REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    1
KAPITOLU 65
ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-
TRAFFIKU
Biex tagħmel provvedimenti dwar ir-Regolament tat-Traffiku, u biex
tagħti ċerti setgħat sabiex tipprovdi l-pubbliku b’servizz ta’ vetturi, u għal
skopijiet oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ hekk.
31 ta’ Marzu, 1931
L-ORDINANZA X ta’ l-1931, u ġiet emendata bl-Ordinanzi: XV ta’ l-
1931, XXIII ta’ l-1935, XXVI ta’ l-1938, LIII ta’ l-1939, XV ta’ l-1946; bl-
Atti: XXXVII ta’ l-1949, XXVI ta’ l-1956; bl-Ordinanza ta’ Emerġenza VI
ta’ l-1958; bl-Ordinanza XXV ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963, 46
ta’ l-1965; bl-Atti: XVI ta’ l-1969, II ta’ l-1972, XVII u XXXIV ta’ l-1974,
XLI ta’ l-1975; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; bl-Atti: XLI ta’ l-1976,
XXXV u XL ta’ l-1977, XXVII ta’ l-1980, XV ta’ l-1981, VI ta’ l-1982, XIII
ta’ l-1983, XII ta’ l-1984, XLII ta’ l-1986 u VIII ta’ l-1990; bl-Avviż Legali
162 ta’ l-1990; u bl-Atti XII u XXIV ta’ l-1995, XXXI ta’ l-1997 u VI ta’ l-
1998. Fl-Iskeda, b’riżoluzzjonijiet imgħoddija mill-Kunsill tal-Gvern fit-12
ta’ Marzu, 1940, u fis-16 ta’ Diċembru, 1941, u maħruġa b’Notifikazzjoni
tal-Gvern Nru. 114 tas-26 ta’ Marzu, 1940, u b’Notifikazzjoni tal-Gvern
Nru. 578 tat-23 ta’ Diċembru, 1941, rispettivament; bl-Att XV ta’ l-1946;
bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 18 ta’ l-1947; bl-Atti: XXXVII ta’ l-1949,
XXXIV ta’ l-1974, XLI ta’ l-1975, XXXV u XL ta’ l-1977, XXVII ta’ l-1980,
XV ta’ l-1981, VII u XIII ta’ l-1983, XXXI ta’ l-1997, VI ta’ l-1998,  IX u
XXIII ta’ l-2000, VI u XXVII ta’ l-2001, u III ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
ir-Regolament tat-Traffiku.
Tifsir. 
Emendat: 
XXVI. 1956.2; 
XXV 1962.2; 
XL. 1977.2; 
VI. 1982.2; 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30. 
Kap. 332.
2. F’din l-Ordinanza -
il-kliem ''Awtorità '' u ''Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta''
ifissru l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta mwaqqfa taħt l-
artikolu 3 ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta;
il-kelma ''barklor'' tfisser kull persuna li jkollha f’idejha t-triġija
ta’ dgħajsa jew li tkun taħdem fiha, sew jekk tkun sid id-dgħajsa
sew jekk ma tkunx;
il-kelma ''bhima'' tfisser żiemel, bagħal jew ħmar, meta wżati
għat-trasport jew ġarr ta’ persuni, ta’ kadavri jew ta’ ħwejjeġ;
il-kelma "Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-
trasport;
il-kliem "motor bus" ifissru kull motor-car, li tista’ ġġorr iktar
minn seba’ passiġġieri, użata bi ħlas għall-ġarr ta’ passiġġieri;
il-kelma "motor-car" tfisser vettura mmexxija b’forza
mekkanika;
il-kelma "sid" tfisser il-persuna li f’isimha toħroġ il-liċenza għal
motor-car jew lanċa;
il-kliem "trasport pubbliku" għandhom l-istess tifsir kif mogħti
lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar it-Trasport ta’
  2      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
Malta;
il-kelma ''vettura'' tinkludi kull xorta ta’ karrozza, karrozzin,
karrettun miġbud minn bhima, karru, motor-car, omnibus, bicycle,
jew mezz ieħor ta’ trasport ta’ kull xorta jew għamla, maħsub għat-
trasport jew ġarr ta’ nies, kadavri jew ħwejjeġ:
Iżda ebda disposizzjoni ta’ din l-Ordinanza jew ta’ xi
regolament magħmul taħtha ma għandha tapplika għal xi karrettun
miġbud minn bhima kemm-il darba l-Ministru ma jagħmilx
regolamenti li jestendu dawk id-disposizzjonijiet b’mod li jkunu
wkoll japplikaw għalihom;
il-kliem "vettura tat-trasport pubbliku" għandhom l-istess tifsir
kif mogħti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel ordnijiet 
li jillimitaw iż-
żmien li fih 
għandhom jaħdmu 
drajvers ta’ motor-
cars. 
Miżjud: 
XXVI. 1938.2. 
Emendat:
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
3. (1) Għall-protezzjoni tal-pubbliku mill-perikoli li jkun
hemm minħabba li drajvers ta’ motor-cars ikunu għajjiena żżejjed,
il-Ministru bil-parir ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta jista’
jagħmel ordnijiet li jistabbilixxu ż-żmien kontinwu li fih persuna
tista’ ssuq jew iġġiegħel jew tippermetti lil persuna impjegata
magħha jew suġġetta għall-ordnijiet tagħha li ssuq ix-xorta’ ta’
motor-car imsemmija f’dak l-ordni.
(2) Kull ordni magħmul taħt dan l-artikolu jista’ jiġi mħassar
jew imbiddel b’ordni ta’ wara.
(3) Kull min jikser ordni magħmul mill-Ministru taħt dan l-
artikolu jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin
lira:
Iżda tkun eċċezzjoni tajba kontra akkuża taħt dan l-artikolu
meta l-persuna akkużata tipprova għas-sodisfazzjon tal-qorti illi l-
kontravvenzjoni saret minħabba dewmien fil-vjaġġ li għal
ċirkostanzi li hija ma setgħatx raġonevolment tobsorhom, ma setax
jiġi evitat.
Ħatra ta’ Bord 
għall-Kontroll tat-
Traffiku. 
Sostitwit: 
XXVI. 1956.3. 
Emendat: 
VI. 1958.2; 
XXV. 1962.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
IX. 2000.5.
4. Imħassar bl-Att XXIII. 2000.30.
Stabbilimenti ta’ 
linji. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963. 
Sostitwit: 
XVI. 1969.2. 
Emendat: 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
5. (1) L-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ minn
żmien għal żmien, għall-organizzazzjoni aħjar tas-servizz tat-
trasport tal-passiġġieri bil-motor buses, tagħmel dan li ġej kollu
jew kull waħda minnu:
(a) tistabbilixxi linji għat-trasport ta’ passiġġieri minn
parti għall-oħra ta’ Malta;
(b) tgħaqqad fi grupp żewġ linji jew iżjed jew il-linji
kollha;
(ċ) tistabbilixxi liema motor buses għandhom jaħdmu fuq
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    3
kull linja tali;
(d) tagħti s-servizz fuq kull linja tali lil xi kumpannija jew
kumpanniji u, jew lil xi persuna jew persuni
individwali;
(e) tibdel, tħassar jew tirrevoka kull linja tali jew kull
grupp ta’ linji jew kull għoti ta’ servizz tagħhom
fuqhom,
u tista’ tagħmel hekk taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-Awtorità
tista’ tordna; u fl-għoti ta’ servizz taħt dan l-artikolu l-Awtorità
tista’ tagħti dak is-servizz bl-eskluzjoni ta’ kull kumpannija jew
kumpanniji oħra jew kull persuna jew persuni individwali oħra.
(2) F’din l-Ordinanza riferenzi għal linja għandhom jinkludu
riferenzi għal grupp ta’ linji u riferenzi għall-għoti ta’ servizz
għandhom jinkludu riferenzi għal kull għoti tali magħmul wara
azzjoni meħuda taħt is-subartikolu (1)(d) jew (e).
Is-servizz tal-
vetturi jkun taħt it-
treġija esklużiva 
tal-persuni li 
lilhom jiġi mogħti 
s-servizz. 
Emendat: 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
6. Kemm-il darba s-servizz fuq xi linja tal-motor buses għat-
trasport ta’ passiġġieri jiġi mogħti, bis-saħħa ta’ l-artikolu ta’ qabel
dan, lil persuna jew persuni li ma jkunux kumpannija, ma tiġix
mogħtija liċenza mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta, għal
motor bus għas-servizz fuq dik il-linja, ħlief taħt id-direzzjoni u
treġija esklużiva ta’ dik il-persuna jew ta’ dawk il-persuni u taħt il-
kundizzjonijiet tal-kuntratt bejn l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta u dik il-persuna jew dawk il-persuni li lilhom ikun ingħata s-
servizz, u taħt il-kundizzjonijiet l-oħra li l-Awtorità  jidhrilha li
għandha tagħmel.
Irtir ta’ liċenzi li 
wara jistgħu 
jerġgħu jingħataw. 
Emendat: 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
7. Kemm-il darba s-servizz fuq linja jiġi mogħti lil persuna
jew persuni skond l-artikolu 5, il-liċenzi kollha li jkunu fil-pussess
tas-sidien ta’ motor bus għas-servizz fuq dik il-linja jiġu meħuda
lura, iżda wara jistgħu jiġu maħruġa mill-ġdid, fid-diskrezzjoni ta’
l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta taħt il-kundizzjonijiet
imsemmijin fl-aħħar artikolu qabel dan.
Ħatra ta’ spetturi 
tat-traffiku. 
Sostitwit: 
XLI. 1975.2. 
Emendat: 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
8. (1) L-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ taħtar lill-
impjegati tagħha bħala spetturi tat-traffiku, hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’din l-Ordinanza msejħa ''spetturi''.
(2) Il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta’ spetturi huma dawk li jiġu
jew li jistgħu jiġu assenjati lilhom b’din jew taħt din l-Ordinanza
jew mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta.
Indħil fid-dmirijiet 
ta’ l-ispetturi tat-
traffiku. 
Emendat: 
XIII. 1983.5;
XXIII. 2000.30.
9. Kull min jimpedixxi jew ifixkel spettur tat-traffiku fl-
eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu jew jindaħal mingħajr ma jkun
imissu fl-eżerċizzju ta’ dawk id-dmirijiet jew b’kull mod ieħor li
jkun, jew ma jkunx irid jobdi l-ordnijiet li l-ispettur tat-traffiku
jagħti fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu, ikun ħati ta’
kontravvenzjoni u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa ta’ mhux
anqas minn għaxar liri għal kull kontravvenzjoni.
  4      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
Inċitament ta’ 
persuni biex jiksru 
il-kuntratt. 
