QIRDATAL-KUMMERĊFIL-PROSTITUZZJONI  ġKAP. 63.     1
KAPITOLU 63
ORDINANZA DWAR IL-QIRDA TAL-
KUMMERĊ FIL-PROSTITUZZJONI
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar il-Qirda
tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni.
(1 ta’ Awissu, 1930)*
Saret liġi bl-ORDlNANZA VIII ta’ l-1930, kif emendata bl-Atti:
XXXVI ta’ l-1933, XXXIV ta’ l-1955; b’Avviż Legali 46 ta’ l-1965; bl-
Atti: LVIII ta’ l-1974, XXII ta’ l-1976, XLIX ta’ l-1981, XIII ta’ l-1989 u
V ta’ l-1994.
Titolu fil-qosor.
tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni.
Dwar min iġiegħel 
persuna li għalqet 
l-età ta’ wieħed u 
għoxrin sena biex 
titlaq minn Malta 
għal skop ta’ 
prostituzzjoni. 
Emendat: 
XLIX.1981.4. 
Sostitwit: 
V.1994.2.
2. (1) Kull min, biex iserraħ iż-żina ta’ ħaddieħor, iġiegħel bi
vjolenza jew b’theddid jew iħajjar b’qerq, persuna li għalqet l-età
ta’ wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta għal skop ta’
prostituzzjoni xi mkien ieħor, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, bir-reklużjoni
jew mingħajrha:
Iżda l-piena hija ta’ priġunerija minn sena sa erba’ snin,
bir-reklużjoni jew mingħajrha, jekk ir-reat isir -
(a) minn axxendent mid-demm jew bi żwieġ, mill-missier
jew mill-omm adottivi, mir-raġel jew mill-mara, jew
mill-aħwa, subien jew bniet; jew
(b) b’abbuż ta’ awtorità, ta’ fiduċja jew ta’ relazzjonijiet
tal-familja; jew
(ċ) bi drawwa jew għal qligħ.
(2) Il-kundanna taħt dan l-artikolu ġġib it-telfa ta’ kull awtorità
u ta’ kull jedd mogħtija lill-ħati fuq il-persuna jew il-beni tal-
persuna li bi ħsara tagħha jkun sar ir-reat.
Dwar min iġiegħel 
persuna taħt l-età 
ta’ wieħed u 
għoxrin sena biex 
titlaq minn Malta 
għal skop ta’ 
prostituzzjoni. 
Emendat: 
XLIX.1981.4. 
Sostitwit: 
V.1994.3.
3. (1) Kull min, biex iserraħ iż-żina ta’ ħaddieħor, iħajjar
persuna taħt l-età ta’ wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta
għal skop ta’ prostituzzjoni xi mkien ieħor, inkella, jinkoraġġixxi
jew jiffaċilita s-safar tagħha minn Malta għal dak l-iskop, jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija minn tmintax-il xahar sa
erba’ snin, bir-reklużjoni jew mingħajrha:
Iżda l-piena hija ta’ priġunerija minn sentejn sa sitt snin,
bir-reklużjoni jew mingħajrha, jekk ir-reat isir -
(a) bi ħsara ta’ persuna li ma tkunx għalqet it-tnax-il sena;
jew
(b) bi vjolenza jew b’theddid, jew b’qerq; jew
(ċ) minn axxendent mid-demm jew bi żwieġ, mill-missier
*Ara Proklama Nru. XVII ta’ l-1 ta’ Awissu, 1930.
 2      KAP. 63.ħ    QIRDATAL-KUMMERĊFIL-PROSTITUZZJONI 
jew mill-omm adottivi, mir-raġel jew mill-mara jew
mit-tutur, jew minn persuna oħra li jkollha, imqar jekk
għal xi żmien, il-kura, l-edukazzjoni, it-tagħlim, il-
kontroll jew il-kustodja tal-persuna li ma tkunx
għalqet l-età ta’ wieħed u għoxrin sena; jew
(d) bi drawwa jew għal qligħ.
