PROTEZZJONITA’ L-ERARJU ġ K AP. 62.       1
 KAPlTOLU 62
ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TA’ L-ERARJU
Biex jipprovdi għall-Protezzjoni ta’ l-Erarju u sabiex ma jinħarabx
dazju ġdid u l-għoli ta’ dazju.
(14 ta’ Mejju, 1928)
L-ATT V ta’ l-1928 kif emendat bl-Ordinanza LI ta’ l-1939; bil-
Proklama XI ta’ l-1947; bl-Att XXIII ta’ l-1956; bl-Ordinanza ta’
Emerġenza XIV ta’ l-1958, bl-Ordinanzi: XVI ta’ l-1960; XXV ta’ l-1962;
bl-Avviżi Legali: 43 ta’ l-1962, 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXXVIII ta’ l-1966,
XI u XV ta’ l-1977, XXIX ta’ l-1979, XXII ta’ l-1989 u XIV ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor.
Protezzjoni ta’ l-Erarju.
Dazju ġdid jew 
miżjud.
Emendat: 
LI. 1939.2; 
Prok. XI ta’ l-
1947; 
XVI. 1960.3; 
XXV. 1962.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
XXXVIII.1966.2. 
Sostitwit: 
XXII.1989.2;
XIV. 2001.2.
2. (1) Kull meta Ministru jagħti avviż lill-Iskrivan tal-Kamra
tad-Deputati ta’ abbozz ta’ liġi dwar dazju ġdid jew dwar żieda ta’
dazju li ġà  jkun hemm, dak id-dazju ġdid jew dik iż-żieda ta’ dazju
għandhom jittieħdu u jinġabru, minn dik l-awtorità  li tiġi stabbilita
fl-abbozz bħala responsabbli għall-ġbir relattiv minn dak in-nhar li
tinħareġ Proklama biex tgħarraf li ħareġ avviż kif imsemmi qabel.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att il-kelma "dazju" tfisser u
tinkludi kull taxxa, minkejja kif din tista’ tissejjaħ, li tinġabar fuq
oġġetti jew servizzi meta dawn jiġu importati, manifatturati jew
provvisti skond il-każ, kif ukoll kull taxxa, ħaraġ, ħlas,
kontribuzzjoni, nol jew imposta oħra u b’mod ġenerali kull dħul li
jista’ jkun dovut lill-Gvern jew lil xi Korporazzjoni jew Awtorità
mwaqqfa b’liġi.
Is-somom li 
jinġabru jinżammu 
b’depożitu. 
Emendat. 
LI. 1939.3; 
XXV. 1962.3; 
A.L 46 ta’ l-1965; 
XXII. 1989.3.
3. (1) Kull somma li tinġabar minn dak id-dazju ġdid jew
minn dik iż-żieda ta’ dazju għandha tinżamm b’depożitu u għandha
titħallas lill-erarju wara li l-abbozz tal-liġi jiġi approvat għal
kollox, jew tingħata lura lid-depożitant, kollha jew biċċa minnha,
jekk l-abbozz ma jgħaddix jew jekk id-dazju kif propost jiġi
mnaqqas, jew jekk l-abbozz ma jgħaddix fi żmien sitt xhur mill-
ewwel laqgħa tal-Kamra tad-Deputati wara li jingħata l-avviż
imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan.
Id-depożitu hu 
meħlus mit-taxxa 
tal-boll jew taxxa 
oħra.
(2) Id-depożitant li jagħmel jew jieħu lura, kollu jew biċċa
minnu, id-depożtu hawn fuq imsemmi, hu meħlus, dwar dak id-
depożitu, minn kull taxxa tal-boll jew taxxa oħra.
Imgħax.
somma li kollha flimkien ikunu jiskorru s-somma ta’ mitt lira
iddepożitati taħt dan l-Att minn depożitant wieħed u li wara jiġu
mogħtijin lura lil dan id-depożitant.
  2      KAP. 62. ħ   PROTEZZJONITA’ L-ERARJU
Restrizzjoni ta’ 
konsenja ta’ 
oġġetti mid-
depożt. 
Miżjud: 
XXIII. 1956.2. 
Emendat: 
XIV. 1958.2; 
XXV. 1962.3; 
XXXVIII.1966.3; 
XI. 1977.2. 
Sostitwit: 
XV. 1977.2. 
Emendat: 
XXIX. 1979.3;
XIV. 2001.3.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana, hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "il-Kontrullur", jista’, matul kull perijodu li għalih
japplika dan l-artikolu, jirrifjuta li jippermetti l-konsenja ta’
merkanzija jew oġġetti għal konsum lokali minn xi moll, maħżen
tad-dwana jew depożt f’kull każ meta l-konsenja tkun mitluba għal
ammonti li jkunu iżjed mill-konsenja li fil-fehma tiegħu tkun xierqa
fiċ-ċirkostanzi.
(2) Il-Kontrullur jew kull min ikollu awtorità  taħt xi liġi li
jkollha x’taqsam mal-ġbir ta’ xi dazju, jista’ bl-istess mod, matul
kull perijodu kif imsemmi qabel, jirrifjuta li jippermetti li jittieħed
xi prodott jew li jinħarġu faxex, bolol jew ċertifikati li jkunu
jindikaw li sar il-ħlas ta’ dazju dwar kwantitajiet li jkunu iżjed
minn dawk li fil-fehma tiegħu jkunu raġonevoli fiċ-ċirkostanzi.
(3) Dan l-artikolu japplika -
(a) għall-perijodu f’kull sena li jibda fl-ewwel jum ta’
Ottubru ta’ dik is-sena u jispiċċa fil-wieħed u tletin ta’
Jannar tas-sena ta’ wara jew f’dik id-data oħra wara li
l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jispeċifika
b’ordni fil-Gazzetta;
(b) għal kull perijodu ieħor f’kull sena, li ma jkunx aktar
minn xahar, kif l-imsemmi Ministru jista’ jispeċifika
b’ordni fil-Gazzetta.
Mod kif jinġabar 
id-dazju. 
Miżjud: 
XXII. l989.4.
5. Meta f’xi abbozz ta’ liġi bħal dak imsemmi fis-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 2 ta’ dan l-Att tiġi stabbilita proċedura partikulari
għall-ġbir tad-dazju, dak id-dazju għandu, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, jinġabar skond il-proċedura
stabbilita f’dak l-abbozz.
