ARMI   ġ K AP. 66.       1
KAPITOLU 66
ORDINANZA DWAR L-ARMI
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar l-Armi.
29 ta’ Ġunju, 1931
L-ORDINANZA XVII ta’ l-1931, kif emendata bl-Att VIII ta’ l-1932; bl-
Ordinanza XXII ta’ l-1940; bl-Atti: LVII ta’ l-1948, XXXVI ta’ l-1955, IV
ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’ l-1965; bl-Atti: LVIII ta’ l-
1974, XXXVIII ta’ l-1977, XXXV ta’ l-1986; u VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor.
dwar l-Armi.
Tifsir. 
Emendat: 
XXXVI. 1955.2. 
Kap. 9.
2. F’din l-Ordinanza -
"armi regolari" għandhom l-istess sens li hu mogħti lilhom fil-
Kodiċi Kriminali;
"armi tan-nar" jinkludu arma tan-nar ta’ kull għamla u xkubetta
tar-riħ, pistola tar-riħ jew kull xorta oħra ta’ xkubetta li minnha
jista’ jiġi sparat xi tir, balla jew projettil ieħor, kull parti u kull
aċċessorju tagħhom maħsuba jew adattata biex tnaqqas il-ħoss jew
laħħa magħmula bl-isparatura, imma ma tinkludi ebda xkubetta tal-
logħob jew pistola tal-logħob maħsuba biex tispara projettil mhux
tal-metall, permezz ta’ molla biss;
"munizzjon" tfisser munizzjon għal xi arma tan-nar li ma tkunx
xkubetta tar-riħ, azzarin tar-riħ jew pistola tar-riħ.
Liċenza sabiex 
wieħed iżomm jew 
iġib fuqu armi tan-
nar u munizzjon. 
Emendat: 
XXXV. 1986.2;
XIII. 2002.11.
3. (1) Kull min, mingħajr liċenza tal-Kummissarju tal-
Pulizija, iżomm f’xi fond arma tan-nar jew munizzjon jeħel, meta
jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal żmien ta’ minn tliet xhur sa
tliet snin:
Iżda meta, wara li tkun ġiet ikkunsidrata l-kwantità  jew il-
kwalità  ta’ dawk l-armi tan-nar jew munizzjon, il-qorti tkun tal-
fehma illi dawn ma kenux qed jinżammu sabiex isir bejgħ jew
traffikar ieħor kontra l-liġi b’dawk l-armi tan-nar jew munizzjon,
il-ħati jeħel il-piena ta’ multa ta’ mhux inqas minn tletin lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(1A) Kull min, mingħajr liċenza tal-Kummissarju tal-Pulizija,
ikollu fil-pussess jew kontroll tiegħu, jew ikollu f’idejh jew fuqu,
xi arma tan-nar jew munizzjon barra minn fond jew post li jagħmel
miegħu, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija għal żmien
ta’ minn xahrejn sa sentejn:
Iżda meta wieħed jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu minħabba fil-bżonn attwali tad-difiża leġittima tiegħu
nnifsu jew ta’ ħaddieħor, huwa ma jeħel ebda piena.
(2) F’xi liċenza bħal din għandu jkun hemm imniżżla l-
kondizzjonijiet li taħthom il-persuna li lilha tingħata tista’ żżomm
jew ikollha f'idejha jew fuqha arma tan-nar u għandu jingħad fiha
  2      KAP. 66. ħ         ARMI
għal liema xorta ta’ arma tan-nar u għal liema kwantità  ta’
munizzjon ġiet maħtura l-liċenza.
(3) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jawtorizza t-trasferiment
jew id-dħul ta’ armi tan-nar u munizzjon minn persuna barranija
ġewwa jew minn Malta mingħajr il-ħtieġa ta’ liċenza meta dik il-
persuna tkun koperta b’liċenza validament maħruġa minn pajjiż
ieħor, għal dak l-iskop u taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li
jistgħu jiġu preskritti.
