MEETINGS  PUBBLIĊI   ġKAP. 68.      1
KAPITOLU 68
L-ORDINANZA DWAR IL-MEETINGS 
PUBBLIĊI
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi dwar il-meetings
u ġemgħat pubbliċi.
(12 ta’ Ġunju, 1931)*
Saret liġi bl-ORDINANZA XX ta’ l-1931, kif emendata bl-Ordinanza
VIII ta’ l-1933; bl-Att XXX ta’ l-1955; bl-Ordinanzi: XX ta’ l-1959, XXV
ta’ l-1962; bl-Avviżi Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXII ta’ l-
1971, LVIII ta’ l-1974, XXII ta’ l-1976, XI ta’ l-1977, VIII ta’ l-1982 u
XIII ta’ l-1993.
Titolu fil-qosor.
Meetings Pubbliċi.
Tifsir. 
Sostitwit: 
XIII. 1993.2.
2. F’din l-Ordinanza - 
"dimostrazzjoni" jew "dimostrazzjoni pubblika" tfisser laqgħa
jew ġemgħa ta’ iżjed minn għoxrin ruħ fi triq jew pjazza pubblika
jew f’post pubbliku fil-beraħ, li jkollha bħala skop li turi kif soltu
ssir pubblikament l-akkoljenza, l-approvazzjoni jew id-
disapprovazzjoni ta’ dik il-laqgħa jew ġemgħa; iżda ħlief għal
finijiet ta’ l-artikoli 20 sa 23 ta’ din l-Ordinanza ma tinkludix
dimostrazzjoni spontanea;
"dimostrazzjoni spontanea" tfisser dimostrazzjoni li ma tkunx
organizzata jew reklamata minn qabel;
"meeting" jew "meeting pubbliku" ifisser ġemgħa ta’ iżjed minn
għoxrin ruħ miġburin flimkien biex jiddiskutu ħwejjeġ pubbliċi fi
triq jew pjazza pubblika jew f’post pubbliku fil-beraħ, u tinkludi
dimostrazzjoni.
Avviż tal-meeting 
pubbliku. 
Sostitwit: 
XXX. 1955.2. 
Emendat: 
XXII. 1976.4; 
XIII. 1993.3.
3. Kull persuna fuq it-tmintax-il sena u kull assoċjazzjoni ta’
tali persuni, jistgħu jagħmlu meeting pubbliku, kemm-il darba:
(i) jingħata avviż bil-miktub tal-meeting lill-
Kummissarju tal-Pulizija mhux iżjed minn tmint
ijiem u mhux anqas minn tmienja u erbgħin
siegħa qabel il-meeting;
(ii) l-imsemmi avviż tal-meeting, jekk għandu jsir
fil-gżira ta’ Malta, jiġi konsenjat bl-idejn fl-
uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija u, jekk il-
meeting għandu jsir fil-gżira ta’ Għawdex jew
ta’ Kemmuna, jiġi konsenjat bl-idejn fl-uffiċċju
tal-Kummissarju tal-Pulizija jew inkella fl-
uffiċċju ta’ l-ogħla fizzjal tal-Pulizija
f’Għawdex, fil-għassa tal-Pulizija tal-Belt
Vittorja;
(iii) il-konsenja ta’ l-avviż kif imsemmi hawn qabel
* Ara Proklama Nru. XXI tat-12 ta’ Ġunju, 1931.
 2      KAP. 68.ħ      MEETINGS PUBBLIĊI
is-sir bejn il-ħinijiet tat-8.30 ta’ filgħodu u l-
4.00 ta’ wara nofsinhar matul iż-żmien mill-
ewwel ta’ Ottubru f’kull sena sal-31 ta’ Mejju
tas-sena ta’ wara u bejn il-ħinijiet tat-8.00 ta’
filgħodu u t-3.00 ta’ wara nofsinhar matul iż-
żmien mill-ewwel ta’ Ġunju sat-30 ta’
Settembru.
Partikolaritajiet li 
għandu jkun fih l-
avviż. 
Emendat: 
XXV. 1962.3; 
A.L. 46 ta’ l-1965. 
Sostitwit: 
XIII. 1993.4.
4. L-avviż imsemmi għandu jkun fih:
(a) jekk l-għan ta’ l-avviż huwiex dimostrazzjoni jew xi
meeting ieħor;
(b) il-lok, il-ġurnata u l-ħin tal-meeting;
(ċ) isem u kunjom min jagħti l-avviż, u fejn joqgħod:
Iżda meta l-meeting ikun sejjer isir minn assoċjazzjoni, l-
avviż għandu jingħata mis-segretarju jew mir-rappreżentant tiegħu,
li flimkien ma’ ismu, kunjomu u fejn joqgħod, għandu wkoll jagħti
l-kariga tiegħu, isem l-assoċjazzjoni li jkun qiegħed jirrappreżenta
u l-indirizz tagħha.