Miżjud: 
XV. 1931.2. 
Emendat: 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
10. Kull min ixewwex persuna oħra biex tikser kuntratt
magħmul bejn l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta u l-persuna
jew il-persuni li lilhom ikun ġie mogħti jew sejjer jiġi mogħti
servizz fuq linja skond l-artikolu 5, jew kuntratt magħmul bejn dik
il-persuna jew dawk il-persuni u s-sid ta’ motor bus, jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn għaxar liri, u mhux iżjed
minn għoxrin lira u, f’każ ta’ reċidiva, il-piena tal-priġunerija sa
tliet xhur.
Min jirrifjuta jagħti 
ismu lill-ispetturi 
tat-traffiku, eċċ. 
Sostitwit: 
XLI. 1975.3.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
11. Kull passiġġier, sid, drajver jew kunduttur ta’ motor bus
illi jirrifjuta li jagħti l-isem u l-indirizz tiegħu lil xi spettur, jew li
jagħti isem jew indirizz ħażin, u kull passiġġier illi jirrifjuta li juri
l-biljett lil spettur meta jkun mitlub li jurih, u kull sid, drajver jew
kunduttur ta’ motor bus, li jirrifjuta li jħalli lil xi spettur li jidħol
f’motor bus fuq xi rotta jew f’xi stage jeħel, meta jinsab ħati -
(a) multa ta’ mhux anqas minn ħames liri l-ewwel darba;
(b) multa ta’ mhux anqas minn tletin lira t-tieni darba; u
(ċ) it-tielet darba jew kull darba oħra wara multa ta’ mhux
anqas minn mitt lira u mhux iżjed minn mitejn lira, u
meta l-ħati jkun is-sid, il-qorti għandha b’żieda tordna
t-taħsir tal-liċenza tal-motor bus:
Iżda l-ebda darba li jinsab hekk ħati ma għandha titqies li
tkun l-ewwel darba, it-tieni darba, it-tielet darba jew darba oħra
wara jekk ma tkunx tirreferixxi għal tieni reat, tielet reat jew reat
sussegwenti magħmul fi żmien tnax-il xahar mill-egħmil tar-reat
preċedenti.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip fuq karozzi 
tal-linja. 
Miżjud: 
XLI. 1976.2.
12. Imħassar bl-artikolu 20 ta’ l-Att XLII ta’ l-1986.
L-Awtorità  dwar 
it-Trasport 
Pubbliku tista’ 
tordna li buses 
oħra, eċċ., jaħdmu 
fuq ċerti linji. 
Emendat: 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
13. L-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’, għalkemm
ikun hemm kuntratt magħmul skond l-artikolu 5 f’każ ta’
emerġenza, jew ta’ konkors ta’ nies aktar mis-soltu, tordna li motor
buses illi ma jkollhomx il-liċenza meħtieġa għal dik il-linja, jiġu
mħaddma, fuq dik il-linja għal dak iż-żmien u taħt dawk il-
kundizzjonijiet illi l-Awtorità  tistabbilixxi u ma jkun hemm jedd ta’
ebda azzjoni għal danni kkaġunati minħabba li dak l-ordni jkun
kontra l-kundizzjonijiet tal-kuntratt li jkun hemm bejn l-Awtorità  u
kull persuna jew persuni oħra.
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    5
Rekwiżizzjoni 
mill-Awtorità  tat-
Trasport ta’ Malta 
ta’ motor-cars, 
eċċ., f’każ li s-
servizz iżomm għal 
kollox jew jiġi 
sospiż. 
Miżjud: 
XV. 1931.3. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIV.1995.360;
XXIII. 2000.30;
VI. 2001.7.
14. (1) Kemm-il darba t-twaqqif jew is-sospensjoni, għal kull
raġuni li tkun, ta’ servizz fuq linja stabbilita jew f’parti oħra ta’
Malta li fiha soltu jaħdmu motor buses, ikunu jolqtu jew ikunu
jistgħu jolqtu l-bżonnijiet ordinarji tal-mezzi ta’ trasport tan-nies
ta’ Malta, l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ taqbad, tieħu
pussess u tuża kull motor-car tal-kiri, motor bus jew vettura oħra u
għal dan l-iskop tista’ tawtorizza lil kull uffiċjal tal-Pulizija biex
jidħol f’garage, remissa jew fond ieħor.
(2) Għall-użu ta’ dawn il-motor-cars, motor buses, vetturi
għandu jingħata lis-sid dak il-kumpens li l-Awtorità  tiffissa minn
qabel jew wara.
(3) Mid-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  jista’ jsir appell lill-Qorti ta’ l-
Appell (Kompetenza Inferjuri). Dak l-appell għandu jsir b’rikors fi
żmien erbat ijiem minn meta tingħata s-sentenza. Ir-rikors għandu
jiġi notifikat lill-Awtorità  li jkollha erbat ijiem biex tagħmel
risposta għalih. L-iskritturi fuq appell bħal dak jitqiesu magħluqin
bir-risposta ta’ l-Awtorità , jew malli jiskadi ż-żmien għal dik ir-
risposta.
(3A) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti jistabbilixxi d-drittijiet li jitħallsu fir-reġistru tal-
qrati għall-preżentata ta’ atti bil-miktub taħt din l-Ordinanza:
Kap. 12.
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk stabbiliti mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li tinsab mal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3B) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli, li ma
jkunux inkonsistenti ma’ din l-Ordinanza, li jirregolaw appelli taħt
dan l-artikolu.
(4) Kull min jimpedixxi jew ifixkel uffiċjal tal-Pulizija filli
jieħu pussess ta’ motor-car, motor bus, vettura jew b’xi mod
jindaħal jew ixewwex oħrajn biex jindaħlu fl-użu ta’ vettura
rekwiżizzjonata taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn għaxar liri u mhux
iżjed minn għoxrin lira jew il-piena tal-priġunerija sa tliet xhur.
(5) Jekk persuna minħabba rekwiżizzjoni taħt dan l-artikolu,
ma tkunx tista’ tesegwixxi kuntratt, hija ma titqiesx li kisret il-
kuntratt, iżda dan il-kuntratt, b’effett ta’ dik ir-rekwiżizzjoni, jiġi
sospiż sa fejn ma jkunx jista’ jiġi esegwit minħabba dik ir-
rekwizizzjoni.
Sewqan ta’ motor-
car mingħajr 
liċenza, eċċ. 
Emendat: 
LIII.1939.2; 
XXVI. 1956.4; 
XVII.1974.2; 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
VI. 1998.2;
XXIII. 2000.30;
III. 2002.161.
15. (1) Kull min -
(a) isuq motor-car jew vettura oħra mingħajr liċenza tas-
sewqan jew motor-car jew vettura oħra li ma jkollhiex
liċenza, jew isuqha b’nuqqas ta’ kont, bi traskuraġni,
jew b’mod perikoluż, iżda ma tkun meħtieġa ebda
liċenza dwar bicycle; jew
(b) iġiegħel, iħalli jew jippermetti li l-motor-car jew
vettura oħra tiegħu tinsaq minn persuna li ma jkollhiex
il-liċenza meħtieġa biex issuq motor-car jew vettura
oħra, 
  6      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, il-piena tal-multa
ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew tal-priġunerija ta’ mhux iżjed
minn tliet xhur.
(1A) Kull persuna li tagħmel użu minn numru ta’
identifikazzjoni xort’ oħra minn dak mogħti mill-pulizija jew mill-
Awtorità  dwar xi vettura bil-mutur partikolari tkun ħatja ta’ reat u,
meta tinsab ħatja, teħel multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira
jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt xhur jew għal dik
il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Meta r-reat ikun jikkonsisti f’sewqan ta’ motor-car jew
vettura oħra bi traskuraġni kbira jew b’mod perikoluż, il-qorti,
b’żieda tal-piena taħt is-subartikolu (1), għandha tiskwalifika lill-
ħati milli jkollu jew milli jikseb liċenza tas-sewqan, f’każ ta’ l-
ewwel kundanna, għal żmien ta’ mhux anqas minn tliet xhur, u
f’każ tat-tieni kundanna jew kundanna oħra wara għal żmien ta’
mhux anqas minn sena.
(3) Fil-każ ta’ kull reat ieħor taħt is-subartikolu (1) il-qorti, fuq
talba tal-prosekuzzjoni, b’żieda għall-piena skond dak is-
subartikolu, għandha tiskwalifika lill-ħati milli jkollu jew milli
jikseb liċenza tas-sewqan għal żmien ta’ mhux anqas minn tmint
ijiem.
(4) Il-Ministru jista’ b'regolamenti taħt dan l-artikolu jagħmel
provvedimenti li bihom kull skwalifika milli wieħed ikollu liċenza
jew kull revoka jew sospensjoni ta’ liċenza tas-sewqan ta’ vettura
f’pajjiż barra minn Malta kif jista’ jiġi stabbilit f’dawk ir-
regolamenti, għandu jkollhom effett bħallikieku dik l-iskwalifika,
revoka jew sospensjoni kienu ordnati minn Qorti jew awtorità  oħra
f’Malta sa dak il-limitu u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġi
speċifikati f’dawk ir-regolamenti, u ebda liċenza maħruġa taħt dan
l-Att ma għandha tkun valida f’xi perijodu li matulu skond dawk ir-
regolamenti dik il-persuna titqies skwalifikata milli jkollha xi
liċenza jew ikollha l-liċenza tagħha sospiża jew revokata.
Sewqan, eċċ., ta’ 
motor-car meta 
mhux 
f’kundizzjoni li 
jsuq.
Miżjud:
VI. 1998.3.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
15A. (1) Ebda persuna ma għandha ssuq jew tipprova ssuq jew
ikollha l-kontroll ta’ motor-car jew vettura oħra li tkun fit-triq jew
f’post pubbliku ieħor jekk ma tkunx f’kundizzjoni li ssuq minħabba
xorb jew drogi.
 (2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, persuna titqies li m’hijiex
f’kundizzjoni li ssuq jekk il-kapaċità  tagħha li ssuq sew tkun għal
xi ħin imnaqqsa.
Sewqan, eċċ., ta’ 
motor-car 
b’konċentrazzjoni 
ta’ alkohol fin-nifs, 
eċċ., ogħla minn 
dik preskritta.
Miżjud:
VI. 1998.3.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
15B.  Ebda persuna ma għandha ssuq, tipprova ssuq jew tkun fil-
kontroll ta’ motor-car jew vettura oħra li tkun fit-triq jew f’post
pubbliku ieħor wara li tkun ikkunsmat tant alkohol li l-proporzjon
tiegħu fin-nifs, fid-demm jew fl-urina jkun iżjed mill-limitu
preskritt.
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    7
Testijiet tan-nifs.