Liċenza sabiex 
wieħed jista' 
jittraffika f’armi 
regolari. 
Emendat: 
XXXVI. 1955.3. 
Sostitwit: 
XXXV. 1986.3.
Kap. 37.
4. (1) Bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
tad-Dwana jew ta’ xi liġi oħra, kull min, mingħajr liċenza tal-
Kummissarju tal-Pulizija, jimporta jew idaħħal f'Malta, jew
jesporta minn Malta xi arma tan-nar jew munizzjon, u kull min
igiegħel li tiġi mportata, imdaħħla f’Malta, jew esportata minn
Malta, jew xjentement jgħin jew jassisti fi kwalunkwe mod fl-
importazzjoni jew dħul, jew fl-esportazzjoni minn, Malta ta’ xi
arma tan-nar jew munizzjon, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’
priġunerija għal żmien minn tliet xhur sa ħames snin.
(2) Kull min ibigħ jew b’xi mod ieħor jittraffika f’xi arma tan-
nar jew munizzjon jew iżomm jew jesponi għall-bejgħ jew għal xi
traffikar ieħor xi arma tan-nar jew xi munizzjon mingħajr ma jkollu
liċenza, jew awtorizzazzjoni minn qabel bil-miktub, mill-
Kummissarju tal-Pulizija, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’
priġunerija għal żmien minn tliet xhur sa ħames snin.
(3) Kull min jittraffika f’armi regulari, li ma humiex armi tan-
nar jew iżomm jew jesponi għall-bejgħ l-imsemmija armi regulari
mingħajr ma jkollu liċenza mill-Kummissarju tal-Pulizija, jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena ta’ multa ta’ mhux inqas minn għoxrin lira
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik
il-multa u priġunerija flimkien.
Bejgħ ta’ armi tan-
nar lil persuni 
mhux awtorizzati. 
Emendat: 
XXXV. 1986.4.
5. Kull traffikant f’armi regolari jew ħaddieħor illi jbiegħ,
jittrasferixxi jew jikkunsinna arma tan-nar jew munizzjon ħlief lil
persuna li jkollha liċenza mill-Kummissarju tal-Pulizija biex tixtri
jew tirċievi dik l-arma tan-nar jew munizzjon, jeħel, meta jinsab
ħati, il-piena ta’ multa ta’ mhux inqas minn mitt lira jew tal-
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur.
Il-liċenza biex 
wieħed jixtri 
għandha tintbagħat 
lura mit-traffikant 
lill-Pulizija.
6. (1) Kull traffikant jew ħaddieħor għandu, mal-kunsinna,
b’bejgħ jew xort’oħra, ta’ arma tan-nar jew munizzjon, lill-persuna
li jkollha l-liċenza hawn fuq imsemmija, iżomm f’idejh din il-
liċenza u jibgħatha lill-Kummissarju tal-Pulizija mhux iżjed tard
mill-ġurnata ta’ wara l-kunsinna.
(2) It-traffikant jew ħaddieħor, qabel ma jibgħat il-liċenza lill-
Kummisarju tal-Pulizija, għandu jiffirma dikjarazzjoni fuq id-dahar
ta’ l-istess liċenza, illi l-arma tan-nar jew munizzjon fiha
msemmijin ġew ikkunsinnati lill-persuna li għaliha kienet ġiet
maħruġa dik il-liċenza.
(3) Kull min jikser id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu jeħel,
meta jinsab ħati, ammenda ta’ mhux anqas minn żewġ liri jew il-
piena tad-detenzjoni.
ARMI   ġ K AP. 66.       3
Inventarju ta’ l-
armi, eċċ. 