Irċevuta ta’ l-
avviż. 
Emendat: 
XXX. 1955.3; 
XIII. 1993.5.
5. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jagħti rċevuta ta’ dak l-
avviż, u fih iniżżel il-ħin li fih irċieva dak l-avviż.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu wkoll iżomm notament
fejn juri b’ordni kif jidħlu l-avviżi li jkun irċieva u jsemmi fih isem
il-persuna jew assoċjazzjoni li trid tagħmel meeting, id-data, ħin u
post fejn il-meeting għandu jsir u d-data u l-ħin ta’ meta ngħata l-
avviż.
(3) Meta żewġ persuni jew iżjed sew bħala individwi sew
f’isem assoċjazzjoni jagħtu avviż fl-istess ħin li jridu jagħmlu
meeting fl-istess post u fl-istess ħin, għandha tingħata preferenza
lil dik il-persuna li isimha jiġi mtella’ bix-xorti miIl-Kummissarju
tal-Pulizija jew xi uffiċjal tal-Pulizija ieħor imqabbad minnu.
Ma jistax isir 
meeting pubbliku 
qabel 48 siegħa 
mill-avviż.
6. Ma jista’ jsir ebda  meeting pubbliku qabel ma jgħaddu
tmienja u erbgħin siegħa mill-avviż imsemmi fl-artikolu 3.
Il-Kummissarju 
tal-Pulizija jista’ 
jistabbilixxi post 
għall-meeting li ma 
jkunx dak 
imsemmi fl-avviż. 
Emendat: 
XXX. 1955.4.
7. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jordna li l-meeting
pubbliku msemmi f’dak l-avviż isir f’post ieħor li ma jkunx dak
imsemmi fl-avviż; u jista’ jordna wkoll li dak il-meeting ma jsirx
f’dik il-ġurnata li fiha, fil-belt jew raħal fejn ikollu jsir il-meeting,
għandu jkun hemm xi ċerimonja jew festa pubblika.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-kelmiet "ċerimonja
pubblika" jfissru wkoll funzjonijiet solenni li jsiru ġewwa xi knisja,
li jkun hemm raġuni tajba għaliex wieħed jaħseb illi jistgħu jkunu
mfixklin bil-ħsejjes tad-diskorsi f’meeting pubbliku li jsir qrib dik
il-knisja jew bit-tqanqil li jġib miegħu.
Meetings fil-beraħ. 
Emendat: 
XX. 1959.2; 
XIII. 1993.6.
8. Ebda  meeting fil-beraħ ma jista’ jsir fi triq pubblika, jew
f’post ieħor pubbliku ħlief f’dak speċifikat mill-Kummissarju tal-
Pulizija taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan. 
MEETINGS  PUBBLIĊI   ġKAP. 68.      3
Proċessjonijiet lejn 
jew minn meetings 
pubbliċi. Imħassar: 
XXX. 1955.5. 
Miżjud: 
XX. 1959.3. 
Sostitwit: 
XXII. 1971.2. 
Emendat: 
XIII. 1993.7.
9. (1) Ikun kontra l-liġi minn jerġa lura minn  meeting
pubbliku bi proċessjoni kemm-il darba avviż għal dak l-iskop,
flimkien mad-dettalji tar-rotta li jkun hemm il-ħsieb li tittieħed, ma
jkunx ingħata bil-miktub lill-Kummissarju tal-Pulizija mhux aktar
minn tmint ijiem u mhux anqas minn sitt ijiem qabel ma l-meeting
ikun se jsir u kemm-il darba l-Kummissarju tal-Pulizija ma jkunx ta
l-approvazzjoni tiegħu bil-miktub.
(2) Kull persuna li tieħu sehem fi proċessjoni kontra dak li
hemm dispost fl-aħħar subartikolu qabel dan issir ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab hekk ħatja, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn tliet xhur.
Il-Kummissarju 
tal-Pulizija jista’ 
jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
VIII. 1982.2; 
XIII. 1993.8.
10. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, bl-awtorità tal-Ministru
responsabbli għall-Pulizija, jagħmel regolamenti għall-
manteniment tal-bon-ordni fl-okkażjoni ta’ meetings pubbliċi, u
sabiex jippreskrivi l-għoti ta’ avviż dwar l-attivitajiet imsemmija
fl-artikolu 7 ta’ din l-Ordinanza, inkluż il-ħin meta u l-post fejn
jingħata dak l-avviż. Regolamenti taħt dan l-artikolu jistgħu
jippreskrivu fost ħwejjeġ oħra, t-tul ta’ żmien li jistgħu jdumu
meetings pubbliċi, u l-ħinijiet li fihom meetings pubbliċi ma
jistgħux jibdew u jitkomplew fihom.