Miżjud:
VI. 1998.3.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
15Ċ.  Meta uffiċjal tal-Pulizija jkollu suspett raġonevoli li -
(a) persuna tkun qed issuq jew tipprova ssuq jew tkun fil-
kontroll ta’ motor-car jew vettura oħra li tkun fit-triq
jew f’post pubbliku ieħor u li jkollha l-alkohol
f’ġisimha jew li tkun għamlet reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew kontra xi
regolamenti magħmula taħtha waqt li l-motor-car
kienet miexja; jew
(b) persuna kienet issuq jew tipprova ssuq jew kienet fil-
kontroll ta’ motor-car jew vettura oħra fit-triq jew
f’post pubbliku ieħor u li kellha alkohol f’ġisimha u li
dik il-persuna kien għad għandha l-alkohol f’ġisimha;
jew
(ċ) persuna kienet issuq jew tipprova ssuq jew kienet fil-
kontroll ta’ motor-car jew vettura oħra fit-triq jew
f’post pubbliku ieħor u li għamlet reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew kontra xi
regolamenti magħmula taħtha waqt li l-motor-car jew
vettura oħra kienet miexja; jew
(d) persuna kienet issuq jew tipprova ssuq jew kienet fil-
kontroll ta’ motor-car jew vettura oħra fit-triq jew
f’post pubbliku ieħor meta dik il-motor-car jew
vettura oħra kienet involuta f’aċċident,
huwa jista’ jeħtieġ li dik il-persuna tagħti kampjun tan-nifs għal
test tan-nifs.
Setgħat ta’ arrest.
Miżjud:
VI. 1998.3.
15D.  Uffiċjal tal-Pulizija jista’ jgħaddi biex jarresta persuna
jekk -
(a) bħala rizultat ta’ test tan-nifs l-uffiċjal tal-Pulizija
jkollu suspett raġonevoli li l-proporzjon ta’ alkohol
fid-demm ta’ dik il-persuna jkun iżjed mil-limitu
preskritt; jew
(b) dik il-persuna tonqos milli tagħti kampjun tan-nifs
għal test tan-nifs meta meħtieġa tagħmel hekk skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15Ċ sakemm dik il-
persuna tkun ġiet avżata li n-nuqqas jew ir-rifjut li
tagħmel dak meħtieġ kien reat.
L-għoti ta’ 
kampjuni għall-
analiżi.
Miżjud:
VI. 1998.3.
15E. (1) Sabiex jiġi deċiż jekk persuna għamlitx xi reat taħt l-
artikoli 15A u 15B uffiċjal tal-Pulizija jista’ jeħtieġ li dik il-
persuna -
(a) tagħti żewġ kampjuni tan-nifs għall-analiżi permezz
ta’ strument approvat b’ordni tal-Ministru li jiġi
pubblikat fil-Gazzetta; jew
(b) tagħti kampjun tad-demm jew żewħ kampjuni ta’ l-
urina għall-analiżi fil-laboratorju:
Iżda l-uffiċjal tal-Pulizija jista’ b’żieda mal-kampjuni tan-
nifs jeħtieġ ukoll kampjun tad-demm jew żewġ kampjuni ta’ l-
urina.
(2) Iż-żewġ kampjuni ta’ urina imsemmija fis-subartikolu
  8      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
(1)(b) għandhom jingħataw b’intervall bejniethom ta’ siegħa u l-
kampjun ta’ l-aħħar għandu jintuża għall-analiżi.
(3) Il-kampjuni jistgħu jinħtieġu li jingħataw biss kif ġej:
(a) kampjuni tan-nifs jistgħu jinħtieġu li jingħataw fi jew
ħdejn il-post fejn issir it-talba għalihom, jew f’għassa
tal-Pulizija, jew f’ċentru tas-saħħa jew fi sptar;
(b) kampjuni ta’ l-urina jistgħu jinħtieġu li jingħataw
f’għassa tal-Pulizija, jew f’ċentru tas-saħħa jew fi
sptar;
(ċ) kampjuni tad-demm jistgħu jinħtieġu li jingħataw
f’ċentru tas-saħħa jew fi sptar.
(4) Persuna li tirrifjuta jew tonqos milli tagħti kampjun kif
maħsub taħt dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat:
Iżda tkun difiża għal dik il-persuna jekk tipprova li n-
nuqqas tagħha li tagħti kampjun kien minħabba l-inkapaċità  fiżika
jew mentali li tagħtih jew għaliex l-għoti tiegħu kien jagħti lok għal
riskju sostanzjali għal saħħitha.
 (5) L-analiżi ta’ xi kampjun li jingħata skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli preċedenti ta’ dan l-arrikolu
għandu jsir f’laboratorju li jiġi approvat b’ordni tal-Ministru li jiġi
pubblikat fil-Gazzetta, u l-opinjoni ta’ l-analista f’dak il-
laboratorju kif ukoll ir-riżultati ta’ dak l-analiżi jkunu ammissibbli
bħala prova fi proċedimenti għal reat taħt l-artikolu 15A jew 15B.
Ir-riżultati ta’ l-analiżi jitqiesu li huma korretti sakemm ma jiġix
pruvat il-kuntrarju.
 (6) Meta persuna tkun instabet ħatja ta’ reat kontra xi
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 15A u 15B, il-qorti tista’, barra milli
tikkundanna lil min jagħmel ir-reat għall-piena li għandha tiġi
applikata skond il-liġi, tordnalha li tħallas id-drittijiet, jew parti
minnhom, li jkollhom jitħallsu lill-persuna jew lill-persuni li jkunu
għamlu l-analiżi skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Għażla ta’ 
kampjuni tan-nifs.
Miżjud:
VI. 1998.3.
15F. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2), minn kull żewġ
kampjuni tan-nifs mogħtija minn persuna skond l-artikolu 15E
għandu jintuża dak bil-proporzjon l-aktar baxx ta’ alkohol fin-nifs
u l-ieħor għandu jiġi skartat.
 (2) Jekk il-kampjun bil-proporzjon l-aktar baxx ta’ alkohol
ikollu mhux iżjed minn 50 mikrogramma ta’ alkohol f’100
millilitru ta’ nifs, il-persuna li tkun tatu tista’ titlob li dan jiġi
sostitwit b’xi kampjun bħal dawk li jistgħu jkunu meħtieġa bl-
artikolu 15E u, jekk mbagħad jagħti kampjun bħal dak, ebda
kampjun tan-nifs ma għandu jintuża.
 (3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jibdel xi proporzjon ieħor
ta’ alkohol fin-nifs minflok dak speċifikat fis-subartikolu (2).
Żamm ta’ persuni 
milquta mill-
alkohol jew xi 
droga.
Miżjud:
VI. 1998.3.
15G.  Persuna meħtieġa li tagħti kampjun tan-nifs, tad-demm
jew ta’ l-urina tista’ tiġi miżmuma mill-Pulizija sakemm il-Pulizija
jkun jidhrilha li dik il-persuna tkun f’kundizzjoni li ssuq.
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    9
Reati u pieni.
Miżjud:
VI. 1998.3.
15H. (1) Kull persuna li tikser xi disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
15A u 15B tkun ħatja ta’ reat u meta tinsab ħatja ta’ reat bħal dak
jew ta’ reat taħt l-artikolu 15E(4) teħel -
(a) fil-każ ta’ l-ewwel kundanna, multa ta’ mhux anqas
minn mitejn lira jew priġunerija għal mhux iżjed minn
tliet xhur jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien;
(b) fil-każ tat-tieni kundanna jew ta’ kull kundanna oħra
warajha multa ta’ mhux anqas minn ħames mitt lira
iżda mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal
mhux iżjed minn sitt xhur jew għal dik il-multa u
priġunerija flimkien.
 (2) B’żieda mal-pieni taħt is-subartikolu (1), il-qorti għandha
tiskwalifika lill-ħati milli jkollu jew jottjeni xi liċenza tas-sewqan
fil-każ ta’ l-ewwel kundanna għal żmien ta’ mhux anqas minn sitt
xhur, u fil-każ tat-tieni kundanna jew ta’ kull kundanna oħra
warajha għal żmien ta’ mhux anqas minn sena:
Iżda fil-każ ta’ kundanna minħabba li persuna ma kienetx
f’kundizzjoni li ssuq minħabba xorb jew għal reat taħt l-artikolu
15B, id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom jgħoddu
biss fejn il-proporzjon ta’ alkohol fin-nifs, fid-demm jew fl-urina
jkun jaqbeż il-limitu preskritt bi tmien mikrogramma jew iżjed fin-
nifs jew b’għoxrin milligramma jew iżjed fid-demm jew bi tlieta u
għoxrin milligramma jew iżjed fl-urina.
Tifsir ta’ l- artikoli 
15A sa 15I.
Miżjud:
VI. 1998.3.
15I. (1) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikoli 15A
sa 15H, kemm-il darba r-rabta tal-kliem teħtieġx xort’oħra -
"test tan-nifs" tfisser test preliminari bil-għan li jittieħed, bil-
mezz ta’ strument ta’ xorta approvata mill-Ministru, indikazzjoni
ta’ jekk il-proporzjon ta’ alkohol fin-nifs, jew fid-demm jew fl-
urina ta’ persuna hi x’aktarx iżjed mil-limitu preskritt;
"droga" tinkludi kull intossikant ieħor barra alkohol;
"il-limitu preskritt" tfisser skond kif il-każ ikun jeħtieġ -
(a) 35 mikrogramma ta’ alkohol f’100 millilitru ta’ nifs;
jew
(b) 80 milligramma ta’ alkohol f’100 millilitru ta’ demm;
jew
(ċ) 107 milligramma ta’ alkohol f’100 millilitru ta’ urina,
jew dawk il-proporzjonijiet 1-oħra kif jistgħu jiġu preskritti
b’regolamenti magħmula mill-Ministru.
 (2) Persuna titqies li tkun tat kampjun ta’ demm biss jekk tagħti
l-kunsens tagħha li dak il-kampjun jittieħed minn tabib u li dan
hekk jittieħed f’dik il-kwantità  u ta’ dik il-kwalità  li tkun tista’ tiġi
analizzata kif imiss għall-għanijiet ta’ l-artikolu 15E.
 (3) Persuna titqies li tat kampjun ta’ l-urina jew tan-nifs biss
jekk dak il-kampjun jingħata b’dak il-mod u f’dik il-kwantità  u ta’
dik il-kwalità  li tkun tista’ tiġi analizzata kif imiss għall-għanijiet
ta’ l-artikolu 15E.
  10      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
Kiri, mingħajr 
liċenza, ta’ motor-
cars li jinsaqu mill-
kerrej. 
Miżjud: 
LIII. 1939.3. 
Emendat: 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30.
16. (1) Ħadd ma jista’, mingħajr liċenza mill-Awtorità  dwar
it-Trasport ta’ Malta, jikkummerċja fil-kiri ta’ motor-cars li jinsaqu
mill-kerrej jew minn persuna taħt il-kontroll tiegħu.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) hu
ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn
għoxrin lira.