Emendat:
XXXVI. 1955.4.
7. (1) Kull traffikant f’armi tan-nar jew f’armi regolari
għandu jżomm inventarju regolari ta’ dawn l-armi fid-depożt
tiegħu, u għandu, qabel ma jikkunsinna dawn l-armi, b’bejgħ jew
xort’oħra, lil xi persuna, iniżżel jew jieħu ħsieb li jitniżżel
f’reġistru miżmum għaldaqshekk, l-isem, il-kunjom, isem il-
missier, l-okkupazzjoni u l-indirizz tal-persuna li lilha għandha ssir
il-kunsinna ta’ l-armi, id-deskrizzjoni ta’ l-armi, in-numru jew il-
kwantità  tagħhom u d-data tal-bejgħ jew trasferiment ieħor.
(2) Kull reġistru bħal dan għandu jkun innumerat f’kull paġna
u iffirmat fuq l-ewwel u l-aħħar paġna mill-Kummissarju tal-
Pulizija, li għandu wkoll jiċċertifika fuq ir-reġistru n-numru ta’
paġni li l-ktieb ikun fih.
(3) Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’, f’kull ħin xieraq, jitlob li
jispezzjona l-kotba msemmijin f’dan l-artikolu, jispezzjona l-
ħwienet u l-imħażen tat-traffikant, jara jekk ir-reġistrazzjonijiet fuq
imsemmija humiex imniżżla sewwa u jieħu nota tad-depożt li jkun
hemm.
(4) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) u
(2), jew meta jieħu kunsinna ta’ armi tan-nar jew ta’ arma regolari,
jagħmel dikjarazzjoni falza dwar xi waħda mill-partikolaritajiet
imsemmijin fis-subartikolu (1), jeħel, meta jinsab ħati, ammenda
ta’ mhux anqas minn żewġ liri jew il-piena tad-detenzjoni.
Kustodja ta’ armi 
tan-nar.
8. (1) Kull min ikollu liċenza biex iżomm jew biex ikollu
f’idejh jew fuqu armi tan-nar jew munizzjon, għandu jżommhom
fil-kustodja tiegħu b’mod li ma jkunux jistgħu jiġu f’idejn
ħaddieħor.
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena tal-multa.
Dmir ta’ persuna li 
tiġi fil-pussess ta’ 
armi tan-nar. 
Emendat: 
XXII. 1940.2; 
XXXV. 1986.5.
9. (1) Kull min jiġi fil-pussess ta’ arma tan-nar jew
munizzjon, xort’oħra milli b’liċenza, għandu minnufih jagħti avviż
tagħhom lill-Kummissarju tal-Pulizija, illi jordna jekk dik l-arma
tan-nar jew munizzjon għandhomx jinżammu taħt idejn il-Pulizija
jew taħt idejn il-persuna li tkun tat dak l-avviż.
(2) Kull uffiċjal tal-Pulizija ta’ grad mhux anqas minn dak ta’
sotto-spettur jista’ jordna lil kull persuna illi huwa jkun jaf li ġiet
fil-pussess ta’ arma tan-nar jew munizzjon xort’oħra milli bis-
saħħa ta’ liċenza taħt din l-Ordinanza, biex iġġib lilu dik l-arma
tan-nar jew munizzjon.
(3) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena ta’ multa ta’ mhux inqas minn tletin lira
jew tal-priġunerija għal mhux iżjed minn tliet xhur.
Il-liċenza ma 
tingħatax lil 
persuni 
kkundannati għal 
ċerti reati. 
Emendat:
XXXVI. 1955.5; 
A.L. 4 ta’ l-1963.
10. (1) Ħlief bl-awtorità  speċjali tal-Ministru responsabbli
għall-Pulizija, il-liċenzi msemmijin fl-artikoli 3 u 4 ma jiġu
mogħtija lil ebda persuna li, fil-ħames snin sewwa sew ta’ qabel id-
data li fiha ssir it-talba għall-liċenza, tkun ġiet ikkundannata għal
reat ta’ offiża fuq il-persuna b’arma tan-nar, b’arma regolari jew
strument ieħor, ta’ qbid ta’ arma tan-nar, arma regolari jew
strument ieħor kontra persuna għal raġunijiet ta’ sigurtà  pubblika
  4      KAP. 66. ħ         ARMI
jew personali, u tal-kummerċ fil-prostituzzjoni jew ta’ logħob jew
ta’ ħajja mgħoddija fil-għażż u fil-vagabundaġġ.