Jedd tal-
Kummissarju tal-
Pulizija li jassisti 
għall-meeting.
11. Il-Kummissarju tal-Pulizija jew uffiċjal ieħor tal-Pulizija
maħtur minnu jista’ jassisti għal kull meeting pubbliku u jagħżel
postu f’dak il-meeting.
Dmir li jinżamm 
ix-xorta tal-
meeting. 
Emendat: 
XXX. 1955.7; 
XIII. 1993.9.
12. Kull min ikun awtorizzat li jagħmel meeting taħt l-artikolu
3, għandu jżomm ix-xorta tal-meeting kif speċifikat fl-avviż
imsemmi f’dak l-artikolu.
Pieni għal min 
jagħmel meeting 
b’kontravvenzjoni 
ta’ l-artikoli 3, 4, 6, 
7 u 8. 
Emendat: 
XI. 1977.2.
13. Kull  meeting pubbliku magħmul b’kontravvenzjoni ta’ l-
artikoli 3, 4, 6, 7 u 8 jiġi żbandat; u l-promoturi tiegħu jeħlu, meta
jinsabu ħatja, il-piena tad-detenzjoni jew tal-priġunrija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tliet xhur.
Setgħa tal-Pulizija 
li tiżbanda 
meeting. 
Emendat: 
XIII.1993.10.
14. Il-Pulizija tista’ tisbanda  meeting pubbliku f’kull wieħed
minn dawn il-każijiet -
(a) jekk il-persuna, jew ir-rappreżentant ta’ l-
assoċjazzjoni, awtorizzata li tagħmel il-meeting taħt l-
artikolu 3 ma tippreżentax ruħha;
(b) jekk isir għajjat sedizzjuż li jikkostitwixxi delitt kontra
s-sigurezza tal-Gvern jew kontra l-paċi pubblika;
Kap. 9.
Kriminali.
Ordni sabiex 
meeting jiġi 
żbandat. 
Emendat: 
XXX. 1955.8; 
XIII. 1993.11.
15. (1) L-ordni sabiex il-meeting jiġi żbandat jingħata
b’ordnijiet formali distinti li jingħataw b’dak il-mod li l-aktar
membru anzjan tal-Korp tal-Pulizija hemm preżenti jista’ iqis li
jkun suffiċjenti. Biex jingħata dak l-ordni kull membru tal-Korp
tal-Pulizija jista’ juża kull public address system li jkun qed jintuża
waqt il-meeting.
(2) Jekk l-ordnijiet hawn fuq imsemmija jibqgħu mingħajr
 4      KAP. 68.ħ      MEETINGS PUBBLIĊI
effett, il-meeting jista’ jiġi żbandat bl-użu tal-forza.
(3) Il-forza tista’ tiġi wkoll użata kemm-il darba ma jkun jista’
jingħata ebda ordni minħabba rvell jew opposizzjoni.
(4) Kull min ma jobdix l-ordnijiet hawn fuq imsemmija jeħel,
meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija minn tlitt ijiem sa tliet
xhur.
Tħassir ta’ 
meeting. 
Miżjud: 
XXX. 1955.9.
16. (1) Jekk wara li jkun ġie permess, skond l-artikolu 3 ta’
din l-Ordinanza, meeting ma jsirx u l-persuna li kellha l-permess li
tagħmel dan il-meeting jonqos, mingħajr raġuni xierqa, li l-piż tal-
prova tagħha għandu jkun fuqu, li jikkonsenja mhux anqas minn
sitt sigħat qabel il-ħin iffissat biex jibda l-meeting, avviż bil-
miktub tat-tħassir ta’ dak il-meeting fl-uffiċċju tal-Kummissarju
tal-Pulizija jew ta’ xi spettur tal-Pulizija jekk il-meeting kellu jsir
Malta jew inkella fl-uffiċċju ta’ l-ogħla fizzjal tal-Pulizija
f’Għawdex, fil-għassa tal-Pulizija tal-Belt Vitorja jekk il-meeting
kellu jsir fil-gżira ta’ Għawdex jew Kemmuna, huwa jista’ jeħel
ammenda ta’ mhux anqas minn għoxrin lira u mhux iżjed minn
ħamsin lira:
Iżda, madankollu, il-ġustifikazzjoni maħsuba f’dan l-
artikolu ma għandhiex titqies stabbilita jekk l-avviż imsemmi f’dak
l-artikolu ma jingħatax minnufih malli kien possibli jingħata.
(2) Meta  meeting li kellu jsir jiġi mħassar fiż-żmien stabbilit,
min ikun ta’ avviż li kellu ħsieb li jagħmel meeting fl-istess post,
data u ħin tal-meeting li ġie mħassar jew fil-każ maħsub taħt is-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 5 min ismu ma jkunx tela’ bix-xorti
għandu jiġi mħolli jagħmel il-meeting tiegħu jekk ikun irid:
Iżda jekk iżjed minn wieħed ikollu l-jedd skond dan is-
subartikolu, id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 5
għandhom jgħoddu.