(2) Il-kundanna taħt dan l-artikolu ġġib it-telfa ta’ kull awtorità
u ta’ kull jedd mogħtija lill-ħati fuq il-persuna jew il-beni tal-
persuna li bi ħsara tagħha jkun sar ir-reat, u, għat-tutur, it-tneħħija
tiegħu mit-tutela u l-interdizzjoni perpetwa mill-eżerċizzju ta’ kull
kariga oħra ta’ tutur.
"Mara ta’ l-età"’.
"Tifla ta’ taħt l-
età".
4. Imħassar bl-Att V.1994.4.
Min iżomm, eċċ., 
persuna f’burdell 
kontra r-rieda 
tagħha, eċċ. 
Emendat: 
V.1994.5.
Kap. 9.
5. (1) Kull min iżomm jew xjentement jgħin biex tinżamm
persuna, kontra r-rieda tagħha, f’burdell, jew f’lokal ieħor użat bi
drawwa għal skop ta’ prostituzzjoni, ukoll jekk din il-persuna tkun
marret hemm minn rajha u baqgħet hemm biex teżerċita l-
prostituzzjoni, u għad illi din il-persuna jista’ jkollha obbligi jew
djun lejn xi persuna oħra, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, kemm-il darba
ma jkunux applikabbli pieni akbar taħt disposizzjonijiet oħra tal-
Kodiċi Kriminali jew ta’ xi liġi oħra.
(2) Persuna titqies li tkun qiegħda żżomm persuna oħra, għall-
finijiet ta’ dan l-artikolu, kemm-il darba, bil-ħsieb li ġġiegħel dik
il-persuna oħra li tibqa’ f’burdell jew f’lokal ieħor użat bi drawa
għal skop ta’ prostituzzjoni, iżżommilha ħwejjeġ ta’ lbies jew
oġġetti oħra ta’ proprjetà tagħha, jew, meta jkunu ġew mislufin jew
xort’oħra fornuti ħwejjeġ ta’ lbies lil dik il-persuna oħra, thedded
lil dik il-persuna oħra bi proċedimenti legali jekk din ta’ l-aħħar
tkun sejra tieħu magħha barra dak l-ilbies hekk misluf jew fornut.
(3) Ebda proċediment legali, ċivili jew kriminali, ma jista’
jittieħed kontra dik il-persuna oħra talli tieħu magħha barra, jew
talli jkunu jinsabu għandha dawn il-ħwejjeġ ta’ lbies li jkunu
meħtieġa biex bihom tkun tista’ toħroġ minn dak il-lokal jew
burdell. 
Setgħat tal-
Kummissarju tal-
Pulizija fil-każ li 
persuna tiġi 
miżmuma kontra l-
liġi. 
Emendat:
A.L. 46 ta’ l-1965;
LVIII.1974. 68;
V.1994.6.
6. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija, meta, fil-fehma tiegħu,
ikun hemm raġuni biżżejjed biex jissuspetta li hemm f’lokal
persuna li, kontra r-rieda tagħha, tinsab miżmuma minn persuna
oħra għal skopijiet immorali, jista’ jagħti mandat lil uffiċjal tal-
pulizija ta’ grad mhux anqas minn dak ta’ spettur, u bih jawtorizzah
ifittex il-persuna hekk miżmuma u joħroġha barra minn dak il-
lokal; u l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jordna li dik il-persuna li
kienet hekk qegħda tinżamm tiġi kkunsinnata lill-ġenituri jew
qraba oħra tagħha, jew jieħu provvedimenti oħra skond ma jkunu
jippermettu jew jitolbu ċ-ċirkostanzi.
(2) Kull meta l-Kummissarju tal-Pulizija jkollu raġun jaħseb
illi hija inkuraġġita u mgħejjuna l-prostituzzjoni ta’ minuri
f’burdell jew lokal ieħor użat għal skopijiet ta’ prostituzzjoni, hu
għandu, bla ħsara ta’ kull azzjoni kriminali li jista’ jkun hemm lok
QIRDATAL-KUMMERĊFIL-PROSTITUZZJONI  ġKAP. 63.     3
għaliha, jirraporta minnufih il-każ lill-Avukat Ġenerali, illi fuq dan
jista’ jitlob lill-qorti ta’ ġurisdizzjoni volontarja provvediment
sabiex kull minuri jiġi maħruġ barra mil-lok hawn fuq imsemmi.
Kap. 9.