(2) Il-liċenza taħt l-artikoli 3 u 4 tista’ tiġi miċħuda lil kull
persuna għal raġunijiet ta’ sigurtà  pubblika jew personali, u
m’għandhiex tingħata, fl-ebda każ, lil min ikun taħt l-età  ta’
tmintax-il sena.
Il-liċenza ma 
tibqax isseħħ bil-
kundanna tal-
pussessur tal-
liċenza, eċċ. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963.
11. Il-liċenza ma tibqax isseħħ meta l-pussessur tagħha jiġi
ikkundannat għal wieħed mir-reati msemmijin fl-artikolu 10(1),
jew meta l-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta’ sigurtà
pubblika jew personali, illi għandhom jiġu speċifikatament
irreġistrati u rrapportati minnu lill-Ministru responsabbli għall-
Pulizija, jordna t-tħassir jew is-sospensjoni tal-liċenza.
Ċerti persuni li 
m’għandhomx 
bżonn ta’ liċenza. 
Emendat: 
XXXV. 1986.6.
12. (1) Persuni fil-Forzi Armati ta’ Malta jew fil-Korp tal-
Pulizija ta’ Malta m’għandhomx bżonn ta’ liċenza biex iżommu
jew ikollhom f’idejhom jew fuqhom armi jew strumenti oħra skond
ir-regolamenti jew l-użu ta’ dak is-servizz jew fl-eżerċizzju tad-
dmir tagħhom.
(2) Il-persuni li jkollhom liċenza biex iżommu armi tan-nar jew
munizzjon, m’għandhomx bżonn ta’ liċenza biex ikollhom
f’idejhom jew fuqhom dawk l-armi tan-nar jew munizzjon għal
skop ta’ kaċċa, meta huma jkollhom liċenza għall-kaċċa. 
Min ikollu f’idejh 
jew fuqu sikkina. 
Emendat: 
XXXVIII.1977.2.
13. (1) Kull min ikollu f’idejh jew fuqu sikkina, ta’ kull xorta
li tkun, b’xafra bil-ponta jew strument ieħor bil-ponta mingħajr
liċenza tal-Kummissarju tal-Pulizija, jeħel, meta jinsab ħati, multa
ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn tliet xhur.
(2) Fil-liċenza għandha tingħad ix-xorta ta’ sikkina jew ta’
strument li għalihom tiġi mogħtija l-liċenza.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 10 u 11 igħoddu għall-
liċenzi msemmijin f’dan l-artikolu.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ skieken 
lil tfal, eċċ. 
Emendat: 
XXXVIII. 1977.3.
14. (1) Ebda traffikant f’armi regolari jew ħaddieħor ma jista’
jbiegħ jew jikkunsinna sikkina bix-xafra bil-ponta jew strument
ieħor li jaqta’ jew iniggeż, lil persuna ta’ età  anqas minn tmintax-il
sena jew li hija magħduda bħala mhix f’sensiha jew bħala
sakranazza, jew ta’ kondotta ħażina.
(2) Kull min jikser id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur.
Temprini u skieken 
użati fix-xogħol.
15. Id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 13 ma tgħoddx -
(a) fil-każ ta’ temprin li ma jkollu ebda xafra oħra ħlief
dik ta’ temprin, u li jkun hemm raġuni biex wieħed
jaħseb li jinġieb fuq il-persuna biex isir bih l-użu li
għalih temprin hu qiegħed;
(b) fil-każ ta’ sikkina wżata minn persuna fix-xogħol tas-
sengħa tagħha, jekk, meta jitqiesu ż-żmien, il-lok u
ċirkostanzi oħra, il-qorti tkun sodisfatta illi dik is-
sikkina kienet fil-fatt miġjuba fuq il-persuna għax-
ARMI   ġ K AP. 66.       5
xogħol ta’ dik is-sengħa.