(3) Il-liċenza maħruġa taħt is-subartikolu (1) tista’ tiġi sospiża
jew imħassra mill-Awtorità  dwar it-Trasport Pubbliku, jekk il-
pussessur tal-liċenza jħalli li motor-car tiġi wżata fuq it-triq,
kemm-il darba għall-użu ta’ dik il-motor-car ma tkun isseħħ ebda
polza ta’ sigurtà  jew garanzija kontra r-riskju ta’ terzi persuni
skond il-liġijiet li f’dak iż-żmien ikunu jseħħu dwar dik il-polza ta’
sigurtà  jew garanzija.
Użu tajjeb ta’ taxi-
meter. 
Miżjud: 
XII.1984.2.
16A. (1) Kull taxi-car għandha tkun mgħammra b’taxi-meter
xieraq sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ kilometri li jkunu saru u
drittijiet legali relattivi għal kull vjagġ.
(2) Kull taxi-meter li jitwaħħal f’taxi-car għandu jitqiegħed
f’post fejn il-passiġġieri jkunu jistgħu jarawh sewwa.
(3) Kull persuna li ġġorr passiġġieri f’taxi-car għandha mal-
bidu tal-kirja tiżgura li t-taxi-meter ta’ dik il-karozza jkun jaħdem
tajjeb sabiex jirreġistra sewwa skond is-subartikolu (1).
(4) Ebda persuna ma għandha ġġorr passiġġieri f’taxi-car jekk
it-taxi-meter ta’ dik il-karozza ma jkunx jaħdem tajjeb kif meħtieġ
b’dan l-artikolu jew jekk dak it-taxi-meter ikollu s-siġilli miksura
jew ikun b’xi mod tbagħbas.
(5) Ebda persuna ma għandha waqt li tkun qed iġġorr
passiġġieri f’taxi-car tonqos li tħaddem it-taxi-meter waqt xi kirja,
jew titlob xi ammont li jkun iżjed minn nol korrett, jew tikser is-
siġilli tat-taxi-meter.
(6) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja - 
(a) għall-ewwel reat multa ta’ mhux inqas minn ħamsin
lira iżda mhux iżjed minn mitt lira u l-konfiska tat-
taxi-car għal perijodu ta’ mhux inqas minn xahar iżda
mhux iżjed minn tliet xhur u l-iskwalifika milli jkollha
liċenza tas-sewqan ta’ taxi-car għall-istess perijodu;
(b) għat-tieni reat multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda
mhux iżjed minn ħames mitt lira u l-konfiska tat-taxi-
car għal perijodu ta’ mhux inqas minn tliet xhur iżda
mhux iżjed minn sitt xhur u l-iskwalifika milli jkollha
liċenza tas-sewqan ta’ taxi-car għall-istess perijodu; u
(ċ) għat-tielet reat u għal kull reat ieħor wara multa ta’
mhux inqas minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn
elf lira u l-konfiska tat-taxi-car għal perijodu ta’ mhux
inqas minn sitt xhur iżda mhux iżjed minn sena u l-
iskwalifika milli jkollha liċenza tas-sewqan ta’ taxi-
car għall-istess perijodu.
(7) Il-konfiska tat-taxi-car kif provdut fis-subartikolu (6)
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    11
titwettaq irrispettivament jekk min jagħmel ir-reat ikunx is-sid ta’
dik il-vettura bil-mutur, jew l-impjegat jew is-sostitut tiegħu.
Kap. 446.
Kap. 9.
(8) L-Att dwar il-Probation u l-artikolu 21 tal-Kodiċi
Kriminali ma japplikawx dwar reat kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Liċenza għall-kiri 
ta’ vettura.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
17. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu
16, ħadd ma jista’ jikri xi vettura għat-trasport ta’ nies jew għall-
ġarr ta’ oġġetti mingħajr liċenza mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta.
Il-vettura trid tkun 
tajba għall-użu.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
18. Il-liċenza msemmija fl-artikolu 17 dwar vettura tal-kiri ma
tingħatax kemm-il darba l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta ma
tkunx sodisfatta illi l-vettura hija tajba għall-użu tal-pubbliku, u
għandha tagħmir, armar u brejkijiet illi, fil-fehma ta’ l-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta, jistgħu jkunu meħtieġa għas-sigurtà  u l-
kumdità  tal-passiġġieri. 
Pjanċi li juru n-
numru tar-
reġistrazzjoni.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
19. Vettura b’liċenza skond l-artikolu 17 għandha ġġib dawk
il-pjanċi li jkunu juru n-numru tar-reġistrazzjoni u l-ittra distintiva
li tiġi mogħtija lilha mill-Awtorità .  Dak in-numru u dik l-ittra
għandhom ikunu ta’ dik l-għamla, lewn u daqs kif tordna l-
Awtorità .
Vettura bla pjanċa 
titqies bla liċenza.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
20. Vettura li tkun qiegħda fil-venda jew iddur għall-kiri, jew
tabilħaqq mikrija, mingħajr il-pjanċa msemmija fl-aħħar artikolu
preċedenti, titqies li tkun vettura mingħajr liċenza.
Kostruzzjoni ta’ 
vetturi tal-kiri.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
21. Kull vettura tal-kiri għandha tinħadem fuq id-disinn li jkun
ġie approvat mill-Awtorità .
Il-vetturi jinżammu 
fi stat tajjeb ta’ 
tiswija , eċċ.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
22. Ħadd ma jista’ juża vettura tal-kiri li ma tkunx miżmuma fi
stat tajjeb ta’ tiswija, ta’ ndafa u ta’ deċenza f’kull banda u armar
tagħha.
Ma jistax jsir ġarr 
ta’ katavri f’vetturi 
għat-trasport tan-
nies.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
23. Ebda vettura li tkun qiegħda għat-trasport tan-nies ma
tista’ tiġi wżata għall-ġarr ta’ kadavri.
Vetturi għall-ġarr 
ta’ katavri.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
24. Ebda vettura ma tista’ tiġi wzata għall-ġarr ta’ kadavri
mingħajr liċenza speċjali, illi ma tiġix mogħtija kemm-il darba l-
vettura ma tkunx mibnija f’dik l-għamla u ma jkollhiex dak it-
tagħmir, armar u fanali kif tordna l-Awtorità .
Liċenza ta’ vettura 
tal-kiri tista’ tiġi 
rtirata.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
25. Il-liċenza msemmija fl-artikolu 17 għandha tiġi rtirata
meta l-vettura tiġi ddikjarata mhix tajba għall-użu tal-pubbliku.
Dik il-liċenza għandha tingħata lura, jew, jekk tkun skadiet,
għandha tiġġedded, kemm-il darba l-vettura tissewwa b’mod li
jogħġob lill-Awtorità .
Avviż dwar bejgħ 
jew trasferiment 
xort’oħra ta’ 
vettura bil-liċenza.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
26. Kull persuna imsemmija fuq il-liċenza bħala s-sid jew
bħala wieħed mis-sidien, li tkun biegħet jew xort’oħra ttrasferiet il-
jedd tagħha fuq il-vettura li għaliha tkun tirriferixxi l-liċenza,
għandha tagħti avviż lill-Awtorità  ta’ dak il-bejgħ jew trasferiment,
u għandha fl-istess ħin tippreżenta l-liċenza sabiex jitniżżlu fuqha
  12      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
l-partikolaritajiet sostanzjali tal-bejgħ jew tat-trasferiment;  u jekk
dak l-avviż ma jiġix mogħti u l-liċenza ma tiġix ippreżentata, dik
il-persuna, għad li jkun sar dak il-bejgħ jew trasferiment, tibqa’
suġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza bħala sid jew
wieħed mis-sidien tal-vettura.
Il-pubbliku għandu 
dejjem ikun jista’ 
jara n-numru tal-
vettura.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
27. Ebda sid jew sewwieq ta’ vettura ma jista’ jgħatti jew iħalli
lil min jgħatti għall-għajnejn tan-nies jew ibiddel jew iħalli li jiġi
mibdul in-numru mogħti mill-Awtorità  u li jkun imwaħħal bi pjanċi
fuq il-vettura, jew b’xi mod ma jħallix lil xi ħadd jieħu notament
ta’ dak in-numru, jew jirrifjuta milli jagħti dak in-numru lil kull
min jista’ jitlobulu.
Setgħa ta’ bdil tan-
numru tal-vettura.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
28. Kull meta l-Awtorità  jidhrilha li għandha tbiddel in-numru
ta’ vettura, hija għandha tagħti avviż ta’ dan lill-persuna li f’isimha
tkun il-liċenza għal dik il-vettura;  dik il-persuna għandha, fi żmien
sebat ijiem wara dan l-avviż, tieħu l-liċenza lill-Awtorità  li
għandha tagħti lil dik il-persuna pjanċa b’numru ieħor u tniżżel fil-
liċenza nota dwar dak it-tibdil.  Dik il-persuna għandha twaħħal fuq
il-vettura l-pjanċa bin-numru l-ġdid fl-istess għamla li biha kienet
imwaħħla l-pjanċa bin-numru ta’ qabel, jew f’dik l-għamla li tordna
l-Awtorità .
Liċenza għal kull 
vettura.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
29. Ma tistax tingħata liċenza unika għal iżjed minn vettura
waħda.
Sewwieq il-vettura 
jkollu liċenza.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
30. Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ sewwieq ta’ vettura tal-kiri,
minbarra bicycle, mingħajr liċenza ta’ l-Awtorità ;  u s-sid ta’ dik il-
vettura ma jistax iqabbad bħala sewwieq lil ebda persuna li ma
jkollhiex dik il-liċenza.
Kwalifiki għal 
liċenza ta’ 
sewwieq.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
31. Dik il-liċenza tiġi mogħtija biss lil persuni li jkollhom l-età
meħtieġa u li, fil-fehma ta’ l-Awtorità , jkollhom kondotta tajba u
jkunu kapaċi jsuqu vetturi tal-kiri.
Il-liċenza tiġi 
revokata jew 
sospiża meta s-
sewwieq jinsab 
ħati ta’ reat.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
32. Meta d-detentur ta’ liċenza jinsab ħati ta’ reat, dik il-
liċenza għandha tiġi revokata jew sospiża għal dak iż-żmien li
tordna l-qorti li tagħti s-sentenza.
Żmien biex isir 
rikors għar-revoka 
jew sospensjoni ta’ 
liċenza wara 
sejbien ta’ ħtija.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
33. Għall-finijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan, l-allegazzjoni
li l-akkużat jkun sewwieq ta’ vettura, tista’ ssir ukoll, wara li huwa
jkun ġie misjub ħati, permezz ta’ rikors li għandu jiġi ppreżentat fi
żmien tmint ijiem mis-sentenza.