(3) Il-qorti, meta tivverifika ċ-ċirkostanzi tal-każ, tista’ tordna
li dak il-minuri jiġi kkunsinnat lill-ġenituri jew axxendenti oħra
tiegħu, jew lit-tutur tiegħu, kif ikun il-każ, u tordna li dawn
għandhom jieħdu ħsieb ta’ l-edukazzjoni tiegħu, u li joqogħdu
attenti għall-kondotta tiegħu, taħt il-penali msemmija fis-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 35 tal-Kodiċi Kriminali.
(4) Jekk il-minuri ma jkollux ġenituri jew axxendenti, jew
tutur, jew jekk dawn il-persuni ma jkunux fil-kondizzjoni li jaħsbu
għall-edukazzjoni jew li jieħdu ħsieb ta’ dan il-minuri il-qorti tista’
tordna illi dan il-minuri jiġi miżmum f’istitut ta’ edukazzjoni jew
post ieħor fiż-żgur, għal żmien fid-diskrezzjoni tal-qorti, iżda mhux
iżjed miż-żmien ta’ l-età minuri tiegħu.
(5) Il-ġenituri jew axxendenti oħra ta’ dan il-minuri huma
suġġetti għall-ħlas tal-mantniment jew ta’ spejjeż oħra, li jsiru
minħabba l-provvedimenti mogħtijin mill-qorti.
Piena għal min 
igħix minn fuq il-
qligħ tal-
prostituzzjoni. 
Emendat. 
XXXVI. 1933.1; 
XXII. 1976.4; 
XLIX. 1981.4; 
XIII. 1989.2;
V.1994.7.
7. (1) Kull min, xjentement, igħix, għal kollox jew f’parti,
minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta’ persuna oħra, jeħel, meta
jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ m’hux iżjed minn
sentejn:
Iżda meta dik il-persuna l-oħra ma tkunx għalqet l-età ta’
tmintax-il sena, ir-reat ikollu l-piena ta’ priġunerija għal żmien ta’
minn tmintax-il xahar sa erba’ snin.
(2) Kull min f’xi triq jew f’post ieħor pubbliku jew f’xi post
espost għall-pubbliku jitlajja’ jew jagħmel biex iħajjar għal skop
ta’ prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali, jeħel, meta
jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
tliet xhur.
Meta persuna 
titqies li tgħix minn 
fuq il-qligħ tal-
prostituzzjoni.
(3) Persuna titqies, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, illi
xjentement tgħix, għal kollox jew f’parti, minn fuq il-qligħ tal-
prostituzzjoni, jekk jinsab illi hija tgħix jew soltu tkun ma’ persuna
li teżerċita l-prostituzzjoni, jew illi hija ikkontrollat jew mexxiet lil
dik il-persuna jew kellha ħakma fuqha b’mod li juri li hija qiegħda
tgħin, tħajjar jew iġġiegħel il-prostituzzjoni ta’ dik il-persuna ma’
persuna jew ma’ persuni oħra.
Piena għall-
eżerċizzju ta’ 
briedel, eċċ. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
8. (1) Kull min iżomm jew jeżerċita jew ikollu sehem ma’
oħrajn fl-eżerċizzju ta’ burdell jew ta’ dar, ħanut jew lokal ieħor
jew ta’ xi parti minnhom li huma ffrekwentati jew magħduda bħala
li huma ffrekwentati għal skop ta’ prostituzzjoni jew għal skopijiet
oħra immorali jeħel, meta jinsab ħati, il-priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn u multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira.
(2) Kull min xjentement jagħti b’kiri jew jippermetti l-użu jew
jieħu sehem mill-qligħ ta’ vettura wżata għal skop ta’
prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali jeħel, meta jinsab
ħati, il-priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur u multa
ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira.
 4      KAP. 63.ħ    QIRDATAL-KUMMERĊFIL-PROSTITUZZJONI 
(3) Persuna titqies li għandha sehem fl-eżerċizzju ta’ burdell
jew ta’ dar, ħanut jew lokal ieħor jew ta’ parti minnhom għal skop
ta’ prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali, kemm-il darba
hija tieħu sehem direttament jew indirettament minn xi qligħ ta’
dak l-eżerċizzju jew tieħu parti attiva fl-eżerċizzju ta’ burdell, dar,
ħanut jew lokal ieħor jew ta’ parti minnhom.