Min iġib fuqu arma 
xort’oħra minn dik 
imsemmija fil-
liċenza.
16. Kull pussessur ta’ liċenza taħt l-artikolu 3, li jonqos li
jħares il-kondizzjonijiet imsemmijin f’dik il-liċenza, jew li jkollu
għandu jew ikollu f’idejh jew fuqu arma tan-nar jew munizzjon li
ma jkunux imsemmijin f’dik il-liċenza, inkella, b’liċenza taħt l-
artikolu 13, ikollu f’idejh jew fuqu sikkina jew strument ta’ xorta li
ma tkunx dik imsemmija fil-liċenza, ikun 1-istess ħati ta’ reat
kontra d-disposizzjonijiet ta’ dawk 1-artikoli.
Setgħa tal-
President ta’ Malta 
li jħassar liċenzi. 
Emendat: 
A.L. 46 ta' 1-1965; 
LVIII. 1974.68.
17. Meta f’xi parti f’Malta jinqalgħu kondizzjonijiet mhux
normali li jmissu s-sigurtà  pubblika, il-President ta’ Malta jista’, bi
Proklama, iħassar il-liċenzi, kollha jew biċċa minnhom, maħruġa
taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Ħadd ma jista’ juża 
liċenza ta’ 
ħaddieħor. 
Emendat: 
XXII. 1940.2; 
XXXVIII. 1977.4; 
XXXV.1986.7.
18. Kull min jagħmel użu minn liċenza maħruġa jew
awtorizzazzjoni bil-miktub mogħtija lil persuna oħra taht id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, inkella minn liċenza li ma
tkunx għadha sseħħ jew li tkun ġiet imħassra jew sospiża taħt id-
disposizzionijiet ta’ 1-artikoli 11, 13 jew 17, jeħel, meta jinsab
ħati, il-piena tal-priġunerija għal mhux iżjed minn sitt xhur.
Konfiska ta’ armi. 
Emendat: 
XXXVI.1955.6; 
XXXVIII. 1977.5; 
XXXV.1986.8, 13.
19. Il-konfiska ta’ arma tan-nar, munizzjon regolari, arma
regolari jew ponn tal-ħadid jew ta’ materjal iebes ieħor li tinżamm
jew tinġieb fuq il-persuna b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ din l-Ordinanza hija konsegwenza tal-piena għal dik il-
kontravvenzjoni.
Setgħa tal-Pulizija 
li taqbad armi. 
Emendat: 
XXXVI. 1955.7; 
XXXV.1986.9.
20. (1) Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’ jaqbad kull arma tan-
nar, munizzjon jew arma regolari li, skond id-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza, ma tistax tinżamm jew tinġieb fuq il-persuna
mingħajr liċenza, meta din l-arma jew munizzjon ikunu jinsabu
għand xi ħadd li ma jkollux dik il-liċenza.
(2) Kull uffiċjal tal-Pulizija, meta jkollu raġun jissuspetta illi
persuna għandha fuqha, fi triq jew f’post ieħor miftuħ għall-
pubbliku, arma tan-nar, munizzjon jew arma regolari mingħajr
liċenza, jista’ jagħmel perkwiżizzjoni fuq dik il-persuna.
Wiri tal-liċenza. 
Emendat: 
XXXVI. 1955.8; 
XXXVIII. 1977.6; 
XXXV. 1986.10.
21. Kull persuna li għandha liċenza biex iżżomm jew iġġib
fuqha arma tan-nar, munizzjon jew arma regolari, għandha, kull
meta tiġi mitluba mill-Pulizija, turi l-liċenza tagħha, u, jekk tonqos,
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn ħames liri.
Armi li jinżammu 
minħabba l-valur 
tagħhom artistiku, 
eċċ. 
