasferit lilu minn persuna
oħra,
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal żmien mhux
iżjed minn sentejn.
Użu ta’ passaport 
maħruġ lil persuna 
oħra. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
4. Kull min jagħmel użu, jew jittenta jagħmel użu minn
passaport maħruġ lil persuna oħra, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena
ta’ priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur.
Falsifikazzjoni ta’ 
passaport. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
5. Kull min jiffalsifika, ibiddel, jew jagħmel xi tibdil
f’passaport jew juża jew ikollu għandu passaport li huwa jaf li ġie
iffalsifikat, imbiddel jew li sar tibdil fih, jeħel, meta jinsab ħati, il-
piena ta’ priġunerija għal żmien minn sitt xhur sa sentejn.
*Ara Proklama Nru. VIII ta’ l-10 ta’ Lulju, 1928.
 2      KAP. 61.ħ      PASSAPORTI
Dikjarazzjoni falza 
f’talba għal 
passaport. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
6. Kull min xjentement jagħmel dikjarazzjoni falza f’talba
jew f’rakkomandazzjoni li għandha x’taqsam mal-ħruġ jew tiġdid
ta’ passaport, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal
żmien mhux iżjed minn sitt xhur.
Rifjut ta’ kunsinna 
ta’ passaport lill-
uffiċjal tal-
Passaporti jew lill-
Pulizija.
7. Kull min, meta jiġi mitlub minn uffiċjal tal-Passaporti jew
tal-Pulizija, jirrifjuta jew jonqos li jikkunsinna passaport li jkollu
għandu, fiż-żmien stabbilit minn dak l-uffiċjal jew mill-Pulizija,
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal żmien mhux
iżjed minn tliet xhur:
Iżda l-qorti, meta hija sodisfatta, wara li teżamina sewwa ċ-
ċirkostanzi kollha, li l-passaport hu mitluf, distrutt jew li xort’oħra
ma jinsabx, tista’ tagħti lil dik il-persuna l-piena ta’ l-ammenda.
Telf ta’ passaport. 8. (1) Kull min jitlef passaport għandu, fi żmien sebat ijiem li
jsir jaf bit-telf, jirrapporta l-fatt fl-Uffiċċju tal-Passaporti jew fi
Stazzjon tal-Pulizija, personalment jew bil-miktub.
(2) Kull min isib passaport għandu, fi żmien tmienja u erbgħin
siegħa minn x’ħin isibu, jikkunsinnah fl-Uffiċċju tal-Passaporti jew
lill-Pulizija.
(3) Kull min jonqos li jirrapporta t-telf ta’ passaport, jew li
jikkunsinna passaport misjub minnu, jeħel, meta jinsab ħati, il-
pieni tal-kontravvenzjonijiet.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXIV. 1965.3.
9. Il-Ministru jista’, minn żmien għal ieħor, jagħmel
regolamenti dwar il-forma, il-ħruġ, il-pussess, l-eżami u t-tiġdid ta’
passaporti f’Malta u, relattivament għal passaporti maħruġa lil
ċittadini ta’ Malta, barra minn Malta, u dwar il-viżi ta’ passaporti
fil-pussess ta’ dawk li jaslu Malta jew jitilqu minn Malta.
Piena għal min ma 
jħarisx ir-
regolamenti. 
Emendat: 
XLVI. 1939.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
XXXIV. 1965.4; 
XXII. 1976.4.
Kap. 217.
10. (1) Kull min jikser jew ma josservax ir-regolamenti
magħmulin mill-Ministru taħt l-aħħar artikolu qabel dan jeħel, meta
jinsab ħati, il-pieni tal-kontravvenzjonijiet.
(2) Meta l-ħati taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma
jkunx ċittadin ta’ Malta, il-qorti tista’ wkoll, meta ssibu ħati,
tordnalu li jitlaq minn Malta u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Immigrazzjoni, dwar Ordni ta’ Tneħħija taħt dak l-Att, għandhom
japplikaw f’dak il-każ.
Proċeduri dwar 
reati. 
Miżjud: 
XXXIV. 1965.5.
11. Meta xi wieħed mir-reati msemmija fl-artikoli 3, 4, 5, 6 u
10 ta’ din l-Ordinanza jsir barra minn Malta relattivament għal
passaport maħruġ lil ċittadin ta’ Malta, il-ħati jista’ jiġi mħarrek,
proċessat u kastigat f’Malta bl-istess mod u sa l-istess limitazzjoni
bħallikieku r-reat kien sar f’Malta.