Piena għall-użu ta’ 
ħanut, eċċ., għal 
skop ta’ 
prostituzzjoni. 
Emendat. 
XLIX. 1981.4.
9. Kull min għandu ħanut, alloġġ jew lukanda jew
appartament privat u jħalli jew jippermetti li dak il-ħanut, alloġġ,
lukanda jew appartament jew xi parti tagħhom jiġu wżati bħala post
ta’ laqgħa għal skop ta’ prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra
immorali jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija minn xahar
sa sitt xhur. 
Piena għall-kiri ta’ 
dar, eċċ., għal skop 
ta’ prostituzzjoni. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4.
10. Is-sid jew kull min għandu taħt idejh l-amministrazzjoni
ta’ dar jew fond ieħor li xjentement jagħti b’kiri jew jippermetti l-
użu tagħhom għal skop ta’ prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra
immorali jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija minn xahar
sa sitt xhur.
Żieda fil-piena fil-
każ tat-tieni 
kundanna jew ta’ 
kundanna oħra 
wara.
11. Fil-każ tat-tieni kundanna għal wieħed mid-delitti
msemmijin fl-artikoli ta’ qabel dan il-piena tista’ tiġi miżjuda
b’żewġ gradi u, fil-każ tat-tielet kundanna jew ta’ kundanna oħra
wara, il-piena tista’ tiġi miżjuda bi tliet gradi.
Pieni għal min ma 
jieħux passi biex 
jiżgombra nies 
minn fond użat 
għal skopijiet 
immorali. 
Kap. 9.
12. (1) Kull min, wara li jiġi mogħti lilu avviż bil-miktub
mill-Kummissarju tal-Pulizija illi dar jew lokal ieħor ta’ proprjetà
tiegħu jew taħt l-amministrazzjoni tiegħu, huma wżati għal skop ta’
prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali, ma jiħux, fi żmien
sitt ijiem tax-xogħol, il-passi meħtieġa quddiem il-qorti kompetenti
għall-iżgumbrament tal-persuna jew tal-persuni li jkunu joqogħdu
f’dak il-fond u jonqos li jissokta dawk il-proċeduri bid-diliġenza
meħtieġa, jeħel il-piena tal-multa skond id-disposizzjonijiet tal-
Kodiċi Kriminali.
(2) Fil-każ ta’ kundanna għal reat kontra d-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, il-qorti tagħti żmien sabiex fih jittieħdu l-proċeduri
hawn fuq imsemmija, taħt penali ta’ żewġ liri għal kull ġurnata ta’
dewmien fl-esekuzzjoni ta’ l-ordni tal-qorti.
Setgħa oħra tal-
Kummissarju tal-
Pulizija li jordna l-
egħluq tal-lokal fil-
kors tal-proċeduri.
13. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, fil-kors tal-proċeduri
għal wieħed mir-reati kontra d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 8, 9,
10 u 12, jordna li d-dar, il-ħanut, l-alloġġ, il-lukanda, l-
appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sa ma l-qorti
tagħti s-sentenza, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra li
tkun isseħħ u illi taħtha l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jżomm
jew jirtira l-liċenza. 
Il-qorti tista’ 
tħassar liċenza, 
eċċ. 
Miżjud:
XXXIV. 1955.2.
14. Fil-każ ta’ kundanna għal reat taħt din l-Ordinanza, il-qorti
tkun tista’ tħassar kull liċenza li jkollu l-ħati dwar xi lukanda,
alloġġ, ħanut jew fond ieħor fejn jew fil-limiti ta’ liema jkun sar ir-
reat, u, fil-każ tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 8, tant il-liċenza tas-
sewqan tal-ħati kif ukoll kull liċenza li jkollu dwar il-vettura li
għaliha jirreferixxi r-reat:
QIRDATAL-KUMMERĊFIL-PROSTITUZZJONI  ġKAP. 63.     5
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu m’għandha titqies li tolqot
xi setgħat li għandu l-Kummissarju tal-Pulizija taħt kull liġi oħra li
jħassar jew jissospendi kull liċenza.