Sewwieq ta’ 
vettura tat-trasport 
pubbliku għandu 
juri l-identità  
tiegħu.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
34. (1) Kull sewwieq ta’ vettura tat-trasport pubbliku għandu,
filwaqt li jkun isuq il-vettura, jġib fejn tidher sew fuq sidru u hekk
li tkun tista’ tidher malajr, karta ta’ identità  li tinħariġlu mill-
Awtorità .
Is-sewwieq ma 
jistax jislef il-karta 
ta’ l-identità  
tiegħu.
(2) Ebda sewwieq ma jista’ jislef il-katra ta’ l-identità  tiegħu lil
ħaddieħor, jew iħalli lil ħaddieħor jagħmel użu minnha, għad illi
dan l-ieħor ikollu liċenza biex jagħmilha ta’ sewwieq ta’ vettura
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    13
tat-trasport pubbliku;  hekk ukoll ħadd ma jista’ jagħmel użu minn
karta ta’ l-identità  li tinħareġ lil ħaddieħor.
Telfien ta’ karta ta’ 
l-identità .
(3) Jekk sewwieq jitlef il-karta ta’ l-identità  tiegħu, huwa
għandu mingħajr dewmien javża b’dan lill-Awtorità , u jekk huwa
juri b’mod li jogħġob lill-Awtorità  li dik il-karta tkun intilfet bla
ebda ħtija tiegħu, għandha tinħariġlu karta ta’ identità  oħra mill-
Awtorità  bi ħlas ta’ dak id-dritt li jista’ jiġi preskritt.
Is-sewwieq għandu 
jżomm il-liċenza 
fuqu.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
35. Kull sewwieq li jkollu liċenza għas-sewqan ta’ vettura
għall-kiri għandu, filwaqt li jkun isuq il-vettura jew idur għall-kiri,
izomm il-liċenza fuqu u juriha kull meta jiġi hekk mitlub jagħmel
mill-Pulizija jew xi awtorità  oħra.
Is-sid jew is-
sewwieq ta’ vettura 
ma jistax jirrifjuta 
l-kiri tagħha ħlief 
għal raġuni tajba.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
36. Ebda sid jew sewwieq ta’ vettura tal-kiri ma għandu,
mingħajr raġuni tajba, jirrifjuta li jikri dik il-vettura għal xi mkien
partikolari jew, kif jagħżel min jitlob il-kiri tal-vettura, għal xi
żmien stabbilit jew mhux stabbilit ta’ mhux iżjed minn erba’ sigħat,
sakemm min jitlob il-kiri tal-vettura jkun jaqbel li dak il-kiri
għandu jibda mill-waqt li fih issir it-talba għal dak il-kiri. 
Nol li jitħallas 
għall-kiri ta’ taxi-
car.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
Kap. 332.
37. B’dak kollu li hemm fl-aħħar artikolu qabel dan, ma
għandu jitħallas ebda nol għall-kiri ta’ vettura li jkollha liċenza ta’
taxi-car ħlief skond it-tariffa li tinsab fir-regolamenti magħmula
taħt l-artikolu 32 ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta.
Dmir is-sid jew is-
sewwieq li jkollu 
kopja tat-tariffa.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
38. (1) Kull sid jew sewwieq ta’ vettura li tinkera skond
tariffa għandu jżomm imwaħħla, f’parti li tidher sew tal-vettura,
kopja stampata ta’ dik it-tariffa.
Sid jew sewwieq 
ma jistax jitlob ħlas 
aktar mit-tariffa 
jew mill-ftehim.
(2) Ebda sid jew sewwieq ta’ vettura bħal dik ma jista' jitlob
ħlas iżjed mit-tariffa jew, fil-każ ta’ ftehim b’anqas, iżjed mis-
somma miftiehma.
Trasport ta’ 
persuna jew oġġett 
fuq jew wara l-
vettura mingħajr il-
kunsens ta’ min 
jikriha.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
39. Ebda sid jew sewwieq ta’ vettura mikrija ma jista’ jħalli lil
ħadd jiġi trasportat jew xi ħaġa tinġarr ġewwa, fuq jew wara l-
vettura, filwaqt li din tkun mikrija, mingħajr il-kunsens ta’ min
jikriha.
Ħadd ma jista’ 
jagħmilha ta’ 
sewwieq ta’ vettura 
mingħajr il-
kunsens tas-sid.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
40. Ebda persuna awtorizzata mis-sid ta’ vettura li ssuq dik il-
vettura ma għandha, ħlief f’każ ta’ bżonn, tħalli lil ħaddieħor isuq
dik il-vettura, mingħajr il-kunsens tas-sid tagħha, u ħadd ma jista’,
ħlief f’każ ta’ bżonn, isuq vettura, mingħajr il-kunsens tas-sid ta’
dik il-vettura.
Il-ħlas għall-ħsara 
tas-sewwieq tista’ 
tittieħed mingħand 
is-sid.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
41. Meta ssir ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor bis-sewqan ta’ motor-
car jew vettura oħra b’mod traskurat, negliġenti jew perikoluż, il-
qorti li quddiemha s-sewwieq ikun insab ħati tista’ tikkundanna lil
sid il-vettura jħallas somma ta’ mhux iżjed minn elf lira, li tkun
tidher lill-qorti raġonevoli bħala kumpens għal dik il-ħsara, iżda
jibqa’ sħiħ il-jedd għal somma akbar jekk il-ħsarat ikunu akbar;  u
kull sid ta’ vettura illi jħallas xi kumpens bħal dak kif hawn aktar
qabel imsemmi jista’ jitlob lura dak l-ammont mingħand is-
sewwieq bħala dejn ċivili dwar danni u mgħaxijiet.
  14      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
Is-sewwieq għandu 
jilbes kif jixraq.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
42. (1) Meta l-vettura tkun għat-trasport pubbliku, is-sewwieq
għandu jkun liebes sew kif ikun jogħġob lill-Awtorità .
(2) Meta l-vettura tkun għall-ġarr ta' kadavri, is-sewwieq
għandu jkun liebes sew kif jitolbu l-ħtiġijiet tas-servizz li għalih il-
vettura tkun qiegħda u kif ikun jogħġob lill-Awtorità .  
Sewwieq għandu 
jagħmel wisa’ lil 
vetturi oħra eċċ.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
43. (1) Is-sewwieq ta’ vettura għandu, meta jkun
konvenjentement jista’,  jagħmel il-wisa’ lil vettura oħra u ma
jfixkilx lis-sewwieq ta’ vettura oħra filwaqt li dan ikun qed itella’
in-nies ġo dik il-vettura jew inizzilhom minnha. 
Is-sewwieq għandu 
jnaqqas il-veloċità  
eċċ., f’kantunieri 
jew salib it-toroq.
(2) Is-sewwieq ta’ vettura għandu qabel ma jdur kantuniera jew
ikun riesaq lejn salib it-toroq, isuq bil-mod, jagħmel sinjal dwar id-
direzzjoni li jkun fi ħsiebu jmur u, meta jkun meħtieġ, idoqq il-
horn, il-qanpiena jew strument ieħor biex juri li tkun ġejja l-
vettura.
Ħsara lill-vettura 
mill-kerrej.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
44. Min juza vettura tal-kiri ma jistax, volontarjament u kontra
l-użu li għalih tkun qiegħda l-vettura, jagħmel xi ħaġa li ġġib ħsara
lil dik il-vettura.
Vettura bil-liċenza 
ma tistax tinkera 
jekk ma jkollhiex 
it-tagħmir, eċċ., kif 
meħtieġ.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
45. (1) Ebda vettura bil-liċenza ma tista’ tkun esposta għall-
kiri, kemm-il darba ma jkollhiex it-tagħmir, armar, u brejk li, fil-
fehma ta’ l-Awtorità  ikunu meħtieġa għas-sigurtà  u l-kumdità  tal-
passiġġieri, jew kemm-il darba l-bhima u x-xedd ma jkunux, fil-
fehma ta’ l-Awtorità , fi stat u sura tajbin għax-xogħol tagħhom.
L-għadd ta’ 
passiġġieri ma 
jkunx iżjed minn 
dak muri fil-
liċenza.
(2) Hadd ma jista’ jgħabbi fil-vettura għadd akbar ta’ persuni
minn dak muri fil-liċenza.
Żewġt itfal taħt l-
għaxar snin 
jgħoddu persuna 
waħda.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, żewġt itfal ta’ l-età  iżgħar
minn għaxar snin jgħoddu bħala persuna waħda.
Il-vetturi jistennew 
għall-kiri 
f’postijiet 
magħżula mill-
Awtorità .
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
46. Il-vetturi tal-kiri, meta huma barra mill-garaxxijiet
tagħhom, ma jistgħu joqogħdu jistennew għall-kiri f’ebda post
ieħor ħlief dak magħzul mill-Awtorità .
Pożizzjoni tal-
vetturi fil-venda. 
Skariġġar b’pass 
bil-mod ħafna fil-
Belt. Is-sewwieq 
m’għandux idejjaq 
in-nies jittallab ix-
xogħol.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
47. Il-vetturi tal-kiri għandhom joqogħdu f’ringiela fil-
postijiet magħżulin mill-Awtorità , u s-sewwieq ta’ dawn il-vetturi
ma jistax joqgħod jiskariġġa b’pass bil-mod ħafna fit-toroq tal-Belt
Valletta jew jieqaf f’xi triq, jistenna x-xogħol, jew idejjaq lil xi
persuna billi jittallab ix-xogħol, sew huwa nnifsu sew permezz ta’
ħaddieħor.
Passiġġier ma 
jistax isuq vetturi.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
48. Ebda sewwieq ta’ vettura tal-kiri ma jista’ jħalli passiġġier
isuq dik il-vettura.
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    15
Dwal li għandu 
jkollhom il-vetturi.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
49. Minbarra l-motor-cars, il-vetturi għandhom, meta jkunu
fit-triq bejn inżul u tlugħ ix-xemx, iħarsu l-ħtiġiet dwar id-dwal li
għandu jkollhom bil-mod li jista’ jiġi preskritt.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  li tordna 
lil sid jew sewwiq 
jagħmel servizz ta’ 
trasport.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
50. L-Awtorità  tista’, f’kull żmien, iġġiegħel lil sid jew
sewwieq ta’ vettura tal-kiri jagħmel dak is-servizz ta’ trasport
meħtieġ fl-interess tal-pubbliku u tista’ tagħti l-ordnijiet meħtieġa,
bla ħsara dejjem tal-jedd tiegħu għal dak il-kumpens li jkun
jistħoqq skond il-liġi.
Tħassir jew 
sospensjoni ta’ 
liċenza.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
51. (1) L-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ tħassar
jew tissospendi għal kull żmien il-liċenza ta’ kull sewwieq illi, fix-
xogħol tiegħu jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza jew b’konnessjoni ma’ l-eżerċizzju ta’ dik il-liċenza
jikser xi liġi oħra jew xort’oħra jġib ruħu b’mod li ma jixraqx l-
eżerċizzju tax-xogħol tiegħu.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom japplikaw għall-
eżerċizzju tad-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità  taħt dan l-artikolu.
