KOLTIVAZZJONITAL-PATATA ġ K AP. 64.
KAPITOLU 64
L-ORDINANZA DWAR IL-KOLTIVAZZJONI 
TAL-PATATA
*Biex tipprovdi ħalli l-koltivazzjoni tal-patata ssir aħjar u għal ħwejjeġ
oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dan.
(20 ta’ Settembru, 1930)#
Saret liġi bl-ORDINANZA XIV ta’ l-1930; u ġiet emendata bl-
Ordinanza III ta’ l-1935; u bl-Avviż Legali 4 ta’ l-1963.
Titolu fil-qosor.
Koltivazzjoni tal-Patata.
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
biedja li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
2. Il-Ministru responsabbli għal biedja jista’ jagħmel, u meta
jagħmel, jemenda, ibiddel jew iħassar regolamenti għall-iskopijiet
li ġejjin, jew għal xi wieħed jew ieħor minnhom:
(a) biex jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ patata taż-żrigħ li
ma tkunx skond kif jinħtieġ;
(b) biex jipprovdi sabiex il-patata tiġi kkoltivata sewwa;
(ċ) biex jirregola l-eżerċizzju tas-sengħa ta’ sensal tal-
patata u biex jiffissa d-dritt tas-senserija.
Reati u pieni. 
Kap. 9.
3. Kull min jikser id-disposizzjonijiet tar-regolamenti
magħmulin taħt din l-Ordinanza huwa ħati ta’ kontravvenzjoni u
jeħel, meta jinsab hekk ħati, il-piena li hemm għall-
kontravvenzjonijiet fil-Kodiċi Kriminali.
*It-titoli ġew imbiddla minħabba li dawk id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza
li kienu jgħoddu għall-esportazzjoni tal-patata ġew imħassra bl-artikolu oriġinali
20 ta’ l-Ordinanza Nru. III ta’ l-1935 (Kapitolu 85 ta’ l-Edizzjoni Riveduta) li
kien ġie mħolli barra taħt l-Ordinanza ta’ l-1936 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji ta’ Malta.
#Ara Proklama Nru. XXII ta’ l-20 ta’ Settembru. 1930.
