TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI   ġ K AP. 69.      1
KAPlTOLU 69
ORDINANZA LI TIRREGOLA T-TIĠDID TAL-
KIRI TA’ BINI
Biex tħassar u tagħmel isseħħ mill-ġdid b’emendi l-liġi li tirregola l-
Kera ta’ Bini.
19 ta’ Ġunju, 1931
L-ORDINANZA XXI ta’ l-1931, kif emendata bl-Att III ta’ l-1932; bl-
Ordinanzi: V u XX ta’ l-1935, XXIV ta’ l-1937, VIII u XXI ta’ l-1942, XIV
ta’ l-1943, XXVIII ta’ l-1947; bl-Atti: IX ta’ l-1954, V ta’ l-1955; bl-
Ordinanzi: VI ta’ l-1959, XXV ta’ l-1962; bl-Att XI ta’ l-1962; bl-Avviżi
Legali: 4 ta’ l-1963, 46 ta’ l-1965; bl-Atti: XXXII ta’ l-1965, XXXI ta’ l-
1966, I ta’ l-1968, I ta’ l-1972, LVIII ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti: XVI u XXV ta’ l-1979, XIII ta’ l-1983, XIX ta’ l-1993,
XXIV u XXXI ta’ l-1995, VI ta’ l-2001, u XXXI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor.
tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini.
Tifsir. 
Emendat:
XXIV. 1937.2; 
V. 1955.2; 
XVI. 1979.2.
2. F’din l-Ordinanza, ħlief jekk mill-kuntest ikun jidher
xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord li jirregola l-kera mwaqqaf taħt l-
artikolu 16;
"fond" tfisser bini;
"ħanut" tfisser fond mikri prinċipalment għall-bejgħ ta’ oġġetti
jew merkanzija, bl-ingrossa jew bl-imnut, posta s-suq, maħżen u
fond b’liċenza għall-bejgħ ta’ mbejjed u spirti jew ħwejjeġ ta’ ikel
jew ta’ xorb, sala ta’ ċine jew fond ieħor prinċipalment użat għal xi
arti jew sengħa jew bħala każin;
"każin" tfisser kull każin reġistrat bħala hekk fl-Uffiċċju tal-
Kummissarju tal-Pulizija skond id-disposizzjonijiet xierqa tal-liġi;
"kerrej" tfisser ukoll -
(a) l-armla jew l-armel ta’ kerrej basta li r-raġel u l-mara,
fiż-żmien tal-mewt tal-kerrej, ma jkunux, legalment
jew fil-fatt, mifrudin minn xulxin;
(b) fil-każ ta’ dar ta’ abitazzjoni, meta l-kerrej ma jħallix
warajh armla jew armel, dawk il-membri tal-familja
tal-kerrej li jkunu joqogħdu miegħu fiż-żmien tal-
mewt tiegħu;
(ċ) fil-każ ta’ ħanut, meta l-kerrej ma jħallix warajh armla
jew armel dawk il-persuni li jkunu jiġu minnu mid-
demm jew bi żwieġ sal-grad ta’ kuġin inklużivament,
basta li f’dan l-aħħar każ dawn il-persuni jkunu l-
werrieta tal-kerrej;
(d) fil-każ ta’ każin, il-persuna jew persuni li minn żmien
għal żmien jieħdu f’idejhom it-tmexxija jew id-
direzzjoni tiegħu;
  2      KAP. 69. ħ          TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI
tfisser ukoll sub-konduttur fir-rapporti mal-kerrej;
"kiri" tfisser ukoll sullokazzjoni;
"tagħti b’kiri" tfisser ukoll tissulloka.
Sid il-kera ma 
jistax jirrifjuta 
iġedded il-kiri jew 
igħolli l-kera 
mingħajr il-
permess tal-Bord.
Emendat:
XXVIII. 1947.1A;
XVI. 1979.3.
3. Sid il-kera ta’ xi fond ma jistax, meta jagħlaq iż-żmien tal-
kiri (sew jekk dan iż-żmien ikun skond il-ftehim, legali, skond l-
użu jew imnissel mid-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza),
jirrifjuta li jġedded il-kiri jew li jgħolli l-kera jew li jagħmel
kondizzjonijiet ġodda għat-tiġdid tal-kiri mingħajr il-permess tal-
Bord.
Il-Bord jista’ 
jippermetti l-għoli 
fil-kera eċċ.
Emendat: 
XIV. 1943.2; 
XIX. 1993.2.
4. (1) Il-Bord għandu jagħti l-permess hawn fuq imsemmi
f’dawn il-każijiet:
(a) jekk sid il-kera huwa obbligat jagħmel jew għandu
raġuni tajba biex jagħmel tibdil jew xogħlijiet li
mhumiex tiswijiet ordinarji;
(b) jekk il-kera ġdid ma jkunx iżjed minn 40% mill-kera
ġust (stabbilit, meta meħtieġ, bi stima) li bih il-fond
kien mikri jew seta’ jinkera f’kull żmien qabel l-4 ta’
Awissu ta’ l-1914: il-Bord jista’ jistabbilixxi dan il-
kera ġust.