Emendat: 
XXXV. 1986.11.
22. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza ma igħoddux għall-
armi li jinżammu minħabba l-valur tagħhom artistiku, jew
minħabba li jkunu rari jew antiki:
Iżda meta dawn l-armi jkunu jikkonsistu f’armi tan-nar li
jkunu għadhom jiffunzjonaw, kull min jiġi f’pussess ta’ xi arma
bħal din għandu, fi żmien tliet xhur, jirreġistra dawn l-armi tan-nar
għand il-Kummissarju tal-Pulizija, u fin-nuqqas li jagħmel dan,
jeħel, meta jinsab ħati, multa.
Ġugarelli fl-
għamla ta’ armi. 
Miżjud: 
XXXV. 1986.12.
22A. (1) Ebda persuna ma tista’ tbiegħ jew toffri għal bejgħ,
ġugarelli f’għamla ta’ armi tan-nar, armi regolari, munizzjon jew
ponnijiet tal-ħadid jew ta’ materjal iebes ieħor.
  6      KAP. 66. ħ         ARMI
(2) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ mhux anqas minn għaxar liri u
mhux aktar minn mitejn lira.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 27 u 30 ta’ din l-Ordinanza
ma għandhomx japplikaw dwar reat taħt dan l-artikolu.
Piena fil-każ ta’ 
reċidiva taħt din l-
Ordinanza, eċċ.
23. Fejn f’din l-Ordinanza, il-liġi tistabbilixxi għal reat piena
waħda jew oħra, dawn il-pieni għandhom jingħataw flimkien, fil-
każ ta’ reċidiva taħt id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza jew fil-
każ ta’ ħatjin li jkunu ġa ġew ikkundannati għal wieħed mir-reati
msemmijin fl-artikolu 10(1).
Ħruġ ta’ liċenzi u 
żmien li fih 
jibqgħu jseħħu. 
Emendat: 
VIII. 1932.1; 
LVII. 1948.2.
24. Kull liċenza taħt din l-Ordinanza għandha tiġi maħruġa
mill-Kummissarju tal-Pulizija u tkun tiswa għal żmien mhux aktar
minn tnax-il xahar li jibda jgħodd mill-ewwel ta’ Jannar tas-sena li
fiha l-liċenza tiġi maħruġa.
Piena għal reati 
dwar armi 
perikolużi. Miżjud: 
IV. 1962.2. 
Emendat: 
XXXVIII. 1977.7; 
XXXV. 1986.13.
25. (1) Minkejja xi disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza kull
persuna li tiffabbrika, tbiegħ jew tikri jew toffri għal bejgħ jew
għal kiri, jew tislef jew tagħti lil xi persuna oħra jew iżżomm jew
iġġorr -
(a) xi sikkina li jkollha xafra li tinfetaħ awtomatikament
bi pressjoni ta’ l-id applikata fuq buttuna, molla jew
mekkaniżmu ieħor fil-manku jew imwaħħal mal-
manku tas-sikkina, kulltant magħrufa bħala "flick
knife" jew "flick gun"; jew
(b) xi sikkina li jkollha xafra li toħroġ mill-manku jew
mill-għant tagħha bil-forza ta’ gravità  jew bl-
applikazzjoni ta’ forza ċentrifugali u li, meta tiġi
maħruġa, tingħalaq fil-post permezz ta’ buttuna,
molla, lieva jew mekkaniżmu ieħor, kulltant magħrufa
bħala "gravity knife"; jew
(ċ) xi ponn tal-ħadid jew ta’ materjal iebes ieħor,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, fil-każ ta’ l-ewwel reat
multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn
mitejn lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn tliet
xhur iżda mhux iżjed minn sitt xhur jew għal dik il-multa u
priġunerija flimkien, u fil-każ tat-tieni reat jew reat sussegwenti
għal multa ta’ mhux anqas minn mitejn lira iżda mhux iżjed minn
ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn sitt
xhur iżda mhux iżjed minn tnax-il xahar jew għal dik il-multa u
priġunerija flimkien.