Setgħa tal-Pulizija 
li taqbad vettura 
jekk ma jiġux 
obduti xi ordnijiet 
leġittimi.
(2) Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’ jaqbad vettura tal-kiri meta s-
sewwieq tagħha ma jkunx irid jobdi ordni leġittima tal-Pulizija, jew
fil-każ ta’ xi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew ta’
xi regolamenti dwar it-traffiku tal-vetturi, u dik il-vettura tista’, fuq
ordni bil-miktub ta’ uffiċjal tal-Pulizija mhux taħt il-grad ta’ sotto-
spettur, tiġi miżmuma għal żmien ta’ mhux iżjed minn erbgħa u
għoxrin siegħa, sakemm issir l-investigazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi
tal-kaz.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
52. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jkollu s-setgħa li jagħmel
ordnijiet b’avviż fil-Gazzetta, biex jikkontrolla, jillimita jew
jipprojbixxi temporanjament il-passaġġ jew twaqqif ta’ vetturi ta’
kull ġens minn xi triq jew fiha fl-okkazjoni ta’ purċissjonijiet,
ċerimonji reliġjużi jew festi jew ċelebrazzjonijiet pubbliċi oħra,
jew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tiswija ta’ triqat, tqegħid ta’
drenaġġ jew kanni ta’ l-ilma u xogħlijiet oħra;  sinjali għandhom
jitqegħdu kif hu xieraq sabiex juru l-projbizzjoni jew
limitazzjonijiet oħra, kemm-il darba ma jkunx hemm uffiċjal tal-
Pulizija biex imexxi t-traffiku.
(2) Dik is-setgħa tista’ wkoll titwettaq mill-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tiswija ta’ triqat,
tqegħid ta’ drenaġġ jew kanni ta’ l-ilma u xogħlijiet oħra;  sinjali
għandhom jitqegħdu kif hu xieraq sabiex juru l-projbizzjoni jew
limitazzjonijiet ohra, kemm-il darba ma jkunx hemm uffiċjal tal-
Pulizija biex imexxi t-traffiku.
Esekuzzjoni ta’ 
sentenzi kontra s-
sid jew is-sewwieq 
għall-ħlas ta’ 
kumpens jew ta’ 
spejjeż.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
53. Meta taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, il-Qorti
tal-Maġistrati tkun ikkundannat lis-sid jew lis-sewwieq ta’ vettura
għall-ħlas ta’ kumpens jew ta’ spejjeż, il-ħlas ta’ dak il-kumpens
jew ta’ dawk l-ispejjeż jista’ jittieħed bil-mezz ta’ dik il-qorti, bl-
istess mod u mezzi stabbiliti mil-liġi għall-esekuzzjoni ta’ sentenzi
mogħtija mill-qrati inferjuri fl-affarijiet ċivili.
  16      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Sostitwit: 
XV. 1946.2. 
Emendat: 
XXVI. 1956.5; 
XLI. 1975.4; 
XL. 1977.3; 
VI. l982.3; 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30;
XXVII. 2001.33.
54. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti dwar it-traffiku fit-triq u t-trasport ta’ persuni
jew il-ġarr ta’ oġġetti.
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħat hawn qabel
imsemmija, regolamenti bħal dawn għandhom l-aktar jaħsbu: 
(a) għall-għoti, tiġdid, trasferimenti, twaqqif u taħsir ta’
liċenzi dwar motor-cars, is-sewwieqa tagħhom, il-
kundutturi ta’ motor buses, garaxijiet ta’ motor-cars, u
għal dawk il-liċenzi l-oħra dwar motor-cars u dwar
minn jinqeda bihom kif jista’ jinħtieġ;
 (b) biex jippreskrivu s-servizzi li għandhom jingħataw
minn motor bus, il-ħin, il-mod u l-kondizzjonijiet li
fihom jew taħthom dak is-servizz għandu jingħata u l-
post minn fejn ordnijiet, ftehim jew arranġamenti oħra
għal dawk is-servizzi għandhom jingħataw jew isiru, u
biex jeħtieġu t-tqassim fost is-sidien tal-buses, jew ta’
dik il-parti minnhom kif jista’ jiġi preskritt fir-
regolamenti, ta’ kull nollijiet, drittijiet u riċevuti oħra
miġbura minnhom, bil-mod, bil-pattijiet u bil-
kondizzjonijiet preskritti fir-regolamenti;
(ċ) dwar il-bini, tagħmir, stat u manutenzjoni ta’ motor-
cars u dwar l-eżami kull tant żmien ta’ motor-cars
minn esperti mqabbdin mill-Gvern;
(d) dwar it-tqassim ta’ motor-cars skond kif jinħadmu kif
approvat mill-Awtorità ;
(e) biex jiġi ordnat il-wiri ta’ kull tagħrif fil-parti ta’
ġewwa tal-motor-cars;
(f) biex jiġu stabbiliti r-reġistri li għandhom jinżammu
mid-detenturi ta’ liċenzi ta’ motor-cars liċenzjati
għall-kiri, u t-tagħrif li għandu jingħata minn dawn id-
detenturi lill-Awtorità ;
(g) għall-kontroll, tirżin jew projbizzjoni tal-mogħdija jew
twaqqif ta’ motor-cars minn jew f’toroq fi bliet jew
barra, sqaqijiet, imsieraħ jew xi mkien ieħor minn fejn
igħaddu n-nies;
(h) għad-direzzjoni u kontroll ta’ postijiet għall-ipparkjar
u ta’ motor-cars waqt li jkunu qegħdin f’postijiet
għall-ipparkjar jew deħlin jew ħerġin minnhom, għal
biex jiġi stabbilit kull dritt li għandu jitħallas għall-
ipparkjar, u l-użu ta’ apparat mekkaniku li juri l-
ammont u l-ħlas ta’ dawn id-drittijiet, għal sinjali tat-
traffiku, għal postijiet dwar fejn għandhom jaqsmu n-
nies bir-riġel u għal restrizzjoni jew kontroll tal-
moviment ta’ min jimxi bir-riġel f’toroq fi bliet jew
barra l-ibliet, jew imkejjen oħra minn fejn jgħaddu n-
nies, jew fi qsim ta’ dawn it-toroq jew imkejjen;
(i) ġeneralment għall-kontroll tal-ħidma ta’ motor-cars
fit-toroq u għat-tmexxija tat-traffiku ta’ motor-cars u
ferry boats fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex u bejn
dawn il-gżejjer;
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    17
(j) għat-tneħħija, ħażna jew disponiment jew għall-
ikklampjar ta’ xi vettura li tkun tinsab f’xi triq
b’kontravvenzjoni ta’ xi liġi jew regolament magħmul
taħtha, jew ta’ xi vettura, biċċa tal-baħar jew kull ħaġa
oħra li toħloq diżordni, inkonvenjenza jew ostaklu f’xi
triq, moll, xatt jew post pubbliku ieħor, jew meta xi
liċenza jew taxxa dwarha ma tkunx tħallset, jew meta
xi multa jew ammenda dwar xi reat li jkun sar bl-użu
ta’ dik il-vettura ma tkunx tħallset kif imiss, u
- sabiex ikunu preskritti d-drittijiet li jkollhom
jitħallsu dwar it-tneħħija u l-ħażna ta’ vetturi u
dwar l-ikklampjar ta’ vetturi;
- sabiex tkun preskritta kull ħaġa li tista’ ssir jew
li ma tistax issir dwar l-ikklampjar u vetturi
kklampjati;
(k) sabiex jiġi eżentat il-Kummissarju tal-Pulizija jew xi
awtorità  oħra minn kull responsabbiltà  għal danni li
jinħolqu dwar it-tneħħija, ħażna u disponiment ta’
vetturi bil-mutur, bċejjeċ tal-baħar jew kull ħaġ‘oħra
skond regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu;
(l) sabiex jiġu preskritti d-drittijiet li għandhom jitħallsu
għat-tneħħija, ħażna u disponiment ta’ kull vettura bil-
mutur, biċċa tal-baħar jew kull ħaġa oħra skond
regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu;
(m) għal kull ħaġa ta’ proċedura jew ta’ prova fi
proċedimenti taħt jew li għandhom x’jaqsmu ma’ din
l-Ordinanza jew xi regolamenti magħmula bis-saħħa
tagħha.
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu il-frazijiet ''motor-car''
jew ''vettura bil-mutur'' għandhom jinkludu kull vettura oħra.
Reati kontra 
regolamenti. 
Emendat: 
XXIII. 1935.2; 
XXVI. 1956.6; 
II. 1972.2; 
XVII. 1974.3; 
XLI. 1975.5; 
XXXV. 1977.2; 
XL. 1977.4; 
XXVII. 1980.2; 
XV. 1981.2; 
VI. 1982.4; 
A.L. 162 ta’ l-
1990;
XXIII. 2000.30. 
Kap. 9.
55. (1) Bla ħsara ta’ kull provvediment ieħor ta’ din l-
Ordinanza, kull persuna li tagħmel reat kontra xi regolament
magħmul taħt l-artikolu 54 għandha, meta tinsab ħatja, teħel il-
pieni kif stabbiliti għal kontravvenzjonijiet fil-Kodiċi Kriminali,
iżda kull piena bħal dik ma għandha tkun f’ebda każ anqas minn
ammenda ta’ ħames liri:
Iżda, fil-każ ta’ reat muri fl-ewwel kolonna ta’ l-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ din l-Ordinanza, il-piena li għandha tingħata
għandha tkun dik murija fit-tieni kolonna tagħha u, fil-każ ta’ reat
muri fl-ewwel kolonna tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ din l-
Ordinanza, il-piena li għandha tingħata m’għandha f’ebda każ tkun
inqas mill-ammenda relattiva murija fit-tieni kolonna tagħha.
(2) Wara kundanna għal reat kontra dan ir-regolament il-qorti,
fuq talba tal-prosekuzzjoni, b’żieda għall-piena skond is-
subartikolu (1), għandha tiskwalifika lill-ħati milli jkollu jew
jikseb liċenza tas-sewqan jew liċenza dwar il-motor-car misjuqa
minnu fil-ħin tar-reat għal żmien mhux anqas minn tmint ijiem.