(2) L-ispejjeż ta’ l-istima hawn fuq imsemmija jitħallsu minn
sid il-kera jew mill-kerrej jew mit-tnejn f’dik il-proporzjon li
jordna l-Bord.
Żieda ta’ kera. 5. (1) Fil-każ imsemmi fis-subartikolu (1)(a) ta’ l-aħħar
artikolu qabel dan, il-Bord jagħti l-permess għal dak il-għoli fil-
kera li jidhirlu xieraq, skond il-vantaġġi li jkun hemm b’dak it-
tibdil jew b’dawk ix-xogħlijiet.
(2) Dan il-għoli tal-kera jibda mid-data li t-tibdil jew ix-
xogħlijiet jitlestew.
Meta jingħata l-
permess lil sid il-
kera li jgħolli l-
kera.
6. (1) Meta jingħata permess lil sid il-kera li jgħolli l-kera
jew li jagħmel kondizzjonijiet ġodda, il-kerrej għandu, fi żmien
ħmistax-il ġurnata mid-deċizjoni tal-Bord, jaċċetta jew jirrifjuta l-
kondizzjonijiet magħmula mill-Bord; f’dan l-aħħar każ, il-kerrej
għandu jħalli battal il-fond fiż-żmien li jiġi stabbilit mill-Bord u
jibqa’ jħallas il-kera għaż-żmien li jdum fih wara li jagħlaq iż-
żmien tal-kiri bir-rata miżjuda kif mogħtija mill-Bord.
(2) Il-kerrej jitqies li aċċetta dawk il-kondizzjonijiet jekk fil-
ħmistax-il ġurnata hawn fuq imsemmija ma jiddikjarax il-kuntrarju
bil-mezz ta’ ittra uffiċjali.
Għoli ta’ kera 
minħabba 
benefikati fil-fond.
7. (1) Kemm-il darba sid il-kera jkun irid iżid il-valur tal-
fond b’xogħlijiet jew tibdil li jsiru fit-tmiem tal-kiri, huwa għandu
jitlob permess lill-Bord għaldaqshekk.
(2) Jekk it-talba tiġi milqugħa, il-Bord jagħti permess għall-
għoli tal-kera billi jieħu qies ta’ l-ispiża u ta’ l-importanza ta’ dawk
il-benefikati.
(3) Il-għoli tal-kera jibda minn dak in-nhar li jitlestew ix-
TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI   ġ K AP. 69.      3
xogħlijiet.
Talba ta’ sid il-kera 
biex jieħu lura l-
pussess tal-fond.
8. (1) Meta sid il-kera jkun irid jieħu lura l-pussess tal-fond
fit-tmiem tal-kiri, huwa għandu jitlob permess lill-Bord
għaldaqshekk.
(2) Id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu ma tgħoddx għall-fondi li
huma tal-Gvern jew amministrati minnu.
Każijiet li fihom it-
talba għall-pussess 
lura tal-fond tista’ 
tiġi milqugħa.
Emendat: 
XXI. 1942.2;
XXVIII. 1947.2.
9. Il-Bord jagħti l-permess imsemmi fl-aħħar artikolu qabel
dan f’dawn il-każijiet:
(a) jekk il-kerrej, fil-kors tal-kiri ta’ qabel, ma jkunx
ħallas puntwalment il-kera li kellu jagħti, jew ikun
għamel ħsara ħafna fil-fond, jew xort’oħra ma jkunx
esegwixxi l-kondizzjonijiet tal-kiri, jew ikun uża l-
fond xort’oħra milli għall-iskop li l-fond ikun ġie lilu
mogħti b’kiri, jew ikun issulloka l-fond jew
ittrasferixxa l-kiri mingħajr il-kunsens espress ta’ sid
il-kera.
Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu:
(i) il-kerrej jitqies li jkun naqas milli jkun puntwali
fil-ħlas tal-kera jekk dwar kull waħda minn
żewġ skadenzi jew iżjed ma jkunx ħallas il-kera
fi żmien ħmistax-il jum minn dak in-nhar illi sid
il-kera jitolbu l-ħlas;
(ii) kull sullokazzjoni ta’ sehem biss mill-fond,
magħmula fit-13 ta’ Lulju, 1945, jew wara dak
il-jum, għall-użu tas-sehem sullokat xort’oħra
milli bħala ħanut meta l-kerrej jew xi ħaddieħor
mill-familja tiegħu jibqa’ jgħammar fil-fdal tal-
fond, ma titqiesx li hija sullokazzjoni msemmija
f’dan il-paragrafu;
(iii) kull sullokazzjoni jew ċessjoni ta’ kirja ta’ xi
fond, magħdud ħanut, magħmula f’kull żmien
bejn l-10 ta’ Ġunju, 1940, u t-13 ta’ Lulju, 1945,
magħdudin dawk il-jumejn, ma titqiesx raġuni
tajba għall-għoti tal-permess imsemmi fl-
artikolu 8;
(b) jekk sid il-kera jkun irid il-fond (barra minn ħanut)
għalih innifsu jew għal axxendent jew dixxendent
tiegħu mid-demm jew bi żwieġ, jew għal ħuh jew oħtu,
u (ħlief kif xort’oħra jingħad f’dan il-paragrafu ta’ dan
l-artikolu) il-Bord ikun sodisfatt illi l-kerrej jista’ jsib
dar oħra fejn joqgħod li tkun tgħodd għall-mezzi
tiegħu u tal-familja tiegħu għal dak li hu wisa’ u għal
dik li hija sura, u li tkun qrib għax-xogħol tiegħu (jekk
ikun jaħdem):
Iżda l-fatt li l-kerrej jista’ isib dar oħra fejn
joqgħod ma jġibx illi l-Bord għandu jagħti l-permess
għall-ksib lura tal-pussess tal-fond taħt dan il-
paragrafu ta’ dan l-artikolu, jekk il-Bord ikun
sodisfatt, wara li jqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ
  4      KAP. 69. ħ          TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI
flimkien mal-fatt li jkun hemm dar oħra tajba għal sid
il-kera jew għall-kerrej, illi l-aggravju jkun akbar jekk
il-permess għall-ksib lura tal-pussess jiġi miċħud milli
kieku jiġi mogħti.