(2) L-importazzjoni ta’ kull sikkina bħal dik jew ponn tal-ħadid
jew ta’ materjal iebes ieħor bħal dak kif deskritta fl-aħħar
subartikolu hija b’dan projbita.
Pussess ta’ armi 
tan-nar, eċċ. 
Miżjud: 
XXXVIII.1977.8. 
Kap. 9.
26. Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra tal-Kodiċi Kriminali
applikabbli għall-użu ta’ armi tan-nar, kull persuna li, -
(a) fil-ħin li tagħmel delitt kontra s-sigurtà  tal-Gvern jew
kontra l-persuna (barra minn omiċidju involontarju
jew offiża fuq il-persuna involontarja) jew id-delitt ta’
serq jew ta’ ħsara lil proprjetà  (barra minn ħsara
ARMI   ġ K AP. 66.       7
involontarja lil proprjetà ); jew
(b) fil-ħin li tiġi arrestata għall-egħmil ta’ xi delitt, 
ikollha fuq il-persuna tagħha xi arma tan-nar, arma regolari,
imitazzjoni ta’ arma tan-nar jew imitazzjoni ta’ arma regolari tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sentejn, kemm-il darba ma tippruvax li dak il-ħin
kienet qed iġġorr dik l-arma tan-nar jew arma regolari għal xi għan
leġittimu.
Ma japplikawx l-
Att dwar il 
Probation, u l-
artikolu 21 tal-
Kodiċi Kriminali. 
Miżjud: 
XXXVIII. 1977.8. 
Sostitwit: 
XXXV. 1986.14. 
Kap. 446.
Kap. 9.
27. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation u ta’ l-
artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali ma japplikaw għal ebda reat kontra
d-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza.
Ir-reati jinġiebu 
quddiem il-Qorti 
tal-Maġistrati 
bħala qorti ta’ 
ġudikatura 
kriminali. 
Miżjud: 
XXXV. 1986.15. 
Emendata: 
VIII.1990.3.
Kap. 9.
28. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 370 tal-Kodiċi
Kriminali, huma ta’ kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati r-reati
kollha kontra din l-Ordinanza.
Proċedimenti dwar 
reati.
Miżjud: 
XXXV. 1986.15. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
Kap. 9.
29. Bla ħsara għad-disposizzjonjiet ta’ l-artikolu 28, il-
proċedimenti kontra kull persuna għal xi reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza għandhom isiru quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali:
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 376(1)(b)
tal-Kodiċi Kriminali, il-qorti għandha, fuq talba tal-prosekuzzjoni
jew ta’ l-akkużat, tniżżel ix-xiehda mogħtija mix-xhieda bil-mod
provdut jew fl-artikolu 391 ta’ l-istess Kodid jew f’xi liġi oħra li
tkun isseħħ f’dak iż-żmien.
Jedd għal appell. 
Miżjud: 
XXXV. 1986.15. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
Kap. 9.
30. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminaii, l-
Avukat Ġenerali jkollu dejjem jedd għal appell lill-Qorti ta’ l-
Appell Kriminaii minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-
Maġistrati dwar proċedimenti li jinqalgħu mid-disposizzjonijiet ta’
din l-Ordinanza.
Regoli u 
regolamenti.
Miżjud:
XIII. 2002.11.
31. Il-Ministru jista’ jagħmel regoli jew regolamenti sabiex
jagħti seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza u mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi, huwa
jista’ b’dawk ir-regoli jew regolamenti b’mod partikolari jagħmel
xi waħda minn dawn l-affarijiet li ġejjin:
(i) jordna l-kondizzjonijiet tal-liċenza;
(ii) jordana l-formoli ta’ applikazzjoni biex tingħata,
tiġġedded jew isir tibdil f’xi liċenza taħt din l-
Ordinanza;
(iii) jippreskrivi kull ħaġa li b’din l-Ordinanza tista’
  8      KAP. 66. ħ         ARMI
tiġi preskritta.