(3) Kull meta jkun sar reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ xi
regolamenti magħmula skond l-artikolu 54 u r-reat ikun wieħed
  18      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
mir-reati murija fl-ewwel kolonna tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ din
l-Ordinanza, is-sid tal-motor-car jew, meta min ikun reġistrat li qed
jużaha ma jkunx sidha, min ikun reġistrat li qed jużaha, jew, fil-każ
ta’ karrozza self-drive, lil min tkun ġiet mikrija, jkun responsabbli
għar-reat kemm-il darba -
(a) qabel jew matul il-proċedimenti hu ma jikxifx isem
min ikun għamel ir-reat u dik il-persuna ma tistqarrx
mal-Pulizija li tkun għamlet ir-reat, jew ma tinstabx
ħatja mill-qorti li tkun għamlet dak ir-reat, jew
(b) hu ma jippruvax quddiem il-qorti li l-motor-car tkun
ġiet użata mingħajr il-permess jew l-awtorità  tiegħu
jew mingħajr il-permess jew l-awtorità  tal-persuna li
tkun għamlet użu temporanju tagħha bil-permess ta’ l-
imsemmi sid jew ta’ dak li jkun reġistrat li qed jużaha
jew ta’ dak li jkun krieha, u ma jikxifx l-identità  tal-
persuna li tkun għamlet ir-reat, jekk ikun jafha:
Iżda fil-każ ta’ karrozza self-drive is-sid tagħha ikun
responsabbli għar-reat kemm-il darba l-multa relattiva ma tkunx
tħallset.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), meta r-
reat ikun jikkonsisti f’kontravvenzjoni ta’ xi regolament dwar ir-
rimi ta’ duħħan, naqal, trab, irmied jew sustanzi żejtnin minn xi
motor-car, il-qorti għandha, fuq talba tal-prosekuzzjoni, b’żieda
mal-piena skond is-subartikolu (1), tissospendi għal żmien ta’
mhux inqas minn tmint ijiem il-liċenza relattiva tal-motor-car li
dwarha jkun sar ir-reat ukoll jekk dik il-motor-car ma kenitx, fil-
ħin tar-reat, qed tinsaq mid-detentur tal-liċenza.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 58 -
(a) meta s-sid ta’ motor bus jonqos, għal xi raġuni tkun li
tkun, barra minn dik imsemmija fil-paragrafu (b), li
jieħu ħsieb li l-motor bus tiegħu tirrapporta għax-
xogħol f’xi ġurnata li fiha l-motor bus tkun meħtieġa
skond il-liġi li tagħmel servizz jew, meta jkun ħa ħsieb
li l-motor bus tiegħu tirrapporta għal dak ix-xogħol,
jonqos li jieħu ħsieb li dik il-motor bus tkompli
tagħmel dak is-servizz għall-bqija ta’ dik il-ġurnata,
hu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
għoxrin lira meta jinsab ħati l-ewwel darba, multa ta’
ħamsin lira meta jinsab ħati t-tieni darba jew wara, u,
fil-każ tat-tielet reat fi żmien tnax-il xahar mill-ewwel
reat, tħassir tal-liċenza tal-motor bus tiegħu:
Iżda s-sid ta’ l-imsemmija motor bus ma jkunx
ħati ta’ reat taħt dan il-paragrafu jekk -
(i) fil-każ li jonqos li jirrapporta għax-xogħol,
jipprovdi motor bus oħra minflokha ta’ l-istess
xorta, klassi jew kategorija biex tirrapporta
għax-xogħol fil-ħin stabbilit, jew jekk,
għalkemm jonqos li hekk jipprovdi motor bus
oħra minflokha, in-numru totali tal-motor buses
għax-xogħol f’dik il-ġurnata ma jkunx inqas
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    19
min-numru li għal dak iż-żmien ikun stabbilit u
ppubblikat mill-Awtorità  bħala li hu biżżejjed
sabiex is-servizz ma jkunx imfixkel; jew
(ii) fil-każ li jonqos li jkompli jagħti s-servizz kif
imsemmi qabel, jipprovdi motor bus oħra
minflokha ta’ l-istess xorta, klassi jew
kategorija, sabiex tkompli tagħmel dak is-
servizz fi żmien siegħa min-nuqqas u għall-bqija
ta’ dik il-ġurnata;
(b) meta s-sid ta’ motor bus jonqos li jieħu ħsieb li l-motor
bus tiegħu tirrapporta għax-xogħol f’xi ġurnata li fiha
l-motor bus tkun meħtieġa skond il-liġi li tagħmel
servizz jew, meta jkun ħa ħsieb li l-motor bus tiegħu
tirrapporta għal dak ix-xogħol, tonqos li tkompli
tagħmel dak is-servizz għall-bqija ta’ dik il-ġurnata,
f’kull każ minħabba azzjoni miftehma meħuda minn
seba’ sidien jew aktar -
(i) jekk l-azzjoni li tittieħed tkun biex titmexxa ‘l
quddiem tilwima li jkollha x’taqsam mat-
trasport pubbliku, u l-ħsieb li tittieħed dik l-
azzjoni jkun ġie avżat lill-Awtorità  dwar it-
Trasport Pubbliku mill-għaqda li tirrappreżenta
l-maġġoranza tas-sidien tal-motor buses mhux
inqas minn tmienja u erbgħin siegħa qabel ma
fil-fatt tittieħed, in-nuqqas ma jikkostitwix-xix
reat taħt dan l-artikolu;
(ii) jekk l-azzjoni ma tkunx biex titmexxa ’l
quddiem tilwima hekk kif intqal qabel jew
tittieħed mingħajr avviż kif intqal qabel, jew
qabel ma jgħaddu tmienja u erbgħin siegħa minn
meta tiġi mgħarrfa lill-Awtorità , is-sid ikun ħati
ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
inqas minn ħamsin lira u t-tħassir tal-liċenza tal-
motor bus tiegħu:
Iżda kull żmien li jaħbat is-Sibt jew fi btala
pubblika ma jingħaddx meta jkun kalkolat iż-żmien ta’
tmienja u erbgħin siegħa msemmi f’dan il-paragrafu.
(6) Meta għaqda li tirrappreżenta l-maġġoranza tas-sidien ta’
motor buses hekk titlob, id-Direttur tax-Xogħol għandu jirreferi
lill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta kull nuqqas mis-sid ta’
motor bus li jieħu ħsieb li l-motor bus tiegħu tirrapporta għax-
xogħol f’xi ġurnata li matulha l-motor bus tkun meħtieġa skond il-
liġi li tagħmel servizz, u l-imsemmi uffiċjal għandu jistħarreġ iċ-
ċirkostanzi ta’ dak in-nuqqas u jirrapporta dwarhom lid-Direttur
tax-Xogħol u lill-għaqda li tagħmel it-talba għal kull azzjoni xierqa
li tista’ tittieħed skond l-istatut ta’ dik l-għaqda.
  20      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
Il-liċenza tal-
vettura ma 
tiġġeddidx kemm-
il darba ma 
titħallasx il-multa, 
ammenda jew 
piena. 
Miżjud: 
XII.1995.15.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
Kap. 291.
56. Meta tingħata multa jew ammenda minn qorti ta’
ġurisdizzjoni kriminali, jew meta Kummissarju għall-Ġustizzja
jkun għamel ordni għall-ħlas ta’ penali bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, li
jkollha x’taqsam ma’ reat li jikser id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza li jsir bl-użu ta’ xi vettura bil-mutur, u dik il-multa,
ammenda jew piena, skond il-każ, ma tkunx tħallset, l-Awtorità
għandha tieqaf milli ġġedded il-liċenza ta’ dik il-vettura bil-mutur
meta din tiskadi sa dak iż-żmien meta jsir il-ħlas tal-multa,
ammenda jew penali.
Responsabbiltà 
ċivili ta’ sid li 
jonqos li jġedded 
liċenza.
Miżjud:
XXIII. 2000.30.
57. (1) Sid ta’ vettura bil-mutur li jonqos li jġedded il-liċenza
relattiva għall-imsemmija vettura bil-mutur, bla ħsara għar-
responsabbiltà  tiegħu għal piena kriminali taħt din l-Ordinanza jew
taħt xi liġi oħra, għandu jkun ukoll, u għandu jitqies li dejjem kien,
responsabbli ċivilment lejn l-Awtorità  għall-ħlas ta’ l-ammont
dovut għad-dritt tal-liċenza rilevanti.
(2) Il-proċedimenti għall-ġbir ta’ kull dejn ċivili li jsir skond
is-subartikolu (1) ikunu preskritti meta jgħaddi ż-żmien ta’ tmien
snin mid-data li fiha kellu jsir it-tiġdid tal-liċenza.
Kap. 12.
(3) Meta l-Awtorità  tagħti xi avviż bil-mezz ta’ ittra uffiċjali li
l-imsemmija persuna tkun ċivilment responsabbli għall-ħlas ta’ xi
ammont dovut lill-Awtorità  taħt dan l-artikolu, l-imsemmi avviż
jikkostitwixxi titolu eżekuttiv għall-finijiet tat-Titlu VII tal-Parti I
tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
kemm-il darba l-persuna avżata ma tibdiex proċediment fil-qorti
kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ċivili sabiex toġġezzjona għall-
imsemmi avviż fi żmien tletin jum mid-data li l-imsemmi avviż
ikun ġie notifikat lilha.
(4) Kull proċedimenti sabiex issir oġġezzjoni għall-avviż
skond is-subartikolu (3) għandhom jinbdew permezz ta’ rikors
ippreżentat kontra l-Awtorità .
(5) L-imsemmi rikors għandu jagħti r-raġunijiet ta’ l-
oġġezzjoni għall-avviż u għandu jkun fih it-talbiet speċifiċi  tar-
rikorrent dwar l-avviż u għandu jindika x-xhieda li r-rikorrent ikun
bi ħsiebu jipproduċi b’sustenn tat-talba tiegħu.
(6) Ir-rikors flimkien mad-data ta’ l-ewwel smigħ stabbilita
mill-Qorti għandhom ikunu notifikati lill-Awtorità  li tkun tista’
tippreżenta risposta fi żmien ħmistax-il jum mid-data tan-notifika
ta’ l-imsemmi att, fejn tagħti r-raġunijiet għaliex toġġezzjona għat-
talba u tindika x-xhieda li tkun bi ħsiebha tipproduċi fid-difiża
tagħha.
Kap. 12.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili dwar proċedimenti quddiem il-qorti ta’ ġurisdizzjoni ċivili
għandhom japplikaw dwar kull rikors ippreżentat skond dan l-
artikolu.
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    21
Taħsir ta’ liċenza 
f’ċerti każi. 
Mizjud: 
XLI. 1975.6. 
Emendat: 
XL. 1977.5;
XXIII. 2000.30.
58. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55(5),
is-sid ta’ kull motor bus għandu jara li jiġu mħarsin, dwar il-motor
bus tiegħu, id-disposizzjonijiet kollha ta’ din l-Ordinanza u ta’ kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tagħha, u, f’nuqqas ta’ xi tħaris
bħal dan minn xi persuna, huwa jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u l-qorti
għandha b’żieda tordna t-taħsir tal-liċenza tal-motor bus.