ll-jedd ta’ 
preferenza mogħti 
mill-Kodiċi Ċivili 
jitqies sospiż.
Emendat:
XXVIII. 1947.2A.
Kap. 16.
10. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu qabel
dan, kull jedd ta’ preferenza mogħti mill-Kodiċi Ċivili fil-każ ta’
tiġdid ta’ kiri ta’ xi fond jibqa’, fir-rapporti mal-kerrej, sospiż
sakemm iddum isseħħ din l-Ordinanza.
Piena fil-każ ta’ 
wiri ta’ ħaġa 
b’oħra jew ta’ 
qerq.
11. Fil-każ li sid il-kera jieħu lura l-pussess tal-fond, taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(b) u jiġi ppruvat li kien hemm wiri
ta’ ħaġa b’oħra jew qerq, sid il-kera jkun obbligat iħallas, lill-kerrej
li jkun ħalla l-fond, minflok id-danni, penali ta’ mhux iżjed minn
mitejn lira li tiġi stabbilita mill-Bord.
Biex jittieħed lura 
l-pussess ta’ ħanut.
12. Jekk il-fond ikun ħanut, sid il-kera ma jistax jieħu lura l-
pussess tiegħu fiż-żmien li din l-Ordinanza tkun isseħħ, ħlief fil-
każ imsemmi fl-artikolu 9(a) jew jekk il-fond ikun tal-Gvern jew
amministrat minnu jew ikun xort’oħra meħtieġ mill-Gvern għal
skop ta’ utilità  pubblika.
Lill-kerrej għandu 
jingħata żmien 
biex iħalli l-fond 
meta sid il-kera 
ikun irid il-fond 
għalih, eċċ.
Emendat: 
XXI. 1942.3.
13. (1) Meta sid il-kera jkun irid il-fond għalih jew għal
axxendenti jew dixxendenti tiegħu, sew mid-demm jew bi żwieġ,
jew għal ħuh jew għal oħtu jew għal tifel adottiv tiegħu, u l-Bord ta
l-permess meħtieġ, il-Bord għandu jagħti lill-kerrej żmien xieraq
sabiex joħroġ mill-fond, skond ma jkunu ċ-ċirkostanzi tal-każ.
(2) Iż-żmien hawn fuq imsemmi huwa favur il-kerrej illi jista’
f’kull żmien f’dak il-perijodu joħroġ mill-fond u jitlob lura dik il-
parti tal-kera li tikkorrispondi għall-parti taż-żmien imġedded li
ikun għad ma għalaqx.
Sid il-kera li jrid 
jgħolli l-kera jew 
jagħmel 
kondizzjonijiet 
ġodda għandu 
jagħmel rikors lill-
Bord. 
Emendat:
XXVIII. 1947.2B.
14. (1) Sid il-kera ta’ xi fond li jkun irid jgħolli l-kera jew
ibiddel il-kondizzjonijiet tal-kiri meta dan jiġi biex iġedded,
għandu jagħmel rikors lill-Bord mill-anqas xahar qabel it-tmiem
tal-kiri: fin-nuqqas ta’ dan, il-kiri jitqies li ġie mġedded bl-istess
kera u taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ qabel għaż-żmien li bih ikun
jitħallas il-kera, jiġifieri, għal sena jekk il-kera jkun jitħallas bis-
sena, għal sitt xhur jekk il-kera jkun jitħallas bis-sitt xhur, għal tliet
xhur jekk il-kera jkun jitħallas bi tliet xhur, għal xahar jekk il-kera
jkun jitħallas bix-xahar jew kull tant żmien aqsar.
Meta l-kera huwa 
iżjed minn erbgħin 
lira fis-sena.
(2) Iżda, meta l-kera huwa iżjed minn erbgħin lira fis-sena, sid
il-kera li jkun irid jgħolli l-kera jew jagħmel kondizzjonijiet ġodda,
għandu fi żmien ta’ xahar hawn fuq imsemmi jgħarraf lill-kerrej
b’dan il-ħsieb tiegħu, bil-mezz ta’ ittra uffiċjali, u jekk il-kerrej
ikun irid jopponi dak il-għoli jew dawk il-kondizzjonjiet ġodda,
għandu jagħmel rikors lill-Bord sabiex dak il-għoli jew dawk il-
kondizzjonijiet ġodda jiġu miċħuda; fin-nuqqas ta’ dan ir-rikors, iż-
żieda jew il-kondizzjonijiet ġodda proposti jitqiesu li ġew aċċettati
mill-kerrej.
TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI   ġ K AP. 69.      5
Kull patt li jeskludi 
lill-kerrej mill-
benefiċċji ta’ din l-
Ordinanza hu null.
Emendat:
XXVIII. 1947.3.
15. (1) Il-pattijiet jew kondizzjonijiet li jeskludu lill-kerrej
mill-benefiċċji mogħtijin b’din l-Ordinanza, sew jekk dawn il-
kondizzjonijiet jew pattijiet ikunu ġew miftiehma qabel ma din l-
Ordinanza bdiet isseħħ jew wara li tkun bdiet isseħħ, huma nulli u
mingħajr effett.
(2) Kull wegħda magħmula mill-kerrej, sew jekk qabel kemm
wara li din l-Ordinanza tkun saret liġi, illi huwa jbattal il-fond meta
jsib post ieħor fejn joqgħod, jew wegħda oħra bħalha, ma titqiesx
bħala tagħrifa ta’ tluq tal-kirja bi ħsara tal-kerrej, u bis-saħħa
tagħha biss sid il-kera ma jkollux il-jedd li jerġa’ jieħu lura l-
pussess tal-fond.
Kif hu magħmul il-
Bord.
Emendat: 
III. 1932.1; 
V. 1935.2; 
XIV. 1943.3; 
I. 1968.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975. 
Sostitwit: 
XVI. 1979.4.
Emendat: 
XXV. 1979.2.
Sostitwit: 
XIX. 1993.2. 
16. (1) Għandu jkun hemm Bord li jkun magħruf bħala l-Bord
li jirregola l-Kera.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn chairman li jinħatar mill-
President ta’ Malta minn fost l-imħallfin u l-maġistrati.
(3) Il-President ta’ Malta jista’ jaħtar diversi mħallfin jew
maġistrati biex joqogħdu fil-Bord, iżda għandu joqgħod imħallef
jew maġistrat wieħed biss f’kull każ partikolari.
Ħatra ta’ Lista ta’ 
Arkitetti u Inġinieri 
Ċivili. 
Sostitwit: 
XIV. 1943.4.
Emendat: 
A.L. 46 ta’ 1965;
LVIII. 1974.68;
XVI. 1979.5.
Sostitwit: 
XIX. 1993.2.
Kap. 44.
17. Il-President ta’ Malta għandu jaħtar ukoll Lista ta’
Arkitetti u Inġinieri Ċivili minn fost persuni li jkollhom il-warrant
biex jaħdmu ta’ Arkitett u Inġinier Ċivili skond id-disposizzjonjiet
ta’ l-Ordinanza dwar l-Arkitetti u jkunu ilhom fil-prattika ta’ dik il-
professjoni għal mhux inqas minn seba’ snin.
Ġurament li 
jittieħed mill-
membri tal-Lista.
Sostitwit: 
XVI. 1979.6; 
XIX. 1993.2.
18. (1) Il-membri tal-Lista ma għandhomx jibdew iwettqu d-
dmirijiet tal-kariga tagħhom sakemm ma jkunux ħadu ġurament
quddiem iċ-chairman li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom taħt din l-
Ordinanza bil-ħaqq u skond il-liġi.
(2) Il-membri tal-Lista jistgħu jinħatru għal żmien sentejn u
jistgħu jerġgħu jinħatru mill-ġdid.
Il-membri tal-Bord 
jistgħu jastjenu 
ruħhom jew jiġu 
rikużati bil-mod li 
jingħad fil-Kodiċi 
ta’ 
Organizzazzioni u 
Proċedura Ċivili.
Emendat: 
XIX. 1993.2. 
Kap. 12.
19. (1) Iċ-chairman jew kull membru ieħor tal-Lista jista’
jastjeni ruħu jew jiġi rikużat mill-partijiet fil-kawża, għar-
raġunijiet imsemmijin fl-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzioni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull kwistjoni dwar raġunijiet ta’ astensjoni jew ta’ rikuża,
għandha tiġi deċiża miċ-chairman tal-Bord.
Setgħat tal-Bord.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975. 
Kap. 12.
20. (1) Il-Bord għandu l-istess setgħat mogħtija mill-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili.
  6      KAP. 69. ħ          TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI
(2) L-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord bil-mod stabbilit
fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili tmiss lill-istess
Bord.
L-ordnijiet jiġu 
ffirmati miċ-
chairman.
21. Kull mandat jew ordni maħruġ mill-Bord għandu jkun
iffirmat miċ-chairman u ċċertifikat mir-Reġistratur jew mill-
Iskrivan tal-Bord.
Reġistru tal-Bord. 22. Ir-Reġistru tal-Qrati Superjuri f’Malta, jew ir-Reġistru tal-
Qrati tal-Maġistrati f’Għawdex, skond il-każ, huwa r-Reġistru tal-
Bord u hemm jiġu ddepożitati l-proċessi tal-Bord.