Min jisfratta 
meeting. 
Emendat: 
XX. 1959.5.
17. Kull min joħroġ flus jew iħallas jew iwiegħed li jħallas flus
jew joffri ħaġa oħra li tiswa flus lill-persuna oħra sabiex tisfratta
meeting li jkun iltaqa’ skond il-liġi jew sabiex tikser il-bon-ordni
pubbliku f’dak il-meeting, jew b’kull mod ieħor iħajjar jew jittanta
li jħajjar xi persuna oħra sabiex tisfratta dak il-meeting jew sabiex
tikser il-bon-ordni f’dak il-meeting, u kull min jagħti l-mezzi ta’
trasport lil persuna jew persuni jew b’mod ieħor jorganizza jew
jgħin biex tiġi organizzata ġemgħa ta’ nies sabiex jisfrattaw
meeting li jkun inġema’ skond il-liġi jew sabiex jiksru l-bon-ordni
pubbliku f’dak il-meeting, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-
priġunerija minn sebat ijiem sa erba’ xhur.
Ħadd ma jista’ 
jieħu sehem 
f’ġemgħat bil-
ħsieb li jiġi sfrattat 
meeting.
18. Kull min jieħu sehem f’ġemgħa bil-ħsieb li jiġi sfrattat
meeting li jkun iltaqa’ skond il-liġi jew li jiġi miksur il-bon-ordni
pubbliku f’dak il-meeting, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-
priġunerija minn sebat ijiem sa tliet xhur.
MEETINGS  PUBBLIĊI   ġKAP. 68.      5
Setgħa tal-Ministru 
responsabbli għall-
Pulizija u tal-
Kummissarju tal-
Pulizija li 
jipprojbixxu 
meetings. 
Emendat: 
VIII. 1933.1; 
A.L. 4 ta’ l-1963; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68; 
VIII. 1982.2.
19. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, bl-approvazzjoni
tal-Ministru responsabbli għall-Pulizija, għal raġunijiet ta’ ordni
pubbliku, jipprojbixxi meeting pubbliku li tiegħu jkun ingħata
avviż skond l-artikolu 3.
(2) Il-President ta’ Malta jista’, bi proklama, għal raġunijiet ta’
ordni pubbliku, jipprojbixxi meetings pubbliċi għal żmien
speċifikat ta’ mhux iżjed minn tliet xhur. Din il-projbizzjoni tista’
tiġi mġedda għal żminijiet oħra, iżda, mhux għal iżjed minn tliet
xhur kull darba.
Setgħa tal-
Kummissarju tal-
Pulizija li jiżbanda 
dimostrazzjonijiet. 
Emendat: 
XXX. 1955.10.
20. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ għal raġunijiet ta’ ordni
pubbliku jiżbanda dimostrazzjoni.
Setgħa tal-
President ta’ Malta 
li jipprojbixxi 
dimostrazzjonijiet. 
Emendat: 
VIII. 1933.2; 
A.L. 46 ta’ l-1965; 
LVIII. 1974.68.
21. Il-President ta’ Malta jista’, bi proklama, jipprojbixxi d-
dimostrazzjonijiet kollha f’postijiet miftuħa għall-pubbliku
f’okkażjonijiet partikolari jew għal żmien speċifikat mhux iżjed
minn tliet xhur. Din il-projbizzjoni tista’ tiġi mġedda għal żminijiet
oħra, iżda, mhux iżjed minn għal tliet xhur kull darba.
Kif tiġi żbandata 
dimostrazzjoni.
22. L-ordni sabiex tiġi żbandata dimostrazzjoni li ssir kontra d-
disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel dan jingħata u jista’ jiġi
esegwit bil-mod li jingħata fl-artikolu 15.
Ħadd ma jista’ 
jieħu parti 
f’dimostrazzjoni li 
ssir kontra l-liġi. 
Emendat: 
XXX. 1955.11; 
XX.1959.6.
23. Kull min jieħu parti f’dimostrazzjoni li ssir
b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 20 u 21, u kull
min ma jinfiridx minnha wara li jiġi hekk ordnat mill-Pulizija,
jeħel, meta jinsab ħati, il-piena tal-priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn tliet xhur jew tal-multa.
Pieni ġenerali. 
Emendat: 
XXX. 1955.12. 
Kap. 9.
24. Bla ħsara ta’ disposizzjonijiet oħra kuntrarji, kull reat taħt
din il-liġi jew taħt ir-regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’ l-
artikolu 10 huwa suġġett għall-pieni tal-kontravvenzjonijiet; iżda
meta att jikkostitwixxi reat iżjed gravi skond il-Kodiċi Kriminali
jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi.
