VIŻIBBILTÀ GĦAT-TRAFFIKU   ġ K AP. 67.      1
KAPITOLU 67
L-ORDINANZA DWAR IL-VIŻIBBILTÀ  
GĦAT-TRAFFIKU
Sabiex tassigura viżibbiltà  aħjar għat-traffiku.
12 ta’ Ġunju, 1931
L-ORDINANZA XIX ta’ l-1931, u ġiet emendata bl-Ordinanza VI ta’ l-
1959; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Att XXIII ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor.
dwar il-Viżibbiltà  għat-Traffiku.
Tifsir.
"raba" ifisser għalqa jew fond ieħor użat biss jew prinċipalment
għal skopijiet ta’ biedja;
"sid" ifisser ukoll amministratur jew prokuratur tas-sid leġittimu;
Kap. 10.
Pulizija.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta 
li tnaqqas il-għoli 
ta’ ħajt li jfixkel il-
viżibbiltà  għat-
traffiku.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
3. (1) Meta, fil-fehma ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta , hu meħtieġ, sabiex ikun hemm jew issir aħjar il-viżibbiltà
għat-traffiku, illi ħajt li jaqsam raba’ minn triq jiġi mbaxxi, l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ tiddikjara dak il-ħajt
bħala perikoluż għat-traffiku u tordna li l-għoli tiegħu jiġi mnaqqas
kif huwa jistabbilixxi, iżda b’mod li l-għoli li jibqa’, ma jkun
f’ebda każ anqas minn mija u għoxrin ċentimetru mill-livell tat-
triq. Fejn il-livell ta’ l-art tar-raba’ jkun għoli iżjed minn mija u
għoxrin ċentimetru mill-livell tat-triq, il-għoli tal-ħajt jista’ jiġi
mnaqqas sal-livell tar-raba’.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għal ħajt
li jagħmel parti minn dar, kamra jew bini ieħor.
Notifika ta’ l-ordni 
lis-sid u detentur. 
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
4. L-ordni msemmi fl-aħħar artikolu qabel dan għandu jiġi
nnotifikat lis-sid u lid-detentur tal-fond b’ittra uffiċjali ippreżentata
fir-Reġistru tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, u ma tista’ ssir ebda
opposizzjoni għax-xogħlijiet li jkollhom isiru bis-saħħa ta’ dak l-
ordni:
Iżda, ebda xogħol ma jista’ jsir mingħajr il-kunsens tas-sid
u tad-detentur qabel egħluq għaxart ijiem mid-data tan-notifika ta’
dak l-ordni.
Ix-xogħol isir bi 
spejjeż ta’ l-
Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
5. (1) Ix-xogħol imsemmi fl-aħħar artikolu qabel dan isir
mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta u bi spejjeż tagħha, u l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta jew persuna oħra maħtura
minnha jistgħu f’kull waqt jidħlu f’kull lok sabiex jagħmlu dan ix-
xogħol.
(2) L-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta jew persuna oħra
maħtura minnha jistgħu wkoll, qabel ma jagħtu l-ordni kif jingħad
  2      KAP. 67. ħ         VIŻIBBILTÀ GĦAT-TRAFFIKU
fl-artikolu 3, jidħlu f’għalqa biex ikejlu l-proprjetà , basta li qabel
jagħtu lid-detentur avviż ta’ mill-anqas tlitt ijiem.
Indennizz għal 
ħsarat li isiru bix-
xogħol. 
Emendat:
VI.1959.3;
XXIII. 2000.30.
Kap. 12.
6. Meta, minħabba dak ix-xogħol, persuna li jkollha interess
fil-proprjetà ’ tbati telf, ħsara jew deprezzament fiha, inkella meta
detentur ta’ fond milqut mill-ordni jiġi pprivvat mill-użu ta’ parti
ta’ dak il-fond, din il-persuna jew id-detentur ikollhom jedd għal
indennizz illi, fin-nuqqas ta’ ftehim, għandu jiġi llikwidat, fil-
kontestazzjoni ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta mill-qorti
kompetenti, skond il-Kodiċi ta’ Organizzazzioni u Proċedura
Ċivili:
Iżda ebda talba għal indennizz ma tiġi kkunsidrata jekk ma
tiġix magħmula fi żmien xahar minn dak in-nhar li jitlesta x-
xogħol:
Iżda, ukoll, meta t-telf, ħsara jew deprezzament hawn fuq
imsemmija jistgħu jiġu mnaqqsa jew evitati billi jsir xi xogħol
ieħor fil-fond, l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tista’ tagħmel
dak ix-xogħol l-ieħor minflok ma tħallas l-indennizz.
Meta ma jistax 
jintalab indennizz. 
7. Ma hemm jedd għal ebda indennizz, jekk it-tnaqqis tal-
għoli ta’ ħajt skond l-artikolu 3 ma jġib ebda telf jew deprezzament
tal-proprjetà  jew ma jkunx jipprivva lid-detentur tal-fond mill-użu
ta’ xi parti minnu.
Projbizzjoni dwar 
il-għoli ta’ ħitan.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
8. (1) Ħadd ma jista’ jgħolli ħajt li jifred raba’ minn triq,
iżjed mill-għoli stabbilit mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta
skond l-artikolu 3.
Setgħat mogħtija 
taħt din l-
Ordinanza ma 
jġibux servitù  fuq 
il-proprjetà .
(2) Bla ħsara ta’ din il-projbizzjoni, xejn f’din l-Ordinanza
m’għandu jitqies bħala li joħloq servitù  fuq il-proprjetà  jew li
jimpedixxi lis-sid leġittimu li jibni dar, kamra jew bini ieħor sabiex
jagħmel aħjar il-fond.
Piena għal min ma 
jħallix li jsir ix-
xogħol.
9. Kull min bl-użu tal-forza, ifixkel jew ma jħallix isir ix-
xogħol imsemmi fl-artikolu 4, jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
mhux anqas minn żewġ liri u mhux iżjed minn għaxar liri.
Piena għal min 
itella’ ħajt 
mingħajr permess 
ta’ l-Awtorità  dwar 
it-Trasport ta’ 
Malta.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
10. Kull min, mingħajr il-permess ta’ l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta, itella’ ħajt ta’ raba’ li jkun ġie ddikjarat bħala
perikoluż għat-traffiku skond l-artikolu 3, għal skop ieħor barra
minn dak imsemmi fl-artikolu 8(2), jeħel, meta jinsab ħati, multa
ta’ mhux anqas minn żewġ liri u mhux iżjed minn għaxar liri u,
f’kull każ, il-qorti tista’ wkoll tawtorizza lill-Pulizija li tneħħi x-
xogħol li jkun sar b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu.