Rapporti minn 
membri tal-Lista 
lill-Bord.
Sostitwit: 
XIX. 1993.2.
23. (1) Kull meta jkun hemm kwistjoni quddiem il-Bord li
tkun teħtieġ l-istima ta’ xi fond jew kull fehma teknika oħra dwar
każ li jkun qed jittratta l-Bord, iċ-chairman għandu jassenja tnejn
mill-membri li jinsabu fuq il-Lista sabiex jeżaminaw il-fond
relattiv, jew sabiex jaraw dik il-parti tal-proċess li jkollha x’taqsam
mal-kwistjoni li dwarha tinħtieġ il-fehma teknika; u dawk iż-żewġ
membri għandhom jippreżentaw ir-rapport tagħhom liċ-chairman
waqt is-seduta jew jippreżentaw dak ir-rapport fir-reġistru tal-Bord
hekk kif iċ-chairman jista’ jordna.
(2) Iċ-chairman jista’ wkoll jeħtieġ il-membri li jinsabu fuq il-
Lista li jiġu assenjati għal xi każ li jattendu għas-seduta tal-Bord
meta dak il-każ ikun qiegħed jinstema’ mill-Bord jekk l-imsemmija
membri jeħtieġu tagħrif iktar mill-partijiet jew jeħtieġu jinstemgħu
xi xhieda partikolari.
(3) Iċ-chairman ikun biss obbligat li joqgħod fuq ir-rapporti
tal-membri li jinsabu fuq il-Lista kull meta r-rapporti taż-żewġ
membri li jinsabu fuq il-Lista f’xi każ partikolari jkunu unanimi;
meta dawk iż-żewġ membri ma jkunux unanimi, iċ-chairman
għandu fuq il-bażi tar-rapporti magħmulin miż-żewġ membri,
jiddeċiedi l-kwistjoni hu nnifsu.
Id-deċiżjoni tal-
Bord tingħata bil-
miftuħ. 
Emendat: 
XXIV. 1937.3; 
VIII. 1942.2; 
IX. 1954.2;
XI. 1962.2; 
A.L. 148 ta’ l-
1975; 
XVI. 1979.7; 
XIX. 1993.2;
XXXI. 2002.258.
24. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord jingħataw miċ-chairman fil-
qorti bil-miftuħ u ma hemmx appell minnifom ħlief -
(a) fil-każ ta’ rikorsi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 8; u
(b) f’każijiet oħra, fuq punt ta’ liġi maqtugħ mill-Bord.
Appell minnha. 
Kap. 12.
(2) L-appell jinġieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell kif kostitwit
skond l-artikolu 41(6) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili b’rikors, fi żmien għoxrin ġurnata mid-data li fiha d-
deċiżjoni tal-Bord tkun ingħatat.
X’għandu ikun fih 
ir-rikors.
25. (1) Ir-rikors magħmul minn sid il-kera għall-permess biex
igħolli l-kera jew biex jagħmel kondizzjonijiet ġodda għandu jsir
skond il-Formula A ta’ l-Iskeda li hawn ma’ din l-Ordinanza u
għandu jkun fih talba għall-permess sabiex igħolli l-kera jew sabiex
jagħmel kondizzjonijiet ġodda, fil-waqt li jagħti r-raġunijiet ta’ dik
it-talba, u jsemmi l-kera u l-kondizzjonijiet tal-kiri li jkun miexi.
TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI   ġ K AP. 69.      7
(2) Ir-rikors sabiex jittieħed lura l-pussess ta’ fond fit-tmiem
tal-kiri għandu jsir skond il-Formula B ta’ l-Iskeda li hawn ma’ din
l-Ordinanza u għandu jagħti r-raġuni li fuqha tkun bażata t-talba.
Rikorsi li 
għandhom isiru 
skond il-Formuli li 
hawn ma’ din l-
Ordinanza.
26. Ir-rikors tal-kerrej taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
14(2) għandhom isiru skond il-Formula Ċ ta’ l-Iskeda li hawn ma’
din l-Ordinanza.
M’hemmx nullità 
jekk jiġu wżati 
formuli oħra.
27. (1) M’hemm ebda nullità  jekk tiġi wżata formula oħra
basta li r-rikors ikun fih it-tagħrif meħtieġ taħt l-artikolu 25.
(2) Il-Bord jista’, f’kull żmien, jagħti l-permess li ssir fir-rikors
kull korrezzjoni biex tagħmel ir-rikors iżjed ċar.
Ir-rikors għandu 
jiġi ppreżentat 
f’żewġ kopji.
Sostitwit: 
XIV. 1943.5.
28. (1) Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fir-reġistru f’żewġ
kopji u kopja minnhom, li fiha jkun hemm imniżżel il-jum li fih il-
Bord għall-ewwel darba għandu jisma’ t-talba, għandha tkun
notifikata lill-parti l-oħra, spejjeż ta’ min ikun ressaq ir-rikors. 