(2) Għandu jitqies li s-sid ta’ motor bus ikun għamel reat
kontra dan l-artikolu jekk matul xi żmien ta’ tliet xhur mhux anqas
minn tliet reati kontra din l-Ordinanza jew kontra xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tagħha jkunu ġew magħmula dwar dik il-
motor bus, u f’kull każ bħal dak il-qorti għandha ssib lis-sid ħati ta’
reat kontra dan l-artikolu jekk huwa ma jippruvax li jkun għamel
kull ma seta’ biex jassigura l-ħarsien tal-provvedimenti kollha
msemmijin fuq.
Reati kontra l-
artikolu 12. 
Miżjud: 
XLI. 1976.3.
20. Imħassar bl-Att XXIII. 2000.30.
Is-setgħat tal-
Kummissarju tal-
Pulizija taħt l-
artikolu 91 tal-
Kodiċi tal-Pulizija 
jibqgħu jseħħu.
Kap. 10.
21. Imħassar bl-Att XXIII. 2000.30.
Sewqan waqt 
skwalifika. 
Miżjud:
LIII. 1939.4. 
Imħassar: 
XXXVII.1949.2. 
Miżjud: 
XXVI.1956.7.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
59. Jekk xi persuna li tkun skwalifikata milli żżomm jew tikseb
liċenza tas-sewqan, tapplika għal liċenza jew tikseb liċenza waqt li
tkun hekk skwalifikata issuq motor-car, jew jekk l-iskwalifika tkun
limitata għas-sewqan ta’ motor-car ta’ xi klassi jew għamla
partikolari, motor-car ta’ dik il-klassi jew għamla, fuq triq, dik il-
persuna teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sitt xhur, jew, jekk il-qorti jidhrilha, wara li tieħu kont
taċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ, illi multa tkun piena xierqa għar-
reat, multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira u liċenza li tkun inkisbet
minn xi persuna skwalifikata kif intqal fuq ma jkollhiex effett.
Żmien minn meta 
skwalifika dwar 
liċenza għandu 
jibda jgħodd fil-
każ ta’ appell. 
Miżjud: 
II.1972.3.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
60. Jekk esekuzzjoni ta’ sentenza li tordna skwalifika skond l-
artikolu 15(2) jew (3) jew l-artikolu 18(2) jew sospensjoni skond l-
artikolu 18(3) tkun sospiża billi jkun hemm intenzjoni dikjarata tal-
persuna misjuba ħatja li tkun ser tagħmel appell minn dik is-
sentenza, il-perijodu ta’ skwalifika jew sospensjoni għandu jibda’
jgħodd -
(i) jekk l-imsemmija sentenza tkun konfermata jew
imnaqqsa b’sentenza tal-Qorti ta’ l-Appell
Kriminali, mid-data ta’ din is-sentenza;
(ii) jekk rikors ta’ appell ma jiġix preżentat fiż-
żmien stabbilit mill-liġi, mill-ġurnata ta’ wara
dik li fiha dak iż-żmien jiskadi;
(iii) jekk l-appell jiġi rtirat b’nota mill-ġurnata li fiha
dik in-nota tiġi ppreżentata l-qorti jew, jekk l-
appell ikun deżert xort’oħra wara l-preżentata
tar-rikors ta’ appell, minn dik il-ġurnata li l-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali tistabbilixxi fuq
  22      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
rikors ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta.
Reat ta’ sewqan bla 
kunsens. 
Miżjud: 
XXVI.1956.7. 
Emendat: 
II. 1972.4;
XXIII. 2000.30.
61. (1) Kull min li bil-ħsieb biss li jagħmel użu temporanju
tagħha isuq xi vettura, kemm jekk immexxija b’forza mekkanika
kemm b’mezz ieħor ikun li jkun, mingħajr ma jkollu l-kunsens tas-
sid tagħha jew awtorità  leġittima oħra, jeħel, meta jinsab ħati,
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’
mhux inqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitt lira jew
għal dik il-priġunerija u multa flimkien.
(2) F’dan l-artikolu l-kelma "vettura" tinkludi "dgħajsa", u l-
kelma "issuq" għandu jkollha t-tifsira għalhekk.
(3) Jekk waqt il-proċeduri taħt dan l-artikolu l-qorti tkun
sodisfatta illi l-akkużat ikun aġixxa bi ħsieb raġonevoli, li l-piż tal-
prova tmiss lill-akkużat, li kellu awtorità  leġittima jew illi s-sid
kien, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, jagħti l-kunsens tiegħu li kieku kien
ikun ġie hekk mitlub, l-akkużat ma għandux jeħel għal dan ir-reat.
Proċedura speċjali 
f’ċerti każijiet. 
Miżjud: 
XXXIV. 1974.2. 
Emendat: 
XLI. 1975.7; 
XV.1981.3;
XXIII. 2000.30.
62. (1) B’dak kollu li jinsab f’kull liġi oħra li tipprovdi għall-
proċess u piena għal reati, meta xi persuna tagħmel xi wieħed mir-
reati msemmija fl-ewwel kolonna tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ din
l-Ordinanza, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan l-artikolu.
(2) Kull uffiċjal tal-Pulizija u, fil-każ ta’ motor bus, kull
spettur li fil-fehma tiegħu jkun ġie magħmul reat jista’ jagħti lis-sid
jew lid-drajver, jew iwaħħal mal-windscreen, tal-motor-car użata
fl-egħmil tar-reat, jew meta r-reat ikun ġie magħmul minn
kunduttur ta’ motor bus, jista’ jagħti lill-kunduttur tal-motor bus,
avviż li jkun fih deskrizzjoni ġenerali tar-reat u dik l-informazzjoni
jew dawk il-ħtiġijiet oħra kif il-Ministru jista’ jistabbilixxi
b’regolamenti magħmula taħt dan is-subartikolu.
(3) Meta xi avviż ikun ingħata jew twaħħal kif provdut fis-
subartikolu (2), is-sid, drajver jew kunduttur tal-motor-car, skond
il-każ, jew kull persuna oħra li taċċetta r-responsabbiltà  għar-reat
imsemmi fl-imsemmi avviż tista’ fi żmien għaxart ijiem mid-data
ta’ l-avviż, tmur fil-post imsemmi fl-avviż, tipproduċi dawk id-
dokumenti kollha fih imsemmija u tħallas il-multa murija fit-tieni
kolonna ta’ l-imsemmija Skeda dwar dak ir-reat.
Kap. 9.
(4) Meta xi avviż li jkun ingħata jew li jkun twaħħal kif
provdut fis-subartikolu (2) ma jkunx ġie mħares jew l-imsemmija
multa ma tkunx tħallset fiż-żmien imsemmi fis-subartikolu (3),
jistgħu jittieħdu l-proċedimenti ordinarji skond id-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza u tal-Kodiċi Kriminali dwar ir-reat li jkun.
(5) Meta xi avviż bħal dak ikun ġie mħares u l-imsemmija
multa titħallas fl-imsemmi żmien, ma jistgħu jittieħdu ebda
proċedimenti dwar ir-reat li jkun u l-ħlas ta’ dik il-multa għandu,
għall-finijiet kollha, jitqies li jkun ammissjoni ta’ l-egħmil tar-reat.
(6) Kull persuna li, ma tkunx is-sid jew is-sewwieq tal-motor-
car, u tneħħi mill-windscreen ta’ xi motor-car xi avviż imwaħħal
miegħu skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) tkun ħatja ta’
reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ għoxrin lira.
REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU ġ K AP. 65.    23
Jedd għal appell. 
Miżjud: 
XL. 1977.6. 
Emendat: 
VIII.1990.3;
XXIII. 2000.30. 
Kap. 9.
63. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, 1-
Avukat Ġenerali jkollu dejjem il-jedd li jappella lill-Qorti ta’ l-
Appell Kriminali minn kull deċizjoni mogħtija mill-Qorti tal-
Maġistrati dwar proċedimenti li jinqalgħu mid-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza.
Miżjuda:
LIII. 1939.41. 
Emendata: 
N.G. 114 ta’ l-
1940; 
N.G. 578 ta’ l-
1941; 
XV. 1946.3;
N.G. 18 ta’ l-1947. 
Imħassra: 
XXXVII. 1949.2. 
Miżjuda: 
XXXIV.1974.3. 
Sostitwita: 
XLI. 1975.8; 
XXXV.1977.3. 
Emendata: 
XL. 1977.7; 
XXVII.1980.3. 
Sostitwita: 
XV.1981.4. 
Emendata: 
XIII. 1983.4.
L-EWWEL SKEDA
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
Reat Multa
Sewqan ta’ vettura bil-mutur fuq 
caterpillar trucks:
L-ewwel reat ............................. Multa ta’ mhux inqas minn
Lm100 iżda mhux iżjed minn
Lm500
Reat ieħor li jsir wara ................ Multa ta’ mhux inqas minn
Lm200 iżda mhux iżjed minn
Lm500 u konfiska tal-vettura
  24      KAP. 65. ħ          REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU
Miżjuda:
XV. 1981.4. 
Sostitwita: 
VII. 1983.2;
XXXI. 1997.2.
IT-TIENI SKEDA
L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
Reat Ammenda
Lm
Ksur ta’ sinjal li juri li m’hemmx dħul ................................. 20
Sewqan bi speed eċċessiv..................................................... 30
Sewqan ta’ vetturi bil-mutur li jġorru xbieki jew vireg
tal-ħadid li ma jkunux hekk marbutin li ma ssirx
ħsara lil wiċċ it-triq ................................................ 50
Duħħan eċċessiv minn pajpijiet ta’ l-exhaust ............... 20
Nuqqas ta’ għemil ta’ trip minn motor bus ................... 10
Nuqqas li tiġġedded liċenza tas-sewqan ....................... 15
Nuqqas li tiġġedded liċenza tal-vettura ........................ 30
Liċenza mhux imwaħħla mal-windscreen...................... 10
Dwal mhux skond id-disposizzjonijiet tal-liġi .............. 10
Silencer mhux effettiv.................................................. 30
Nuqqas ta’ għoti ta’ biljett lil passiġġier li juri n-nol li
tħallas jew għoti ta’ biljett ħażin ............................. 5
Nuqqas ta’ użu ta’ tavlar ta’ wara jew twaqqigħ fit-triq
ta’ materjal li jkun qed jinġarr ................................. 20
Ostakolu ...................................................................... 45
Tagħbija ta’ passiġġieri żejda ...................................... 5
Ipparkjar jew stennija jew waqfien f’postijiet ipprojbiti  10
Ipparkjar quddiem garage ta’ persuna oħra li ma tkunx
dik li tagħmel ir-reat ............................................... 45
Użu ta’ ħorn jew mezz ta’ twissija pprojbit .................. 5
Użu ta’ vettura għal għan li ma jkollhiex liċenza
għalih...................................................................... 15