(2) Il-jum tas-smigħ għandu jkun hekk iffissat mill-Bord illi ma
jkunx hemm inqas minn ħmistax-il jum bejn il-preżentazzjoni tar-
rikors u l-ewwel smigħ tal-kwistjoni, iżda li ma jgħaddux inqas
minn tnax-il jum bejn id-data tan-notifika tar-rikors u l-jum tas-
smigħ tat-talba; u l-jum tas-smigħ għandu jitniżżel fuq il-kopja
duplikata mir-Reġistratur, jew mill-Iskrivan tal-Bord kif igħidlu ċ-
chairman.
Ma’ kull rikors 
għandu jitħallas 
dritt tar-reġistru.
Sostitwit:
XXVIII. 1947.4.
Emendat:
I. 1972.2. 
Sostitwit:
VI. 2001.8.
29. Ma’ kull rikors li jiġi ppreżentat għandu jitħallas dritt tar-
reġistru kif stabbilit fl-artikolu 39 ta’ dan l-Att.
Kif isiru l-
osservazzjonijiet.
Sostitwit:
XIV. 1943.6.
30. Sid il-kera jew il-kerrej li jkun notifikat bir-rikors għandu
jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu, sew bil-fomm jew bil-miktub,
jekk ikollu, fis-smigħ tal-kawża. Iżda, huwa jista’ jilqa’ dak li jkun
hemm fir-rikors billi jwieġeb b’kitba mressqa fir-Reġistru tal-Bord,
ikun meta jkun qabel il-jum maqtugħ għas-smigħ tal-kawża.
Jekk fil-jum maqtugħ għas-smigħ tal-kawża ma jkun hemm
ebda osservazzjoni b’kuntestazzjoni ta’ dak li jkun hemm fir-
rikors, il-Bord jilqa’ t-talba.
Meta r-rikors jiġi 
milqugħ mill-parti 
nnotifikata. 
Emendat: 
V.1935.3. 
Sostitwit: 
XIV.1943.7.
31. Jekk il-parti li tkun notifikata bir-rikors tressaq fir-Reġistru
tweġiba li biha dik il-parti tilqa’ dak li jkun hemm fir-rikors, ic-
chairman jilqa’ t-talba in camera.
Dehra quddiem il-
Bord.
Emendat:
XIX. 1993.2.
32. Il-partijiet jistgħu jidhru quddiem il-Bord sew huma
nfishom jew b’avukat jew prokuratur legali li jidher għalihom jew
assistiti minn avukat jew prokuratur legali.
Deċiżjoni fil-każ li 
r-rikorrent ma 
jidhirx.
33. Jekk ir-rikorrent ma jidhirx għas-smigħ tar-rikors, il-Bord
jirriġetta t-talba u jordna li l-ispejjeż jitħallsu mir-rikorrent:
  8      KAP. 69. ħ          TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI
Iżda r-rikorrent jista’, fi żmien sitt ijiem minn dik id-
deċiżjoni, jagħmel rikors lill-Bord biex it-talba tiegħu tiġi
mismugħa mill-ġdid, kemm-il darba hu jissodisfa lill-Bord bir-
raġuni li jagħti talli jkun naqas li jidher.
Ilsien li bih għandu 
jinkiteb ir-rikors.
Emendat: 
V. 1935.4; 
XXXII. 1965.8;
XIX. 1993.2.
Kap. 189.
34. (1) Ir-rikors għandu jkun miktub bil-Malti. Iżda, meta
jkun hemm raġuni li wieħed jaħseb li l-persuna li għandha tiġi
nnotifikata bir-rikors hija persuna li titkellem bl-Ingliż fis-sens ta’
l-Att dwar Proċeduri Ġudizzjarji (Użu ta’ l-Ilsien Ingliż) japplikaw
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ dak l-Att.
(2) Ir-rikors għandu jkun iffirmat mill-parti nfisha jew minn
avukat jew prokuratur legali.
Ilsien tal-
proċeduri.
Emendat: 
V. 1935.5;
XXXII. 1965.8.
Kap. 189.
35. Kwantu għall-ilsien li għandu jiġi wżat fil-proċeduri,
għandhom jitħarsu d-disposizzjonijiet fuq daqshekk tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u ta’ l-Att dwar Proċeduri Ġudizzjarji (Użu
ta’ l-Ilsien Ingliż).
Għajnuna legali.
Sostitwit:
XXIV. 1995.360.
Kap.12.
36. Id-disposizzjonijiet tat-Titolu X tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u kull disposizzjoni oħra ta’
l-istess Kodiċi li għandhom x’jaqsmu mal-benefiċċju ta’ l-għajnuna
legali jgħoddu għall-partijiet fil-proċedura quddiem il-Bord.
Drittijiet tar-
reġistru. 
Emendat: 
XIV. 1943.8. 
Sostitwit:
XXVIII. 1947.5.
37. Ir-reġistratur ma għandux jitlob ħlas ta’ drittijiet dwar
proċedimenti taħt din l-Ordinanza minbarra dawk maħsubin fl-
artikolu 29.
Spejjeż ta’ l-
amministrazzjoni 
tal-Bord. 
Ara art. 3 ta’ l-
Ord. XXVI ta’ l-
1939. 
Emendat:
XXXI. 1966.2;
XVI. 1979.8.
38. L-ispejjeż meħtieġa għall-funzjonament tal-Bord jitħallsu
mill-Fond Konsolidat mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda approprjazzjoni
oħra.
Drittijiet dovuti lil 
membri li jinsabu 
fuq il-Lista, eċċ.
Emendat:
XX. 1935.2;
I. 1968.3; 
I. 1972.3;
XVI. 1979.9;
XIII. 1983.4.
Sostitwit:
XIX.1993.2.
Emendat:
VI. 2001.8.
Kap. 12.
39. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista jippreskrivi
b’avviż:
(a) id-drittijiet li jitħallsu lill-membri li jinsabu fuq il-
Lista; 
(b) id-drittijiet li jitħallsu lill-avukati u prokuraturi legali
għal kull proċediment quddiem il-Bord; u
(ċ) id-drittijiet tar-reġistru li jitħallsu mal-preżentata ta’
atti bil-miktub:
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk preskritti mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Spejjeż.  40. L-ispejjeż tal-proċeduri jbatuhom il-partijiet jew waħda
mill-partijiet kif jiddeċidi l-Bord.
TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI   ġ K AP. 69.      9
Rikorsi vessatorji.
Emendat:
XXVIII. 1947.6;
VI. 1959.3.
41. (1) Jekk matul is-smigħ tar-rikors il-Bord isib li r-rikors
huwa vessatorju, il-Bord jista’ jikkundanna lill-parti hekk ħatja li
tħallas lill-parti l-oħra penali ta’ mhux iżjed minn ħames liri.
(2) Barra dan, il-Bord jista’ jwaħħal lir-rikorrent penali, li
tinġabar mill-Accountant General bħala dejn ċivili, ta’ ammont
mhux ikbar minn lira u ħamsin ċenteżmu jew minn nofs xahar kera
tal-fond, liema fost dawn is-somom tkun l-iżgħar.
Smigħ mill-ġdid 
ta’ rikors f’każ ta’ 
dikjarazzjoni falza.
42. Jekk jinsab li waħda mill-partijiet ħadet deċiżjoni
favorevoli mill-Bord minħabba dikjarazzjoni falza magħmula
minnha, il-parti kuntrarja tista’ tagħmel talba lill-Bord għas-smigħ
mill-ġdid tar-rikors u tista’ wkoll taġixxi quddiem il-qorti
kompetenti għad-danni u għall-ħlas ta’ penali ta’ mhux iżjed minn
mitejn lira, kif tiġi stabbilita mill-qorti.
X’għandu jkun fih 
ir-rikors għas-
smigħ mill-ġdid 
tar-rikors.
Emendat:
XXVIII. 1947.7.
43. Ir-rikors għas-smigħ mill-ġdid għandu jkun fih il-fatti li
fuqhom hija bażata t-talba u għandhom jitħallsu miegħu d-drittijiet
imsemmijin fl-artikolu 29.
Xi ftehim li jiswa 
b’kuntratt jitqies li 
huwa kiri. 
Miżjud:
XXIV. 1937.5.
Sostitwit:
XXVIII. 1947.9.
44. (1) Għall-għanijiet ta’ din l-Ordinanza l-kelma "kirja"
titqies li tħaddan -
(a) kull konċessjoni ta’ enfitewsi għal anqas minn sittax-il
sena; u
(b) minkejja kull patt kuntrarju, kull ftehim li b’riħtu xi
ħadd ġie milqugħ bi ħlas ta’ kull tant żmien f’xi fond li
ma jkunx lukanda jew alloġġ bil-liċenza għal hekk
mingħand il-Pulizija; u
 (ċ) kull ftehim ieħor li bih xi jedd reali jew persunali fuq
xi fond, liema jedd iħaddan dak ta’ l-okkupazzjoni ta’
dak il-fond, jingħata taħt xi titolu oneruż jew
kommutativ għal xi żmien, sew jekk dak iż-żmien
huwa stabbilit billi jissemma xi jum għalih jew jekk
ikun jista’ jiġi stabbilit b’riferenza għal xi ġrajja futura
li tkun żgura jew li ma tkunx żgura.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux għat-
tqegħid ta’ nies mill-Gvern f’fondi rekwiżizzjonati.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XXV. 1962.3,4; 
A.L. 4 ta’ l-1963;
A.L. 46 ta’ l-1965;
XXXI. 1966.2.
45. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti dwar is-seduti tal-Bord u dwar kull ħaġ‘oħra meħtieġa
biex tiġi esegwita aħjar din l-Ordinanza.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jinħarġu fil-Gazzetta tal-
Gvern u kopja tagħhom għandha titqiegħed mill-aktar fis li jista’
jkun fuq il-Mejda ta’ l-Kamra tad-Deputati u huma jibqgħu jseħħu
sakemm ma jiġux imħassra jew imbiddla mill-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja jew b’risoluzzjoni tal-Kamra tad-
Deputati.
Kif tapplika din l-
Ordinanza. 
Miżjud:
XXXI. 1995.2.
*46. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din l-Ordinanza ma
għandhomx ikunu japplikaw għall-kiri ta’ xi fond li jsir fl-1 ta’
Ġunju, l995 jew wara dik id-data.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu -
  10      KAP. 69. ħ          TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI
(a) il-frażi "kiri" tinkudi kull kirja kif imfissra fl-artikolu
44(a), (b) jew (ċ) u tinkludi sullokazzjoni;
(b) it-tiġdid ta’ kiri fl-1 ta’ Ġunju, 1995 jew wara dik id-
data (sew jekk dak it-tiġdid ikun wieħed
konvenzjonali, legali, konswetudinarju jew xort’oħra)
ma għandux jitqies li jkun kiri li jsir fl-1 ta’ Ġunju,
1995 jew wara dik id-data.
*L-artikolu 5 ta’ l-Att XXXI ta’ l-1995 jipprovdi inter alia: 
5. Ebda ħaġa li tinsab fl-artikolu 46 ta’ l-Ordinanza dwar it-Tiġdid tal-Kiri ta’
Bini ma għandha titqies li tnaqqas mis-setgħat li d-Direttur għall-
Akkomodazzjoni Soċjali għandu bis-saħħa ta’ l-Att dwar id-Djar, (Kap. 125) u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza kif kienu fis-seħħ minnufih qabel il-bidu is-seħħ
ta’ dan l-Att (1 ta’ Ġunju, 1995) għandhom ikomplu japplikaw, sakemm dan
jibqa’ japplika, għar-rigward tar-relazzjoni bejn dak id-Direttur u sid ta’ xi fond
li dak id-Direttur ikollu pussess tiegħu f’dik id-data, jew bejn dak id-Direttur u
kull min ikun qiegħed legalment jokkupa kull fond bħal dak. Id-disposizzjonijiet
ta’ l-Ordinanza kif imsemmija qabel għandhom ukoll ikomplu jirregolaw ir-
relazzjoni bejn persuna li tkun qiegħda tokkupa dak il-fond u s-sid relattiv.
TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI   ġ K AP. 69.      11
SKEDA
(Artikoli 25 u 26)
Emendata: 
XXVIII. 1947.10.
FORMULA A
Lir-Reġistratur
tal-Bord li Jirregola l-Kera.
Jien nagħmel din it-talba biex ngħolli l-kera jew biex nagħmel
kondizzjonijiet ġodda dwar il-kiri ġdid ta’ (1)
 li issa mikri lil (2)
Il-kiri li miexi jagħlaq fil- (3)
Il-kera tal-lum huwa (4)      u taħt dawn il-
kondizzjonijiet: (5)
Jien irrid ngħolli l-kera sa (6) u nagħmel dawn 
il-kondizzjonijiet li ġejjin: (7)
Ir-raġunijiet ta’ din it-talba huma: (8)
(Firma ta’ min jagħmel it-talba)
(1) Ikteb jekk dar, ħanut jew maħżen u fejn.
(2) Ikteb isem il-kerrej.
(3) Ikteb meta jagħlaq il-kiri li jkun miexi.
(4) Ikteb kemm hu l-kera.
(5) Ikteb il-kondizzjonijiet tal-kiri.
(6) Ikteb kemm trid tgħolli l-kera.
(7) lkteb il-kondizzjonijiet ġodda.
(8) Ikteb ir-raġunijiet ta’ din it-talba.
Emendata:
XXVIII. 1947.10.
FORMULA B
Lir-Reġistratur
tal-Bord li Jirregola l-Kera.
Jien nagħmel din it-talba biex nieħu lura 1-pussess tal-fond fi 
(1)   li issa mikri lil (2) 
Il-kiri li miexi jagħlaq fi (3)
Ir-raġunijiet ta’ din it-talba huma: (4)
(Firma ta’ min jagħmel it-talba)
(1) Ikteb jekk dar, ħanut jew maħżen u fejn.
(2) Ikteb isem il-kerrej.
(3) Ikteb meta jagħlaq il-kiri li jkun miexi.
(4) Ikteb ir-raġunijiet ta’ din it-talba.
  12      KAP. 69. ħ          TIĠDIDTAL-KIRITA’ BINI
Emendata: 
XXVIII. 1947.10.
FORMULA Ċ 
Lir-Reġistratur
tal-Bord li Jirregola l-Kera.
Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li tirregola l-
Kiri mill-Ġdid ta’ Bini, (Kapitolu 69), nagħmel talba lill-Bord biex
ma jilqax it-talba ta’ l-għoli tal-kera u tal-kondizzjonijiet ġodda
msemmija fl-ittra uffiċjali li giet innotifikata lili, minn (1)
dwar il-fond fi (2) 
kerrej.
Il-kera tal-lum huwa (3) u l-imsemmi (4)     
għarrafni bl-ittra uffiċjali hawn fuq
imsemmija tal- (5) li kopja tagħha hija hawn
imdaħħla, li bi ħsiebu jgħolli 1-kera hawn fuq imsemmi.
(6)
(Firma ta’ min jagħmel it-talba)
(1) Ikteb isem sid il-kera.
(2) Ikteb jekk dar, ħanut jew maħżen u fejn.
(3) Ikteb kemm hu l-kera fis-sena.
(4) Ikteb isem sid il-kera.
(5) Ikteb id-data ta’ l-ittra uffiċjali.
(6) Ikteb ir-raġuni li għaliha t-talba ta’ sid il-kera m’għandhiex
tiġi milqugħa.
